16.11.2014 Views

MEJJU 2012 - signumfideimalta

MEJJU 2012 - signumfideimalta

MEJJU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

ĦARĠA SPEĊJALI

MEJJU 2012

Għeżież qarrejja,

Kelmtejn qabel mill-editur

Nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet fl-okkażjoni ta’ għeluq l-ewwel sena millmewt

tal-maħbub tagħna, Bro. Louis. Qisu l-bieraħ meta ġriet l-aħbar li Bro Louis

mar jiltaqa’ mal-Mulej; kienet ġrajja li ħalliet lil kulħadd bla kliem u f’dieqa kbira,

għalkemm riedna nagħmlu l-għelmu tagħna biex nemmnu dak li dejjem kien

jgħidilna li żmien tiegħu f’din id-dinja kien misluf. Tassew irridu lkoll nirringrazzjaw

l’Alla l-ewwelnett li kellna x-xorti li nsiru nafuh, it-tieni li kellna l-opportunita li

nitgħallmu minjiera ta’ għerf mingħandu u t-tielet tal-għajnuna spiritwali li offra lil

kull wieħed u waħda minna.

Fil-ħarġa ta’ “Signum Fidei” ta’ dan ix-xahar ta’ Mejju, iddeċidejna li ngħamlu xi

ħaġa speċjali. Għalhekk f’din il-ħarġa qed nippreżentaw xi materjal li Bro. Louis

kien diġa kiteb fil-passat imma ma laħaqx lestieh ghall-ħarġa ta’ Mejju tal-2010.

F’kull ġurnata għamilna talba għal kuljum; ħafna minn dan it-talb kien kitbu hu

stess, filwaqt li f’xi ġranet poġġejna talb ieħor li kien tant għal qalbu. Stampajna

wkoll xi stejjer u ħsibijiet minn tiegħu. B’hekk nisperaw li dan il-ktieb jkun forma ta’

tifkira u fl-istess ħin turija ta’ rispett lejn dan il-qaddej fidil ta’ San Ġwann Battista

de la Salle. Qed ninkludu wkoll xi informazzjoni dwar il-ħajja tiegħu, kif ukoll silta

mill-ittra Pastorali tal-Milied 2011, tas –Superjur Ġenerali, Brother Alvaro.

Irrid nirringrazzja l-ewwel nett lil Alla li wara sena ta’ ħidma tal-membri kollha tas-

Signum Fidei, dak li beda Bro. Louis komplejnieh bil-qalb u b’rieda tajba. Ninsab

ċert li Bro. Louis qiegħed jitlob għalina u jurina id-direzzjoni kif dejjem kien iħobb

jgħamel. Ma nistax ma’ nirringrazzjax lil dawk kollha li qegħdin jgħatu ilkontribuzzjoni

tagħhom biex din l-opra li beda Bro. Louis tista tkompli. Is-Signum

Fidei kien ħafna għal qalb Bro. Louis, u għalhekk issa huwa d-dmir tagħna lkoll

biex nkomplu naħdmu biex l-Istitut ta’ De La Salle jkompli jikber. Din is-sena aħna

lkoll, membri tas-Signum Fidei, qed niġu msejjħa mill-kapijiet tal-Istitut biex nagħtu

l-kontribut tagħna għall-Assembleja li ser issir, fuq livell nazzjonali, f’Novembru ta’

din is-sena. Huwa importanti li llkoll nitolbu biex minn dan joħroġ ħafna ġid

spiritwali. Għalhekk nitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jagħtina l-għajnuna biex nwettqu

din il-missjoni b’fedeltà kbira lejn l-Istitut. Niftakru wkoll fil-massimi tal-Ispirtu ta’

Fidi li ta’ spiss kien ifakkarna fihom Bro. Louis:

1. Li ma tħares lejn xejn jekk mhux bl-għajnejn tal-fidi.

2. Li ma tagħmel xejn jekk mhux għal Alla.

3. Li tqis kollox bħala ġej minn Alla.

Ejjew ilkoll inkomplu naħdmu bil-kuraġġ u niftakru li Bro. Louis ghalkemm

m’għadux magħna fiżikament, imma għadu magħna fl-ispirtu.

Jgħix Ġesù f’qalbna għal dejjem!

2 SIGNUM FIDEI

This tribute to Brother Louis Camilleri is

By Brother Alvaro Rodriguez Echeverria, Superior General.

It was published in the Christmas Pastoral Letter 2011, to the Brothers

Brother Louis Camilleri passed away in Malta at the end of May. In him we can

also see an icon of the faithful steward of God’s grace, as his former students

remember him. Throughout his long life he was a tireless worker in the apostolate

and he showed a deep love for his vocation as a Brother and for the vitality of the

Institute. He carried this out as he responded to the signs of the times and even at

an advanced age he made great strides in the area of association as a creator

and leader of lay Lasallian communities made up of teachers, parents and former

students. He stayed active until the final days of his long life, devoting his time to

organizing retreats, meetings with students, former students and married couples.

As an enthusiastic teacher, he was one of those teachers students never forgot,

and he was able to instill the desire to learn. He knew how to teach French or

history with the same passion with which he worked with students in caring for the

school's garden and he never missed an opportunity to invite students to

participate in the life of the school. He was supportive of all school events which

promoted the unity of the educational community and of adopting whatever new

initiative that would improve the

training of students.

