A Festival of Traditional Maltese Games 2009 - Write Up ... - lc.gov.mt
A Festival of Traditional Maltese Games 2009 - Write Up ... - lc.gov.mt
A Festival of Traditional Maltese Games 2009 - Write Up ... - lc.gov.mt
You also want an ePaper? Increase the reach of your titles
YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.
FESTIVAL TA' LOGĦOB TRADIZZJONALI MALTIIl-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija (Il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur) fi ħdan Heritage Malta, u l-Kunsill Lokali tal-Birgu ser jorganiżżaw festival uniku ta' logħob tradizzjonali Malti nhar il-Ħadd 15 ta' Novembruu <strong>2009</strong> bejn is-13:00 u s-18:00. Dan il-festival, li ser jinżamm fit-toroqtal-Birgu u fil-Palazz tal-Inkwiżitur, għandu l-għan li jinvolvi lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri tagħhomfil-qawmien mill-ġdid ta' logħob li għal ħafna snin taw ħajja lit-toroq tal-bliet u l-irħula talgżejjertagħna.Dawk li jattendu jkollhom l-opportunità jaraw sa fejn twassal il-ħila tagħhom fil-Passju ujqiegħdu għall-prova l-preċiżjoni tal-mira tagħhom fil-Boċċi u l-Ballun Stop. Jistgħu jagħżlu lijiġru wara t-team rivali fil-Gwerra Franċiża, jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jaqbdu makturqabel ma jagħmel dan l-avversarju tagħhom fil-Logħba tal-Maktur, jippruvaw mill-aħjar biexma jinqabdux f’Ħarba jew jiġru wara ż-żunżana f’Iż-Żunżana Ddur Iddur. Dawk li jippreferu xiħaġa li tirrikjedi inqas eżerċizzju fiżiku jistgħu jilagħbu Ħaġa Moħġaġa, Dawra Durella jewBum Bum il-Bieb, filwaqt li oħrajn jistgħu jiddeċiedu li jattendu sessjoni prattika fejn wieħedjista’ jibni tajra, jew manoċċa kif inhi magħrufa fiż-Żejtun, u mbagħad wara itajjarha.Il-maġġoranza kbira tal-logħob imsemmi hawn fuq kienu fil-quċċata tal-popolarità tagħhomfil-perjodu Ingliż meta ħafna familji ma setgħux jixtru ġugarelli lussużi u ġeneralment it-toroqma kellhomx ħafna traffiku. It-tfal għaldaqstant ħolqu d-divertiment tagħhom stess billi użawil-mezzi li kellhom disponibbli. Il-blalen, li kienu jintużaw biex jintlagħbu l-logħob Ballun Stopu ż-Żunżana Ddur Iddur, kienu ta’ spiss ikunu magħmulin miċ-ċaruta, filwaqt li kienu jintużawċagħqiet jew ġebel żgħir biex jimmarkaw in-numri tal-Passju. It-tfal kienu wkoll jħobbu jtajrut-tajriet minħabba li biex wieħed jagħmel tajra ma kienx jiswa ħafna flus għax kien jeħtieġbiss karti tat-tajr, qasab, kolla u ħajt, materjali li kollha faċli ssibhom. Meta wieħed ma kienxjista’ jixtri lanqas l-irħas materjali, it-tfal kienu jduru għal logħob li, bħal Dawra Durella, makienu jirrikjedu xejn ħlief li flimkien il-parteċipanti jiftehmu li ħa jieħdu gost, u jżommu idejnxulxin u jduru f’ċirku filwaqt li jkantaw taqbila ferriħija.Xi logħob partikolari kien jirrifletti ukoll il-kuntest soċjopolitiku taż-żmien u kien jirrapreżentadak li kien ikun mistenni mit-tfal ladarba dawn jikbru. Gwerra