12.07.2015 Views

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

linji gwida u l-listi tal-proġetti - Studji Soċjali Primarja

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

IL-PROĠETT bħala parti integrali mill-assessjar fil-Ħames Sena PrimarjaA: IL-PROĠETT – linji gwida1. Għandu jsir proġett wieħed, individwali minn kull student/a.2. Il-proġett għandu jitlesta u jiġi assessjat mill-għalliema sal-15 ta’ Mejju 2014.3. Il-proġett ikollu 20% mill-marka finali tal-eżami tal-aħħar tas-sena; l-eżami bil-kitbatal-aħħar tas-sena jkollu 80% tal-marka globali.4. Fil-każ ta’ INTERVISTI, DJARJI, REĊTI u RAPPORTI, in-numru ta’ kliem għandujkun ta’ bejn 250 u 400 kelma.5. Il-preżentazzjonijiet powerpoint għandhom jinħadmu f’mhux inqas minn 10 slides,mhux iktar minn 25 slide. Fil-każ tal-powerpoints wieħed għandu jifhem l-importanzata’ kapxins rilevanti, effettivi u f’posthom. Il-kitba użata fil-preżentazzjoni, inklużi t-titliu l-kapxins, m’għandhiex tkun inqas minn 250 kelma u mhux iktar minn 400.6. Fil-każ ta’ scrapbook, project book jew A4 copybook, m’għandux ikun hemm iktar minn20 paġna, li jinkludu kemm ritratti, illustrazzjonijiet (diagrams) u text. It-text għandujkun bejn 250 u 400 kelma. Ma jitnaqqsux marki jekk il-proġett ma jkunxittajpjat/ipprintjat, basta l-kitba tkun pulita u tingħaraf sew. Għandha tingħata attenzjonispeċjali lill-organizzazzjoni tal-proġett.7. F’xi proġetti, dejjem jekk dan ikun jixraq u rilevanti, tista’ tintuża għodda elettronikainterattiva bħal Web 2.0 Tools, Goanimate, blogs, Photostory, Photosynth, PhotoCollage u Storybird. Din l-għodda teknoloġika għandha dejjem tkun disponibbligħall-moderatur/i tal-proġett.8. Filwaqt li għandu jsir kull sforz possibbli biex l-istudenti kollha jaħdmu proġett skontil-kriterji stabbiliti, nifhmu li dan mhux dejjem ikun possibbli. Fil-każ ta’ studenti biħtiġijiet partikolari fit-tagħlim, hija fid-diskrezzjoni tal-għalliem u l-LSA li jaraw lijaħdem proġett fil-livell/i tiegħu.9. Il-proġett jista’ jinħadem bil-lingwa Ingliża imma t-titlu għandu jidher fl-oriġinal tiegħubil-lingwa Maltija.SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 1

B: IL-LISTA SĦIĦA TAL-PROĠETTI:Sena A (2013-14)1. ATTIVITÀ FI GRUPP – Ikteb dwar attività li għamilt fi grupp ma’ tfal oħra, eżempju xiżjara f’dar tal-anzjani, camping mal-Iscouts, eċċ. Tkellem dwar il-ġid li ħadt minn din l-attività.Tista’ tinkludi ritratt/i li ħadt waqt din l-attività / żjara. Għid ukoll kif kienet organizzata dinl-attività.2. REĊTA dwar L-IMĠIBA U S-SOLIDARJETÀ – Ikteb reċta fejn tlett itfal tal-istess etàtiegħek jirrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom fir-rispett u l-imġiba ta’ bejniethom; għid kif urewsolidarjetà ma’ xulxin. Tista’ toħloq sitwazzjoni fejn wieħed ikollu bżonn l-għajnuna jew ikungħaddej minn mumenti diffiċli. Għid x’għamiltu biex tgħinuh.3. INTERVISTA MA’ PERSUNA LI TGĦINNA FIL-KOMUNITÀ – AgħżelWIEĦED/WAĦDA minn dawn li ġejjin: l-għalliem, it-tabib, il-qassis, il-pulizija, il-kunsillier,il-warden. Agħmel intervista lil din il-persuna u fiha ipprova sib kif ix-xogħol tagħha qiegħedikun ta’ ġid għall-komunità