Brother Louis was known by all for his deep spirituality and his great human

qualities. He was everything we think of when we hear the term “spiritual guide.”

The wisdom and experience accumulated during his many years made him a point

of reference and an invaluable counselor for young people and adults as well; he

was a person who, above all, knew how to listen. His life was a lesson, a prayer, a

presence that was close to God, a word of wisdom and good counsel to

encourage a vocation to religious life, give support to a couple to maintain their

fidelity to marriage or to help out a teacher in the profession. It is interesting to

note that those who knew him expressed the following about him:

I feel that Brother Louis is among us. The only difference is that now I don't see

him. I admit that sometimes I "speak" with him and in my heart I "hear" what he is

saying to me.

He was an exceptional Lasallian, a "good shepherd" who lived his vocation with

exemplary devotion and genuine dedication to his students and to all those who

knew him.

The most important thing for him was to imprint on all teachers the Lasallian ideal

of ongoing concern for others. His enthusiasm was contagious. I can see him

looking at us and saying with a gentle smile: "Work hard!"

SIGNUM FIDEI 3

Brother Louis is a shining example of what it means to live a vocation; he touched

the hearts of many. He is an example of what it means to love.

During his final years I was in touch with the school through the "Old Stelmarians"

association as a parent and chorus member and for the past three years as a

member of the Signum Fidei fraternity. I can't imagine the school without Brother

Louis. But the time has come for us to do things the way he would have wanted,

although it will never be the same without him.

He was a true saint. We loved him like you cannot imagine and he loved each of

us in a special way. He made us feel special. I had a special friendship with him.

He would speak about the Founder at a moment's notice. Whenever I told him I

had some problem he would always come up

with some anecdote from De La Salle's life.

I believe that these and many other stories give faith to everything that has been

said and they show us the path followed by a true disciple of De La Salle, who

knew how to teach, love and serve all those whom God, in his providence,

“entrusted to his care” and who, no doubt, gave a “full accounting.” One of Brother

Louis’ former students wrote:

“In conclusion, if there is one Brother who drank abundantly from the spirit of Saint

John Baptist de La Salle, it was Brother Louis. Rest in peace, dear Brother, and

you can be sure that your students, Brothers and friends have kept firm in the

faith, no doubt, thanks to you.”

A few days before he died I received a letter from Brother Louis in which he was

enthusiastic about the final talk I had given to the Intercapitular Assembly in May.

In my response to him, which he never did receive, I told him:

I am happy to hear that you liked the talk and your comments have given me

encouragement. I ask that you always keep me in your prayers that the Lord

illumine and guide my steps in leadership ministry in the Institute and in the

Lasallian Family which he, in his mysterious ways, has entrusted to me. As you

yourself said very well, De La Salle is alive, not so

much in my person, but in so many Brothers and lay people who live their mission

of being instruments of salvation for children and young people, especially those

most in need, enthusiastically. I always remember you with admiration and

affection. Your dedication to the mission and to the accompaniment you have

given to the Signum Fidei fraternity is very exemplary…

4 SIGNUM FIDEI

Brother Louis Camilleri Fsc – 1923-2011

1 st September 1923 : Born in Żurrieq.

7th July 1940: Postulancy at Beziers and Pibrac, near Toulouse.

16 tħ October 1940 : Novitiate at Pibrac

9th November 1941 : Scholasticate at St. Maurice l’Exil and at Caluire.

August 1941 : Annual Vows

Easter Sunday 1948 : Final Vows.

Brother Louis then returned to Malta, to De La Salle College, Vittoriosa where he

made his contributions towards the Dockyard Apprentices Courses, which at the

time were a huge success.

Following this he sat for the C.E.S. French certificate in Lyons and later on he sat

for the London University Matriculation.

1968 – 1971: Brother Louis held the post of headmaster for De La

Salle College, Vittoriosa.

July 1971 :

He moved to Stella Maris College, Gżira.

1972 : He became Sub-Director of Stella Maris.

September 1974 : Started the Sixth Form Course at Stella Maris

College, Gzira.

Early 1980’s:

He was named Provincial for Malta. Later on he

founded the Malta branch of “Signum Fidei” and

was moderator for this branch till the end,

29th May, 2011

This is a brief history of the life of Brother Louis, we hope to compile more

information.

SIGNUM FIDEI 5

Signum Fidei

}ajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

- MEJJU 2012 -

Fidi

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana

Fundatur

NIFTAKRU LI QEG}DIN

FIL-PRE|ENZA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isfqijiet tagħna:

1. Biex f’kull pajjiż jittieħdu inizjattivi li jiddefendu u jsaħħu lill-familja.

2. Biex Marija Santissima takkumpanja lill-missjunarji kollha meta jħabbru lil

binha Ġesù.

3. Biex il-komunità ċivili tfittex li tgħin lill-familji u sseddaq il-kontribut ewlieni

tagħha fis-soċjetà.

