12.07.2015 Views

MINN GIMGHA SA GIMGHA - MaltaRightNow.com

MINN GIMGHA SA GIMGHA - MaltaRightNow.com

MINN GIMGHA SA GIMGHA - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS
  • No tags were found...

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

U<strong>MINN</strong> ĠIMGĦA <strong>SA</strong> ĠIMGĦA– aħbarijiet bejn t-22 ta’ Frar 2008 u t-29 ta’ Frar 2008 –UIL-ĠIMGĦA, 22 TA’ FRAR:IMPENN TA’ GĦAJNUNA LILL-BDIEWA MIT-TIENI GVERN TA’ LAWRENCEGONZI: It-tieni gvern ta' Lawrence Gonzi se jibqa' ffukat biex iħares il-ħtiġijiet talbdiewaMaltin u Għawdxin. Għalhekk, parti sostanzjali mill-flus ta' l-UE se jmorrugħal dan is-settur. Is-sħubija fl-UE diġa issarfet f'għajnuna diretta għal dan is-settur.Issa, it-tieni gvern ta' Lawrence Gonzi se jkunimpenjat li jgħin lill-bdiewa biex jibqgħu joffruprodotti ta' l-ogħla kwalita. Waqt żjara lill-bdiewataż-Żebbiegħ il-Prim Ministru qal li l-biedja hi setturimportanti għall-pajjiż. Hemm numru kbir ta' familjili l-għixien tagħhom jiddependi minn dan ix-xogħol,u għalhekk il-ħidma tal-gvern fil-ħames snin li ġejjinse tibqa immirata biex tiżdied l-għajnuna għal danis-settur. Fiż-Żebbiegħ il-Prim Ministru LawrenceGonzi intlaqa minn numru kbir ta' bdiewa. Huddawwar ma' l-għelieqi tal-madwar kif ukoll iddaħħal f'serra tat-tadam. Hemmhekk ilbdiewaspejgaw lill-Prim Ministru ix-xogħol li hu meħtieġ biex jitkabbar prodott li jkunta' kwalita tajba. Il-Prim Ministru wera l-apprezzament tiegħu għall-fatt li l-bdiewahuma aġġornati ma' l-aħħar teknoloġija li qed tiżviluppa f'dan il-qasam. Hu stqarr li l-prodott lokali jibqa l-aqwa fis-suq, u minnu igawdu mhux biss il-Maltin iżda anke itturistili waqt il-btala tagħhom f'pajjiżna iduqu ftit mit-tjubija ta' l-art Maltija. LawrenceGonzi sellem ukoll lir-raħħala u s-sajjieda, li ukoll qed jirċievu għajnuna mill-gvernbiex itejjbu l-ħidma tagħhom. Għal din iż-żjara l-Prim Ministru kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Joe Saliba u numru ta' kandidati għall-elezzjoni ġenerali.KRU TA’ NET TELEVISION AGGREDIT WAQT ATTIVITA’ TAL-PARTITLABURISTA: Kru ta' Net Television kien attakkat waqt attività tal-Partit Laburistaf'Ħaż-Żebbuġ. L-aggressjoni fuq il-kru, magħmul minn erba' ħaddiema, bdiet hekk kifwieħed mill-ġurnalisti kienu qalb il-miġema. Il-ġurnalisti u l-cameramen ta' NetTelevision kienu qed jagħmlu x-xogħol li kienu mistednin għalih mill-Partit Laburistastess. Kien waqt id-diskors tal-mexxej Laburistaf'Ħaż-Żebbuġ li numru ta' partitarji laburistiaggredew lill-istess ġurnalisti u cameramen.Ġurnalisti tal-Partit Laburista kif raw dan komplewżiedu ma' l-atmosfera ostili għall-kru ta' Net TV tantli komplew bil-provokazzjoni u tgħajjir fil-konfronttal-membri ta' NET Television. F'ċerti ħinijiet il-kruta' Net TV kienu insulentati u mhedda. Kull fejnresqu l-ġurnalisti u l-cameramen ta' Net TV, kienuintimidati, b'ċerti individwi fil-folla għamluha diffiċlibiex il-kru ta' Net TV seta' jwettaq xogħlu.


PASSI LEGALI MILL-KIRURGU FRANK PORTELLI KONTRA L-MLP: It-TabibFrank Portelli kien kostrett jieħu passi legali kontra l-Partit Laburista u jitlob lill-qortitwaqqfu immedjatament milli jkompli jxandar l-ispots politiċi li fihom qed jintuża hu.Portelli ppreżenta ittra uffiċjali fil-prim awla tal-Qorti Ċivili mhux biss kontra l-PartitLaburista, li huwa l-awtur ta' dawn l-ispots li jużaw lilu biex jallegaw korruzzjoni,imma anke kontra l-PBS u l-Awtorita' tax-Xandir li qed ixandruhom. Il-kirurgu, fl-ittrauffiċjali, jgħid li dawn l-ispots huma mimlija gideb, intiżi biex jiżgwidaw, abbużivi uanke dannużi fil-konfront tiegħu. Portelli jakkuża lill-MLP li waqt li qed jagħmel użumir-ritratt tiegħu, ma jikkwotahx kif jikkwota lil ħaddieħor, iżda jattribwilu kliem li fil-fattqatt ma qal. Għaldaqstant talab lill-qorti biex tordna lill-Awtorita' tax-Xandir u lill-Public Broadcasting Services biex jieħdu l-passi neċessarji kollha kontra l-partitlaburista skond il-liġi minħabba dan l-aġir ingust u mhux xieraq. Frank Portelli qalukoll li qed jirriserva d-dritt li jieħu aktar passi skond id-drittijiet li tagħtih il-liġi.UIS-SIBT 23 TA’ FRAR:TAL-ĦWIENET F’GĦAWDEX SODISFATTI BIL-POLITIKA TAL-GVERN: Talħwienetf'Għawdex huma sodisfatti bid-deċiżjoni li ħa l-Gvern fil-baġit li għadda lijnaqqas il-liċenzji tan-negozji. B'din id-deċiżjoni, in-negozji Għawdxin gawdewdoppjament – deċiżjoni li ħalliet aktar flus fl-ekonomija Għawdxija. Dwar dan tkellemil-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt li s-Sibt filgħodu żar numru kbir ta' ħwienet ustabbilimenti kummerċjali fir-Rabat Għawdex. Waqt li dar maċ-ċentru tar-Rabat il-Prim Ministru, li kien akkumpanjat minn martu Kate, intlaqa' minn żgħażagħ, familji uanzjani, nisa u ħaddiema. Ilkoll faħħru l-fatt l-Gvern tiegħu zamm attenzjoni sħiħa fuq ilħtiġijietta' din il-gżira. Il-Prim Ministru minnnaħa tiegħu saħaq li l-Gvern Nazzjonalistaqed ikompli jistimola l-ekonomija Għawdxija,u dan qed iħalli l-frott. Waqt dan il-ħin qrib ilkomunita'kummerċjali tar-Rabat Għawdex il-Prim Ministru qal li t-tieni gvern tiegħu sejkompli jinvesti f'Għawdex u l-Għawdxin.Ghalhekk se jkomplu jiżdiedu l-attivitajietkulturali, investiment biex jinġibdu aktar turistilejn Għawdex, u proġett ambizjuz biex Għawdex jinbidel fi gżira ekoloġika. LawrenceGonzi fakkar kif fl-aħħar snin il-gvern daħħal diversi skemi biex iraħħas in-noll tal-Gozo Channel, u biex tiżdied l-aċċesibbilta' – inizjattivi li ukoll kienu imfaħħra minndawk kollha li tkellmu mal-Prim Ministru. Lawrence Gonzi żar ukoll il-każin tal-PartitLaburista fil-pjazza tat-Tokk. Preżenti għal din l-attivita' fir-Rabat kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-PN Joe Saliba u l-kandidati tal-PN għat-13-il Distrett.KUNTATT MA’ UNIVERSITAJIET BARRANIN BIEX JIFTĦU KAMPUSF’PAJJIŻNA – Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi: Il-Gvern Malti jinsab f'kuntatt ma'universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi barranin biex dawn jiftħu l-campus tagħhommhux biss f'Malta iżda wkoll f'Għawdex. Dawn joffru korsijiet u ċertifikati li jkunurikonoxxuti internazzjonalment li għalihom jattendu kemm studenti Maltin kif ukollbarranin. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal dan waqt il-programm Il-Fatti Kollhafuq Radio 101 li xxandar minn Għawdex. Il-Prim Ministru fakkar li din il-ġimgħaf'Għawdex kien inawgurat it-terminal il-ġdid fil-port ta' l-Imġarr kif ukoll kienuinawgurati ħames kilometri ta' toroq ġodda mill-port ta' l-Imġarr sa San Lawrenz. Dan


il-proġett sar mill-flus li Malta kisbet mill-UE mill-ewwel sena tas-sħubija sal-2006.Lawrence Gonzi qal li l-PN irid jagħmel lil Għawdex u lil Malta aktar attraenti għalinvestiment u fakkar li fil-ġimgħat li għaddew f'Għawdex infetaħ l-ewwel ċentru tasservizzital-bank HSBC, infetħet fergħa tal-kumpanija Datatrak u tal-kumpanija 6 p.m.u dan juri li anke fil-qasam tas-servizzi il-potenzjal ta' Għawdex qed jikber. LawrenceGonzi qal li fl-elezzjoni l-poplu se jkun qed jiddeċiedi l-futur ta' pajjiżna u għalhekkkulħadd għandu jaħseb sewwa u jagħmel l-għażla favur l-aħjar ġid, għalina, għaluliedna u għal pajjiżna.IL-MLP FI STAT TA’ PANIKU JOĦLOQ AKTAR GIDEB ... DIN ID-DARBA FUQ IS-SEKONDARJI: Mhux talli mhux se jispiċċaw il-Junior Lyceums, talli l-Gvern qedjirriforma l-iskejjel biex l-iskejjel sekondarji kollha jkollhom mill-inqas l-istess livell ta'Junior Lyceum. Infatti l-iskejjel qed jiġu organizzati f'Kulleġġi biex titjieb il-kwalita' ta'l-edukazzjoni għat-tfal kollha mill-kindergarten sal-livell sekondarju. Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, li fl-istess ħin għamel appell biex il-poplujixtarr dak li qed jgħid il-Partit Laburista fuq l-Edukazzjoni tat-tfal Maltin. Louis Galeaqal li l-Partit Laburista, fil-gvern, irid iżarma l-kulleġġi kollha u jħalli l-istudenti mifrudin f'ħafnatensjoni u stigma. Dan ikun ta' ħsara kbira għalledukazzjonita' wlied il-poplu Malti u Għawdxi,speċjalment ta' dawk il-familji tal-ħaddiema li majkunux jistgħu iħallsu għall-iskejjel privati. Il-bieraħAlfred Sant ħareġ gidba oħra, dik li l-gvern iridjagħlaq il-Junior Lyceums, iżda din il-gidba sservibiss biex turi l-istat ta' Paniku li jinsab fih il-PartitLaburista u ħarġu beraħ l-iżbalji, id-dilettantizmu, u l-inkompetenza tal-programmelettorali tal-Partit Laburista dwar l-edukazzjoni. Ir-riforma li qed iwettaq il-Gvern hijaappoġjata fost l-oħrajn mill-MUT, bil-kuntrarju tal-proposti tal-Partit Laburista,fosthom dik ta' sena zejda għat-tfal kollha. Louis Galea qal li llum għandna l-akbarnumru ta' studenti li jgħaddu mill-eżami tal-Junior Lyceum. Iżda Alfred Sant filgazzettaThe Times fl-2005 kien sejjaħ din ir-riforma "Velenu", u issa qedjikkonferma li jekk ikun fil-Gvern iħassar il-kisbiet kbar li saru mill-Gvern sa issa.OPPORTUNITA’ OĦRA GĦALL-ISTUDENTI MALTIN BIEX IKOMPLU BL-ISTUDJITAGĦHOM F’LIVELL TA’ MASTERS: Studenti Universitarji Maltin, minn Settembruli ġej, jistgħu isegwu kors ta' Masters fil-marketing u l-komunikazzjoni tal-Marketing, liqed isir b'kollaborazzjoni bejn l-Universita' ta' Malta u dik ta' San Diego fl-Istati Uniti.Dan huwa t-tieni kors konġunt ma' Universita mill-Amerka ta' fuq, wara li f'Diċembru ligħadda tnieda kors ieħor fl-Immaniġġjar Sostenibbli tar-Riżorsi Ambjentali. Il-Programm konġunt ta' graduate degree fil-Marketing u Komunikazzjoni tal-Marketingifittex li jipprovdi l-għodda għar-realtajiet ta' suq li qiegħed dejjem jevolvi. Il-programmhuwa maħsub biex jgħin lill-managers jifhmu dinja dejjem tinbidel tal-marketing usabiex jitħarrġu f'għodod bħal riklamar u r-relazzjonijiet pubbliċi. Iċ-Ċentru għat-Teknoloġija u l-Komunikazzjoni fl-Universita' ta' Maltakien fost l-ewwel li beda kors bħal dan. Infatti ilkunċettta' degree konġunt huwa żvilupp fuq il-kunċettoriġinali ta' dan iċ-ċentru ta' l-Universita. Għat-tnedijata' dan il-programm attendew il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, l-Ambaxxatur AmerikanMolly Bordonaro, ir-Rettur ta' l-Universita' Juanito


Camilleri u l-Professur Kathleen Krentler mill-Universita' ta' San Diego. Il-MinistruGalea qal li jqis din is-sħubija bħala pass importanti fl-iżvilupp ta' l-edukazzjoni ogħlafil-pajjiż għax dawn il-proġetti joħolqu interess f'istituzzjonijiet prestiġġjuzi ta' riċerka,filwaqt li jġibu studenti barranin lejn Malta.SELF B’IMGĦAX GĦAL KOPPJI ŻGĦAŻAGĦ U MHUX SUSSIDJU: Alfred Santikkonferma li l-proposta tal-Partit Laburista li jagħti għajnuna lill-koppji li jridu jixtru l-ewwel proprjetà, tkun għajnuna li trid titħallas lura ladarba l-proprjetà tinbiegħ. Hukkonferma wkoll li s-sussidju jkun irid jitħallas lura skond ir-rati taż-żmien meta jsir ilbejgħanke jekk dan ifisser ħafna aktar minn dak li l-koppja tkun irċeviet bħalagħajnuna. Waqt il-programm Xarabank, il-bieraħ Alfred Sant evita li jwieġebmistoqsijiet dwar deċiżjonijiet li kien ħa bejn l-1996 u l-1998 meta kien fil-Gvern.Mistoqsi dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma hu sostna li jekk kollox jibqa' kif inhu llum,iżomm il-wegħda tiegħu li jneħħi nofs is-surcharge. Sostna li ma kienx ikun serjukieku llum jgħid li r-rati jibqgħu l-istess ikun hemm tibdil fiċ-ċirkostanzi.Meta kien ikkonfrontat b'dak li għamel fit-22 xahar ta' tmexxija tiegħu meta għolla r-rati tad-dawl u l-ilma meta l-prezz taż-żejt kien ta' 12-il Dollaru l-barmil, Alfred Santqal li meta qal dak il-kliem ma kienx jaf x'kienet is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-Korporazzjoni Enemalta. Konfrontat bil-fatt li l-proposta tas-surcharge se taġevolaaktar lil min jaħli aktar, Alfred Sant qal li dan hu argument frott ta' politika ta' għira. Il-Mexxej Laburista kien ukoll konfrontat bid-dikjarazzjoni li kien għamel hu li mill-UEpajjiżna kiseb biss Lm1.5 miljun, meta llum jista' jgawdi minn €855 miljun. Filwaqt libeda jipprova jaħrab milli jwieġeb il-mistoqsija Alfred baqa' jiġġustifika ċ-ċifra likkwota hu u sejjaħ lill-preżentatur tal-programm li ma kienx qed ikun serju.SE TIS<strong>SA</strong>ĦĦAĦ ID-DISTRIBUZZJONI TA’ L-ELETTRIKU F’MALTA: Iddistribuzzjonita' l-elettriku f'Malta qed tissaħħaħ permezz ta' mina li minnha sejgħaddu cables biex jissupplixxu enerġija, fost oħrajn, lejn Smartcity, l-ajruport, u n-naħa t'isfel ta' Malta. Il-Korporazzjoni Enemalta għadha kemm lestiet mina, twila 8kilometri, li tgħaqqad il-power station ta' delimara maċ-ċentru ta' distribuzzjoni tal-Marsa. Il-mezzi tax-xandir dalgħodu ingħataw iċ-ċans jaraw ix-xogħol li sar fuq din ilminali hi l-itwal waħda li qatt saret f'Malta. It-tħammil u xogħol ieħor relatat kelluinvestiment ta' aktar minn €9m. Il-Ministru għall-Investiment, l-Industrija u l-IT AustinGatt stqarr li din il-mina hi bżonnjuża ħafna għax se ssaħħaħ id-distribuzzjoni ta' l-enerġija fil-gżejjer Maltin. Hu qal li dan ix-xogħol ħa xi ftit taż-żmien minħabba intoppili nqalgħu taħt l-art fiż-żona taż-Żejtun iżda x-xogħol issa intemm. Iċ-chairman ta' l-EnemaltaAlex Tranter fisser li l-enerġija distribwita setingħaqad ma' dik li tkun provduta miċ-Centru ta'Distribuzzjoni fil-Mosta u dik li se tkun provdutamill-Kappara. Il-mina ġdida għandha żewġfergħat - fergħa minnhom biex jitwasslu cableslejn iż-żona ta' Marsaskala għat-tħaddim ta'Smartcity u fergħa oħra għall-Ajruport.Iċ-chairman ta' l-Enemalta qal li l-investiment lise jsir fuq dawn il-cables se jkun wieħed kbir u spjega li metru cable tal-132kV jiswamat-€350. Il-mina, li matulha tqiegħdu numru ta' tubi għall-ventilazzjoni, hi għolja 4metri u wiesa' 5 metri. Il-materjal kollu li ħareġ mit-tħammil reġa' intuża biex sarubankini fil-mina stess. Ħafna minnu tferrex ukoll f'diversi għelieqi madwar Malta.


