12.07.2015 Views

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

20. KITBA TA’ DJARJU – Immaġina li inti xi wieħed jew waħda minn dawn: għalliem/a, tabib/a,pulizija, kunsillier/a, sindku, warden, kappillan. Oħloq djarju mifrux fuq ħamest ijiem fejntgħid x’għamilt, tirrakkonta xi fatti li ġrawlek, xi avventuri li kellek. Għid kif ħassejtek metaqdejt dmirek sew.21. TQABBIL TAL-KLIMA BEJN MALTA U PAJJIŻ IEĦOR FIL-MEDITERRAN –Qabbel il-klima ta’ Malta ma’ dik ta’ pajjiż ieħor fil-Mediterran. Tista’ tuża l-Internet, gazzettiu r-rapporti tat-temp. Semmi elementi bħax-xita u t-temperaturi. L-osservazzjonijiet għandhomikunu mifruxa fuq xahar. Ikteb rapport dwar dak li osservajt. Tista’ ssebbaħ il-proġett permezzta’ ritratti u illustrazzjonijiet (diagrams), mapep u cuttings minn gazzetti.22. INTERVISTA MA’ ANZJAN/A TAR-RAĦAL/BELT FEJN TOQGĦOD – Agħmelintervista ma’ anzjan jew anzjana li toqgħod fil-belt jew raħal tiegħek. Waqt l-intervista ipprovasib kif inbidel ir-raħal minn żmien it-tfulija tal-anzjan li intervistajt sal-lum.23. DAWRA (TOUR) MAL-BELT/RAĦAL – Organizza dawra jew tour madwar il-belt jew raħalfejn toqgħod int, għal klassi tal-ħames sena primarja li ġejjin minn raħal ieħor. Ħu ħsieb kollox,fost affarijiet oħra t-trasport, informazzjoni, gwida, postijiet ta’ interess li bi ħsiebek teħodhomjaraw u fejn se jieqfu għal xi mumenti ta’ mistrieħ. Tista’ ssebbaħ il-proġett tiegħek b’xi ritartti.24. IL-BIRGU – BELT ANTIKA U MARITTIMA MALTIJA – Aħdem proġett jewpreżentazzjoni powerpoint dwar il-Birgu. Ikteb dwar il-postijiet ta’ nteress li tista’ tara fil-Birgu,il-qagħda strateġika tal-Birgu fil-Port il-Kbir, u inkludi ritratti li juru dak li baqa’ l-istess f’dil-belt udak li matul iż-żmien inbidel. Għid għaliex il-Birgu għadu importanti għalina l-Maltin anke llum.25. L-ORGANIZZAZZJONI TA’ ĦARĠA GĦAĊ-ĊITTADELLA – Immaġina li intgħalliem/a tal-Ħames Sena Primarja. Organizza ħarġa lejn iċ-Ċittadella għall-klassi tiegħek. Ħuħsieb kollox, fosthom it-trasport, il-postijiet li se żżuru, kif u fejn se ssib l-informazzjoni, listata’ affarijiet li jġibu magħhom l-istudenti u l-postijiet u l-ħinijiet meta se tieqfu għall-mistrieħ.26. IL-LOGĦOB OLIMPIKU – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint dwar il-logħobdifferenti li jsir waqt l-Olimpjadi moderni. Għid x’inhu l-iskop ta’ dan il-logħob u għid għaliexil-logħob kollu, mhux dak Olimpiku biss, huwa importanti f’ħajjitna.27. L-OLIMPJADI LI GĦADDEW – Aħdem proġett dwar l-aħħar Olimpjadi. Sib stampi, rapportiminn gazzetti, irriċerka minn fuq l-Internet u ikteb artikli dwar l-avvenimenti li saru u fejn saru.Inkludi mappa li turi l-belt fejn saru l-Olimpjadi fejn tiġi. Inkludi wkoll xi ħaġa dwar is-sehem ta’Malta fl-aħħar Olimpjadi.28. ID-DEŻERT KIESAĦ U D-DEŻERT SĦUN – Aħdem preżentazzjoni powerpoint dwardawn iż-żewġ tipi ta’ deżert. Semmi l-klima u l-ambjent in ġenerali, x’jilbsu n-nies li jgħixuhemm, u għid għaliex il-ħajja fid-deżerti hija diffiċli ħafna għan-nies, għall-annimali,għall-pjanti u s-siġar.29. L-ORGANIZZAZZJONI TA’ ĠITA GĦAL DEŻERT SĦUN JEW KIESAĦ – Immaġinali inti operatur tal-ġiti għat-turisti; organizza ġita lejn deżert sħun jew kiesaħ. Ħu ħsieb avża lilmin ġej fuq kollox, fosthom, il-ħwejjeġ li se jilbes, il-protezzjoni mix-xemx jew bard, l-irqad,il-postijiet li se żżuru, kif u fejn se ssib l-informazzjoni, lista ta’ affarijiet li n-nies għandhomiġibu magħhom.SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 4

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!