Dati importanti għax-xahar ta’ Mejju

1 ta’ Mejju San Ġużepp Ħaddiem

9 ta’ Mejju Festa ta’ San Ġorġ Preca

15 ta’ Mejju Festa ta’ San Ġwann Battista De LaSalle

20 ta’ Mejju Tlugħ tal-Mulej fis-Sema

27 ta’ Mejju Għid il-Ħamsin

29 ta’ Mejju Għeluq l-ewwel sena mill-mewt ta’ Bro. Louis

6 SIGNUM FIDEI

Talba tal-Offerta ta’ Kuljum.

Alla Missier,

noffrilek dan il-jum

bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem,

il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħi,

f’għaqda sħiħa ma’ Ġesù Ibnek,

li jkompli joffri lilu nnifsu fl-ewkaristija

għall-ħelsien tad-dinja.

Agħmel li l-Ispirtu s-Santu

li mexxa lil Ġesù,

imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalija,

biex inkun xhud tal-imħabba tiegħek.

Ma’ Marija, omm il-Mulej u omm il-knisja,

nitolbok b’mod speċjali skont il-fehmiet tal-Papa

u tal-isqfijiet tagħna

għal dan ix-xahar.

It-Tlieta, 1 ta’ Mejju

San Ġużepp Ħaddiem

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Ġenesi 1:26 – 2: 3 Imlew l-art, u aħkmu fuqha. JEW

Kolossin 3: 14,15,17,23,24 Kull ma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom.

2. Salm 89: 2-4,12-14,16 Wettaq xogħol idejna, Mulej.

3. Mattew13: 54-58 Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa?

Il-Papiet u San Ġużepp

Tista’ tgħid, kull Papa minn Piju IX ’l hawn, wera devozzjoni speċjali lejn San

Ġużepp u ma naqasx li jagħti xi wirja ta’ qima partikulari lil din id-devozzjoni u

jirrikmandaha lill-insara kollha tad-dinja.

IL-PAPA PIJU IX (1846-1878), fl-1854, nieda d-domma tal-fidi kattolika tat-tnissil

bla tebgħa – immakulata – ta’ Marija. Imħasseb u inkwetat minħabba ż-żmien

ikrah li minnu kienet għaddejja l-Knisja f’dak iż-żmien, ħass il-bżonn u għażel li

jqiegħed il-Knisja Kattolika taħt il-Patronċinju speċjali ta’ San Ġużepp. Fit-8 ta’

Diċembru 1870, fil-festa ta’ Marija Immakulata, ħatar solennement lill-patrijarka

San Ġużepp bħala l-Patrun universali tal-knisja. Dan il-Papa kiteb: “Alla bissetgħa

bla qies ... għaqqad biż-żwieġ lil San Ġużepp mal-Immakulata Verġni

Marija, u minnha bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu twieled Sidna Ġesù Kristu ... li kif

kien xieraq għall-kobor tad-dinjità tiegħu, Ġużeppi mhux biss rah, imma kellmu u

SIGNUM FIDEI 7

iesu, u bl-akbar ħerqa għannqu bi mħabba ta’ missier u pprovda l-għejxien lil dak

li l-insara kellhom jirċevuħ bħala l-ħobż li niżel mis-sema u minnu jiksbu l-ħajja ta’

dejjem.”

Il-Vanġelu: In-nies ta’ Nazzaret ma jilqgħux lil Ġesù (Mk. 6, 1-6; Lq. 4. 16-30)

Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu.

Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li

bdew jgħidu: ‘mnejn ġab dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin

il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija u ħutu Ġakbu u Ġużeppi, u

Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhumiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?”

U tfixklu minħabba fih. Imma Ġesù qalilhom: “ebda profeta ma hu bla gieħ jekk

mhux f’pajjiżu u daru stess.’ U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba n-

nuqqas ta’ fidi tagħhom. (Mt. 13: 54-58)

Xi riflessjonijiet:

In-nies ta’ Nazzaret kienu nies li riedu jsolvu l-misteru ta’ min kien Ġesù –

irrikorrew għall-argumenti tar-“raġuni”.

Il-bniedem iħoss fih ġibda biex jifhem dak li jara – jifhem dak li jisma’.

Mulej għallimni nara dak li nista’ “nara” u li nista’ nifhem. Ibgħatli l-ispirtu

tiegħek għax Hu biss jista’ jgħini nara u nifhem.

“Meta jiġi hu, l-ispirtu tal-verità jwassalkom għall-verità kollha ...” Ġw. 16: 13.

“Jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għidtilkom ...” Ġw. 14: 26.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 110; 3 parti

“... Inti ġejt imsejjaħ minn Alla biex tieħu ħsieb dak kollu li hu meħtieġ għal dawk ittfal

afdati lilek, bħalma San Ġużepp kien jagħmel għas-salvatur tagħna. Din filfatt

hija l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel f’xogħolok jekk timxi fuq l-eżempji ta’ San

Ġużepp li ma kellu xejn aktar għal qalbu jekk mhux li jipprovdi għall-bżonnijiet tattfajjel

Ġesù...”

TALBA LIL SAN ĠUŻEPP

O

mqaddes Ġużeppi, fil-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b’tama qawwija

nsejħu l-patronċinju tiegħek, wara dak tal-għarusa mqaddsa tiegħek. Mela

f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-xebba bla

tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù,

nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, bissetgħa

u bl-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.

Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-familja mqaddsa u tħarisha, hekk

ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, missier

ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imardu d-dinja. Ieqaf magħna

mis-smewwiet, f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, O protettur

qawwi tagħna. U kif darba ħlist mill-mewt lill-bambin Ġesù, hekk issa iddefendi l-

knisja mqaddsa t’Alla mit-tnassis tal-għedewwa u minn kull hemm. Xerred dejjem

8 SIGNUM FIDEI

fuq kull wieħed u waħda minna l-patroċinju tiegħek, sabiex bl-eżempju u bilgħajnuna

tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu

l-hena ta’ dejjem ġewwa l-ġenna. Ammen.

Missierna ...

L-Erbgħa, 2 ta’ Mejju

San Atanasju - Isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

I. Atti 12: 24 – 13: 5a Agħżluli lil Barnaba u ’l Sawl.

2. Salm 66: 2-3,5,6,8 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 12: 44-50 Jien ġejt dawl fid-dinja.

SAN ATANASJU - Isqof u duttur tal-knisja (295-373)

San Atanasju twieled f’Lixandra, l-Eġittu, minn familja nisranija, fis-sena 295.

Għal xi żmien kien dixxiplu ta’ San Anton Abbati, li wara kiteb il-ħajja tiegħu.

L-isqof San Alessandru, patrijarka ta’ Lixandra ordnah djaknu fis-sena 318, u

għażlu biex ikun segretarju tiegħu.

Fis-sena 323, Arju, qassis Lixandrin, beda jgħallem li Ġesù ma kienx Alla,

iżda biss raġel tajjeb mogħni b’bosta qawwiet.

Fis-sena 325, Atanazju flimkien mal-Isqof tiegħu, attenda l-Konċilju ta’

Niċea, f’Bitnija (illum it-Turkija), fejn l-ereżija ta’ Arju ġiet ikkundannata, u ġie

adottat il-kredu Niċenjan bħala l-istqarrija tal-fidi tal-kattoliċi kollha.

Meta l-isqof Alessandru miet, fis-7 ta’ April 328, Atanasju ġie maħtur floku,

meta kellu biss 33 sena, fis-7 ta’ Ġunju 328.

L-imperatur Kostantinu, li l-qorti tiegħu kienet influwenzata sew mill-Arjani,

sejjaħ konċilju fil-belt ta’ Tiru, u għalkemm ta raġun lil Atanasju, eżiljah fil-belt

ta’ Trevini, fil-Gallja, (Franza ta’ Fuq), fis-sena 336. Atanasju baqa’ hemm

sal-mewt ta’ Kostantinu, fis-sena 337.

Anastasju kien eżiljat ħames darbiet, li b’kollox laħqu sbatax-il sena. (336-

337), (339-346), (356-362), (362-363), (365). L-aħħar eżilju kien mill-

Imperatur Valent, li għall-ewwel wera ruħu favur l-Arjani. Imma wara erba’

xhur, sejjaħlu lura f’Lixandra, fejn San Atanasju baqa’ sakemm miet, ta’ 72

sena, fit-2 ta’ Mejju 373, wara li kien ilu Patrijarka ta’ Lixandra għal 46 sena.

Għall-kitba u t-tagħlim tiegħu kontra l-Arjani u fuq it-Trinità Mqaddsa huwa

magħruf bħala wieħed mid-dutturi kbar tal-knisja.

SIGNUM FIDEI 9

Riflessjoni: kliem San Pawl li jgħodd ħafna għal San Atanasju:

“Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa

għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-jum iħallasni l-Mulej, l-imħallef il-ġust, u

mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu fl-imħabba tad-dehra

tiegħu.” 2Timotju 4 : 7

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 120; 2 parti

The Arians always regarded Saint Athanasius as their enemy and always opposed

him, first, at his election, which they tried their best to prevent because they could

not tolerate that the one who had so strongly opposed their leader might be in a

position to halt the progress of their heresy. This he would quite easily be able to

do, clothed with the authority of a bishop and especially as Patriarch of

Alexandria.

It is impossible to work for the destruction of erroneous teaching without gaining

the enmity of those who maintain it. If no heretics oppose you, because there are

perhaps none in the places where you teach, still you can be sure that as long as

you have a solid piety and keep your distance from the world, dissolute and

worldly people will speak out against you. But just as Saint Athanasius always had

God as his protector, do not doubt that God will take your side and will be your

defender.

TALBA fuq Adorote Devote:

“Jien nadurak bil-qima ...”

Mulej Ġesù,

inti tinsab sieket taħt l-ispeċi tal-ħobż.

Ma tieqafx titlob lill-Missier.

Għallimni, li mhux bilfors irrid nitkellem biex nitlob,

li hu biżżejjed li ninġabar u li nżomm il-preżenza tiegħek

quddiem għajnejja, li nikkonċentra fik biss fis-skiet ta’ qalbi.

Dak is-skiet li hu biss jgħini biex nesprimi dak li nħoss

fil-fond ta’ qalbi.

Dak is-skiet li hu biss jista’ jimlieni bir-rispett u r-rikonoxxenza lejk.