UIL-ĦADD, 24 TA’ FRAR:POLITIKA KREDIBBLIB’VIŻJONI GĦALL-ĠEJJIENI:Waqt mass meeting f'Tas-Sliema,il-Prim Ministru Lawrence Gonziillum appella lill-poplu Malti biexfl-elezzjoni ġenerali tat-8 ta'Marzu li ġej, jara d-differenzabejn l-għażliet li għanduquddiemu. U biex fl-aħħar jagħżelfuq il-ħidma li twettqet fl-erba'snin li għaddew, u fuq il-vizjoni liqed tkun proposta għall-futur. Il-Prim Minsitru Lawrence Gonzikien qed jindirizza mass meeting tal-Partit Nazzjonalista li matulu semma kif l-akbarproġett tat-tieni Gvern tiegħu se jkun biex Għawdex issir gżira ekoloġika. F'dan ilkuntestl-ambjent se jingħata l-ogħla priorita' tant li mit-855 miljun ewro, 300 miljunewro se jmorru għall-ambjent. Il-Prim Ministru Gonzi tkellem ukoll dwar il-pakkett ta'inċentivi għal tnaqqis fit-taxxa li se jservu biex aktar ħaddiema joħorġu jaħdmu ujaqilgħu aktar. Hu qal li dawn l-inċentivi se jservu wkoll biex f'pajjiżna jinħoloq aktarxogħol u xogħol ahjar. Il-Prim Ministru ta ħarsa wkoll lejn il-ħidma li saret fl-erba' sninli għaddew tul l-ewwel gvern tiegħu. Hu qal li fil-pajjiż hawn l-akbar tkabbirekonomiku qatt reġistrat fl-aħħar snin u s-sena li għaddiet kien reġistrat rekord fitturiżmu.Hu semma kif bħalissa fil-pajjiż hawn l-ogħla numru ta' ħaddiema b'impjiegfis-sod, f'erba' snin inħolqu 20,000 post tax-xogħol. Dan minbarra li pajjiżnaesperjenza l-akbar numru ta' investiment lokali u barrani, id-deficit jinsab taħt it-2%, l-in<strong>com</strong>e tax naqset sentejn fuq xulxin, filwaqt li l-Gvern ta ċ-children's allowance lilkulħadd u ħabbar żidiet importanti fil-pensjonijiet. Il-Prim Ministru semma wkoll l-investiment qawwi tal-Gvern fis-saħħa fil-ftuħ ta' Sptar Mater Dei, u l-investiment filbinita' skejjel ġodda. Propju dwar l-Edukazzjoni, il-Prim Ministru qal li l-PartitLaburista qed jerġa' jipproponi diżastru f'dan il-qasam b'mod partikolari bil-propostata' klassi żejda wara l-kindergarten li biha t-tfal jinżammu repeaters u sena lura. Għaldan il-Partit Laburista ma jiddispjaċihx kif qatt ma wera dispjaċir għal żbalji oħra liwettaq fil-passat. B'kuntrast, il-Partit Nazzjonalista se jmur quddiem il-poplu birriżultati.Ir-riżultati huma li jagħmlu l-Partit Nazzjonalista kredibbli u huma wkoll ilpedamenttal-ħidma tal-Gvern li għad trid titwettaq.VOT BIEX IL-PAJJIŻ JIRBAĦ FIL-ĦAMES SNIN LI ĠEJJIN: Fit-8 ta' Marzu l-popluse jkun qed jivvota biex il-pajjiż jibqa jirbaħ fil-ħames snin li ġejjin, inkluż fil-qasamedukattiv. Waqt diskussjoni taħt it-tinda f'Bormla l-Prim Ministru qal li t-tieni gvernimmexxi minnu se jaħdem biex it-tfal kollhajkollhom tagħlim ta' kwalita, għaliex l-edukazzjonihi xi ħaġa fundamentali. Din il-qabża ta' kwalitadiġa bdiet bl-investimenti fi skejjel ġodda, inkluż il-Kulleġġ Santa Margerita li qed jinbena fil-Verdala.Dan hu biss wieħed mill-ħafna proġetti li saru fil-Kottonera f'din il-leġislatura. Lawrence Gonzi,b'mod mil-aktar ċar, reġa tenna li l-PN ma jridx li t-tfal jirrepetu klassi. Anzi jrid li kulħadd jirnexxi, u


għalhekk se jsaħħaħ l-investiment fl-iskejjel, fil-Junior College, l-MCAST, l-Universita,il-Higher Secondry, u l-ITS. F'Bormla l-Prim Ministru sellem lil Ugo Mifsud Bonnici, lifil-passat stinka hafna biex l-edukazzjoni f'pajjiżna tkun mill-aqwa. Waqt din l-attivitaħadu sehem numru ta' kelliema. Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Joe Saliba qal li kullħaddiem jaqbillu bil-PN fil-gvern. Għaliex il-gvern jemmen li mhux sew ħaddiemjitħallas għall-overtime bis-siegħa siegħa. Joe Saliba irringrazzja ukoll lil kull min offrad-donazzjonijiet tiegħu fil-maratona tal-bieraħ.MIĠBURA €552,020: Fil-maratona ta' ġbir ta' fondi organizzata s-Sibt mill-PartitNazzjonalista b'riżq il-kampanja elettoraligħall-Elezzjoni Ġenerali tat-8 ta' Marzunġabret is-somma ta' €552,020 (Lm236,982). Il-maratona li bdiet f'nofsinharb'xandira live fuq Net TV u Radio 101 untemmet ftit wara l-11 p.m. Din saret fil-partil-ġdida tad-Dar Ċentrali u għaliha attendewmijiet kbar ta' nies, inkluż ħafna familji użgħażagħ. Matul il-maratona ħadu sehemdiversi kantanti popolari, żeffiena kif ukollpreżentaturi ta' Net TV u Radio 101. Numruta' kandidati, uffiċjali tal-Partit u voluntiera kienu qed jieħdu t-telefonati biddonazzjonijiettal-pubbliku. Saru wkoll kollegamenti diretti man-Nadur, Għawdex fejnukoll kien qed isir il-ġbir b'riżq il-kampanja elettorali. Sa minn kmieni wara nofs innharmijiet ta' familji żaru d-Dar Ċentrali u filwaqt li taw id-donazzjonijiet tagħhomkellhom iċ-ċans ukoll jaraw il-parti l-ġdida tad-Dar Ċentrali. Il-Prim Ministru LawrenceGonzi li kien akkumpanjat mis-Sinjura Kate Gonzi, Tonio Borg, il-Viċi Kap, JoeSaliba, is-Segretarju Ġenerali u uffiċjali oħra tal-PN żaru l-maratona f'diversi ħinijiet uħeġġew lin-nies ikomplu jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom. Lawrence Gonzi qal li l-PNdejjem iddependa mill-poplu Malti u Għawdxi biex ikun jista' jmexxi 'l quddiem ilpolitikatiegħu ta' ġid.IT-TARZNA TISTA’ TKUN VIJABBLI: Il-PN fil-Gvern dejjem emmen li t-Tarzna tista'tkun vijabbli jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, jekk kulħadd jagħti sehmu u jekkkulħadd ikun impenjat lejn l-istess għan, flimkien u bl-impenn ta' kulħadd. Il-PrimMinistru Lawrence Gonzi stqarr dan f'ittra li bagħat lil Tony Zarb, is-SegretarjuĠenerali tal-GWU bi tweġiba għal ittra tal-GWU. Dan kien it-twemmin li ggwida l-impenn tal-Gvern tul l-erba' snin li għaddew u hu l-impenn li Gvern Nazzjonalistajibqa' miexi bih wara l-Elezzjoni Ġenerali. Fil-leġislatura li jmiss il-PN irid ikompli l-programm ta' ristrutturazzjoni biex it-tarznari jsiru vijabbli, skond il-ftehim negozjat filpakkettta' sħubija fl-UE. Il-mentalita tal-GWU lima tapprezzax il-ħtieġa ta' ċerta żviluppi himentalità li qed tagħmel deni kbir lill-ħaddiemakapaċi tat-Tarzna. Ix-xogħol tal-ħaddiema tat-Tarzna qed ikun perikolat mir-reżistenza għallbidlau mit-twemmin li l-politika tiġi qabel l-għixien tal-ħaddiema. L-ittra tal-Prim Ministruttemm li aħna nemmnu fil-kapaċitajiet kbar talħaddiemaMaltin.Biss, hemm bżonn li l-GWUtħallihom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.


“IL-MUMENT” TIŻVELA KIF IL-PARTIT LABURISTA JĦALLAS LILL-ĦADDIEMATIEGĦU B’RATI BAXXI TA’ OVERTIME: Il-kontroversja kbira li nqalgħet matul dinil-kampanja elettorali dwar il-proposta tal-Partit Laburista li l-overtime jitħallas bissieghasiegha se jkollha żvilupp importanti meta l-gazzetta "il-mument" zvelat kif il-Partit Laburista jħallas lill-ħaddiema tiegħu rati baxxi ta' overtime. "il-mument" zvelad-dokumenti li juru kif il-Partit Laburista ma jħallasx l-overtime bis-siegħa siegħa unofs lill-ħaddiema tiegħu fil-media Laburista. Dan żvelah aktar kmieni din il-ġimgħa s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Joe Saliba waqt programm fuq l-istazzjonLaburista nnifsu. Fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista Joe Saliba żvela kif ilftehimkollettiv tal-ħaddiema tal-mezzi tax-xandir Laburisti jistipula li dawn jitħallsu s-sahra mhux bis-siegħa siegħa w nofs jew aktar kif inhi r-rata attwali fil-pajjiż, immab'rata ferm anqas. Fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef, likien qed jieħu sehem fl-istess programm, Joe Saliba sfida lid-direzzjoni tal-mediaLaburista biex tippubblika l-ftehim kollettiv li juri dan. La sa x'ħin spiċċa l-programm ulanqas s'issa, ħadd ma mera dak li żvela Joe Saliba, filwaqt li ħadd ma laqa' l-isfida ligħamel. Għaldaqstant, "il-mument" se tippubblika dawn id-dokumenti. Il-ftehimkollettiv għall-ħaddiema tal-mezzi tax-xandir Laburisti kien maqbul bejn ilmanagementu l-GWU li tirrappreżenta lill-ħaddiema. "il-mument" zvela kif kien ilmanagementta' l-istazzjon Laburista stess li ħareġ bil-proposta li l-ħaddiema jitħallsubis-siegħa siegħa meta jagħmlu s-sahra, saħanistra anke fil-Ħdud.XEJN <strong>MINN</strong> <strong>SA</strong>NT DWAR IR-RATA TA’ L-OVERTIME FIS-SUPER ONE: Filġurnatali kien żvelat li l-Partit Laburista jħallas l-overtime tal-ħaddiema tiegħu birratata' siegħa siegħa, t-tmexxija Laburista evitat milli ssemmi l-proposta tagħha biexl-overtime jibda jitħallas siegħa siegħa. Filwaqt li Alfred Sant reġa' iddefenda dik liqed isejħilha reception class, sena "extra" għat-tfal ta' ħames snin. F'diskors ta' 45minuta, waqt il-mass meeting Labursita fuq il-Fosos, il-Mexxej Laburista Alfred Santirrepeta s-slogan "Agħżel Labour" għal aktar minn 20 darba. Din kienet ripetuta wkollgħal drabi oħra miż-żewġ Deputati Mexxejja Laburisti. Waqt li kien qed jitkellem dwaril-wegħdiet Laburisti, quddiem folla kbira, Alfred Sant, f'diskors imqanqal qal "Fil-Buskett, aħna qed inwegħdu li terġa' titlaq l-għajta u t-tmexxija tal-bidla." Metatkellem dwar it-turiżmu, Alfred Sant semma l-għeluq tal-lukanda Jerma f'Wied il-Għajn u qal li hija ħasra, iżda mkien ma semma li d-Deputat Mexxej Laburista, n-Nutar Charles Mangion hu nvolut fil-bejgħ tal-lukanda. Alfred Sant żeblaħ lill-PrimMinistru għax il-każijiet ta' korruzzjoni li ġew għall-attenzjoni tiegħu ressaqhomquddiem il-Kummissarju tal-Pulizija. Sadanittant, fil-mass meeting tal-bieraħ fuq ilfosos,spikka d-diskors ta' Michael Falzon li kien imqanqal u ewforiku aktar mis-soltu.Fil-fatt f'ħin bla waqt beda jgħajjat "ole, ole, ole" mal-folla, u beda jsejjaħ lill-folla,"folla maġika" u "l-iljuni tar-rebħa". Michael Falzon għal darb'oħra qal li "l-LabourUnited" se jirbaħ żgur.KONFERMA LI <strong>SA</strong>NT IRID JERĠA’ JIFTAĦ IL-KWISTJONI TA’ L-UNJONIEWROPEA: Prova oħra li Alfred Sant u l-Partit Laburista iridu jerġgħu jiftħu l-kwistjoni ta' l-Unjoni Ewropea. Ktieb maħruġ mill-PartitLaburista matul il-kampanja elettorali jixħet dawl ġdid dwarl-istqarrija li Alfred Sant għamel ftit ġimgħat ilu waqt ilprogrammDissett fuq PBS - Dik li jinsab konvint li se jiftahil-pakkett" tal-ftehim li Malta laħqet ma' l-Unjoni Ewropeaħames snin ilu. Il-ktieb, bl-isem ta' Alfred Sant - il-viżjonigħall-bidla, inkiteb minn Frans Sammut - li fil-kitba tiegħu