tagħna. Tista’ ddaħħal xi ritratti biex turi x-xogħol li qed tagħmeldin il-persuna.4. IR-RAĦAL/BELT FEJN NOQGĦOD – Agħmel riċerka, imbagħad uża l-istess riċerka biextaħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint dwar ir-raħal tiegħek. Inkludi ritratti tal-postijietta’ interess li wieħed jista’ jsib fir-raħal u mappa li turi fejn jinsabu dawn il-postijiet ta’ nteress.5. QABBEL PARTI ANTIKA MA’ PARTI ĠDIDA TAL-BELT/RAĦAL TIEGĦEK –Agħmel riċerka u aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint dwar ir-raħal tiegħek.Il-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-parroċċa, mill-każini u/jew il-kunsill lokali tar-raħal tiegħekjistgħu jgħinuk. Sib ritratti antiki u qabbel id-dehra antika ma’ dik moderna. Ikteb dwar, kemmid-differenzi li tinnota kif ukoll xi affarijiet li baqgħu l-istess.6. HERITAGE TRAIL TAR-RAĦAL TIEGĦEK – Il-ħabib jew ħabiba tiegħek se jżuru r-raħaltiegħek għall-ewwel darba. Iddisinja heritage trail u fih indika r-rotta li għandha tittieħed waqtdin iż-żjara. Semmi l-postijiet li fihom għandha ssir żjara biex il-mawra tkun waħdainteressanti. Inkludi ritratti u mappa biex ix-xogħol ikun iktar attraenti u interessanti.7. L-ORGANIZZAZZJONI TA’ ĦARĠA GĦALL-IMDINA – Immaġina li int għalliem/atal-Ħames Sena Primarja. Organizza ħarġa lejn l-Imdina għall-klassi tiegħek. Ħu ħsieb kollox,fosthom it-trasport, il-postijiet li se żżuru, kif u fejn se ssib l-informazzjoni, lista ta’ affarijiet lijġibu magħhom l-istudenti u l-postijiet u l-ħinijiet meta se tieqfu għall-mistrieħ.8. IĊ-ĊITTADELLA – IL-BELT ANTIKA GĦAWDXIJA – Aħdem proġett jewpreżentazzjoni powerpoint dwar iċ-Ċittadella. Ikteb dwar il-postijiet ta’ nteress li tista’ tarafiċ-Ċittadella, il-qagħda strateġika tagħha fuq għolja, u inkludi ritratti li juru dak li baqa’ l-istessf’dil-belt u dak li matul iż-żmien inbidel. Għid għaliex iċ-Ċittadella għadha importanti għalina llum.9. IL-ĠRAJJA TA’ MONROY – aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint u fiha irrakkontafi kliemek il-ġrajja ta’ Monroy; sib stampi u/jew uża t-tpenġija biex ix-xogħol tiegħek tagħmluiktar interessanti u biex turi kif taħseb li kienet il-ħajja dawk iż-żminijiet u hekk tagħti iktarħajja lix-xogħol tiegħek.SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 2

10. L-ISTORJA TAL-LOGĦOB OLIMPIKU – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpointdwar l-iżvilupp tal-logħob Olimpiku minn żmien il-Greċja tal-Qedem sal-lum. Tista’ tużaritratti, stampi, cuttings minn ġurnali u l-Internet biex issebbaħ il-proġett tiegħek.11. IĊ-ĊENTRU TAL-AKKWAKULTURA F’MARSAXLOKK – Agħmel riċerka dwariċ-Ċentru tal-Akkwakultura fit-torri ta’ San Luċjan f’Marsaxlokk u wara aħdem proġett dwaru.Ikteb dwar l-importanza tal-akkwakultura, x’tip ta’ ħut jitrabba u kif l-akkwakultura qed tgħinbiex jissolvew xi problemi marbuta mal-baħar ta’ madwarna. Inkludi ritratti li sibt waqtir-riċerka.12. ID-DEŻERT – Semmi deżert; dan jista’ jkun deżert sħun jew deżert kiesaħ. Fittex dwaru uaħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint. Ikteb dwar l-ambjent ġenerali li ssib f’danid-deżert, semmi l-pajjiżi li jinsab