27.03.2015 Views

MALTI KITBA YR 5 - Skola

MALTI KITBA YR 5 - Skola

MALTI KITBA YR 5 - Skola

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

house

EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2009

SKOLA PRIMARJA

KULLEĠĠ SAN TUMAS MORE

IL-ĦAMES SENA MALTI (KITBA) ĦIN: siegħa u kwart

Isem: ________________________________________

Klassi: _______________________________________

Total tal-Marki

AQRA SEWWA DAN LI ĠEJ:

o Imla ismek. TAQLIBX IL-PAĠNA QABEL JGĦIDULEK.

o Qabel tikteb it-tweġiba, ara li tkun fhimt sewwa l-mistoqsija.

o Jekk ma tkunx taf tagħti xi tweġiba, ħalliha vojta u kompli l-oħrajn;

imbagħad erġa’ ippuvaha fl-aħħar.

o Jekk tieħu żball, ingassah pulit u erġa’ ikteb.

o Meta tlesti, erġa’ ara l-karta kollha mill-bidu biex tirranġa xi żbalji li jista’

jkollok u timla dak li ħallejt barra.

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 1 minn 9

A. Imla l-vojt bl-artiklu.

Eżempju: Siegħa wara kitbet l-ittra.

(10 marki)

Nina riedet tieqaf tikteb, bejn għax _____sħana, bejn għax sar _____ ħin u kellha

_____nagħas. U issa ġejja dik _____ fitta. Tpoġġi fuq _____id tat-tifla.

Tgħaddi ħdejn _____ sieq tal-mejda, tmur fuq _____dahar tas-siġġu u

tieqaf ma’ ġenb _____tieqa. Nina qabdet _____ karta, immirat

sewwa u fl-aħħar _____dubbiena taret!

B. Ikteb din is-silta fil-passat. (5 marki)

Eżempju:

It-tfal (jirkbu) rikbu l-karozza tal-linja.

Huma (imorru)___________ flimkien u (jixtru)____________ ir-rigali. It-tfal

(jidħlu) __________ f’ħafna ħwienet imma ma (jaraw) ____________ xejn sabiħ.

Iżda wara ftit Shawn u Kevin (isibu) ____________ dak li riedu.

Ċ Aqleb il-verbi li użajt fl-imperattiv. (5 marki)

Eżempju: Tiftaħ il-kaxxa. Iftaħ il-kaxxa!

Imur il-Belt.

Jixtri r-rigal.

Jidħol fil-ħanut.

Jaraw it-tfal.

Isibu lil Kevin

________________ il-Belt!

________________ r-rigali!

________________ fil-ħanut!

________________ t-tfal!

________________ lil Kevin!

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 2 minn 9

D. Aqra dan il-paragrafu u aqleb għall-femminil il-kliem fil-parentesi.

L-ewwel waħda lesta.

(5 marki)

In-nies kienu ferħana. Fl-aħħar l-istatwa l-(ġdid) ġdida waslet

fil-pjazza tar-raħal. L-iskultur għamel forma

(kbir) ____________ ta’ (raġel) ____________ u

(qattus) ____________ b’wiċċhom ‘il fuq. Fil-pront in-nies ukoll

ħarsu ‘l fuq. Raw sħaba (iswed) ____________ tgħatti

kullimkien. F’daqqa waħda bdiet (nieżel) ___________ xita qliel u kulħadd telaq

jiġri lejn id-dar!

E. Aqleb għall-plural il-kliem fil-parentesi.

L-ewwel sentenza lesta.

(5 marki)

In-(nannu) nanniet iħobbu jirrakkontaw (storja) stejjer.

Jgħidu li meta l- (ġurnata) ____________ kienu (kiesħa) ____________ huma

kienu jilbsu (ġlekk) ____________ tax-xitwa u joqogħdu fid- (dar ) ___________

b’ (kutra) ___________ fuqhom.

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 3 minn 9

Aqra sew din is-silta u wara wiegeb il-mistoqsijiet.

Iz-Zija Laura

Iz-Zija Laura hija iz-zija tan-nannu Karm, mara kwieta ta’ xi tmenin sena. Iżda

aħna l-kuġini kollha ngħajtulha “Zija Laura”. Ħafna drabi waqt l-ikel in-nannu jħobb

jirrakkonta xi storja fuq zitu. Huwa jgħid li l-familja tiegħu kienet fqira ħafna u

għalhekk meta kellu sittax-il sena kellu jmur jaħdem il-Belt ġo ħanut tal-ħwejjeġ

tas-sur Farrugia. (para. 1)

In-nannu Karm kien xtaq kieku jkompli jistudja iżda dak

iż-żmien biex tistudja kellek bżonn ħafna flus, u kif għedna, ilfamilja

tiegħu kienet fqira. Iżda ġara li din iz-zija Laura kienet

ħajjata tajba u biex in-nannu Karm ma jħossx bard meta jkun

ix-xogħol, kienet għamlitlu ġlekk pulit minn drapp oħxon.

