12.07.2015 Views

Reġistru tal-Pedofeli - Malti.info

Reġistru tal-Pedofeli - Malti.info

Reġistru tal-Pedofeli - Malti.info

SHOW MORE
SHOW LESS
• No tags were found...

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

tal-futbol, qassis jew anke politiku.Il-pedofilu, kuntrarjament għal nies li jwettqu reati oħrajn, jista’ jilbes diversiuniformijiet li normalment jirrappreżentaw sens ta’ fiduċja pubblika. Għalhekkreġistru ta’ din ix-xorta jkun qiegħed ibiegħed il-porvli minn man-nar.Illum diġà għandna xi forma ta’ informazzjoni fuq il-persuna li tkun wettqet reat.Il-Pulizija għandhom il-fedina penali ta’ kull persuna u m’hemm xejn li jżomm lilmin jimpjega li jitlob lill-impjegat din il-kondotta. Fiha jidhru dejjem dawn ixxortata’ reati.Imma din hija sistema li tiddependi mill-persuna konċernata li volontarjamenttipprovdi l-kondotta. Ir-reġistru, bis-saħħa ta’ liġi, jorbot u jimponi fuq l-individwuli ismu u d-dettalji tiegħu jidhru u jkunu aċċessibbli għall-pubbliku in ġenerali.Differenza kbira ħafna.Liġi li kelli opportunità nara hija dik Awstraljana li saret riċentement. Din il-liġitiddistingwi bejn żewġ kategoriji ta’ reati sesswali. Dawk gravi, fosthom ilpedofilja,u dawk mhux daqstant gravi, bħal tinbix sesswali u mess fuq ix-xogħol.Fil-każ ta’ l-ewwel kategorija, isem il-persuna jibqa’ jidher fuq ir-reġistru għal 15-il sena filwaqt li dawk fit-tieni kategorija għal tmien snin. Jekk ikun hemm irripetizzjonita’ xi każ, allura apparti l-kastig, isimhom jibqa’ jidher f’dan ir-reġistrugħal għomorhom.Jien nemmen iżda li din is-sistema ta’ reġistru pubbliku għandha tkunakkumpanjata minn miżuri li bihom ikun evitat kemm jista’ jkun li l-pedofilu jibqa’vvittimizzat għall-bqija ta’ ħajtu.Ħafna drabi lil dawn in-nies isawtuhom, jaqbdu magħhom u jeskluduhom għalkollox minn kull attività soċjali li ma tkun tirrappreżenta ebda periklu għal ħadd.Għalkemm mhux lakemm iġġiegħel lis-soċjetà terġa’ taċċetta individwu ta’ din ixxorta,ħadd ma jista’ jabbuża minn dan ir-reġistru.Għalhekk liġi li tipprovdi għal reġistru ta’ din ix-xorta għandha tipprovdi wkollgħal pieni ħorox ħafna, kriminali u ċivili, kontra min jabbuża mill-informazzjoni lijsib fih. Kulmin jabbuża mill-informazzjoni li jsib biex jippersegwita lil persunapermezz ta’ ittri anonimi, theddid, swat, esklużjoni soċjali u anke istituzzjonali,ikun qiegħed jesponi ruħu għal pieni ħorox u danni ċivili sostanzjali.Hawn min huwa kontra l-pedofili mhux wisq għax irid iħares lit-tfal iżda ankiminħabba twemmin ideoloġiku radikali. Apparti dan anke l-Liġi Industrijali tridtaċċerta li persuni ħatja ta’ pedofilja ma jiġux esklużi inġustament milli jkollhomimpjieg li ma jimporta ebda periklu lis-soċjetà.Fl-aħħarnett għandna nipproteġu wkoll lil dawk li jiġu akkużati inġustament warali jingħataw isem ħażin fis-soċjetà. Għalkemm kellna każijiet li tressqu b’akkużata’ korruzzjoni u anke stupru ta’ minorenni li isimhom għal raġuni li qatt ma stajtnifhem, ma ġiex ippubblikat fil-gazzetti, l-Istat xorta għandu jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu.Għalhekk għandu jkun hemm kumpens ċivili qawwi ħafna għal dawk li jiġuakkużati inġustament, fis-sens li jkun jidher mill-bidu li l-prosekuzzjoni għandhakaż dgħajjef. Dan iservi biex min ikun qiegħed jagħmel l-investigazzjonijietjagħmilhom b’mod profond biex tiġi evitata l-possibbiltà li bniedem jiġi mmarkatgħal għomru inġustament.