fihom u immarka dan id-deżert fuq mappa. Ikteb dwar minjgħix hemm, l-annimali u l-pjanti li ssib.13. TERREMOT LI ĠARA – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint dwar terremot liġara; fittex u ikteb dwaru, għid xi ħsarat għamel u għid kif affettwa l-ħajja tan-nies. Sib stampibiex jgħinuk tagħmel il-punti tiegħek aħjar. Uri kif il-post, minn qabel it-terremot għal wara,inbidel.14. INTERVISTA MA’ SAJJIED – Agħmel intervista lil sajjied. Għid jekk is-sajjied jaħdimxpart-time jew full-time fuq is-sajd, x’diffikultajiet isib ma’ wiċċu, kif tkun il-ħajja tiegħu matull-istaġuni differenti tas-sena, x’tipi ta’ ħut jaqbad l-iktar, u kif jaqbad il-lampuki. Tista’ tinkludixi ritratti tas-sajjied waqt ix-xogħol tiegħu.15. IT-TURIŻMU – Agħmel żjara f’ċentru turistiku; agħżel minn: Buġibba, Tas-Sliema, jewMarsalforn. Ikteb dwar dak li rajt waqt iż-żjara. Għid għaliex il-post li għażilt jissejjaħ ċentruturistiku. Għid kif, fl-opinjoni tiegħek, iċ-ċentru turistiku li għażilt u s-servizzi li joffri jistgħujgħinu biex inħajru iktar turisti jiġu Malta.16. NIPPJANAW ŻJARA TA’ TLETT IJIEM FIL-GŻEJJER MALTIN – Xi ħadd jiġi minnekjew ħabib tiegħek, bi ħsiebu jiġi jqatta’ tlett ijiem vaganza fil-Gżejjer Maltin. Agħmel pjan għaldin iż-żjara ta’ tlett ijiem, issuġġerixxi l-aħjar żmien li jista’ jiġi fih, il-postijiet li jista’ jżur ux’jista’ jagħmel interessanti matul dat-tlett ijiem li jdum hawn. Uża mappa biex timmarka fuqhal-postijiet ta’ nteress fejn qiegħed tissuġġerixxi li jkun hemm żjajjar.17. IL-BLIET QODMA U T-TURIŻMU – Agħżel belt waħda mill-Imdina, il-Birgu jewiċ-Ċittadella u għid kif din qiegħda tkun ta’ benefiċċju għall-ħaddiema Maltin li jaqilgħux’jieklu permezz tat-turiżmu. Agħmel is-suġġerimenti tiegħek dwar xi tibdil li tixtieq tara jseħħf’din il-belt biex tkun tista’ tilqa’ u tieħu ħsieb it-turisti aħjar .Sena B (2014-15)18. INTERVISTA – Agħmel intervista lil wieħed/waħda mill-mexxejja (leaders) tal-għaqda fejntattendi. Staqsi dwar id-diffikultajiet li jitaqa’ magħhom fit-tmexxija tal-istess għaqda. Staqsiwkoll dwar is-suċċessi li kellu/ha fit-tmexxija tal-għaqda.19. KIF NISTGĦU NSEBBĦU LIR-RAĦAL / BELT TAGĦNA – Immaġina li int perit; durdawra mal-belt jew raħal fejn toqgħod, ħu r-ritratti, imbagħad agħmel proġett ta’ tisbiħgħal-lokalità tiegħek. Għid x’tixtieq tirranġa u agħmel is-suġġerimenti li taħseb huma xierqagħall-ġid tal-lokalità tiegħek.SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 3

20. KITBA TA’ DJARJU – Immaġina li inti xi wieħed jew waħda minn dawn: għalliem/a, tabib/a,pulizija, kunsillier/a, sindku, warden, kappillan. Oħloq djarju mifrux fuq ħamest ijiem fejntgħid x’għamilt, tirrakkonta xi fatti li ġrawlek, xi avventuri li kellek. Għid kif ħassejtek metaqdejt dmirek sew.21. TQABBIL TAL-KLIMA BEJN MALTA U PAJJIŻ IEĦOR FIL-MEDITERRAN –Qabbel il-klima ta’ Malta ma’ dik ta’ pajjiż ieħor fil-Mediterran. Tista’ tuża l-Internet, gazzettiu r-rapporti tat-temp. Semmi elementi bħax-xita u t-temperaturi. L-osservazzjonijiet għandhomikunu mifruxa fuq xahar. Ikteb rapport dwar dak li osservajt. Tista’ ssebbaħ il-proġett permezzta’ ritratti u illustrazzjonijiet (diagrams), mapep u cuttings minn gazzetti.22. INTERVISTA MA’ ANZJAN/A TAR-RAĦAL/BELT FEJN TOQGĦOD – Agħmelintervista ma’ anzjan jew anzjana li toqgħod fil-belt jew raħal tiegħek. Waqt l-intervista ipprovasib kif inbidel ir-raħal minn żmien it-tfulija tal-anzjan li intervistajt sal-lum.23. DAWRA (TOUR) MAL-BELT/RAĦAL – Organizza dawra jew tour madwar il-belt jew raħalfejn toqgħod int, għal klassi tal-ħames sena primarja li ġejjin minn raħal ieħor. Ħu ħsieb kollox,fost affarijiet oħra t-trasport, informazzjoni, gwida, postijiet ta’ interess li bi ħsiebek teħodhomjaraw u fejn se jieqfu għal xi mumenti ta’ mistrieħ. Tista’ ssebbaħ il-proġett tiegħek b’xi ritartti.24. IL-BIRGU – BELT ANTIKA U MARITTIMA MALTIJA – Aħdem proġett jewpreżentazzjoni powerpoint dwar il-Birgu. Ikteb dwar il-postijiet ta’ nteress li tista’ tara fil-Birgu,il-qagħda strateġika tal-Birgu fil-Port il-Kbir, u inkludi ritratti li juru dak li baqa’ l-istess f’dil-belt udak li matul iż-żmien inbidel. Għid għaliex il-Birgu għadu importanti għalina l-Maltin anke llum.25. L-ORGANIZZAZZJONI TA’ ĦARĠA GĦAĊ-ĊITTADELLA – Immaġina li intgħalliem/a tal-Ħames Sena Primarja. Organizza ħarġa lejn iċ-Ċittadella għall-klassi tiegħek. Ħuħsieb kollox, fosthom it-trasport, il-postijiet li se żżuru, kif u fejn se ssib l-informazzjoni, listata’ affarijiet li jġibu magħhom l-istudenti u l-postijiet u l-ħinijiet meta se tieqfu għall-mistrieħ.26. IL-LOGĦOB OLIMPIKU – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint dwar il-logħobdifferenti li jsir waqt l-Olimpjadi moderni. Għid x’inhu l-iskop ta’ dan il-logħob u għid għaliexil-logħob kollu, mhux dak Olimpiku biss, huwa importanti f’ħajjitna.27. L-OLIMPJADI LI GĦADDEW – Aħdem proġett dwar l-aħħar Olimpjadi. Sib stampi, rapportiminn gazzetti, irriċerka minn fuq l-Internet u ikteb artikli dwar l-avvenimenti li saru u fejn saru.Inkludi mappa li turi l-belt fejn saru l-Olimpjadi fejn tiġi. Inkludi wkoll xi ħaġa dwar is-sehem ta’Malta fl-aħħar Olimpjadi.28. ID-DEŻERT KIESAĦ U D-DEŻERT SĦUN – Aħdem preżentazzjoni powerpoint dwardawn iż-żewġ tipi ta’ deżert. Semmi l-klima u l-ambjent in ġenerali, x’jilbsu n-nies li jgħixuhemm, u għid għaliex il-ħajja fid-deżerti hija diffiċli ħafna għan-nies, għall-annimali,għall-pjanti u s-siġar.29. L-ORGANIZZAZZJONI TA’ ĠITA GĦAL DEŻERT SĦUN JEW KIESAĦ – Immaġinali inti operatur tal-ġiti għat-turisti; organizza ġita lejn deżert sħun jew kiesaħ. Ħu ħsieb avża lilmin ġej fuq kollox, fosthom, il-ħwejjeġ li se jilbes, il-protezzjoni mix-xemx jew bard, l-irqad,il-postijiet li se żżuru, kif u fejn se ssib l-informazzjoni, lista ta’ affarijiet li n-nies għandhomiġibu magħhom.SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 4