Dak is-skiet li jnissel f’qalbi serenità u ferħ.

Dak is-skiet li jassigurani li “INT KOLLOX”

u li l-bqija ma jiswa’ xejn,

u mhux ta’ ‘val la pena’!

Dik l-għaqda ta’ ħbiberija miegħek

għax int il-ħin kollu toħlom

li tkun dawl li jgħammex u li b’dan il-mod

trid tiżra’ fija, hena ta’ ġenn!

Bro. Louis

Missierna ...

10 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 3 ta’ Mejju

San Filippu u San Ġakbu - Appostli

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. 1 Korintin 15:1-8 Il-Mulej deher lil Ġakbu, u wara lill-appostli kollha.

2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom.

3. Ġwanni 14: 6-14 Ilni daqshekk magħkom, u għadkom ma għaraftunix?

SAN FILIPPU U SAN ĠAKBU - Appostli

Bħal San Pietru u Sant’Andrija, Filippu kien minn Betsajda. Kien hu li sejjaħ

lil Natanjel, li kien minn Kana għal għand Ġesù.

U kien hu li talab lil Ġesù jurihom lill-Missier. U meta waslu xi Griegi biex

jaraw lil Ġesù talbu lilu jressaqhom għandu.

Jingħad li mar jippriedka l-vanġelu fil-Persja, u li ħa l-martirju fil-belt ta’

Hierapolis, madwar is-sena 80.

San Ġakbu ta’ Alfew, imsejjaħ iż-Żgħir biex jingħaraf minn San Ġakbu l-Kbir,

ħu San Ġwann l-Evanġelista, kien qarib ta’ Ġesù u għalhekk jissejjaħ minn

San Pawl “Ħu l-Mulej”. Kien ħu l-appostlu San Ġuda Taddew u l-ewwel

isqof ta’ Ġerusalem.

Tkellem wara San Pietru fil-Konċilju ta’ Ġerusalem, kiteb waħda mill-ittri

“kattoliċi” tar-Rabta l-Ġdida, u kellu d-dehra tal-Mulej.

San Pawl isejjaħlu kolonna fil-knisja. Miet martri Ġerusalem madwar is-sena

62.

Kont taf?

L-ittra ta’ San Ġakbu turi persuna fraġli, kalma u għaqlija, imkissra fuq l-istudju tat-

Testment il-Qadim, mogħtija għat-talb u għall-karità lejn il-fqar, rassenjata filpersekuzzjoni:

it-tip tal-bniedem ġust u appostoliku. Itemm l-ittra b’ġabra ta’

għemilu u bil-preżentiment tal-martirju ġejjieni: “intom (għonja tad-dinja)

ikkundannajtu u qtiltu lill-innoċenti, u hu ma jirreżistix kontrikom” (v. 6). Infatti l-

martirju ta’ S. Ġakbu, hekk qrib wara l-ittra tiegħu, jagħti lil dawn il-kelmiet sens ta’

profezija.

Riflessjoni:

Wieħed qassis, Bhahma Hindu, darba qal lil wieħed missjunarju: “li kieku intom l-

insara li qegħdin fl-Indja, fl-Amerika u ċ-Ċina, kontu bħalma tgħid il-Bibbja, kieku l-

Indja tikkonvertuha f’ħames snin.”

X’qed iżommni li ngħix dak li hemm fil-Bibbja ...?

SIGNUM FIDEI 11

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 121; 2 parti

The crosses of the two thieves were also discovered with that of Jesus Christ, but

the cross of Jesus was recognized by several miracles that took place when it was

touched, especially by the resurrection of a deceased person. According to Saint

Paulinus’ account, this corpse had shown no sign of life when touched by the

other two crosses. In this world there are crosses of thieves and those of Jesus

Christ. Those of the thieves have no grace attached to them and impart no

movement of life in those who endure them, because these people carry them

with the wrong dispositions. The crosses of Jesus Christ are those that often work

miracles, procure a good spirit of self-denial, inspire the practice of other virtues,

and sometimes even revive the dead by giving an aversion and horror for sin.

Is the cross you carry the cross of Jesus Christ? How do you recognize this? Do

the difficulties you suffer lead you to practice many virtues? Pay attention to this: if

these crosses turn you away and make you complain, they are the crosses of

thieves

Missierna ...

TALBA

Mulej, int sejjaħtli minn ġuf ommi

biex ngħix “ħajja oħra” mimlija rikkezzi ta’ ħbiberija,

li nieħu sehem fiha,

fi triqti laqqajtni ma’ nies

“Xhieda” tal-imħabba tiegħek,

rġiel u nisa ... żgħażagħ u xjuħ ...

li akkumpanjawni u ggwidawni,

u mlewni b’tama u kuraġġ,

biex inwettaq is-“sejħa” li inti kellek għalija.

Grazzi Mulej!

Grazzi talli għaddejtni minn din it-triq,

miexi fil-preżenza tiegħek.