juri kemm hu qrib tal-Mexxej Laburista u li ħadd m'hu eqreb tiegħu minnu. Wieħedmill-kapitli tal-ktieb jeżamina r-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-UE u jibda biex ifaħħar ilpropostata' partnership ma' l-UE li l-Maltin kienu ċaħdu fir-Referendum ta' Marzu2003. F'referenza għar-riżultat tar-Referendum, Sammut jikteb li "id-deni li seta' jsirkien li l-Maltin twebblu jivvotaw kif ivvotaw mhux fl-interessi ewlenin tagħhominfushom imma b'rizq l-interessi ta' ħaddiehor".<strong>SA</strong>NT MA JIDDISPJAĊIHX LI KIEN KONTRA S-SĦUBIJA FL-UE: F'intervista ma'The Sunday Times, Alfred Sant iddikjara li hu ma jiddispjaċih għal xejn minn dak ligħamel fil-passat - lanqas għal meta kien kontra s-sħubija ta' Malta fl-UnjoniEwropea. Alfred Sant qal dan f'intervista li fiha kienu ttrattati diversi temi relatati malkampanjaelettorali. Alfred Sant ma riedx iwieġeb fuq il-passat - fuq ħames snin ilumeta kien favur il-partnership u kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea. The SundayTimes tistaqsi lil Alfred Sant - għaliex illum qed jgħid li jrid ibiddel il-pakkett ma' l-Unjoni Ewropea meta kieku ried seta' jieħu sehem fil-MEU<strong>SA</strong>C u seta' jinfluenza l-proċess tan-negozjati? Alfred Sant iddikjara bla tlaqliq... "qed nitkellmu fuq illum. Ejjanitkellmu fuq illum mhux fuq ħames snin ilu". Mistoqsi dwar il-fatt li l-KummissjoniEwropea diġa qalet li mhux possibbli li Sant jinnegozja mill-ġdid il-pakkett ma' l-Unjoni Ewropea, il-mexxej Laburista ddikjara.. "Le"... ma jdejqux il-fatt li dawn diġaqed jgħidulu li dak li jrid hu ma jistax isir. Fl-intervista ma' The Sunday Times AlfredSant jagħmel ukoll sensiela ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni. Meta mitlub iġib ilprovi,Alfred Sant jgħid li dak li jaf hu, huma xniegħat - mhux provi, iżda dak li jgħidun-nies. Dwar il-korruzzjoni, din id-darba Alfred Sant iżeffen fin-nofs anki lill-MinistruFrancis Zammit Dimech, b'dan ta' l-aħħar diġa beda l-proċeduri meħtieġa biex jiftaħlibell kontra l-mexxej Laburista. Fl-intervista ppubblikata f'The Sunday Times, ilmexxejLaburista Alfred Sant kien mistoqsi dwar il-fatt li l-manifest elettorali Laburistafih numru ta' proposti li diġa twettqu mill-Gvern. Alfred Sant waħħal fil-<strong>com</strong>puter u qalli kien hemm xi ħaġa li ma ħadmitx tajjeb. Mistoqsi dwar x'jagħmel jekk jitlef l-elezzjoni ġenerali tat-8 ta' Marzu li ġej, Alfred Sant qal li hu ma jweġibx mistoqsijietipotetiċi.<strong>SA</strong>NT IKOMPLI JIVVINTA: Jidher li m'hemmx limitu għal dak li lesti jivvintaw AlfredSant u l-Partit Laburista. Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija, qal li l-Mexxej Laburistadalgħodu vvinta li l-Gvern għandu pjani li jagħlaq il-Junior College u li jneħħi wkoll l-eżamijiet tal-Junior College. Ma' kull ġurnata li tgħaddi, il-Partit Laburista qed joħroġbi qlajja' waħda wara l-oħra biex jipprova jgħatti l-fjask tal-proposta tiegħu li jagħmellit-tfal kollha repeaters. L-ewwel Alfred Sant ivvinta li l-Gvern se jagħlaq il-JuniorLyceums imbagħad ivvinta li re-sits tal-MATSEC se jsiru aktar tard mis-soltu. Dawnkienu miċħuda iżda, Alfred Sant baqa' jirrepitihom bit-tama li jitwemmen. Issa AlfredSant ħareġ b'oħra kbira u vvinta li l-Gvern se jagħlaq il-Junior College u se jneħħi l-eżamijiet tal-Junior College. Il-Partit Nazzjonalista temm li ma tkunx sorpriża li AlfredSant fil-jiem li ġejjin jivvinta li l-Gvern se jagħlaq l-MCAST jew l-Universita'.L-ASSOĊJAZZJONI TA’ L-ISTUDENTI-GĦALLIEMA MA TAQBILX MAR-RECEPTION CLASS TAL-MLP: Ikomplu jiżdiedu dawk li qed joħorġu jiddikjaraw lima jaqblux mal-proposta tal-Partit Laburista dwar ir-reception class. Proposta litfisser sena żejda bejn il-kinder u l-primarja u li b'hekk tkun qed iżżomm lit-tfal kollhata' ħames snin sena repeaters. Mal-kor ta' vuċijiet li ħarġu kontra din il-proposta issażdiedet ukoll l-assoċjazzjoni ta' l-istudenti għalliema fi ħdan il-Fakulta' ta' l-


Edukazzjoni ta' l-Universita' Malta li saħanistra ħejjiet rapport biex tevalwa din ilproposta.Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li l-proposta biex tigi inkluza sena ohrabejn il-klassi tal-Kindergarten 2 u l-ewwel sena tal-primarja mhix l-ahjar soluzzjonibiex tindirizza l-għanjiet li għalihom inholqot l-istess proposta. Minflok, is-soluzzjoni –tgħid l-Assoċjazzjoni – hija li jissaħħaħ il-qasam tal-litteriżmu b'miżuri li jsaħħu ujagħtu għajnuna lill-professjoni ta' l-għalliema, kif ukoll permezz ta' evalwazzjoni serjatal-kurrikulu kif prattikat fl-iskejjel, speċjalment fis-settur ta' l-edukazzjoni bikrija. Liżżid klassi żejda kif qed jipproponi l-Partit Laburista, tkompli l-istqarrija, joħloqdiffikultajiet loġistici kbar bħalma huma tibdiliet fl-infrastruttura, u l-ingaġġ ta'għalliema speċjalizzati f'dan il-qasam. Problemi li skond l-assoċjazzjoni ta' l-istudentigħalliema fi hdan l-Universita' mhux facli li jissolvew.UIT-TNEJN, 25 TA’ FRAR:L-MCAST JOFFRI MIJIET TA’ KARRIERI DIFFERENTI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦMALTIN U GĦAWDXIN: Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza, u t-Teknoloġija l-MCASTqed jiżviluppa f'ċentru li ta' kullsena joffri mijiet ta' opportunitajietgħaż-żgħażagħ biex jidħluf'karrieri differenti, inkluż fl-IT. L-MCAST qed iwassal biex ħafnajsibu post tax-xogħol u jibdewkarriera fis-settur ta' l-informatikau l-kompjuters. U dawn il-karrieriqed imorru għalihom kemmġuvintur kif ukoll tfajliet. IlkumpanijaMegabyte li topera mit-Technopark tal-Mosta hi waħda mill-intrapriżi litimpjega magħha ammont konsiderevoli ta' tfajliet fl-IT. Fil-fatt, f'din il-kumpanija,ħaddiem minn kull tlieta hi tfajla. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi żar il-ħaddiema tal-Megabyte. Hu idawwar ma' l-uffiċini ta' dan iċ-ċentru mid-diretturi u ċ-chairmanThomas Galea, li faħħar dak li qed isir fl-MCAST biex aktar żgħażagħ jaħdmu f'danis-settur.Il-Prim Ministru qal li Malta qed issir fost l-aktar pajjiżi li huma avvanżati fl-IT.Lawrence Gonzi enfasiżża l-impenn tiegħu li kull post tax-xogħol li jinħoloq f'dan issetturimur għal ħaddiema Maltin. Għalhekk qed jsir investiment kbir fl-MCAST, udan se jkompli ukoll tul il-ħames snin tat-tieni gvern tiegħu. Waqt din iż-żjara iċchairmanta' Megabyte semma esperjenza ta' ħaddiem partikolari, li minnstorekeeper baqa javvanża, u llum il-ġurnata jaħdem fit-tim ta' 55 ħaddiema ta' din ilkumpanijata' l-IT.MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW JINSISTU LI L-PROPOSTA TA’ <strong>SA</strong>NT LIJERĠA’ JIFTAĦ IL-PAKKETT TAN-NEGOZJATI MA’ L-UE HI PERIKOLUŻA: Ilpropostata' Alfred Sant li jerġa' jiftaħ il-pakkett negozjat ma' l-Unjoni Ewropea, kifapprovat mill-poplu Malti f'referendum erba' snin ilu tfisser pass lura għal pajjiżna. Ilpropostali lissen Sant fil-programm Dissett fit ġimgħat ilu, tant hi negattiva li żgurikollha effett negattiv fuq l-investiment u fuq il-postijiet tax-xogħol. Deputati Ewropejqed jiddeskrivu l-proposta ta' Alfred Sant li jerġa' jiftaħ il-kwistjoni ta' l-Ewropa, bħalapreċedent perikoluż; pass lura, sinjal negattiv għall-investituri u li jista' jwassal għaltnaqqis fl-investiment u fil-postijiet tax-xogħol. Fil-ġimgħat li għaddew, il-mexxejLaburista Alfred Sant iddikjara ruħu konvint li jista' jerġa' jiftaħ il-pakkett negozjat ma'l-Unjoni Ewropea kif approvat mill-poplu Malti f'referendum erba' snin ilu. Id-deputati


Laburista għadu Partit li tilef għal kollox il-boxxla soċjali tiegħu u jidħak bin-nies." L-istqarrija ssemmi li b'kuntrast għal dan, bl-iskemi ta' Gvern Nazzjonalista permezz ta'l-Awtorita` tad-Djar, il-first time buyers illum diġa` jistgħu jgawdu minn sostenn saLm14,000 permezz ta' l-iskema ta' l- equity sharing mingħajr ma jitħallas l-anqasċenteżmu wieħed f'imgħax.TONY ZARB JGĦID LI MA JAFX FIL-PROPOSTA TAL-MLP LI L-OVERTIMEJITĦALLAS BIS-SIEGĦA SIEGĦA: Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Toni Zarb majafx bil-proposta tad-deputat mexxej laburista Charles Mangion li l-overtime jibdajitħallas bis-siegħa siegħa. Proposta li d-deputy leader Laburista għamilha f'intervistama' l-Economic Update fit-tnax ta' Diċembru li għadda.Ix-Shadow Minister Laburista dakinhar kien ipproponali l-Overtime jibda jitħallas bis-siegħa siegħa.F'intervista, Toni Zarb sostna li sa fejn jaf hu, din iddikjarazzjonima teżistix. Fl-aħħar jiem kien żvelat kifmhux talli din il-proposta verament saret minn CharlesMangion imma talli l-partit laburista tant jemmen fiha lidiġa' poġġieha fil-prattika mal-ħaddiema tiegħu stessfil-media laburista. Ironikament kienet il-GWU stess liffirmat il-ftehim kollettiv li jistipula li l-ħaddiema ta' OneTV u Radio, meta jagħmlu l-overtime, jitħallsu b'ratiferm inqas minn dawk li jitħallsu fil-pajjiż - inkluż il-Ħdud. Il-Management tas-Super One kien ħa l-pożizzjoni li "kull sahra li ssir,b'kontinwazzjoni wara l-ħin normali tax-xogħol, mit-Tnejn sal-Ħadd, titħallas bir-ratata' siegħa għal kull siegħa maħduma". Kif ukoll li "sahra li tinħadem bejn nofs il-lejl us-sebgħa ta' filgħodu għandha titħallas bir-rata ta' siegħa siegħa". Il-Management ta'l-istazzjon laburista kien saħanistra hedded li jekk dan il-pakkett ma jiġix aċċettatmill-ħaddiema, jittieħdu miżuri li setgħu jinkludu li l-kumpanija tagħti s-sensji lillħaddiema.Kalkolu li għamel dan l-istazzjon juri kif ħaddiema b'livelli differenti ta' dħuljitilfu għexieren ta' liri fix-xahar bil-proposta tal-Partit Laburista li l-overtime jitħallasbis-siegħa siegħa. Proposta li issa jirriżulta li l-Partiti Laburista diġa' qed iwettaqhamal-ħaddiema tiegħu.BILLBOARDS TAL-PARTIT NAZZJONALISTA JINGĦATAW IN-NAR: Billboardstal-Partit Nazzjonalista sfaw maħruqa tard filgħaxija. Hekk kif il-Pulizija għadha qedtinvestiga l-każ, <strong>MaltaRightNow</strong>.<strong>com</strong> jinsab infurmat li billboards li jinsabu r-Rabat uSan Ġwann sfaw fil-mira ta' xi vandali li tawhom in-nar. Jirriżulta li għall-ewwelmumenti l-Pulizija ma kinitx qed teskludi li dan il-ħruq irriżulta minn xi inċident, iżdaaktar investigazzjonijiet irriżultaw li dan kien att vandalu. Jirriżulta wkoll li din it-teorijaġiet ikkonfermata hekk kif wieħed mill-billboards maħruqa ma kienx minn dawk ligħandhom is-sistema ta' l-elettriku, u għalhekk ma setax ikun possibli li ħa n-nar f'xiproblemi ta' l-elettriku. <strong>MaltaRightNow</strong>.<strong>com</strong> jinsab infurmat li mhux qed tkun esklużal-possibilta' li ż-żewġ każi seħħew f'ħin qasir, possibilment fi ftit minuti. Il-Pulizijagħadha qed tinvestiga ż-żewġ każijiet u jekk dawn kienux b'xi mod relatati.IL-PN F’AKTAR LAQGĦAT MA’ KORPI KOSTITWITI: Il-Partit Nazzjonalistakompla b'aktar laqgħat ma' movimenti, assocjazzjonijiet u korpi kostitwiti. Illum kienimiss laqgħa ma' raprezentanti tal-Malta Gay Rigħts Movement. Matul il-laqgħa lisaret fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista, il-moviment prezenta petizzjoni iffirmataminn 1,084 persuna b'hames proposti, lill-Partit Nazzjonalista. Prezenti għal din il-


FL-2007 MALTA KELLHA L-OGĦLA RATA TAT-TKABBIR FOST IL-PAJJIŻIKOLLHA TA’ L-UE: Statistika pubblikata mill-Eurostat, l-Aġenzija ta' l-Istatistika ta' l-UE mhux biss tikkonferma li fl-2007 Malta rreġistrat rekord fit-turiżmu immasaħansitra turi kif ir-rata tat-tkabbir fit-turiżmu f'Malta s-sena l-oħra meta mqabbelma' l-2006 kien fost l-ogħla fost is-27 pajjiż membru ta' l-UE. Fil-fatt, fejn jidħlu l-iljielili qattgħu t-turisti fil-lukandi fil-pajjiżi ta' l-UE fl-2007, Malta tiġi fir-raba' post minn fostis-27 stat membru ta' l-Unjoni. L-istatistika tgħid li l-akbar żidiet fin-numru ta' ljieli liqattgħu t-turisti f'lukandi fl-Ewropa seħħew fil-Polonja, żieda ta' 11.5%, ir-Rumanija9.1%, il-Latvja 9% imbagħad Malta li rreġistrat żieda ta' 8.5%. Dan ifisser li s-sena l-oħra Malta kellha żieda fl-iljieli li qattgħu t-turisti fil-pajjiż aħjar minn ta' 23 pajjiż ieħorta' l-Unjoni. B'pajjiżi bħal Spanja, l-Italja, Franza, il-Ġermanja, l-Ingilterra u l-pajjiżi ta'l-Iskandinavja kollha jiġu warajna. Din iż-żieda ta' 8.5% fl-iljieli li qattgħu t-turistitikkorispondi għal total ta' kważi tmien miljun lejl minn total ta' 1578 miljun lejl liqattgħu t-turisti fil-pajjiżi kollha ta' l-UE tul l-2007. Żieda - fil-pajjiżi kollha - litammonta għal 3.1% fuq is-sena preċedenti. Malta tmur tajjeb ukoll fejn jidħlu l-persentaġġi ta' kemm mit-total ta' nies li qagħdu f'lukandi tul l-2007 kienu barranin umhux residenti tal-pajjiż. F'dan il-każ Malta tiġi fl-ewwel post b'96% ta' dawk li tul issenali għaddiet qagħdu f'lukandi Maltin, ikunu turisti barranin. Sadanittant, ċifrioħrajn pubblikati llum ukoll...din id-darba mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika ta'Malta, ikomplu jikkonfermaw ix-xejra pożittiva ta' żidiet fit-turiżmu tal-cruise liners. L-istatistika tal-NSO għal Jannar turi li fl-ewwel xahar ta' din is-sena, dawn it-tip ta'turisti reġgħu żdiedu. Meta mqabbel ma' Jannar 2007, it-turisti li daħlu Malta abbordcruise liners żdiedu b'795 passiġġier. Żieda ta' 57% minn 1398 għal 2193.IMNIEDI PROGRAMM B’XEJN FL-IT GĦALL-ANZJANI: Il-Ministru ta' l-InvestimentIndustrija u IT Asutin Gatt inawgura l-programm MyWeb Plus, programm bla ħlas lijgħin anzjani jużaw għodod teknoloġiċi fil-ħajja ta' kuljum. Dan il-kors jingħata miċċentrifil-komunita' għat-taħriġ ta' l-ETC u jipprovdi taħriġ bażiku għal min ikun għadujibda jitgħallem il-kompjuter. Myweb Plus ikopri suġġetti varjati bħall-użu tal-mobile,kamera diġitali u l-internet. Austin Gatt spjega li t-twemmin tal-Gvern hu li għandu jsirkull sforz biex ħadd ma jħossu eskluż mill-avvanzi teknoloġiċi li qed tagħmel ilkomunita'tagħna. Dan il-programm huwa parti minn The Smart Island li trid tindirizzakull fejn għad baqa' firda bejn min jaf juża t-teknoloġija u min le. Issa infetah l-għaxarċentru tat-tahrig fl-Ufficji ta' l-ETC fil-belt Valletta. Dan it-taħriġ jikkumplimenta d-diversi skemi li tħabbru dan l-aħħar mill-Ministeru ta' l-Industrija Investiment u IT,fosthom il-Blueskies, u l-arranġamenti li saru biex kompjuter ġdid jinxtara b'anqasminn ewro kuljum u skema oħra biex persuni li huma fil-bżonn jixtru kompjuters irħasb'€5 fix-xahar.LIBELL IEĦOR KONTRA L-MLP FUQ MALAFAMA: Iċ-Chairman taċ-Ċentru għall-Konferenzi f'Dar il-Mediterran Peter Fenech ippreżenta żewġ kawżi għad-dannikontra l-ġurnal tal-Partit Laburista fuq artiklu li kien ippubblikat il-bieraħ. Il-libell kienipprezentat ukoll kontra l-aħbarijiet ta' l-istazzjon Laburista. Peter Fenech talab lill-Qorti biex tiddikjara r-rapporti ppubblikati u mxandra bħala malafamanti.UIT-TLIETA , 26 TA’ FRAR:TFAJLA TA’ 15-IL SENA TOQTOL LIL OMMHA F’<strong>SA</strong>N ĠWANN: Argument sħunbejn omm u bintha wassal biex it-tifla, li għandha ħmistax-il sena qatlet lil ommhaaktarx b'daqqa ta' strument li jaqta' u bil-pont. Id-delitt seħħ f'San Ġwann, fir-