30. IT-TNIĠĠIS TAL-BAĦAR MILL-VAPURI U MID-DRENAĠĠ – X’periklu hemm għalMalta mill-vapuri li jħammġu l-ibħra? Kif jista’ vapur iħammeġ il-baħar ta’ madwarna? Aħdemproġett jew preżentazzjoni powerpoint fejn tagħti informazzjoni dwar il-ħmieġ li jintefa’ l-baħarmill-vapuri u mid-drenaġġ. Irrakkonta mqar każ wieħed fejn xi vapur ħammeġ il-baħar.31. MAWRA SA RAĦAL TAS-SAJJIEDA – Ikteb rapport dwar mawra li għamilt int mal-ħbiebjew mal-familja tiegħek sa wieħed mill-irħula tas-sajd li għandna fil-Gżejjer Maltin; agħżelminn: Marsaxlokk, Birżebbuġa, Wied iż-Żurrieq, San Ġiljan, Marsalforn jew l-ImġarrGħawdex. Għid x’osservajt, x’rajt, x’tgħallimt meta tkellimt ma’ xi sajjied/a. Tista’ tinkludi xiritratti u/jew xi tpenġijiet li għamilt waqt din il-mawra.32. XOGĦLIJIET LI JAGĦMLU L-MALTIN MAT-TURISTI – Sib tliet xogħlijiet ligħandhom x’jaqsmu mat-turiżmu u ikteb dwarhom. Għid kif it-turisti qegħdin ikunu ta’ ġidgħalina l-Maltin u l-Għawdxin. Tista’ tinkludi ritratti tax-xogħlijiet li l-Maltin u l-Għawdxinjagħmlu mat-turisti.33. NITGĦALLMU DWAR IT-TURIŻMU PERMEZZ TA’ INTERVISTA – Intervista ma’ xiħadd (jista’ jkun tal-familja) li jaqla’ x’jiekol permezz tat-turiżmu. Staqsih jew staqsiha kifjaħdem mat-turisti, meta jaħdem l-iktar (l-istaġuni meta jiġu l-iktar turisti), jekk studjax biexikun jista’ jagħmel dak ix-xogħol, jekk jaħdimx full-time jew part-time mat-turisti, eċċ.34. GĦALFEJN JIĠU T-TURISTI? – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint fejn tagħtiraġunijiet għala bosta turisti jiġu Malta. Għid kif aħna l-Maltin nistgħu nħajru iktar turisti biexjiġu Malta. Agħti eżempji konkreti ta’ kif għandha tkun l-imġiba tagħna mat-turisti. Agħmelenfasi fuq dak li nistgħu nagħmlu aħna l-istudenti mhux dak li jista’ jagħmel ħaddieħor. Tista’ssebbaħ il-proġett permezz ta’ ritratti u illustrazzjonijiet (diagrams) rilevanti.Sena Ċ (2015-16)35. INTERVISTA – Agħmel intervista lis-sindku tal-lokalità tiegħek; staqsi dwar id-diffikultajietli j/tiltaqa’ magħhom fit-tmexxija tal-belt/raħal. Staqsi wkoll dwar is-suċċessi li kellu/ha kemmfit-tmexxija tal-lokalità.36. NIES LI JGĦINUNA FIL-KOMUNITÀ – Agħżel erbgħa (4) minn dawn li ġejjin:l-għalliem, it-tabib, il-qassis, il-pulizija, il-kunsillier, il-warden. Ikteb dwar l-erba’ persuni ligħażilt u għid kif dawn qegħdin jgħinu biex il-komunità tagħna timxi ’l quddiem. Fil-kitbatiegħek inkludi informazzjoni dwar ix-xogħlijiet differenti li jagħmlu għall-ġid tagħna dawnl-erba’ persuni.37. INNADDFU BELTNA / RAĦALNA – Aħdem proġett u fih għid kif nistgħu nieħdu ħsiebl-ambjent tal-belt/raħal tagħna; għid kif dan l-ambjent nistgħu nagħmluh iktar nadif u ħielesmill-perikli. Tista’ tinkludi ritratti tal-postijiet li jistgħu jitjiebu kemm fid-dehra tagħhom.38. IL-QALBA TAL-BELT / RAĦAL TIEGĦI – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpointdwar il-qalba antika tar-raħal jew belt tiegħek. Semmi l-bini interessanti li jinsab f’din il-biċċatar-raħal / belt, u għid x'użu qed isir minn dal-bini llum. Inkludi ritratti u mappa ta’ din il-biċċatal-belt/raħal. Semmi xi problemi kif ukoll xi vantaġġi li jista’ jkollok meta tkun toqgħodfil-qalba antika tal-belt/raħal.SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 5