Bro. Louis

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Mejju

San Ġwann Houghton u sħabu martri

San Jose Maria Rubio - presbiteru

Beati Tumas, Enriku, Arturu, Ġwann u Karlu - Martri

“Fl-Isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

12 SIGNUM FIDEI

Qari:

I. Atti 13: 26-33 Alla temm il-wegħda tiegħu billi qajjem ’il Ġesù mill-imwiet.

2. Salm 2: 6-11 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 14: 1-6 Jien hu t-triq, is-sewwa u l-ħajja.

San Ġwann Houghton u sħabu martri

San Ġwann Houghton kien Ingliż, minn Essex. Kien il-prijur taċ-Ċertosini ta’

Londra. Għax ħadha kontra r-Re Henry VIII, meta dan għamel lilu nnifsu l-

kap tal-knisja fl-Ingilterra, ġie mgħallaq flimkien ma’ tlieta oħra (Santu Wistin

Webster u San Robertu Lawrence, Ċertosini bħalu, u San Rikardu Reynolds,

patri ta’ Santa Briġida) f’Tyburn, Londra, fl-4 ta’ Mejju 1535.

Dawn kienu l-ewwel martri tal-persekuzzjoni protestanta fl-Ingilterra. Meta

kienu sejrin għall-martirju, San Tumas Moore rahom mit-tieqa tal-ħabs, hu

miet ukoll martri ftit aktar minn xahrejn wara, u qal li kienu sejrin għall-mewt

“ferħanin daqs l-għarajjes għat-tieġ tagħhom”.

Il-Papa Pawlu VI, ikkanonizzahom flimkien ma’ 36 martri oħra, Ingliżi u minn

Wales, fil-21 ta’ Ġunju 1970.

Is-36 martri l-oħra huma: it-tliet benedittini Alban Roe, Ambrose Barlow, u

John Roberts; l-10 Ġiżwiti, Edmund Campion, Robert Southwell, Alexander

Bryant, David Lewis, Edmund Arrowsmith, Henry Morse, Henry Walpole,

Nicholas Owen (Brother), Philip Evans u Thomas Garnet; iż-żewġ

Franġiskani John Jones (osservant minn Wales) u John Wall (Rikollett); l-

agostinjan John Stone ta’ Canterbury; it-13-il qassis djoċesan: John

Southworth ta’ Westminster, Cuthberth Mayne, Edmund Genings, Eustace

White, John Almond, John Baste, John Kemble, John Lloyd minn Wales,

John Payne, John Plessington, Luke Kirby, Polydore Plasden u Ralph

Sherwin; u s-seba’ lajċi, l-irġiel Philip Howard, Konti ta’ Arundel, Swithun

Wells, John Rigby, u Richard Gwynn minn Wales, u n-nisa Margaret

Clitherow ta’ York, Anne Line u Margaret Ward. Flimkien magħrufin bħala l-

40 martri tal-Ingilterra u ta’ Wales. Barra minn dawn l-40 mietu mijiet ta’

martri oħra fl-Ingilterra u Wales, li bosta minnhom huma wkoll beati.

Riflessjoni:

Jiena u int darba biss ser ngħixu f’din id-dinja. Kull ħaġa tajba li nistgħu nagħmlu,

jew kull turija ta’ mħabba li nistgħu nuru, bħala bnedmin, ejjew nagħmluha issa u

ma nħalluhiex għal darb’oħra. Għax m’aħniex ser ngħaddu minnha darb’oħra

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 122; 2 parti

Saint Monica’s husband had an unpleasant and irritable disposition. When her

neighbours wondered how she could put up with him, she told them not to be

surprised, because from the moment she accepted him as her husband, she had

submitted herself to him, and she respected him as much as she was able. Still,

by her prayers and tears, she converted him and led him to become catholic and

to change his disposition.

SIGNUM FIDEI 13

This saint teaches us that when we have to live or to deal with someone who has

a disagreeable disposition, we must do two things: first, arm ourselves with

patience and be accommodating; second, often ask God in prayer to give the

other person a more accommodating spirit and to grant you the grace to put up

with him. Is this how you act when you happen to be in such a situation?

Missierna...

TALBA

Biex tagħżel l-istat tiegħek fil-ħajja

Missier Alla, int li fi mħabbtek ħlaqtni

u għażiltli t-triq li minnha għandi ngħaddi biex insalva ruħi,

għarrafni bil-għażla tiegħek; urini l-istat li għandi nħaddan,

urini wkoll kif għandi nħaddem id-doni li tajtni

u kif l-aħjar li nista’ naqdik.

Għini biex nagħżel sew l-istat tal-ħajja tiegħi,

biex nagħraf x’inhu meħtieġ minni u biex naqdi dmirijieti sewwa.

Agħmel li nogħġbok u nfaħħrek matul ħajti kollha.

Is-Sibt, 5 ta’ Mejju

San Vinċenz Ferrer - presbiteru

Sant’Anġlu minn Sqallija - presbiteru u martri

Beatu Vinċenz Soler u sħabu - presbiteri u martri

San Evodju – l-ewwel isqof ta’ Antjokja wara San Pietru

“Fl-Isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

I. Atti 13: 44-52 Aħna se nduru għal fuq il-pagani.

2. Salm 97: 1-4 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 14: 7-14 Min ra lili ra lill-Missier ukoll.

SAN EVODJU – L-ewwel isqof ta’ Antjokja wara San Pietru

Ewsebju jsemmih fl-“Istorja”: “U Evodju li kien imħolli l-ewwel isqof ta’ dawk

żmien ta’ Klement Ruman u ta’ Trajjanu, għax fuqhom Ewsebju kien għadu

tkellem.