esidenza fejn joqogħdu, li tinsab fi Triq is-Sebuqa. Kien għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta'wara nofsinhar meta l-argument tant saħanli spiċċa fi traġedja. L-omm, TeresaSciberras ta' 47 sena, instabet mill-pulizijamitluqa ma' l-art f'għadira demm. Kienetħabiba tat-tifla li marret l-għassa tal-Pulizijau infurmathom bil-każ. It-tifla instabet millpulizijagħall-ħabta tas-sitta u nofs ta'filgħaxija f'inħawi qrib fejn seħħ id-delitt.Minn informazzjoni li għanduMaltarightnow.<strong>com</strong> jirriżulta li l-omm, Teresa Grech għandha żewġ ulied oħra. Filpostwaslu pulizija mid-distrett kif ukoll membri mid-dipartiment għall-Investigazzjonijiet Kriminali u mit-Taqsima tal-Forensika. Il-Maġistrat ta' l-għassaAntonio Mizzi qed imexxi inkjesta bl-għajnuna ta' diversi esperti. L-awtopsjamistennija tiddetermina l-kawża tal-mewt.GVERN ĠDID NAZZJONALISTA JOĦLOQ IMPJIEGI KULLIMKIEN: Gvern ġdidnazzjonalista se jibqa determinat li joħloq xogħol fis-setturi kollha - is-servizzifinanzjarji, il-qasam turistiku, il-manifattura tas-servizzi, il-farmaċewtika, call centres,is-saħħa, is-settur tal-kompjuters - dan ta' l-aħħar diġa qed joffri ħafna postijiet taxxogħolġodda, bħal l-investiment mill-kumpanija lokali 6pm, u l-5,600 impjieg li sejinħolqu bil-proġett SmartCity. Dwar dan kollu tkellem il-Prim Ministru LawrenceGonzi waqt li indirizza attivita oħra taħt it-tinda, din id-darba fil-Kalkara. Il-PrimMinistru qal li l-mira tal-PN hi li fil-leġislatura li ġejja joħloq medja ta' 5,000 impjiegkull sena. Dan minbarra li jżomm l-istabilita' fil-pajjiż, kif ukoll iċ-ċertezza li jfittxuinvestituri barranin. B'hekk biss jiġi l-investiment,sostna l-Prim Ministru. Lawrence Gonzi saħaq li kullmin qed ifittex ix-xogħol, se jsib lill-gvern warajh biexjgħinu. Waqt din id-diskussjoni ħa sehem ukoll IvanBartolo, Direttur Maniġerjali tal-Kumpanija 6pm. Hufaħħar il-pass tas-sħubija fl-UE, għax kien dan ilmumentli wassal biex il-kumpanija tiegħu tkomplitikber u toħloq aktar impjiegi. Ivan Bartolo qal ukoll lidiġa hemm interess minn barra fil-proġett SmartCity. Dwar Għawdex, Ivan Bartolo sostna li ankehawnhekk qed jinħolqu aktar opportunitajiet. Id-diskussjoni fil-Kalkara iffukat ukoll fuql-edukazzjoni. Il-Prim Ministru għamel referenza għal dak li qal il-Mexxej Laburistanhar it-Tnejn fuq il-PBS, fejn reġa ħoloq id-distinzjoni ta' l-MLP bejn skejjel privati uskejjel tal-gvern. Ivan Bartolo qal li din is-sena żejda li qed jipproponi l-MLP tkuntraġedja għall-istudenti. F'din il-laqgħa il-Prim Ministru reġa tenna li kull ġurnata filkampanjaelettorali hi importanti. Għalhekk, qal Lawrence Gonzi, irridu naħdmu sa l-aħħar u nipperswadu bl-argumenti.GVERN ĠDID NAZZJONALISTA B’MIRA ĊARA: AKTAR XOGĦOL U XOGĦOLAĦJAR: Gvern ġdid nazzjonalista għandu mira ċara li jkompli joħloq ix-xogħol uxogħol aħjar għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin. It-tieni gvern ta' Lawrence Gonzi sejkun qed joħloq 25,000 impjieg f'ħames snin - medja ta' 5,000 post tax-xogħol ġdidfis-sena. Dan kuntrarju għal dak li qed jgħid il-Mexxej Laburista Alfred Sant, li qediwiegħed 2,000 post tax-xogħol kull sena. B'dak li jrid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-


qagħad ikun qed jiżdied kull sena bi 3,000. Dawn iċ-ċifri ġew żvelati dalgħodu waqtkonferenza ta' l-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fil-QasamIndustrijali ta' Bulebel. Il-Prim Ministru semma l-ambizzjonijiet tal-gvern għall-ħamessnin li ġejjin, biex jinħoloq aktar xogħol u jkompli jiżdied l-investiment. Gvern ġdidnazzjonalista se jgħin biex jinbnew aktar fabbriki, għajnuna lill-industrija, aktarħaddiema fis-servizzi finanzjarji, u aktar investiment fil-qasam tar-riċerka. Gvern ġdidNazzjonalista irid jiġbed aktar fabbriki tal-farmaċewtika, aktar call centres, aktarinvestiment fl-IT u s-servizzi tal-manifattura. Aktar għajnuna biex jisaħħaħ is-setturturistiku. F'Għawdex ukoll il-Partit Nazzjonalista hu kommess li joħloq aktar xogħol.Il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu għaraf l-isfida li għandu l-pajjiż b'rabta malglobaliżazzjoni.Tant li numru ta' fabbriki fl-aħħar snin kellhom imorru lejn pajjiżi oħra.Madankollu, il-gvern lest li jgħin lill-ħaddiema li jintlaqtu minn dawn id-diffikultajiet,anke permezz ta' flus mill-UE. Gvern ġdid nazzjonalista se jaħdem biex tissaħħaħ issigurtafuq il-post tax-xogħol, u biex jitwaqqfu prattiċi ta' sfruttament tal-ħaddiema.Waqt din il-konferenza il-Prim Ministru reġa għamilha ċara li gvern ġdid nazzjonalistase jżomm l-overtime kif inhu llum, mhux kif qed jipproponi l-MLP li jitħallas bis-siegħasiegħa.GVERN NAZZJONALISTA JAĦDEM GĦAL EDUKAZZJONI ĦOLISTIKA: L-isporthuwa parti importanti mill-esperjenza ta' l-edukazzjoni u l-Gvern irid li t-tfal kollhajirnexxu mhux biss fuq livell akkademiku imma wkoll fl-edukazzjoni sħiħa tagħhom.Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta, fil-preżenza tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi Louis Galea, inawgura s-sala ta' l-isport u l-faċilitajiet sportivi ġodda fl-iskola junior lyceum u sekondarja tal-bniet, fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara f'Pembroke. Il-Prim Ministru tkellem dwar ir-responsabilta' li jġorrkull politiku għaliex kull deċiżjoni li tittieħed tagħmeldifferenza fil-ħajja u fil-ġejjieni tat-tfal. It-tfal għandhomid-dritt li jirnexxu lkoll imma dan l-istess dritt jiddependifuq dak li jagħmlu l-politiċi llum. Il-Prim Ministru tkellemdwar l-investiment mill-Gvern fil-qasam edukattiv fejn flaħħarsnin ta attenzjoni wkoll lill-isport fl-edukazzjoni,qasam li jidħol fil-qafas tal-Viżjoni 2015 tal-PartitNazzjonalista fejn it-tfal jilħqu l-ogħla livelli fil-potenzjaltagħhom. Il-kunċett tal-Kulleġġi li nieda l-Gvern f'din illeġislaturajgħin lit-tfal biex jgħaddu mil-livell primarjugħal dak sekondarju mingħajr skossi. Il-Ministru ta' l-Edukazzjni Louis Galea qal li proġetti bħal dawkinawgurati llum huma xhieda tal-politika tal-Gvern biex ittfalkollha jirnexxu. Il-faċilitajiet inawgurati li jinkludu ground bi track ta' l-atletika,courts tal-basketball, netbal, handball u l-volleyball, u ground tal-football kif ukoll salamulti-purpose biex fiha jiġu pprattikati diversi dixxiplini sportivi jgħinu fl-għoti ta'edukazzjoni iktar sħiħa għall-istudenti ta' dan il-kulleġġ. Il-Kulleġġ Santa Klara - lijifforma parti minnu dan il-liceo, jiġbor fi ħdanu b'kollox 10 skejjel differenti.MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW: IL-PROPOSTA TA’ <strong>SA</strong>NT ĠENNATA:Ċajta kerha, proposta li tibgħat messaġġ ħażin, li tkisser il-kredibbilita' li kisbet Maltafl-UE, u proposta li assolutament mhix possibbli. Hekk komplew jiddeskrivu l-proposta t'Alfred Sant li jerġa' jiftaħ il-kwistjoni ta' l-Ewropa, aktar membriparlamentari Ewropej. Bl-aktar deskrizzjoni komuni tkun li din tkun ġennata. Kienwaqt il-programm Dissett fuq il-PBS li Alfred Sant iddikjara ruħu konvint li jerġa' jiftaħ


il-pakkett negozjat ma' l-UE kif approvat mill-poplu Malti fir-refrendum ta' erba' sninilu. Iwieġbu aktar membri tal-Parlament Ewropew. Christopher Fjellner, ewroparlamentari Svediż, jiddeskriviha bħala ċajta kerha. Waqt li jgħid li tibgħat messaġġħażin għax turi li Malta mhix ċerta minn dak li riedet. Id-d-deputata Ewropea veteranaAstrid Lulling tal-Lussemburgu, li sempliċiment tiddeskrivi l-proposta ta' Sant bħalawaħda bla sens tant li l-ebda politiku serju u responsabbli ma jiġuh f'moħħu affarijietbħal dawn. Minbarra dawn l-membri Parlamentari Ewropej, esponenti ewlenin ta'istituzzjonijiet Ewropej oħra - inkluż tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kap tal-PolitikaBarranija ta' l-Unjoni Javier Solana diġa' ddikjaraw li l-ftuħ mill-ġdid tal-pakkettnegozjat ma' Malta, u approvat mill-poplu f'referendum - huwa xi ħaġa impossibbli.<strong>SA</strong>NT JGĦID LI M’GĦANDU L-EBDA RIMORS: Il-mexxej Laburista Alfred Santiddikjara li ma jiddispjaċih xejn mill-passat tiegħu ta' 16-il sena fit-tmexxija tal-MLP.Alfred Sant qal dan meta llejla kien qed jindirizza attività politika f'Raħal Ġdid. Fiddiskorstiegħu Alfred Sant irrefera għal dak li qal il-Prim Ministru nhar il-Ħadd ligħadda, meta silet intervista li Alfred Sant ta lis-Sunday Times fejn stqarr li ma'għandu l-ebda rimors dwar dak li kien għamel kemm ilu fit-tmexxija tal-MLP. "Lem'għandi l-ebda dispjaċir fuq dak li għamilt, I have no regrets" sostna Alfred Santquddiem il-folla preżenti. Il-mexxej Laburista tkellem ukoll fuq il-wegħda Laburista fuql-overtime, u ddefenda din il-proposta għall-kritika li ġabet magħha, fosthom fuq dakli kien ippropona id-deputat mexxej Laburista Charles Mangion li fl-Economic Updatekien issuġġerixxa li l-overtime jitħallas bis-siegħa siegħa. Hawnhekk Alfred Santirrefera għall-fatt li l-ħaddiema tas-Super 1 jitħallsu bir-rata ta' sigħa sigħa, kifikkonferma hu stess fil-programm Bondi Plus ta' nhar it-Tnejn li għadda. Fil-waqt lirringrazzja lill-ħaddiema tas-Super 1 Alfred Sant qal li investiga dan il-fatt."Iċċekjajt fuqha din...u veru il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema li kien maqbul millħaddiemastess jgħid li għal ċertu żmien l-overtime jitħallas bis-sigħa sigħa". AlfredSant pprova jiġġustifika dan il-ftehim għax qal li dan wassal biex s-Super 1 ikun l-aqwa stazzjon. Sadattant fil-bidu ta' l-attività kompliet tispikka l-konfużjoni li qedtirrenja bħalissa fl-MLP.<strong>SA</strong>NT JIBQA’ JAĦRAB IL-FATT LI 600 PERSUNA TILFU L-IMPJIEG TAGĦHOMFULL-TIME FIT-22 XAHAR TA’ GVERN LABURISTA: Ġimgħa wara l-oħra, l-Mexxej Laburista jibqa' jiċħad u jaħrab il-fatt li fi żmien it-22 xahar meta hu kien PrimMinistru, bejn l-1996 u l-1998, 600 ruħ tilfu l-impjieg full time tagħhom. Mhux hekkbiss iżda fi 22 xahar l-qgħad żdied b'1556. Dan hu indikat fl-istatistika ta' l-UffiċċjuNazzjonali ta' l-Istatistika. Madankollu, meta mistoqsi dwar dawn il-fatti, u dwar kifjista' jitwemmen meta jgħid li se joħloq ix-xogħol, Alfred Sant wieġeb biss li ħafnafabbriki fosthom id-De La Rue kellhom ikeċċu n-nies għax kellhom il-problemi, liskond Sant kienu minn qabel il-leġiżlatura tiegħu. Madanakollu meta mistoqsi għaliexil-qgħad kien żdied daqshekk f'qasir żmien, l-Mexxej Laburista wieġeb biss li humakienu Gvern li jimpurtah u hemm bdiet l-istorja. Waqt żjara fil-kumpanija Megabyte,Alfred Sant ikkritika l-iskema tal-Gvern biex kulħadd ikollu aċċess għall-broadbandbl-irħis. Iżda fil-manifest elettorali l-Partit Laburista qiegħed iwiegħed l-istess skema.<strong>SA</strong>NT MA JITĦALLIEX JIDĦOL BLA PERMESS FIL-PARTI L-MAGĦLUQA TAL-MAGĦTAB: Tkompli l-konfużjoni f'dak li qiegħed iwiegħed il-Partit Laburista. Il-Mexxej Laburista Alfred Sant għadu jwiegħed li se jagħlaq il-miżbla tal-Magħtabmeta din ilha magħluqa mill-ewwel ta' Mejju 2004 - kważi erba' snin. Dan qed jgħidugħax ra t-trakkijiet deħlin fis-sit tal-Magħtab iżda ma jirrikonoxxix li dawn mhux qed