39. DAWRA MAR-RAĦAL – Dur dawra mar-raħal tiegħek u ħu ritratti tal-postijiet storiċi li ssib.Ħu ritratti wkoll tal-istili li tosserva fil-bini, kif ukoll l-ornamenti li tara, pereżempju niċeċ,statwi, gallariji ġonna eċċ.. Ikteb rapport dwar id-dawra li dort u ikkummenta dwar l-ambjent lisibt meta kont qed iddur mar-raħal. Inkludi mappa tar-rotta li ħadt waqt id-dawra li dort.40. L-IMDINA – BELT ANTIKA MALTIJA – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpointdwar il-belt qadima tal-Imdina. Ikteb dwar il-postijiet ta’ nteress li tista’ tara fl-Imdina, il-qagħdastrateġika tagħha fuq għolja, u inkludi ritratti li juru dak li baqa’ l-istess f’dil-belt u dak li matuliż-żmien inbidel. Għid għaliex illum, l-Imdina għadha importanti għalina l-Maltin.41. L-ORGANIZZAZZJONI TA’ ĦARĠA GĦALL-BIRGU – Immaġina li int għalliem/atal-Ħames Sena Primarja. Organizza ħarġa lejn il-Birgu għall-klassi tiegħek. Ħu ħsieb kollox,fosthom it-trasport, il-postijiet li se żżuru, kif u fejn se ssib l-informazzjoni, lista ta’ affarijiet lijġibu magħhom l-istudenti u l-postijiet u l-ħinijiet meta se tieqfu għall-mistrieħ.42. DJARJU TA’ ŻMIEN MONROY – Immaġina li inti tifel jew tifla li kont tgħix fi Żmienil-Ħakma ta’ Monroy f’Malta. Ikteb djarju mifrux fuq ħamest ijiem fejn tgħid x’għamilt,tirrakkonta xi fatti li ġrawlek, xi avventura li ltqajt magħha, u kif ħassejtek meta kienu qed jiġrul-ġrajjiet marbuta mal-ġrajja ta’ Monroy. Tista’ tuża t-tpenġija biex turi kif taħseb li kienetil-ħajja dawk iż-żminijiet u hekk tagħti iktar ħajja lix-xogħol tiegħek.43. QABBEL IL-LOGĦOB OLIMPIKU TA’ ŻMIEN IL-GREĊJA TAL-QEDEM MA’ DAK LIJSIR FIŻ-ŻMINIJIET MODERNI – aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint biex tispjegaxi differenzi bejn (a) il-logħob li kien isir qabel u dak li jsir illum (b) l-organizzazzjoni tal-logħobOlimpiku fl-antik u dik tal-lum.44. MAWRA SAĊ-ĊENTRU TAL-AKKWAKULTURA F’MARSAXLOKK – Żur iċ-ċentrutal-Akwakultura fit-Torri ta’ San Luċjann f’Marsaxlokk mal-għalliem/a jew ma’ xi ħaddtal-familja, u wara aħdem proġett qasir dwar l-istess mawra li għamilt. Ikteb dwar l-importanzatal-akwakultura, x’tip ta’ ħut jitrabba u kif l-akwakultura qed tgħin biex jissolvew xi problemimarbuta mal-baħar ta’ madwarna. Inkludi ritratti li ħadt waqt din il-mawra.45. ID-DEŻERTI SĦAN U D-DEŻERTI KESĦIN – Qabbel deżert sħun ma’ deżert kiesaħ.Agħti eżempji tat-temperaturi u tip ta’ maltemp li jagħmel fid-deżerti. Tista’ ssebbaħ il-proġettpermezz ta’ ritratti u illustrazzjonijiet (diagrams) rilevanti. Uri xi affarijiet li huma differenti uoħrajn simili fid-deżerti sħan u dawk kesħin.46. IT-TEMP ESTREM – Aħdem proġett qasir jew preżentazzjoni powerpoint fejn permezz ta’kitba kif ukoll stampi adattati, turi l-effetti li jkollhom l-għargħar u n-nixfa fuq in-nies u fuql-ambjent ta’ madwarna. L-istampi u l-eżempji għandhom jittieħdu mill-paesaġġ Malti. Għid kifit-temp estrem jaffettwa lill-ħaddiema fuq xogħolhom u lill-istudenti fl-iskola. Tista’ tużarapporti u cuttings minn gazzetti biex issebbaħ ix-xogħol tiegħek.47. RAĦAL TIPIKU TAS-SAJJIEDA – Aħdem proġett jew preżentazzjoni powerpoint biextagħti informazzjoni dwar xi raħal tipiku tas-sajjieda f’Malta jew f’Għawdex. Tista’ ssebbaħil-proġett permezz ta’ ritratti u illustrazzjonijiet (diagrams) rilevanti. Uri xi karatteristiċitar-raħal li għażilt.48. KIF NISTGĦU NIPPROTEĠU L-BAĦAR – Ikteb dwar kif nistgħu nipproteġu l-baħar ta’madwarna u dak li ssib ġo fih bħall-ħut. Semmi dak li qiegħed iħammeġ il-baħar u għidx’għandna nagħmlu biex inwaqqfu dawn il-ħsarat lill-baħar milli jkomplu jsiru.SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 6