Ewsebju kellu lista tal-isfqijiet ta’ Antjokja, u billi din kienet bla dati, kien

obbligat isemmi l-Papiet ta’ żminijiethom (Harmack). Il-listi tal-isfqijiet ta’

Ruma, ta’ Lixandra u ta’ Antjokja, Ewsebju ħadha x’aktarx mill-“kronografija”

14 SIGNUM FIDEI

ta’ Ġiljanu l-Afrikan, maħruġa fis-sena 221. Anki Oriġeni isejjaħ lil Injazju t-

tieni isqof wara San Pietru (Hom. IV in Luc. III, 938).

Hija mela ħaġa żgura li Evodju hu persunaġġ storiku u tabilħaqq ilpredeċessur

ta’ San Injazju. Iżda ma nafux id-dati tal-ordinazzjoni u talmewt

tiegħu. X’aktarx li kien hu li għamel użu għall-ewwel darba tal-kelma

“nisrani”.

Riflessjoni:

Is-sinċerità u r-rażan idderrihomx fl-irjieħ kollha, u timxix f’kull mogħdija; jagħmel

hekk il-midneb li issa jgħid ħaġa u issa oħra. Bin Sirak 6:11

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 123; 1 parti

God, all good and merciful, for a long time and in many ways, urged Saint

Augustine to be converted and to change his manner of living radically, yet for

many years this saint led a disorderly life. He was not always resisting grace, but

he was not consenting to its movements, and he was constantly hesitating to

follow them. Now he wanted to change; now again he no longer wanted to

change. He remained for a considerable length of time in this disturbed state of

mind, and he was surprised to see himself so indecisive. On the one side, his

disorderly behavior, and on the other, the strong urging of grace, made him shed

tears in abundance. The effect this produced made him still more irresolute and

unsettled. As he said, vanities and trifles held him back and prevented him from

giving himself entirely to God. Is grace not urging you to live according to the

perfection proper to your state? Do you not have, from time to time, a strong

inspiration to do violence to self, to practice some significant act of virtue? Do you

not find it difficult to follow these calls? Do you not sometimes even resist grace?

Missierna...

TALBA fuq:

“Il-Mulej jagħraf it-triq tat-tajbin.” Salm 1

Mulej, hawn jien quddiemek

fiċ-ċpar u l-inċertezzi,

bid-dubji tiegħi,

fit-toroq mgħawġin bil-kantunieri,

u li ma nistax insib il-veru sens.

Mulej! Int tafhom il-feriti li qed inġarrab

fil-mument tad-duluri li għaddej minnhom

u f’dawk il-ġranet li ngħaddi kif tixtieq qalbi.

Iva Mulej!

Inti taf x’hemm fil-fond ta’ qalbi u

kemm nixtieq nagħmel ir-rieda tiegħek.

Mulej, għini biex ma ninsiex

dak li jorbotni miegħek għal dejjem.

Bro. Louis

SIGNUM FIDEI 15

Il-Ħadd, 6 ta’ Mejju

Il-5 Ħadd tal-Għid

“Fl-Isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 9: 26-31 Qalilhom kif Sawl ra lill-Mulej fit-triq.

2. Salm 21: 26-28,30-32 Mulej, nagħtik it-tifħir tiegħi f’ġemgħa kbira.

3. 1 Ġwanni 3: 18-24 Dan hu l-kmandament tiegħu, li nemmnu u nħobbu.

4. Ġwanni 15: 1-8 Min jibqa’ fija u jien fih, dan jagħmel ħafna frott.

Riflessjoni:

In-nisrani ma jistax jkun nisrani għalih waħdu. Kull nisrani huwa magħqud

ma’ Kristu għax in-nisrani ma jistax ma jgħix:“bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu.”

Ta’ spiss jiġri li meta poplu jsib ruħu fi żmien ta’ gwaj, ta’ periklu jew ta’ xi

ħtieġa kbira, in-nies jingħaqdu flimkien. Fi żmien ta’ periklu n-nies “idubu” u

“jingħaqdu”!

M’hemmx hena fid-dinja. L-hena ma tinsabx fil-ġid! Ma tinsabx fil-progress

tax-xjenza – teknoloġija ... imma f’dik ir-relazzjoni “sħuna” ta’ mħabba lejn

xulxin!

Dakinhar tal-lejl tal-mewt tiegħu, Ġesù wera lill-appostli kemm ħassu qrib

lejhom: niżel għarkupptejh u ħaslilhom saqajhom. Beda jaqsam magħhom

id-dwejjaq li kien qed iħoss: “ħass ruħu jitħawwad”. (Ġwanni. 13 : 21)

Ġesù minn dejjem ħassu magħqud mad-dixxipli tiegħu, imma qatt daqs f’dak

il-lejl ta’ nhar il-Ħamis! Tant, li b’għaġeb tagħhom, beda jkellimhom fuq l-

imħabba! L-imħabba ta’ bejniethom.