jarmu fil-Magħtab iżda fl-engineered landfill fl-għallis. Sant għadu jsostni li sejagħlaqha iżda meta mistosqi meta jirriżulta li lanqas data stabbilita m'għandu biexiwettaq dan il-wegħda li diga' twettqet. Meta kien fil-Magħtab, il-Mexxej Laburista, us-Segretarju Generali Laburista Jason Micallef ippruvaw jidħlu fejn qed isir irriabiltazzjonital-miżbla mingħajr permess. Sadanittant wara li t-Tnejn, ħareg bl-idea lijagħmel golf course fuq il-Magħtab, il-gurnalisti kollha ppruvaw jifmhu kif se jagħmeldan, għax Alfred Sant minkejja li wiegħed, għandu m'għamel l-ebda studju u kolloxjindika li f'dan il-post ma tistax issir.<strong>SA</strong>NT MA JIĊĦADX LI L-ĦADDIEMA TAS-SUPER ONE JITĦALLSU B’RATIBAXXI TA’ OVERTIME: Il-mexxej Laburista Alfred Sant iddikjara li dak li hemmiswed fuq l-abjad fir-rivista Economic Update dwar il-proposta tad-deputy LeaderCharles Mangion, li l-overtime jitħallas bis-siegħa, siegħa, hu misprint oħra. Immama ċaħadx li l-Partit Laburista diġa' qed japplika din il-proposta għall-ħaddiematiegħu, li jħallashom b'rati baxxi ta' overtime. Sant qal dan ilbieraħ waqt il-programmBondi Plus li xxandar fuq il-PBS. Programm li matulu rega' ħareg b'mod ċar kif ilpropostal-oħra Laburista li jżomm it-tfal kollha tal-kindergarten sena repeaters hiparti mill-konfużjoni li għandu l-MLP f'din il-kampanja elettorali. Mitlub jgħid kif din issistemase titħaddem, issa Alfred Sant qed jgħid li għad trid tkun diskussa ma' l-MUT, ma' l-għalliema u mal-ġenituri, u għall-ewwel se tkun applikata għal dawk l-iskejjel li jridu jdaħħluha. Ħu qal li dil-proposta mhux se tolqot lit-tfal kollha l-istessiżda jiddependi jekk ikunux twieldu kmieni fis-sena jew tard. Matul il-programm AlfredSant skuża wkoll l-atteġġjament ta' Ġorg Vella li nfexx jgħajjar lill-istudenti ta' l-universita' wara li l-mexxej laburista mar ħazin fid-dibattitu li sar fuq il-kampus. Kientrattat ukoll il-każ ta' infiq żejjed fuq il-proġetti. Alfred Sant wieġeb li l-gvern tiegħukien ilu sena u nofs imexxi u kien qed jara x'passi jista' jieħu biex jikkontrolla dan.Sant iddefenda wkoll lill-eks ministru laburista Charles Buhagiar li bħala l-persuna litissorvelja x-xogħol fil-proġett ta' l-Imġarr qed jitlob ħlas ta' 24 elf lira Maltin iżjedmas-somma ta' 37 elf minbarra l-fatt li l-proġett ġie jiswa aktar mill-istima oriġinali.TONY ZARB JIBQA’ MA JIKKUMMENTAX DWAR IL-FTEHIM KOLLETTIV LIFFIRMA GĦALL-HADDIEMA TAL-MEDIA LABURISTA: Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb ma jridx jikkummenta dwar il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-medialaburista li fuqu hemm il-firma tal-GWUstess, u li jistipula li meta dawn jagħmlu l-overtime, ma jitħallsux bis-siegħa siegħa u nofsjew aktar kif inhi r-rata attwali fil-pajjiż. Dan ilftehim,li kien żvelat fl-aħħar jiem, juri kif il-PartitLaburista diġa' qed ipoġġi fil-prattika, malħaddiematiegħu stess, il-proposta tad-deputyleader laburista Charles Mangion li l-Overtimejitħallas bis-siegħa siegħa. Proposta li x-shadowminister laburista tal-finanzi għamilha f'intervistamar-rivista Economic Update fit-tnax ta'Diċembru li għadda. F'kummenti li dehru fuq dinil-website lbieraħ, Tony Zarb qal li ma jafx b'din il-proposta, li issa qed jirriżulta li l-Partit Laburista diġa' qed jimplimentaha mal-ħaddiema tiegħu stess bil-barka tal-GWU. Wara li xxandru dawn il-kummenti, Tony Zarb ġie mistoqsi dwar jekk jidhirlux lihi ipokrezija min-naħa tal-GWU li waqt li ħarġet tattakka lill-gvern fuq proposta li filfatt,waqt id-diskussjonijiet tal-patt soċjali kienet saret mill-employers, issa qedjirriżulta li hi stess tat il-barka tagħha għal ħlas ta' overtime bir-ribass meta l-


employer ikun l-MLP. Madankollu meta kkuntattjat bit-telefon minn<strong>MaltaRightNow</strong>.<strong>com</strong>, Tony Zarb qal li ma jridx jikkummenta dwar il-fatt li l-GWUqablet ma' l-MLP bħala employer li r-rata ta' l-Overtime għall-ħaddiema tas-SuperOne tkun ferm inqas mir-rata ta' siegħa, siegħa u nofs, li normalment jitħallsu l-ħaddiema f'pajjiżna. Il-Mument ippubblikat ukoll l-proposti oriġinali tal-MLP li kienujgħidu li kull sahra li ssir, b'kontinwazzjoni wara l-ħin normali tax-xogħol, inkluż il-Ħdud, titħallas bir-rata ta' siegħa għal kull siegħa maħduma. U li s-sahra li tinħadembejn nofs-il-lejl u s-sebgħa ta' fil-għodu għandha titħallas bir-rata ta' siegħa siegħa. Ilmanagementta' l-istazzjon laburista kien saħanistra hedded li jekk dan il-pakkett majiġix aċċettat mill-ħaddiema, jittiehdu miżuri li setgħu jinkludu s-sensji lill-ħaddiema.Kalkolu li għamel dan l-istazzjon juri kif li kieku dak li qed jgħaddu minnu diġa' l-ħaddiema tas-Super One kellu jiġi applikat għall-ħaddiema kollha f'pajjiżna,ħaddiema b'livelli differenti ta' dħul jitilfu għexieren ta' liri fix-xahar bil-proposta tal-Laburista li l-overtime jitħallas bis-siegħa Partit siegħa.IL-KULLEĠĠ DE LA <strong>SA</strong>LLE IGIDDEB LIL <strong>SA</strong>NT: Fil-programm BondiPlus talbieraħmeta tkellem dwar il-klassi żejda għat-tfal kollha tal-Kindergarten li jrid il-PartitLaburista, Alfred Sant qal li hemm skejjel tal-knisja li diġa' għadhom jew qed jaħsbubiex idaħħlu din il-klassi żejda bejn il-kinder u l-Primarja. Fost dawn, il-mexxejlaburista semma l-Kulleġġ ta' De La Salle, li l-kap tiegħu Brother Martin ċaħadkategorikament li f'De La Salle qed tiġi ppjanata jew qed issir diġa' xi ħaġa simili. Dikli qed issir f'De La Salle u li skond il-mexxej laburista Alfred Sant hi r-Reception Yearli qed jipproponi hu, jirriżulta li mhi xejn ħlief 12-il sessjoni ta' tliet sigħat-il waħda,darbtejn fil-ġimgħa li jsiru bejn Lulju u Awwissu bħala parti mill-iskola tas-sajf ta' danil-Kulleġġ biex tgħin it-tfal jorjentaw ruħhom qabel jidħlu fil-Year One. L-allegazzjonidwar De La Salle ġibdet mill-ewwel ir-reazzjoni ta' l-awtoritajiet tal-Kulleġġ. Kif insistal-kap tal-Kulleġġ De La Salle, it-tfal diġa' qed joħorġu preparati biżżejjed illum millkinderbiex jidħlu fil-primarja, u m'hemm għalfejn ta' l-ebda sena żejda oħra. BrotherMartin ċaħad b'mod kategoriku wkoll li kif qal Alfred Sant it-tmexxija ta' De La Salleqed taħseb biex tintroduċi xi klassi oħra.MA RRIDUX IL-PROPOSTI TAL-MLP – L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa: Huwa bisspartit wieħed li qed jagħti garanzija u serħan il-moħħ lill-bdiewa għas-snin li ġejjin. Il-Partit Nazzjonalista qed jiggarantixxi l-pjan għall-iżvilupp rurali b'100 miljun ewrogħall-biedja sa l-2013, qed jiggarantixxi li f'każ ta' bżonn jiġu mġedda s-sussidji lijingħataw lill-bdiewa skond ma' jipproduċu, u dan skond ir-regoli Ewropej, ujingħataw għajnuna u servizzi oħra li minnhom jibbenefikaw b'mod dirett il-biedja u l-bdiewa. Għall-kuntrarju, il-Partit Laburista qed jipproponi skema li magħha l-bdiewaassolutament ma jaqblux, qed jipproponi 6 punti li minnhom 4 diġa' huma garantitimill-pjan għall-Iżvilupp Rurali sa l-2013, ma jagħtix garanzija li l-100 miljun ewro majintmessux għal inizjattivi oħra, filwaqt li ma jgħid xejn dwar preokkupazzjonijiet talbdiewadwar ħlas ta' flus. Pjuttost, Noel Farrugia, il-Kelliem Laburista dwar il-Biedja,wara laqgħat u korrispondenza li kellha l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa mal-PartitLaburista fl-aħħar jiem, jirrispondi li għad irid iħabbar pjan wara li l-Partit Laburistajkun fil-Gvern. Dan qalitu fi stqarrija ppubblikata llum l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa u likienet iffirmata mill-President u l-membri kollha tal-kumitat. L-Assoċjazzjoni, li ftitġranet ilu kitbet lill-kap ta' l-oppożizzjoni Alfred Sant u li sussegwentement iltaqgħet utkellmet biss ma' Noel Farrugia, ikkundannat l-atteġġjament tax-shadow ministerlaburista għall-biedja li wara li laqa' l-istedina ta' l-assoċjazzjoni biex jispjega l-pożizzjoni tal-Partit Laburista lill-bdiewa, qalilhom li l-pjan għad irid jikkomunikah.


F'korrispondenza li l-Assoċjazzjoni bagħtet lil Alfred Sant nhar il-Ġimgħa 22 ta' Frar,ikkundannat ukoll il-proposti mressqa mill-Partit Laburista b'uħud ikkunsidrati millistessassoċjazzjoni bħala mhux vijabbli, meqjusa bħala "invenzjonijiet straordinarji" lima jagħmlux sens u li mhumiex possibbli fil-Politika Agrikola Komuni ta' l-UnjoniEwropea.BILLBOARDS TAL-PARTIT NAZZJONALISTA JINGĦATAW IN-NAR: Billboardstal-Partit Nazzjonalista sfaw maħruqa tard filgħaxija. Hekk kif il-Pulizija għadha qedtinvestiga l-każ, <strong>MaltaRightNow</strong>.<strong>com</strong> jinsab infurmat li billboards li jinsabu r-Rabat uSan Ġwann sfaw fil-mira ta'xi vandali li tawhom in-nar. Jirriżulta li għall-ewwelmumenti l-Pulizija ma kinitx qed teskludi li dan il-ħruqirriżulta minn xi inċident, iżda aktar investigazzjonijietirriżultaw li dan kien att vandalu. Jirriżulta wkoll li dinit-teorija ġiet ikkonfermata hekk kif wieħed millbillboardsmaħruqa ma kienx minn dawk li għandhomis-sistema ta' l-elettriku, u għalhekk ma setax ikunpossibli li ħa n-nar f'xi problemi ta' l-elettriku.<strong>MaltaRightNow</strong>.<strong>com</strong> jinsab infurmat li mhux qed tkuneskluża l-possibilta' li ż-żewġ każi seħħew f'ħin qasir,possibilment fi ftit minuti. Il-Pulizija għadha qedtinvestiga ż-żewġ każijiet u jekk dawn kienux b'xi modrelatati. Intant il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija fejn ikkundanna dawn l-attivandali. Din hija t-tielet darba li billboards tal-Partit Nazzjonalista sfaw fil-mira ta'attakki vandali waqt din il-kampanja elettorali.TONIO FENECH JAGĦMEL KAWŻA TA’ LIBELLKONTRA ALFRED <strong>SA</strong>NT: Tonio Fenech, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzifetaħ kawża ta' libell kontra Alfred Sant dwarallegazzjoni li għamel lil Tonio Fenech, fir-rigwardtal-użu tal-Fond għall-Kawżi Ġusti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni allega li ngħatat għajnuna biex jiġipubblikat ktieb ta' natura kulturali bi skop ta'korruzzjoni. Tonio Fenech ċaħad dak li ntqal b'modkategoriku. Huwa qal li l-kontribuzzjoni lil MirandaPublications kienet marbuta ma' l-akkwist ta' 800 kopja bl-iskop li dawn il-kotbajitqassmu fil-libreriji, ambaxxati u għal okkażjonijiet uffiċċjali.GEORGE PULLICINO JAGĦMEL LIBELLLIT-TORĊA U LIL JO <strong>SA</strong>ID: GeorgePullicino, Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, dalgħodu fetaħ kawża ta' libellkontra Aleks Farrugia, l-editur tal-ġurnal It-Torċa u Jo Said. George Pullicino ċaħad l-allegazzjonijiet ta' Jo Said u qal li dawnhuma intenzjonati biss biex iħammġu r-reputazzjoni tiegħu. Dan huwa t-tieni każ ta'proċeduri legali kontra Said wara li Pullicinokien fetaħ kawża oħra dwar kummentimalafamanti li Said kien għamel fiprogramm imxandar fuq Smash Television.


UL-ERBGĦA, 27 TA’ FRAR:GVERN NAZZJONALISTA ĠDID IKOMPLI JOĦLOQ 5,000 IMPJIEG ĠDID KULLSENA – Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi: Fl-aħħar erba snin inħolqu 20,000 posttax-xogħol ġdid. Fil-pajjiż hawn l-ogħla numru ta' nies jaħdmu. L-inqas numru ta' niesjirreġistraw għax-xogħol. Aktar nisa fid-dinja tax-xogħol. Aktar żgħażagħ qed jaħtfu l-opportunitajiet kbar li qed jinfetħu quddiemhom. Dwar dawn il-kisbiet kollha tkellem illikien intervistat fin-Naxxar mill-ex editur tas-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqtSunday Times, Lawrence Grech. Il-PrimMinistru tkellem dwar il-mira tal-gvern li filħamessnin li ġejjin joħloq 5,000 impjieg ġdidfis-sena. U hawnhekk toħroġ id-differenzabejn iż-żewġ partiti. Lawrence Gonzi qal liaktar tfajliet qed jiggradwaw mill-Universita ujsibu post tax-xogħol, hekk kif illum 60% talpopolazzjonifl-Universita huma nisa. Mistoqsidwar it-Tarzna l-Prim Ministru qal li l-GWUgħandha taħdem flimkien mal-gvern biex ilproduttivitata' din l-intrapriża tiżdied. Lawrence Gonzi kien mistoqsi ukoll dwar ilkontroversjali ħoloq l-MLP dwar is-saħħa, u fakkar li kien Alfred Sant li daħħal ħlasta' 50ċ fuq il-mediċini. Lawrence Gonzi qal li l-poplu xi kultant jinsa li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni diġa għamel 22 xahar fil-gvern - perjodu li l-MLP stess jistħi jsemmi.BI GVERN NAZZJONALISTA S-SERVIZZI TAS-<strong>SA</strong>ĦĦA SE JIBQGĦU B’XEJN: Il-Gvern m'għandu ebda ħsieb li jdaħħal xi ħlas għas-servizzi tas-saħħa. Dawn sejibqgħu b'xejn kif kienu s'issa taħt dan il-Gvern. Il-Prim Ministru Lawrence Gonziiddikjara dan f'konferenza ta' l-aħbarijiet meta wieġeb allegazzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni Alfred Sant dwar dokument ta' proposti mressaq quddiem il-Kumitat tal-Kabinett għall-Affarijiet Soċjali f'Diċembru 2004. Il-Prim Ministru spjega li kemmbħala Prim Ministru kif ukoll bħala Ministru tal-Finanzi f'ebda ħin f'din il-leġislatura ma ressaq ximemorandum lill-Kabinett biex jipproponi xi formata' ħlasijiet fil-qasam tas-saħħa. Il-Prim Ministruspjega f'Diċembru 2004, tlesta rapport bl-isemHealth Financing Report - policy proposal. Il-PrimMinistru iddikjara li din il-proposta qatt ma tressqetquddiem il-Kabinett iżda marret quddiem il-Kumitattal-Kabinett għall-Affarijiet Soċjali u hemm kienetmiċħuda fil-livell ta' Kumitat tal-Kabinett u għalhekkma telgħetx quddiem il-Kabinett. Il-Prim Ministruqal li l-proposta ma kinitx implimentata f'erba' snin sħaħ. Hu fakkar li l-Gvern ġabriżultati finanzjarji tajbin biex Malta laħqet il-kriterji ta' Maastricht u daħlet fiż-ŻonaEwro u bħalissa pajjiżna għandu l-inqas livell ta' defiċit fl-aħħar snin u dan mingħajrma introduċa ebda taxxa fuq is-saħħa. Hu spjega li l-miri ekonomiċi tal-Gvern inkisbumingħajr ma introduċa ebda taxxa. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fakkar li metaAlfred Sant kien Prim Ministru tal-Gvern Laburista għal 22 xahar, wara 13-il xahar ta'diżastru ekonomiku li wassal għal akbar defiċit, kien irrikorra għal soluzzjoni ta'tassazzjoni fuq is-saħħa u daħħal ħlas ta' 50 ċenteżmu fuq kull mediċina preskrittamit-tobba. Din qajjmet ħafna inkwiet fil-Gvern Laburista u l-Perit Dom Mintoff kienuqal lil Sant li kien tilef il-boxxla soċjali. Wara Alfred Sant kien dawwar il-ħlas ta' 50