49. INTERVISTA MA’ TURIST/A – Agħmel intervista ma’ persuna (turist/a) li qiegħda żżurMalta għal xi btala. Ipprova skopri mingħand din il-persuna għalfejn ġiet Malta, x’ħajjarha tiġihawn għall-vaganzi tagħha, x’għoġobha u x’seta’ dejjaqha waqt iż-żjara.50. KIF NISTGĦU NĦAJRU IKTAR TURISTI JŻURU L-GŻEJJER MALTIN – Aħdemprogramm biex tħajjar iktar turisti jżuru l-Gżejjer Maltin. Fost affarijiet oħra oħloq poster uikteb dwar il-postijiet interessanti li jistgħu jżuru t-turistu. Għid għaliex għandhom jiġu Maltagħall-btala tagħhom.C: Project Assessment CriteriaMarks Quality of work17 – 20 Excellent: evidence (photographs, pictures, drawings, information) is ample andof different forms. It is all relevant to the project. Presentation (introduction tothe project, main items, conclusion) has very good structure.13 – 16 Very Good: evidence is sufficient and relevant to explain project. Presentationhas a good stucture.9 – 12 Good: evidence is sufficient and relevant to explain the project. Presentation hasa weak structure but the main points are present.5 – 8 Fair: evidence is limited and most of it is relevant to the project. Presentationlacks structure but a few main points are present.0 – 4 Poor: evidence is very limited and most of it is not relevant to the project.Presentation lacks structure.L-Assessjar tal-ProġettN.B. Għall-iskop ta’ din l-għodda ta’ assessjar,(a) L-EVIDENZA tinkludi ritratti, stampi, tpenġija, illustrazzjonijiet u informazzjoni miġbura;(b) IL-PREŻENTAZZJONI tinkludi l-introduzzjoni, it-temi prinċipali u l-konklużjoni.Marki Kwalità tax-xogħol17 – 20 Eċċellenti: hemm evidenza (ritratti, stampi, tpenġija, illustrazzjonijiet,informazzjoni) ċara u ta’ diversi forom. L-evidenza kollha hija rilevantigħall-proġett. Il-preżentazzjoni (l-introduzzjoni, temi prinċipali, konklużjoni) hijappreżentata b’mod strutturat.13 – 16 Tajjeb ħafna: l-evidenza hija suffiċjenti u rilevanti għall-ispjega tal-proġett.Il-preżentazzjoni għandha struttura tajba.9 – 12 Tajjeb: l-evidenza hija suffiċjenti u rilevanti għall-ispjega tal-proġett. L-istrutturatal-preżentazzjoni m’hijiex tajba biżżejjed però l-punti prinċipali huma msemmijakollha.5 – 8 Mhux ħażin: l-evidenza hija limitata imma l-biċċa l-kbira tagħha hija rilevantigħall-proġett. Il-preżentazzjoni hija nieqsa mill-istruttura imma xi punti prinċipalihuma msemmija.0 – 4 Fqir: l-evidenza hija limitata ħafna u ħafna mill-evidenza m’hijiex rilevantigħall-proġett. Il-preżentazzjoni ma fihiex struttura.Tony PaceUffiċjal Edukattiv Primarja CMeLDSSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 7

Ħajr lil:Buġeja Gaetano (Ass Dir CMeLD EAU)Buttiġieġ Moira (HoD)Gilson Edward (EO Ġografija)Grima Joanne Rita (EO AfL)Mugliett Marthese (għalliema)Quintano Anton (HoD)Said Zammit Geoege (EO Studji Soċjali)Spiteri Staines Tracy (HoD)Vassallo Josephine (Ass Dir Humanities)SSAR-2013-14-Il-Proġett għall-Ħames Sena Paġna 8

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!