12.07.2015 Views

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

39. DAWRA MAR-RAĦAL – Dur dawra mar-raħal tiegħek u ħu ritratti tal-postijiet storiċi li ssib.Ħu ritratti wkoll tal-istili li tosserva fil-bini, kif ukoll l-ornamenti li tara, pereżempju niċeċ,statwi, gallariji ġonna eċċ.. Ikteb rapport dwar id-dawra li dort u ikkummenta dwar l-ambjent lisibt meta kont qed iddur mar-raħal. Inkludi mappa tar-rotta li ħadt waqt id-dawra li dort.40. L-IMDINA – BELT ANTIKA MALTIJA – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpointdwar il-belt qadima tal-Imdina. Ikteb dwar il-postijiet ta’ nteress li tista’ tara fl-Imdina, il-qagħdastrateġika tagħha fuq għolja, u inkludi ritratti li juru dak li baqa’ l-istess f’dil-belt u dak li matuliż-żmien inbidel. Għid għaliex illum, l-Imdina għadha importanti għalina l-Maltin.41. L-ORGANIZZAZZJONI TA’ ĦARĠA GĦALL-BIRGU – Immaġina li int għalliem/atal-Ħames Sena Primarja. Organizza ħarġa lejn il-Birgu għall-klassi tiegħek. Ħu ħsieb kollox,fosthom it-trasport, il-postijiet li se żżuru, kif u fejn se ssib l-informazzjoni, lista ta’ affarijiet lijġibu magħhom l-istudenti u l-postijiet u l-ħinijiet meta se tieqfu għall-mistrieħ.42. DJARJU TA’ ŻMIEN MONROY – Immaġina li inti tifel jew tifla li kont tgħix fi Żmienil-Ħakma ta’ Monroy f’Malta. Ikteb djarju mifrux fuq ħamest ijiem fejn tgħid x’għamilt,tirrakkonta xi fatti li ġrawlek, xi avventura li ltqajt magħha, u kif ħassejtek meta kienu qed jiġrul-ġrajjiet marbuta mal-ġrajja ta’ Monroy. Tista’ tuża t-tpenġija biex turi kif taħseb li kienetil-ħajja dawk iż-żminijiet u hekk tagħti iktar ħajja lix-xogħol tiegħek.43. QABBEL IL-LOGĦOB OLIMPIKU TA’ ŻMIEN IL-GREĊJA TAL-QEDEM MA’ DAK LIJSIR FIŻ-ŻMINIJIET MODERNI – aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint biex tispjegaxi differenzi bejn (a) il-logħob li kien isir qabel u dak li jsir illum (b) l-organizzazzjoni tal-logħobOlimpiku fl-antik u dik tal-lum.44. MAWRA SAĊ-ĊENTRU TAL-AKKWAKULTURA F’MARSAXLOKK – Żur iċ-ċentrutal-Akwakultura fit-Torri ta’ San Luċjann f’Marsaxlokk mal-għalliem/a jew ma’ xi ħaddtal-familja, u wara aħdem proġett qasir dwar l-istess mawra li għamilt. Ikteb dwar l-importanzatal-akwakultura, x’tip ta’ ħut jitrabba u kif l-akwakultura qed tgħin biex jissolvew xi problemimarbuta mal-baħar ta’ madwarna. Inkludi ritratti li ħadt waqt din il-mawra.45. ID-DEŻERTI SĦAN U D-DEŻERTI KESĦIN – Qabbel deżert sħun ma’ deżert kiesaħ.Agħti eżempji tat-temperaturi u tip ta’ maltemp li jagħmel fid-deżerti. Tista’ ssebbaħ il-proġettpermezz ta’ ritratti u illustrazzjonijiet (diagrams) rilevanti. Uri xi affarijiet li huma differenti uoħrajn simili fid-deżerti sħan u dawk kesħin.46. IT-TEMP ESTREM – Aħdem proġett qasir jew preżentazzjoni powerpoint fejn permezz ta’kitba kif ukoll stampi adattati, turi l-effetti li jkollhom l-għargħar u n-nixfa fuq in-nies u fuql-ambjent ta’ madwarna. L-istampi u l-eżempji għandhom jittieħdu mill-paesaġġ Malti. Għid kifit-temp estrem jaffettwa lill-ħaddiema fuq xogħolhom u lill-istudenti fl-iskola. Tista’ tużarapporti u cuttings minn gazzetti biex issebbaħ ix-xogħol tiegħek.47. RAĦAL TIPIKU TAS-SAJJIEDA – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint biextagħti informazzjoni dwar xi raħal tipiku tas-sajjieda f’Malta jew f’Għawdex. Tista’ ssebbaħil-proġett permezz ta’ ritratti u illustrazzjonijiet (diagrams) rilevanti. Uri xi karatteristiċitar-raħal li għażilt.48. KIF NISTGĦU NIPPROTEĠU L-BAĦAR – Ikteb dwar kif nistgħu nipproteġu l-baħar ta’madwarna u dak li ssib ġo fih bħall-ħut. Semmi dak li qiegħed iħammeġ il-baħar u għidx’għandna nagħmlu biex inwaqqfu dawn il-ħsarat lill-baħar milli jkomplu jsiru.SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 6

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!