(para. 2)

Darba fost l-oħrajn, f’għodwa kiesħa silġ f’Jannar daħlet

fil-ħanut ta’ fejn kien jaħdem in-nannu, mara twila

ġġorr warajha tliet subien. Ġiet biex tixrilhom ġlekkijiet.

It-tfal bdew jippruvaw u jippruvaw ħafna ġlekkijiet, iżda

kollu għal xejn. Xejn ma għoġobha lil din il-klijenta.

F’daqqa waħda daret lejn sid il-ħanut u qaltlu: “ Isma’,

għalfejn lili ma urejtnix il-ġlekk li liebes dan il-ġuvni li jaħdem

hawn fil-ħanut? Jiena ġlekk bħal dak għandi bżonn għattfal.”

(para. 3)

Sid il-ħanut ma kienx jaf x’se jgħid. Beda jħares lejn in-nannu Karm donnu biex

igħidlu: “Ajma ħej, issa x’se nagħmel?” Iżda n-nannu ma ħabbilx rasu. Dar fuq dik

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 4 minn 9

il-mara u qallha biex ma tinkwieta xejn. Qallha li biex ikollha ġlekkijiet bħal tiegħu

kien ikollha tistenna ħmistax-il ġurnata. “Ma jimpurtax!” Qaltlu fil-pront il-mara.

“Nistennew. L-aqwa li jkunu bħal tiegħek.” In-nannu ħa l-qies tat-tlitt itfal u l-mara

telqet ‘il barra kuntenta. Meta mar lura d-dar in-nannu kellem liz-zija Laura.

(para.4)

Iz-zija qablet li tagħmel il-ġlekkijiet. Meta lestiethom tal-ħanut ħallasha tajjeb, u

qallha biex tagħmillu oħrajn u oħrajn. U l-ordnijiet bdew deħlin. Bil-flus li qalgħet

iz-zija Laura setgħet tħallas l-iskola tan-nannu. Iva, in-nannu Karm ma baqax

jaħdem fil-ħanut tal-ħwejjeg. Kompla jistudja, mar l-universita’ u sar perit. (para.5)

F. Issa aqra l-mistoqsijiet, ifhem u wara wieġeb b’sentenzi sħaħ.

Tagħmilx żbalji fil-kitba.

1. Minn para. 1 semmi żewġ (2) affarijiet li nsiru nafu fuq iz-zija Laura.

a. ________________________ (1)

b. ________________________ (1)

2. Għalfejn in-nannu Karm kellu jmur jaħdem ta’ sittax-il sena? (para. 1) (2)

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 5 minn 9

3. X’kienet taf tagħmel tajjeb ħafna z-zija Laura? (para. 2) (2)

4. Min daħal fil-ħanut għodwa waħda f’Jannar? (para. 3) (2)

5. Għalfejn kellhom bżonn il-ġlekkijiet it-tfal tal-mara? (2)

6. F’para. 3 sib u ikteb il-kliem li l-awtur juża biex jurina li l-mara ma (2)

xtrat xejn dak in-nhar. _________________________________________

7. Għalfejn taħseb li l-mara kienet kuntenta meta telqet mill-ħanut? (2)

(para. 4)

8. Kif irnexxielha taqla’ l-flus iz-zija Laura? (para. 5) (2)

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 6 minn 9

Ġ. Wara li qrajt l-istorja tista’ tkompli din is-sentenza bi kliem li jagħmel sens.

L-ewwel waħda lesta.

(9 marki)

1. Meta n-nannu Karm kien żgħir u fqir kellu jmur jaħdem ġo ____________

tal-ħwejjeġ. Iżda meta z-zija Laura tatu l-____________ seta’ jmur jistudja

l- ____________. Wara li studja ħafna sar ____________.

2. Il-mara daħlet ġol-ħanut mat-____________ tagħha. Kienet ix-

____________ u l-ġurnata kienet ____________ ħafna. Il-mara riedet

____________ l-ġlekkijiet. Iżda tal-____________ ma kellux.

G. Sib mis-silta eżempju ta’:

1. 2 nomi komuni u 2 nomi proprji:

nomi komuni ____________ ____________ (2)

nomi proprji ____________ ____________ (2)

2. 2 verbi fin-Negattiv ____________ ____________ (2)

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 7 minn 9

3. 4 Aġġettivi ____________ _____________

____________ ______________ (4)

GĦ. Ikteb madwar 120 kelma fuq wieħed minn dawn: (20 marka)

a. Il-Ħadd li għadda bdiet nieżla x-xita u ma stajtx toħroġ. Għid kif qattajt

il-ġurnata ġewwa darek.

b. F’nofs ta’ lejl tfaċċa quddiemek saħħar. Għid x’ġara f’dak il-lejl

misterjuż.

ċ. Għaliex l-ilma huwa importanti għalina l-bnedmin?

d. Il-kamra tiegħi. (Għid fi kliemek kif inhi l-kamra tiegħek, x’fiha u

x’jogħġbok jew x’ma jogħġbokx fiha).

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 8 minn 9

Tmiem il-Karta

Malti – Kitba – Il-Ħames Sena – Frar 2009 – Paġna 9 minn 9

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!