ċenteżmu għal kull preskrizzjoni u kien f'dan il-mument li f'pajjiżna kellna Gvern lintaxxa il-qasam tas-saħħa. Il-Prim Ministru qal li l-MLP jinsab f'paniku. "Lewwelħareġ bil-proposta li tfal tal-kindergarten jirrepetu klassi, wara sar magħruf li l-proposta li jħallas l-overtime bis-siegħa siegħa diġa' qed jimplimentaha malħaddiematas-Super One, wara ħareġ bil-proposta li jiftaħ il-pakkett tas-sħubija fl-UEu issa Alfred Sant anke qed jgħid li m'hix priorità għalih li sas-sena 2010 Malta majkollhiex aktar żbilanċ finanzjarju." Lawrence Gonzi qal li dawn qajjmu inkwiet flimħuħtan-nies u issa qed jipprova jsemmi rapport ta' proposti ta' erba' snin ilu li kienmiċħud mill-Gvern.IL-PROPOSTI TAL-MLP DIĠA’ IMPLIMENTATI MAL-ĦADDIEMA TAS-SUPERONE: Kif qed jagħmel mal-ħaddiema tiegħu stess il-partit laburista, hekk ukolljagħmel mal-poplu Malti u Għawdxi kollu...mal-ħaddiema kollha fil-pajjiż, jekk ikun filgvern.Kien dan il-kumment tas-Segretarju Ġenerali tal-PN Joe Saliba b'reazzjonigħal dak li kompla joħrog fil-beraħ din il-ġimgħa dwar il-ftehim kollettiv iffirmat bejn il-Management tas-Super One u l-GWU, u li jistipula li l-ħaddiema tal-media laburistama jitħallsux l-overtime bir-rati attwali li jitħallsu fil-pajjiż. Dan jikkonferma kif il-PartitLaburista, bħala employer, diġa' qed jipprattika - mal-ħaddiema tiegħu stess - dak lippropona d-deputy leader tiegħu Charles Mangion fl-intervista mar-rivista EconomicUpdate tat-tnax ta' Diċembru li għadda. Jigifieri - li l-overtime jitħallas bis-siegħasiegħa. Fl-aħħar jiem, il-mexxej laburista Alfred Sant ikkonferma diversi drabi li l-partit laburista bħala employer jittratta b'dan il-mod lill-ħaddiema tiegħu. Dan kollu ligħamel dan l-istazzjon, juri kif jintlaqtu ħazin il-ħaddiema Maltin li kieku dak lippropona x-Shadow Minister Laburista tal-Finanzi, u li qed jiġi implimentat fejn jidħlul-ħaddiema tal-partit laburista stess, kellu jiġi estiż għall-ħaddiema kollha f'pajjiżna.ALFRED <strong>SA</strong>NT JIKKONFERMA LI SE JAĦDEM GĦAL TAL-QALBA: Il-MexxejLaburista Alfred Sant ikkonferma li jekk ikun Prim Ministru se jappunta nies skond ilfiduċjapolitika tiegħu u se jagħżel persuni li jkunu affiljati ma' l-ideali tal-Gvern talġurnata.Dan sostnieh waqt konferenza ta' l-aħbarijiet organizzata mill-Awtorita' tax-Xandir u mxandra filgħaxija fuq il-PBS. Alfred Sant stqarr dan wara li kien mistoqsidwar kif se jaħtar il-persuni għall-karigi importanti biex jevita l-kunflitt ta' interess.Għall-mistoqsija jekk hux se jibda jinvestiga hu bħala Prim Ministru minflok jgħaddi l-każijiet li jkun infurmat bihom lill-Kummissarju tal-Pulizija, Alfred Sant allega li l-PrimMinistru Lawrence Gonzi jibgħat lill-persuni li jirrapportaw xi każ għand il-Kummissarju biex jilħqu jinħbew it-traċċi. Meta mistoqsi jekk għandux fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija, l-Mexxej Laburista qal li dan m'għandux x'jaqsamgħalkemm qatt ma ċaħad li se jibda jinvestiga hu bħala Prim Ministru. Il-MexxejLaburista kien mistoqsi dwar dik li qed isejjaħ "reception class". Għal darb'oħraAlfred Sant ħawwad is-snin li din se ssir fihom u din id-darba, minbarra s-sena extrabejn il-kindergarten u l-primarja, semma wkoll sena qabel il-kindergarten. Iżda metamistoqsi dwar l-inġustizzja li tinħoloq meta l-istudenti jaslu għall-O levels, jiġifieri listudenti tal-Gvern se jagħmluhom ta' 17-il sena u tal-Privat se jagħmluhom ta' 16-ilsena, Sant baqa' ma weġibx. Sant ammetta wkoll li l-ħaddiema tas-Super One kienujitħallsu overtime bis-siegħa siegħa, filwaqt li meta mistoqsi dwar il-Magħtab baqa'jsostni li din il-miżbla għadha miftuħa għalkemm qal li ma jridx jirrapporta dan il-fattlill-Kummissjoni Ewropea.<strong>SA</strong>NT JIBQA’ JWEBBES RASU LI JRID JAGĦMEL GOLF COURSE FIL-MAGĦTAB: Il-mexxej Laburista Alfred Sant qed jibqa' jwebbes rasu li jagħmel golf


course fil-Magħtab u l-fil-Qortin Għawdex, minkejja li l-esperti qed jgħidu li din hi xiħaġa impossibli. L-għada taż-żjara li Alfred Sant għamel fil-Magħtab, il-ġurnal TheTimes investiga jekk dak li qal il-mexxej Laburista jistax isir jew le billi ħa l-parir ta' l-espert tal-kumpanija Ingliża Scott Wilson. Fit-tweġiba tiegħu l-espert Ingliż BarryGore qal li dawn iż-żewġ siti ma humiex tajbin biexfihom issir golf course għal diversi raġunijiet. Huqal li dawn iż-żewġ siti huma żgħar wisq, tant li fil-Magħtab l-anqas togħqod golf course żgħira,b'disa toqbiet flok dawk standard li jkunu bitmintax. Raġuni oħra hi li dawn is-siti huma wieqfawisq, u m'humiex imwittija biżżejjed. Iżda meta l-mexxej Laburista kien konfrontat b'dawn il-fatti,baqa' jwebbes rasu fil-waqt li ma riedx jgħid minqed jagħtih il-parir li din tista' ssir. Intant AlfredSant żar il-qasam industrijali ta' Ħal Farruġ fejn żarfabbrika partikolari ta' l-għamara li fl-aħħar sninespandiet tant li llum tħaddem madwar 100 ħaddiem - xi ħaġa li tikkuntrasta bil-kbirma' dak li kien jgħid Alfred Sant li bl-Unjoni Ewropea is-settur ta' l-għamara kien sejintlaqat ħażin. Matul din iż-żjara Alfred Sant kien preżentat b'rigal fl-okkażjoni ta'għeluq sninu. Il-mexxej Laburista il-Ħamis jagħlaq 60 sena.ANĠLU FARRUGIA JQAJJEM KAŻ LI DIĠA’ QIEGĦED FIL-QORTI: Każ li tqajjemmid-Deputat Laburista Anġlu Farruġia dwar xi ħadd li allegatament iffroda nies billijgħidilhom li kien se jdaħħalhom jaħdmu l-Freeport diġa' ġie investigat u r-raġelinvolut diġa' kien akkużat il-Qorti f'Novembru li għadda. F'attivita' tal-Partit Laburistaf'Raħal Ġdid, ix-Shadow Minister Anġlu Farruġia qal li l-bieraħ filgħodu ppreżentakwerela lill-Pulizija dwar dan il-każ. Iżda fil-fatt jirriżulta li dan hu każ kontra ċertuSimon Spiteri li kien jippoża ta' xi ħadd li jista' jdaħħal nies jaħdmu l-Freeport, jiltaqa'ma' nies u jwegħiedhom salarji kbar, jitlobhom il-flus, imma imbagħad qatt ma jarawhaktar u jiffrodahom il-flus li jkunu tawh. Il-Pulizija kienet akkużat lil Simon Spiteri bifrodi fil-15 ta' Novembru li għadda.PROĠETT IEĦOR INAWGURAT BIEX IKOMPLI JTEJJEB L-EKONOMIJA TA’GĦAWDEX: F'Għawdex illum, il-PrimMinistru Lawrence Gonzi inawgura proġettieħor tal-Gvern meqjus bħala pass importantifl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-gżira. Ilproġetthu l-estensjoni taċ-Ċentru Għawdxi ta'l-Arti u l-Artiġjanat u l-bini ta' l-ewwelIncubation Centre f'Għawdex. Proġett litwettaq b'fondi ta' l-Unjoni Ewropea u fondital-Gvern Malti. B'investiment ta' iktar minn850 elf ewro, il-Gvern bena l-ewwelIncubation Centre f'Għawdex għall-ħolqientan-negozji fl-artiġjanat, u estensjoni għaċ-Ċentru Għawdxi ta' l-Arti u l-Artiġjanat. Danhuwa pass ieħor importanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali t'Għawdex. Il-proġett ġieinawgurat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li ddeskriva dan il-proġett bħalawieħed li jgħaqqad it-tliet pilastri tal-ħidma tal-Gvern. Għawdex ser ikompli jgawdiminn 10% tat-855 miljun ewro li Malta bħala pajjiż akkwistat mill-Unjoni Ewropeagħas-snin li ġejjin. Iċ-Ċentru Għawdxi ta' l-Arti u l-Artiġġjanat Wistin Camilleri infetaħ


għall-ewwel darba fl-1989, u kien joffri 3 korsijiet. Illum joffri 45 kors lil iktar minn1,000 student. Il-progett li ġie inawgurat illum joffri spazju għat-taħriġ f'diversi snajja'artiġjanali, u spazju għal dawk li jixtiequ jiftħu n-negozju tagħhom fl-artiġjanatf'Għawdex.AKTAR XOGĦOL GĦALL-GĦAWDXIN: Il-mira tal-Partit Nazzjonalista hi li ankef'Għawdex fil-leġislatura li jmiss, jinħoloq iktar xogħol u xogħol aħjar għall-Għawdxinf'Għawdex stess. Dan permezz ta' inizjattivi li diġa' ħabbar il-Partit Nazzjonalista u lijwettaq jekk jerġa' jkun fil-Gvern. Dan qalu dalgħodu l-Prim Ministru Lawrence Gonzif'attivita' soċjali li saret f'Għawdex. Il-Prim Ministru tkellem dwar kif it-turiżmu rreġistral-aħjar sena fl-2007, bl-ikbar żieda rreġistrata f'Għawdex. Dawn ir-riżultati, flimkienma' l-investiment tal-Gvern f'dan il-qasam, jgħinu biex ikompli jitkattar iktar xogħolf'Għawdex. Il-PM tkellem dwar in-negozji ż-żgħar u l-inċentivi li saru mill-Gvernb'mod partikolari t-tnaqqis fil-liċenzji tal-ħwienet fuq bażi nazzjonali u tnaqqisaddizzjonali ta' 25% għal Għawdex. Tkellem dwar skemi li nieda l-Gvern fejn għalGħawdex l-iskema tħallas parti mill-paga tal-ħaddiema. Din wasslet biex fl-aħħarsena inħolqu madwar 100 post tax-xogħol ġdid f'Għawdex għall-Għawdxin. Irreferagħall-proposti li nieda l-PN fil-programm elettorali tiegħu fejn l-iktar propostaambizzjuża hija dik li Għawdex isir gżira ekologika. Dan ifisser li minbarra li jiġimħares il-ġmiel naturali tal-gżira, l-enerġija elettrika kkunsmata f'Għawdex tinħoloqpermezz ta' enerġija nadifa f'Għawdex stess. Dan flimkien ma' trattament ta' l-iskartu d-drenaġġ. Proġetti oħra li semma l-Prim Ministru u li mistennija jsiru fis-snin liġejjin huma x-xogħlijiet ta' restawr fiċ-Ċittadella u l-proġett tal-Ġgantija. Dan minbarrainizjattivi oħra li jieħu l-Gvern fuq bażi nazzjonali u li minnhom igawdu wkollGħawdex u l-Għawdxin, fosthom tnaqqis fl-in<strong>com</strong>e tax. Il-Prim Ministru appella biexil-Maltin u l-Għawdxin iqisu tajjeb il-ħidma tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalistau biex il-poplu joħrog jivvota bil-għan li l-pajjiż jibqa' miexi 'l quddiem.PROĠETT IEĦOR BIEX JISSEBBAĦ L-AMBJENT: Tħabbru numru ta' proġettiessenzjali biex iż-żona tal-Qawra tattira aktar turisti u biex il-familji ikollhom aktarpostijiet ta' rikreazzjoni ta' kwalita` għolja. Dawn il-proggetti - b'investiment ta' 10miljun ewro - se jinkludu restawr ta' monumenti storiċi, bini mill-ġdid tat-triq tassalina,jerġgħu jibdew jitħaddmu is-salini, restaurant, ċentru tal-viżitaturi fiż-żona tas-mill-ġdid it-tined fejn qabel kien jiġipprocessat u ppakjat il-melħ, biex b'hekksalini, titnaddaf iż-żona tal-madwar u jinbnew kumpanija privata terġa' tibda tipproduci ilmelħ.Dawn il-proġetti ħabbarhom il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-AmbjentGeorge Pullicino f'konferenza stampa lisaret f'lukanda viċin l-istess salini fil-qawra.Il-Ministru qal li dawn il-proġetti sejingħaqdu ma kullana ta' proġetti fl-istessżona, fosthom l-estensjoni ta' KennedyGrove, u b'hekk din il-parti ta' pajjiżna setkun aktar attraenti għal familji. Il-MinistruPullicino qal li s-salini fil-Qawra sa l-2003 kien għadhom jiffunzjonaw u jipproducu l-melħ, iżda wara maltempata qawwija li kienet ħakmet il-pajjiżna, is-salini fil-Qawrasarilhom hsarat estensivi, u b'hekk kienet waqfet il-produzzjoni tal-melħ. Il-MinistruGeorge Pullicino spjega kif dan l-investiment se jkompli jghin biex iz-zona tal-Qawratkompli tizviluppa. Dawn il-progetti fiż-żona tal-Qawra - li mistennija jibdew fix-xhur li