Peppi AzzopardiMa nħossnix persuna tajba għax qatt ma abbużajt sesswalment mit-tfal. Inħossnifortunat li l-ġibdiet sesswali tiegħi huma legali u aċċettati fis-soċjetà.Allura m’għandi ebda mertu li miniex pedofilu. Minħabba Xarabank iltqajt ma’pedofili li jkollhom ġibdiet lejn it-tfal, li aħna meqjusa bħala normali, manifhmuhomx. Uħud minnhom spjegawli kif ilhom is-snin jiġġieldu kuljum dawn ilġibdietterribbli u sakemm kellmuni qatt ma kienu abbużaw minn ħadd. Iżda qedjgħixu martirju.B’daqshekk mhux qed ngħid li l-pedofilja m’għandhiex konsegwenzi serji ħafna.Iltqajt ma’ ħafna vittmi mkissrin. Niftakar mara ta’ 57 sena li kienet abbużatameta kellha tmien snin. Għad għandha trawma sal-lum. Ħajjitha qatt ma setgħettkun normali. Ippruvat imma l-abbuż baqa’ jidwi f’dak kollu li tagħmel. Kiefra.Iżda nagħmlu żball kbir jekk inħallu l-emozzjoni tiġri bina u ngħidu “Aqfilhom uarmi ċ-ċavetta. Xandarhom ma’ kullimkien bir-ritratt u bid-dettalji tagħhom.Żomm lista on-line biex min irid jiċċekkja jekk fit-triq tiegħu joqgħodx xipedofilu.”1. Ma naqbilx ma’ lista pubblika ta’ pedofili għax dawn huma nies morda.2. Għax dawn għandhom lil ommhom, lil ħuthom, lil marthom u lil uliedhom li majaħtu xejn u bil-lista pubblika iċċappas lilhom ukoll3. Għax inkunu qed nieħdu impressjoni falza li l-pedofili qegħdin kollha fil-lista u liallura ma’ l-oħrajn m’hemmx problema. Jista’ jkun li n-nannu u z-ziju ma jkunuxfil-lista imma fil-kċina jabbużaw minn bintek.4. Għax allura għaliex il-pedofili? Għax mhux il-kriminali l-oħra kollha li wkollhuma ta’ periklu? Għaliex ma nagħmlux lista ta’ kulmin jisraq, ta’ kulmin joqtol,ta’ kulmin isawwat il-mara ma jmurx jitrakkka ma’ mara oħra u jibda jsawwatlilha?5. Lil min se nagħmlu fuq il-lista? Lill-pedofili? Liema pedofili? Lil dawk li abbużawjew dawk li għandhom dawn il-ġibdiet sesswali? U kemm se jdumu fuq il-lista?Għal dejjem?Hawn min jissuġġerixxi li l-lista tkun għand awtorità kompetenti u xi ħadd li sejimpjega lil xi persuni li jaħdmu mat-tfal ikun jista’ jiċċekkjaha. U x’jiġri jekk jienabħala impjegatur niċċekkja u nsib li din il-persuna hi pedofilu u jkun joqgħod biebma’ bieb ma’ oħti. Ma ngħidilhiex? Xi nkun ġarrejt fuq il-kuxjenza tiegħi jekk dinil-persuna tabbuża mit-tifla ta’ oħti?Naħseb li kulħadd għandu jkollu ċertifikat li jista’ jaħdem mat-tfal. Dan iċċertifikatjittieħed jekk il-persuna tinstab ħatja li abbużat mit-tfal. Tkun irresponsabbiltàta’ min se jimpjega f’xogħlijiet responsabbli mat-tfal li jitlob daniċ-ċertifikat. Dawk li ma jkollhomx dan iċ-ċertifikat ikunu jafu li lanqas għandhomjapplikaw. M’għandhiex tkun parti mill-kondotta u tkun illegali li ċ-ċertifikatjintalab jekk ix-xogħol ma jkollux x’jaqsam mat-tfal.Dan is-suġġeriment għandu problema waħda: x’jiġri jekk persuna tkun diġàimpjegata u tinstab ħatja ta’ abbuż?Naħseb li hawn u hawn biss l-Awtoritajiet konċernati għandhom jinfurmaw lil dakjew dik responsabbli biex din il-persuna ma tibqax taħdem hemm u jinstabilha

xogħol alternattiv.Meta ltqajt ma’ diversi pedofili fhimt ħaġa importanti. Ħafna minnhom jixtiequjfiqu. Jixtiequ l-għajnuna imma jibżgħu li jispiċċaw il-ħabs abbużati anke kif jidħluhemm ġew. Din hija problema serja. Filwaqt li l-Gvern qed jagħmel sewwa ħafnali jinvesti biexA. Jgħallem lit-tfal kif jevitaw l-abbuż,B. Jgħin lil dawk it-tfal vittmi ta’ l-abbuż,x’għajnuna teżisti għall-pedofili? Xejn. Ma teżistix. Issa kull loġika tgħidlek li jekkinfejqu mqar pedofilu wieħed inkunu ffrankajna periklu serju ta’ abbuż fuq it-tfal.Il-pedofili għandhom bżonn il-fejqan. Mhux faċli. Qisek se tipprova tirranġa lilibiex ma jibqgħux jeċitawni n-nisa. Diffiċli. Ħafna.Il-pedofili posthom la huwa fuq lista li tavvelihom u lanqas il-ħabs. Posthom huwaf’ċentru ta rijabilitazzjoni li minnu ma jkunux jistgħu joħorġu sakemm jibqgħu ta’periklu għal uliedna. Post fejn tkun tirrenja l-imħabba li għandu jkollna lejn kullmarid u marida.http://www.illum.com.mt/2006/12/10/toniupeppi.html

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!