Franċiża u Ħarba, pereżempju,jirriflettu b’mod qawwi l-esperjenza tal-gwerra, bil-qabda u l-ħelsien tal-priġunieri bħala l-għan tal-logħbiet. Filwaqt li s-subien kienu ta’ spiss jilgħabu logħob fejn setgħu juru s-saħħafiżika, il-bniet kienu jippreferu jipparteċipaw f’logħob li kien jindika l-istat futur tagħhom.Logħba ta’ din ix-xorta kienet Bum Bum il-Bieb li kienet tikkonsisti fl-għażla ta’ xebba sabiħabiex tkun il-mara ta’ Kavallier li qed jivvjaġġa fit-tfittxija għall-imħabba – il-ħolma ta’ ħafnatfajliet.Madankollu, it-tfal ma kienux l-uniċi li kien ikollhom bżonn tad-divertiment; l-irġiel kienujistennew bil-ħerqa logħba tal-Boċċi ma’ sħabhom wara ġimgħa xogħol. Il-Boċċi li l-oriġinitagħha probabbli tmur lura għal żmien il-Kavallieri, tinvolvi li wieħed jipprova jersaq l-iktarviċin tal-likk u li jżomm lill-avversarji tiegħu milli jagħmlu hekk. Filwaqt li l-Boċċi kienujintlagħbu esklussivament mill-irġiel, in-nisa kellhom id-divertiment tagħhom. Logħba ta’
Ħaġa Moħġaġa kienet tinżel għasel magħhom u kienet tirrikjedi ħila konsiderevoli biexwieħed isolvi l-kliem misterjuż li ġeneralment kienet tgħidu l-iktar mara anzjana tal-grupp.Kif inhu l-każ ukoll għal forom oħra ta’ wirt intanġibbli, il-logħob tradizzjonali qegħdin f’riskju lijintesew mill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar li m’għadx għandhom l-opportunità jilagħbuhom. Danil-festival għaldaqstant għandu l-għan li jippreżenta l-logħob bħala parti integrali mill-identitàkulturali Maltija. Bħala parti minn dan l-isforz, Heritage Malta, fi ħdan il-Palazz tal-Inkwiżitur,qed torganizza wkoll wirja temporanja ta’ mudelli ta’ altari u għamara tal-knejjes li għalġenerazzjonijiet servew ta’ ġugarelli għal bosta subien. Dawk li jattendu l-festival ikollhomukoll l-opportunità li jippreżentaw il-ġugarelli li għandhom fil-pussess taghhom u li huma ta’qabel l-1980 bħala donazzjonijiet lill-kollezzjoni nazzjonali. Min jagħti donazzjoni jingħatarċevuta uffiċjali mit-team kuratorjali tal-Palazz tal-Inkwiżitur.Il-ġenituri u t-tfal li jattendu dan il-festival jistgħu jibqgħu ċerti li ħa jqattgħu ħin ta’ kwalitàflimkien, u b’hekk isaħħu l-valur tal-familja u jiskopru mill-ġdid il-gost ta’ meta wieħed jilgħablogħbiet sempliċi imma interessanti ħafna u li jipprovdu alternattiva tajba għal-logħob għali uteknoloġiku. Dawk kollha li jipparteċipaw ikollhom ukoll l-okkażjoni li jħallu warajhom, għaln<strong>of</strong>stanhar, stil ta’ ħajja li għal ħafna saret dejjem iktar sedentarja, u jeżerċitaw kemm ilġisemkif ukoll il-moħħ b’logħob li jirrikjedi ħeffa u kreattività. Barra milli wieħed iqatta' waran<strong>of</strong>sinhar jieħu gost mal-familja, dal-festival jagħti wkoll iċ-ċans lill-adulti li jerġgħu jgħixu t-tfulija tagħhom, u t-tfal ikollhom l-opportunità jgawdu logħob li pprovda lill-ġenituri u linnanniettagħhom b’dak li probabilment jiddeskrivu bħala l-aħjar żmien ta’ ħajjithom.