ġejjien, ifissru titjieb fil-kwalita' tal-ħajja u saħansitra importanti biex ikompli jikber it-turiżmu fit-tramuntana ta' Malta.AKTAR FAĊILITAJIET SPORTIVI GĦAL KULĦADD: Wara li l-bieraħ ġewinawgurati l-faċilitajiet ġodda fil-Kulleġġ Santa Klara f'Pembroke, issa l-gvern daħal fiftehim ma żewġ għaqdiet sportivi biex jiġu mmodernizzati faċilitajiet sportivi ujinbnew oħrajn ġodda biex jitgawdew minn kulħadd. Dan għaliex il-gvern jemmen lib'edukazzjoni kompluta it-tfal jirnexxu lkoll. Il-Gvern iqis l-Isport bħala prijorita' fledukazzjonitat-tfal Maltin, għaliex huwa parti minn żvilupp sħiħ li jwassal biex it-tfaljirnexxu lkoll. Il-Kunsill Malti għall-Isport laħaq ftehim mal-Mosta FC biex dawnjagħmlu aċċessibbli l-grawnd tal-Mosta. Filwaqt id-Direttorat għas-Servizzi Edukattiviwasal għal fethim ieħor ma'l-Imtarfa FC dwar l-użu u żvilupp ta' faċilitajiet sportivi fliskolasekondarja ta' l-Mtarfa. Is-SegretarjuPermanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni FransBorg qal li l-Gvern qed jissieħeb ma' għaqdietsportivi biex igawdu kemm it-tfal fl-iskejjel kif ukollil-kommunitajiet rispettivi. Il-grawnd tal-Mosta sejiġi modernizzat u jingħata wiċċ bit-turf artifiċjali use jkun jintuża mill-klabb, mill-iskejjel tal-gvern fil-Mosta, u anke mill-kommunita' fi' programmi tal-Kunsill Malti għall-Isport. Fl-Imtarfa il-Gvern daħalfi ftehim biex fuq l-art ta' l-iskola isir mini pitch bitturfartifiċjali bl-għajnuna tal-MFA, li f'dan il-każukoll jintuża mill-iskola u mill-kommunita' kollha. Frans Borg qal li l-Gvern qed iwettaqpolitika li tagħmel l-iskejjel ċentri ta' attivita edukattiva, kulturali, artistika u sportiva.Hu rringrazzja wkoll lil Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru Charlo Bonnici ta' l-impenntiegħu biex dan il-ftehim seta jkun possibbli.ARRANĠAMENTI TAL-PARK AND RIDE: Il-Kamra ta' l-Intrapriżi żgħar u Medji, il-GRTU esprimiet is-sodisfazzjon għall-arranġament ġdid li ntlaħaq biex is-servizz ta'trasport mill-Park and Ride għaċ-ċentru tal-Belt issa joffri akta kumdita` għal minjinqeda b'dan is-servizz. Dan it-trasport li issa qiegħed ikun offrut kull siegħa u kullnofs siegħa jinżel minn Triq San Pawl għal TriqSan Kristofru u jdur għal barra, filwaqt li kullnieqes kwart u kull siegħa u kwart jinżel minnTriq l-Ifran u jdur minn Triq it-Teżor għall-pjazzatal-Palazz u jinżel minn Triq ir-Repubblikagħall-barra. Matul il-vjaġġ il-passiġġieri jistgħujinżlu fejn iridu, u n-nies jistgħu jitilgħu min dinir-rotta biex jittieħdu lejn il-Park and Ride. Il-GRTU qalet li din is-sistema ssaħħaħ bil-kbir il-tal-Park and Ride u tagħti nifs ġdid lin-negozjanti tal-Belt, lil dawk li jidħlu l-proġettBelt kuljum u l-dawk li jippjanaw il-ħarġa tagħhom għall-Belt.UIL-ĦAMIS, 28 TA’ FRAR:SERVIZZI TAS-<strong>SA</strong>ĦĦA MINGĦAJR EBDA ĦLAS: "Niddikjara li sakemm indumPrim Ministru jien m'hu se jkun hemm ebda ħlas fuq is-servizzi tas-saħħa u l-Gvernse jkompli jinvesti u jsaħħaħ dan is-servizz biex il-poplu jkompli jingħata servizzmediku ta' l-aqwa kwalità." Fl-attività taħt it-tinda fiż-Żurrieq, il-Prim Ministru


Lawrence Gonzi qal li l-Partit Laburista jrid ikompli jbaxxi l-politika fl-aktar livell baxx.Il-politiċi għandhom jargumentaw bejniethom dwar l-ideat u mhux jaslu għal-livell ta'attakki personali. L-attakki li qed jagħmlu b'akkużi li hu qed jigdeb, kompla l-PrimMinistru, juru li l-Partit Laburista jinsab f'mument ta' disprament u m'għandu xejn max'hix jiggranfa. Il-Prim Ministru qal li l-atteġġjament ta' Alfred Sant jagħti l-akbar provatad-disprament li jinsab fih. Dan ir-rapport ilu li sar erba' snin u f'erba' snin, il-PN madaħħal l-edba ħlas fuq is-saħħa kuntrarjament għal dak li għamel Alfred Sant metadaħħal ħlas ta' 50ċ fuq kull mediċina. Dan kien wassal lid-Deputat Laburista DuminkuMintoff, mill-bankijiet tal-Gvern jgħid li Alfred Sant tilef il-boxxla soċjali. LawrenceGonzi qal li llum, bħal Mintoff jgħid lil Alfred Sant li tielf il-boxxla soċjali u għadu masabhiex. Alfred Sant irid jirrikorri għal dawn it-tattiċi u mhux kapaċi joffri ebdasoluzzjonijiet. B'Alfred Sant fil-Gvern, il-poplu ma jkun offrut xejn. Bil-PN fil-Gvernhemm futur garantit għall-ġid tal-poplu, tal-familji u taż-żgħażagħ. Dwar din ilkwistjonitkellem ukoll il-Ministru Louis Galea li kkonferma li l-proposta li saret millespertilanqas biss ressaqha quddiem il-Kumitat tal-Kabinett għaliex kienet tmurkonra l-politika li jemme fiha l-PN. Intant id-diskussjoni iffukat ukoll fuq il-proposti tal-PN għal aktar tnaqqis fit-taxxa, l-għajnuna lill-ommijiet li jaħdmu, u l-mira li jinħolqu5,000 post tax-xoghol ġdid fis-sena. Dawn huma d-differenzi bejn iż-żewġ partiti,sostna l-Prim Ministru.ŻEWĠ KAWŻI TA’ LIBELL KONTRA ALFRED <strong>SA</strong>NT: Il-lejla fil-Qorti tressqu żewġlibelli bit-talba biex jinstemgħu ugenti qabel l-Elezzjoni Ġenerali. L-ewwel libeltressaq mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi kontra il-Kap ta' l-Oppożizjoni Alfred Sant.Dan minħabba l-fatt li waqt xandira politika fuq TVM Alfred Sant qal li l-Prim Ministruġideb b'mod sfaċċat. Liema akkuża wasslet biex il-Prim Ministru ressaq kawża ta'libell għad-danni. Fit-tieni każ il-Kabinett kollu ressaq libell kontra Alfred Sant dwarintervista li xxandret fuq il-website tat-Times liema diskors kien rrapportat fl-intervistali ġiet ppublikata fis-Sunday Times. F'dan id-diskors Alfred Sant uża t-tattika ta' tfigħta' tajn u akkuża lill-kabinett korrott. Il-Libelli ġew ppreżentati quddiem il-Qorti mill-Avukat Joe Zammit Maempel.LAQGĦA KOLLHA ENTUŻJAŻMU MAŻ-ŻGĦAŻAGĦF’ĦAL TARXIEN: L-elezzjonitat-8 ta' Marzu se tkun l-elezzjoni tażżgħażagħ- elezzjoni li fiha ż-żgħażagħ sejkunu l-ambaxxaturi tal-Partit Nazzjonalistabiex iwasslu l-messaġġ tiegħu u jagħturiżultat li tkompli joħloq ix-xogħol u l-ġidgħall-pajjiż. Quddiem il-mijiet ta'żgħażagħ linġabru f'Ħal Tarxien għal attivita' oħra f'dinil-kampanja elettorali, il-Prim Ministru reġa'tenna l-fiduċja tiegħu fiż-żgħażagħ, il-koppjili għandhom kif iżżewġu, l-istudenti, u l-ħaddiema. Waqt din l-attivita' hu kieninterrott kontinwament minn kant ta' innijiet favur il-PN u l-Prim Ministru, f'merħbamill-isbaħ fil-Kastell Winebar li kien mimli għal din l-attivita'. Il-Prim Ministru qal li l-entużjażmu taż-żgħażagħ jixhed il-fiduċja li qed igawdi l-pajjiħ grazzi għall-ħidmamwettqa mill-poplu flimkien mal-Partit Nazzjonalista. F'Ħal Tarxien il-Prim Ministrusema' liż-żgħaħagħ preżenti u tkellem magħhom dwar temi li jolqtu lilhomdirettament. Hu ġie preżentat bi flokk b'ismu fuqu, filwaqt li ż-żgħażagħ awgurawlugħall-elezzjoni ġenerali.


L-AKBAR NUMRU TA’ NIES JAĦDMU BI QLIEGĦ: Matul l-aħħar erba' sninpajjiżna kompla kabbar l-fama tiegħu ma' investituribarranin, u dan hu pass tajjeb 'il quddiem biex ankefis-snin li ġejjin, fit-tieni gvern ta' Lawrence Gonziikomplu jinħolqu postijiet tax-xogħol ġodda. Bħalissaf'Malta hawn l-akbar numru ta' nies jaħdmu bi qligħkwazi170,000-u l-inqas numru ta' nies jirreġistrawgħax-xogħol. Dan fl-istess waqt li l-finanzi tal-pajjizġew fis-sod, u nġibed investiment bħal dak ta' SmartCity, l-HSBC, il-fabbriki tal-farmaċewtika. Preżentigħal din l-attivita' kien hemm numru ta' kandidatinisa tal-PN għall-elezzjoni ġenerali It-tieni Gvern ta'Lawrence Gonzi hu mpenjat li jkompli joħloq aktarxogħol u xogħol aħjar, kif sar fl-aħħar leġislatura. Dwar dan kollu tkellem il-PrimMinistru Lawrence Gonzi waqt li dalgħodu ħa sehem f'laqgħa mal-familji fin-Naxxar.Matulha, il-Prim Ministru saħaq li l-familji jmorru 'l quddiem jekk il-pajjiz joħloq aktarxogħol. Waqt id-diskussjoni li tmexxiet minn Christinr Delicata, il-Prim Ministru fakkarfl-opportunitajiet kbar li qed jinħolqu għan-nisa, kif ukoll l-inċentivi tal-Gvern għallommijietli jaħdmu. Min naħa l-ohra, b'dak li qed jgħin Alfred Sant, 3,000 kull senama jkunux jistgħu isibu xogħol u jispiċċaw qiegħda. Preżenti għal din l-attivita' kienhemm numru ta' kandidati nisa tal-PN għall-elezzjoni ġenerali.REKORD IEĦOR FIT-TURIŻMU: Wara li l-2007 kienet sena rekord għat-turiżmu, l-indikazzjonijiet għall-2008 huma ferm aktar pożittivi. F'Jannar 2008 - perjodu li ssoltumhux daqstant popolari għat-turiżmu - it-turisti li ġew f'Malta żdiedu b'aktar minn 23%meta mqabbel ma' Jannar 2007. Fl-istess waqt li kien hemm żieda sostanzjali fitturistili ġew f'Malta matul l-ewwel xahar tas-sena, in-numru ta' ljieli li t-turisti qattgħuf'Malta żdiedu b'14%. Dawn iċ-ċifri kienu ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika fi statistika dwar in-numru ta' turisti li ġew f'Malta matul Jannar - kemm blajrukif ukoll bil-baħar. Mill-istess statistika jirriżulta li f'Jannar 2007 in-Numru ta'turisti li ġew f'Malta kien jammonta għal 51,736, filwaqt li f'Jannar ta' din is-sena innumruta' turisti li ġew f'Malta jammonta għal 63,850 - żieda ta' 12,114 il-persuna -ekwivalenti għal 23.4%. Barra minhekk filwaqt li t-turisti żdiedu b'numru sostanzjali,żdiedu wkoll in-numru ta' ljieli li l-istess turisti għamlu f'Malta. F'Jannar 2007 it-totalta' ljieli li t-turisti qattgħu f'Malta kien jaqbeż l-445,000 lejl, filwaqt li f'Jannar 2008 ittotalta' ljieli li t-turisti qattgħu f'Malta jammonta għal 507,826 lejl. L-akbar żieda ta'turisti li ġew f'Malta kienet mill-Ġermanja bi 3,022 turist iktar minn Jannar tas-sena l-oħra u minn Franza b'2,405 turist iktar minn Jannar 2007.ALFRED <strong>SA</strong>NT JAMMETTI LI S-SETTUR TURISTIKU SEJJER TAJJEB: Il-mexxejLaburista Alfred Sant ammetta li t-turiżmu sejjer tajjeb, u li d-deċiżjoni tal-Gvern lijinġiebu l-linji ta' l-ajru low cost kien waħda mir-raġunijiet ewlenin. Dan minkejja li l-Partit Laburista kien kontra l-low cost. Alfred Sant qal dan meta kien qed jitkellemdwar il-politika Laburista fuq it-turiżmu, f'lukanda f'Buġibba. Dan il-kummentjikkontradixxi dak li kien jgħid il-Partit Laburista ħames snin ilu qabel l-elezzjoniġenerali. Din li qed taraw hi l-ħarġa ta' l-Orizzont tal-5 ta' Marzu ta' l-2003 fejn intqal libis-sħubija fl-UE it-turiżmu se jintlaqat ħażin. Iżda meta kien qed jitkellem dalgħoduAlfred Sant tkellem b'mod differenti. F'din il-konferenza l-MLP tkellem dwar il-pjantiegħu għaż-żona ta' San Pawl il-Baħar u Buġibba. Fost il-proposti Laburisti hemm li


l-anzjani fix-Xitwa jintbagħtu fil-lukandi fl-inħawi. Fi tmiem il-konferenza il-mexxejLaburista ingħata l-awguri u kien preżentat b'xi rigali fl-okkażżjoni ta' għeluq sninu.ALFRED <strong>SA</strong>NT IKOMPLI JISFIDA LILL-GVERN ... minkejja każijiet ta’ libelli:Meta kien fiż-Żejtun, il-Mexxej Laburista Alfred Sant kompla jisfida u jgħajjar lill-PrimMinistru Lawrence Gonzi minkejja li infetħu żewġ kawżi ta' libell kontra l-MexxejLaburista. Fid-diskors politiku tiegħu Alfred Sant, b'ton aħrax, għajjar lill-Prim Ministruli tul il-kampanja elettorali qisu pipistrell waħdu. Mhux hekk biss, iżda l-MexxejLaburista kompla jwaqqa' għaċ-ċajt il-fatt li l-Prim Ministru bagħat il-każijiet għallinvestigazzjoniquddiem il-Kummissarju tal-Pulizija u allega li dan isir biex jitħassru t-traċċi. Alfred Sant reġa' semma li għandu xi każijiet oħra ta' korruzzjoni fil-MEPAgħalkemm, għal darb'oħra, ma semmaxejn. L-istess ton ta' tgħajjir kienjikkaratterizza d-diskors tat-tlietkelliema ta' qabel, id-Deputati MexxejjaLaburisti Charles Mangion u MichaelFalzon, u l-ex Ministru Laburista JoeDebono Grech. Spikka l-aktar iddiskorsta' Joe Debono Grech, li temmid-diskors billi qal "Alla mal-PartitLaburista jżomm." Debono Grechippova jitkellem ukoll dwar dik li qedtissejjaħ "reception class" u qal li"mhux veru se ntawlu sena".€100 MILJUN GĦALL-BDIEWA FIS-SEBA’ SNIN LI ĠEJJIN: Fis-seba' snin li ġejjin,il-bdiewa u r-raħħala se jkunu jistgħu japplikaw għal għajnuniet oħra taħt il-Programm Rurali ġdid li kien approvat mill-Unjoni Ewropea s-sena li għaddiet. Dan ilprogrammrurali jlaħħaq madwar mitt miljun ewro. Dan qalu s-SegretarjuParlamentari għall-Biedja u Sajd Frans Agius meta inawgura uffiċċji ġodda li kienurestawrati fl-Aġenzija għall-Pagamenti fl-Għammieri. Minn dawn l-uffiċċji ġodda, ilbdiewali jirreġistraw l-art tagħhom se jkunu intitolati u jibbenefikaw minn għajnunafinanzjarja. Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li permezz ta' dawn il-fondi, ilbdiewau r-raħħala se jkunu jistgħu japplikaw għal diversi miżuri oħra, fosthom, dik l-għajnuna fuq żoni żvantaġġjati fuq miżuri ambjentali, inġenji, ġwiebi, serer uinvestimenti oħra neċessarji għall-bdiewa u r-raħħala. Peress li ntemm l-eżerċizzju dwar kifinħadmu t-titli li permezz tiegħu bidwi jewraħħal se jibda jirċievi l-ħlasijiet, l-Aġenzija tal-Pagamenti għadha kemm infurmat lill-bdiewabir-rati applikabbli. B'dawn id-drittijiet, ilbdiewau r-raħħala se jibdew jirċievupagament mhux marbuta mal-produzzjoni.Wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea,Malta addottat ir-riforma għall-PolitikaAgrikola Komuni mill-1 ta' Jannar 2007. B'dinir-riforma, l-għajnuna diretta li se tingħata sa l-2013 u li se tlaħħaq aktar minn 26miljun ewro, m'hix se tibqa' marbuta mal-produzzjoni. Se tingħata b'mod dirett lillbdiewau lir-raħħala ġaladarba dawn applikaw għall-għajnuna fl-2007. Din l-għajnunadiretta qed tkun mgħoddija lill-bdiewa u lir-raħħala għall-ewwel darba bl-introduzzjoni


tal-Pagament Uniku. Frans Agius sostna li matul din is-sena, se titkompla l-ħidma filproċesstar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni li se tinkludi r-riforma fil-qasam talfrottu l-ħxejjex.INVESTIMENT TA’ €1 MILJUN FL-MCAST: Fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza uTeknoloġija, l-MCAST, kienet inawgurata Dar l-Istudent – proġett li jagħmel partiminn kumpless li jkopri sular amministrattiv u li jfisser investiment ta' miljun ewro. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea, f'diskors ta' l-okkażjoni,qal li l-Gvern qed jaħdem biex jipprovdi lill-istudenti bl-aħjar taħriġ u edukazzjoni bliskopli jfittxu l-aħjar opportunitajiet ta' xogħol. Għal dan l-iskop qed jitnieda servizzta' gwida għall-karrieri biex jgħin liż-żgħażagħ u lill-kbar ifittxi toroq edukattivi.Louis Galea stqarr li dan hu l-qofol ta' rapport dwar gwida għall-karrieri li tressaq fil-Parlament dan l-aħħar. Ir-rapport jipproponi t-twaqqif ta' struttura ġdida għall-karrierib'koordinatur f'kull kulleġġ ta' l-iskejjel tal-gvern. Ir-rapport jirrakkomanda wkoll ittwaqqifta' Ċentru Nazzjonali għall-Gwida fil-Karrieri li jkun kumplimentari massistemaedukattiva. Il-Ministru Galea stqarr li l-proposti f'dan ir-rapport għandu jkunkunsidrat fil-kuntest ta' qafas wiesa' tar-riforma u l-istrateġija edukattiva.TLETT ISKEJJEL JIBDEW IĦADDMU L-ISTRATEĠIJA TA’ SMART LEARNING:Żewġ skejjel Primarji u oħra sekondarja huma l-ewwel fost ħafna skejjel li fihom setibda titħaddem l-istrateġija smart learning – tagħlim b'mod interattiv, bl-użu talkompjuters,logħob, mużika, quizes, u l-internet. L-iskola primarja Sant Iermu fil-Belthi waħda mill-iskejjel li fihom din il-ġimgħa bdiet titħaddem din is-sitema moderna ta'tagħlim. Fi żjara li għamel dalgħodu lit-tfal, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fisser lidan il-pass hu xiehda ċara ta' kemm il-gvern irid l-aqwa u l-aħjar għat-tfal kollha. Ittfalinfushom diġa raw id-differenza fittagħlim.Fi kliem l-għalliema, din is-sistemamoderna ta' tagħlim bl-użu ta' interactivewhite board hi qabża fil-kwalita' ta' l-edukazzjoni. Il-Prim Ministru iddawar ma' l-iskola mis-Surmast Ray Cassar. F'din l-iskola jattendu 200 student, u s'issa hemmżewġ klassijiet li huma magħmra b'interactivwhite boards. Il-Prim Ministru kienakkumpanjat minn martu Kate, il-MinistruAustin Gatt, il-Ministru Louis Galea, ukandidati tal-PN għall-elezzjoni ġenerali.CHISWICK HOUSE SCHOOL TIĊĦAD DAK LI QAL <strong>SA</strong>NT: Anke l-iskola privataChiswick House School irreaġixxiet għal dak li qal Alfred Sant din il-ġimgħa waqtprogramm televiżiv fuq l-istazzjon nazzjonali. Biex jiddefendi l-proposta tal-PartitLaburista li jrid idaħħal sena żejda għat-tfal tal-kindergarten, f'Bondiplus Alfred Santqal li diġa' hawn skejjel tal-knisja jew tal-privat li daħħlu jew se jdaħħlu din is-sena.Wara l-kulleġġ De La Salle, li immedjatament ċaħdet dak li qal Alfred Sant, issa ankeChiswick House School ċaħdet għal kollox l-allegazzjoni tal-mexxej Laburista. Fistqarrija, l-awtoritajiet ta' l-iskola qalu li r-reception class ta' Chiswick House Schoolm'hijiex l-istess kunċett edukattiv li qed jipproponi l-Partit Laburista. Dan għaliex,għaċ-Chiswick House School, ir-reception class hija klassi mhix obbligatorja għal tfalqabel li jidħlu fil-kindergarten. Isegwu jew ma jsegwux ir-reception class, fl-iskolaChiswick, it-tfal jidħlu fl-ewwel klassi primarja ta' eta' ta' 5 snin, u jispiċċaw mill-


edukazzjoni formali ta' 16-il sena. Mhux kif qed jipproponi l-Partit Laburista, li tiżdiedsena żejda u li t-tfal fl-iskejjel jispiċċaw l-edukazzjoni formali ta' 17-il sena.GVERN LI GĦEN LILL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI: Fl-aħħar snin il-Gvernħadem biex jassigura li l-intrapriżi ż-żgħar u medji ikollhom ambjent aħjar fejnjaħdmu u b'hekk in-negozji jkunu aktar kompetittivi. L-ġħajnuna li l-Gvern ta lil dawnin-negozji kienet strumentali biex dawn in-negozji jkomplu jinvestu u għalhekk jikbruu jimpjegaw aktar ħaddiema. Dan ħareġ minn żjara li s-Segretarju Parlamentarigħan-negozji ż-żgħar u s-self employed Edwin Vassallo għamel mas-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Tonio Fenech lin-negozji ż-żgħar fiż-żonaindustrijali ta' Ħal-Luqa. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo f'diskors qasir qalli biex ikomplu jittejbu s-servizzi u s-sidien isiru aktar kompetittivi, il-Gvern applikagħal €7 miljun mill-Unjoni Ewropea biex dawn il-fondi jintużaw b'risq in-negozji ż-żgħar u s-self employed. Hu fakkar kif fl-aħħar snin trangaw bosta żoni industrijali,filwaqt li fakkar kif fix-xhur li ġejjin se jkunu żviluppati 7 żoni industrijali oħra. Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Tonio Fenech minn naħa tiegħu qal lidawn il-fondi se jtejbu l-faċilitajiet tan-negozji. Hu qal li l-Gvern irid li mill-programmta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea fis-seba' snin li ġejjien jgħin 450 SME.L-GĦAQDA TAL-BDIEWA GĦAWDXIN IMĦASSBA BIL-POŻIZZJONI TAL-MLP:L-Għaqda tal-Produtturi Gozitano Co-op stqarret li tinsab ferm mħassba bilpożizzjoniespressa mill-Partit Laburista dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-pakkett agrikolunegozjat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Dan b'reazzjoni għal dak li qal il-kelliemewlieni u shadow minister Laburista għall-biedja Noel Farrugia, fl-aħħar jiem. U likienet ġiet sewgita minn stqarrija ta' l-Assoċċjazzjoni tal-Bdiewa li kkundannat l-atteġġjament u l-proposti tal-Partit Laburista kif imressqa minn Noel Farrugia. L-għaqda qalet li l-pożizzjoni tal-Partit Laburista tista' twassal biex jitwaqqaf b'modirriversibbli l-ħlas ta' €100 miljun li jirrizultaw mill-pakkett eżisenti u li permezztagħhom se jgawdu l-bdiewa sas-sena 2013. L-għaqda tal-bdiewa produtturi appellatlill-partiti politiċi biex jiċċaraw il-pożizzjoni tagħhom dwar il-biedja u l-miżuri li qedjipproponu. Il-Gozitano qalet li hija tħoss li huwa essenzjali li tiġi ċċarata l-pożizzjoniLabuirsta dwar liema parti mill-pakkett agrikolu l-Partit Laburista jrid jerġa' jiġinegozjat ma' l-Unjoni Ewropea. L-għaqda qed titlob assigurazzjoni bil-miktub illi jekkiseħħ xi tibdil fil-pakkett agrikolu, dan isir biss fl-interess tal-bdiewa produtturi talħaxixu frott frisk.IL-GVERN JGĦADDI PROPRJETA’ PUBBLIKA LILL-ISCOUTS: Il-Gvernittrasferixxa proprjeta' pubblika lill-Grupp ta' l-Iscoutstar-Rabat biex tintuża għall-attivitajiet ta' dan il-grupp litwaqqaf 95 sena ilu. Il-Viċi Prim Ministru u Ministrugħall-Ġustizzja u l-Intern attenda għall-iffirmar tal-ftehimdwar l-għoti ta' binja lill-Iscouts tar-Rabat fi Triq RudolphSaliba. Il-Gvern għadda din il-proprjeta' b'titlu ta'emfitewsi temporanja għal perijodu ta' 49 sena. Il-binjakienet żviluppata mill-iscouts stess bl-għajnuna talġenituritagħhom, tal-ħbieb u voluntieri oħrajn. Il-Grupp ta' l-Iscouts tar-Rabat għandumadwar 60 membru u l-kwartieri l-ġodda se jservu biex it-tfal u ż-żgħażagħ jiksbuħiliet ġodda, jieħdu gost u jedukaw ruħhom f'ambjent li jilqgħek.


ŻEWĠ PERSUNI QUDDIEM IL-QORTI B’RABTA MAD-DELITT TA’ THERE<strong>SA</strong>SCIBERRAS: Quddiem il-Qorti llejla tressqu żewġ persuni b'rabta mad-delitt ta'Thereza Sciberras ta' 50 sena li nqatlet jumejn ilu f'San Ġwann. L-awtopsja li saret ilbieraħfuq il-kadavru tefgħet dawl ġdid fuq l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ hekkkif irriżulta li Sciberras mietet b'kawża ta' bullet u diversi daqqiet f'rasha u f'għonqa.Quddiem il-Qorti akkużati b'dan il-qtil tressqu bint Therese ta' ħmistax-il sena, liisimha ma jistax jixxandar minħabba li hi taħt l-eta', u raġel ta' 31 sena minn ĦalGħaxaq – Robert Zahra – li jirriżulta li hu ħabib tal-familja. It-tifla u Zahra kienuakkużati bil-qtil ta' Thereza Sciberras, billi sparawlha tir b'arma tan-nar kif ukoll litawha diversi daqqiet ta' strument li jaqta' bil-ponta u kkaġunawlha l-mewt. Humakienu akkużati wkoll bi traffikar ta' droga kokaina u li fil-lejl li fih seħħ l-inċident,jiġifieri bejn il-25 u s-26 ta' Frar, użaw armi kontra l-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija. L-avukat Dr Joseph Giglio, flimkien ma' Nicola Vella Defremeaux, qalu lill-Qorti li t-tifla kienet qed tkun sfurzata minn ommha biex tixtrilha d-droga u għalhekk l-akkuża ma treġix. Il-Qorti, permezz tal-Maġistrat Tonio Mizzi, laqgħet it-talba biex ittiflatintbagħat għall-kura fl-isptar Monte Carmeli minħabba t-trawma li għaddiet. Minnaħatiegħu, Robert Zahra inżamm arrestat fil-Ħabs ta' Kordin.UIL-ĠIMGĦA, 29 TA’ FRAR:Il-Prim Ministru: OVER MY DEATH BODY LI PAZJENT IĦALLAS GĦALSERVIZZI TAS-<strong>SA</strong>ĦĦA: Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ddikjara kemm-il darba lisakemm idum Prim Ministru hu, mhu se jkun hemm ebda ħlas fuq is-servizzi tassaħħa.Din id-dikjarazzjoni issa kienet ikkonfermata minn Mario Debono, il-Presidenttat-Taqsima ta' l-Ispiżeriji tal-GRTU, li mexxa - f'isem il-GRTU, in-negozjati li sarumal-Gvern dwar l-iskema ta' l-Ispiżerija ta' l-Għażla Tiegħek. Dakinhar,Mario Debonospjega li kien sar suġġeriment min-naħa tal-GRTU li l-pazjent iħallas xi ħaġa għas-servizz.Imma r-risposta mmedjata u ċara tal-PMLawrence Gonzi kienet "No, over my deadbody". Mario Debono qal li tul dawn innegozjatil-Prim Ministru għamel din iddikjarazzjonikemm-il darba u kull darbagħamilha b'rabja. L-affarijiet kienu waslu f'puntli Lawrence Gonzi tant kien ħadha bi kbirameta t-Taqsima baqgħet tinsisti li għandu jkunhemm xi forma ta' ħlas għas-servizz ta' l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek li lanqas riedikompli bin-negozjati. Eventwalment, fil-fatt, il-Gvern ħareġ hu l-ispejjeż kollha għaldan is-servizz tas-saħħa, li l-Maltin u l-Għawdxin qed igawdu minnu b'xejn. Minkejjadawn id-dikjarazzjonijiet, il-mexxej laburista Alfred Sant jibqa' jagħmel l-allegazzjonijiet anke jekk diġa' kellu jiffaċċja żewġ libelli fil-qorti. Dan minbrra li l-awtur innifsu tar-rapport dwar is-saħħa li Alfred Sant qed jikkwota u li qed jgħid li kienjissuġġerixxi li l-gvern idaħħal ħlas fuq is-servizzi tas-saħħa, ħareġ jiddikjara taħt ilġuramentli dan ir-rapport mhux talli ma ġiex diskuss fil-kabinett fl-2004 imma talliqas biss kien riferut lill-kabinett. Għall-kuntrarju, tul it-22 xahar li dam Prim Ministru,Alfred Sant kien daħħal taxxa fuq il-mediċini u intaxxa wkoll iċ-ċertifikati tal-mard.


IL-PRIM MINISTRU JŻUR L-ĦADDIEMA WAQT IX-SHIFT TA’ BIL-LEJL: Il-PrimMinistru Lawrence Gonzi tard ilbieraħ filgħaxija żar lill-ħaddiema fix-shift ta' bil-lejl filfabbrikatal-kumpanija Methode. Waqt din iż-żjara l-Prim Ministru esprima l-apprezzament tiegħu u r-rikonoxximent għall-kontribut siewi li jagħtu dawn ilħaddiema,u oħrajn bhalhom li jaħdmu bil-lejl. L-opportunita' li jiltaqa' mal-ħaddiemawaqt ix-xogħol tagħhom matul il-lejl, qal il-Prim Ministru, hi turija ta' apprezzamentgħall-impenn tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, partikolarment għall-ħaddiema tal-Methode li qed jiddedikaw l-enerġija tagħhom għas-suċċess tal-kumpanija. LawrenceGonzi qal li din iż-żjara tixhed l-appoġġ tal-gvern għal dawk l-industriji ta' valur miżjudfis-settur tal-manifattura. Il-Methode, li topera mill-qasam Industrijali ta' l-Imrieħel,timpjega magħha 750 ħaddiem. Minn Malta din il-kumpanija Amerikana tesporta lejnir-Renju Unit, il-Ġermanja, kif ukoll l-Istati Uniti. Hi tissuplixxi parts għal karozzi bħalAudi, Alfa Romeo, Jaguar, Porsche, Mercedes, u Ford. Waqt din iż-żjara il-PrimMinistru tkellem mal-ħaddiema u ferħilhom għall-impenn kbir li qed juru biex iżommulivell għoli ta' produttivita'. Lawrence Gonzi qal li d-dedikazzjoni ta' ħaddiema bħaldawn hi parti mill-istorja ta' suċċess tal-pajjiż. Biex jinżamm livell ta' kwalita', is-senal-oħra l-kumpanija investiet fl-estensjoni ta' faċilitajiet ġodda, u l-installazzjoni ta'sistema ta' spray bil-laser. Fl-aħħar snin Methode kienet ukoll fuq quddiem nett biextħarreġ studenti Universitarji li jkunu qed jistudjaw l-inġinerija. U dawn, wara lijispiċċaw l-istudji tagħhom, isibu xogħol ma' din il-kumpanija.SERVIZZ TAL-KOMUNITA’ GĦALL-FAMILJI TAL-QAWRA: Kien inawgurat ċentruġdid ta' l-aċċess fil-Qawra. Iċ-ċentru jinkludi fih l-uffiċini tas-sigurta soċjali, l-awtorita`tad-djar, child care centre u l-appoġġ. Dawn is-servizzi - li se jkunu offruti il-pubblikubla ħlas - se jgħaqqdu l-familji tal-Qawra u ż-żona tal-madwar. L-inawgurazzjoniuffiċjali ta' dan iċ-ċentru fil-Qawra saret mill-Ministru għal-Familja u s-Solidarjeta` SoċjaliDolores Cristina, fil-preżenza tal-MinistruĊensu Galea u s-Segretarju ParlamentariTonio Fenech. Il-Ministru Dolores Cristinaf'diskors ta' l-okkażjoni qalet li l-proġett ta' l-aċċess inawgurat huwa mudell ta' l-aċċess linfetaħ 5 snin ilu fil-Cottonera. Hi qalet li tantdan l-eżerċizzju irnexxa, li issa dan is-servizzse jkun żviluppat ukoll fiż-żona tal-qawrapermezz ta' dan iċ-ċentru. Il-Ministru Cristinaqalet li wara li fil-ġimgħat li għaddew kienu inawgurati żewġ ċentri ta' l-ismart kids - ilġimgħali ġejja se jkun inawgurat ċentru ġdid fil-Għargħur. Il-Ministru Dolores Cristinaqalet li l-Gvern qed jaħdem biex fix-xhur li ġejjin jinfetħu child care centres ġoddaf'Mater Dei u St'Vincent De Paul.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!