Kellhom l-inbid x’jixorbu: u fih Ġesù ra d-dielja! Huwa ra l-għaqda tal-friegħi

maz-zokk: u hekk għandha tkun l-għaqda ta’ bejnietkom! Hekk ħass ruħu

Ġesù magħhom!

Fid-dinja hawn wisq nies li jħossuhom m’għandhomx wens – li ħafna ma

jagħtux kas tagħhom: jekk jgħixu, jgħixu!

Ġesù ried li d-dixxipli tiegħu jirrealizzaw il-ħtieġa li huma kienu friegħi talistess

dielja, u għaldaqstant jeħtieġ li huma jiffurmaw “komunità”.

Ħasra tara u tisma’ bi nsara jgħixu bħallikieku m’għandhom xejn x’jaqsmu

bejniethom. Jekk aħna l-insara ngħixu b’indifferenza bejnietna, u forsi

maqsumin bejnietna: dielja bi friegħi mejta, jinxfu u jinqatgħu miz-zokk.

Kristu biss jgħaqqadna miegħu. Is-suċċessuri tiegħu jagħqduna miegħu. Ilħajja

ta’ Ġesù huwa s-sugu li jagħti l-ħajja lill-friegħi. L-għaqda ma’ Ġesù hija

meħtieġa:

o “Mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.” Ġwanni. 15:5

Dan hu l-ideal tan-nisrani; dan hu l-ideal li d-dinja għandha bżonn !

16 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 36; 2 parti

What ought especially to lead you to pray is the weakness to which sin has

reduced you, a weakness that makes you incapable of accomplishing any

supernatural good. Because we become weaker every day by falling into new sins

daily, we also have a much greater need for God’s help every day.

Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our

hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we

wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than

to devote ourselves to prayer.

No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in

the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer,

to obtain the grace of repentance and pardon. Ask God, then, to give you a pure

heart that has an aversion and a horror not only for the most grievous sins but

also for whatever can stain your conscience and make you displeasing to God.

Missierna ...

TALBA

Mulej, jiena li qed nibki, niġi għandek

għaliex inti dejjem taqsam

miegħi d-dispjaċir.

Jiena li qed inbati, nigi għandek

għax naf li tagħti kas tiegħi u tfejjaqni!

Mulej, jien li nħossni mbeżżgħa,

niġi għandek għax naf li titbissimli.

Jien naqsam fil-ħajja tiegħek Ġesù,

għax inti lbist u sirt wieħed bħali

u għalhekk jiena naf tajjeb

O Alla ta’ mħabba,

li meta nħobb lil persuna oħra,

fil-verità nkun qed immiss lil wiċċek

fi mħabbtek!

Bro. Louis

SIGNUM FIDEI 17

It-Tnejn, 7 ta’ Mejju

San Duminku Savio - Żagħżugħ

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 14: 5-18 Ġejna nxandrulkom biex idduru lejn Alla ħaj.

2. Salm 113b:1-4,15,16 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 14: 21-26 Id-difensur, li jibgħat Missieri, jgħallimkom kollox.

San Duminku Savio – 1842-1857

Min kien San Duminku Savio? Kien żagħżugħ Taljan li miet ta’ 15-il sena

nieqes xahar. Għadda tliet snin fl-oratorju ta’ Dun Bosco, taħt id-direzzjoni

għaqlija u qaddisa ta’ dan is-saċerdot.

Duminku, twieled fit-2 ta’ April 1842, minn Karlu Savio, li miet fl-1891, u

Brigida Gaiato li mietet fis-sena 1871.

Hi kellha 22 sena meta tweldilha dan it-tieni iben tagħha u missieru kellu 26

sena. It-tnejn kienu nsara sempliċi u bejniethom rabbew familja li titlob, li

tħobb u li taħdem. Ma kinux sinjuri fil-flus u fil-kumdità, imma kienu għanja

fil-fidi u tellgħu ’l uliedhom fil-biża’ t’Alla u fl-aħjar edukazzjoni li setgħu.

Ta’ 6 snin, fl-1848, beda jmur l-iskola, u sena wara għamel l-Ewwel

Tqarbina, nhar l-Għid il-Kbir.

Fl-1854, daħal l-oratorju, taħt id-direzzjoni ta’ San Ġwann Bosco.

Sena wara, ftit qabel ma dalam, mar f’riġlejn l-altar tal-Madonna u kkonsagra

ruħu lilha.

Kien fit-12 ta’ Settembru, meta b’dawl divin, Savio sar jaf li ommu ma

setgħetx twelled it-tarbija li suppost kienet diġà twieldet. Talab lil Dun Bosco

biex jibgħatu d-dar. Mar id-dar, wasal ħdejn is-sodda t’ommu, għannaqha u

biesha u ommu ħelset it-tarbija.

F’Jannar tas-sena 1857, kienet xitwa tassew qalila, li kompliet naqqset

saħħet Duminku Savio, li kien diġà dgħajjef minħabba l-marda li kienet ġiet

fuqu bla wisq tama ta’ fejqan. Wara ftit ġranet fuq saqajh, Savio kellu jidħol

fis-sodda fejn ġedded il-proponiment tal-Ewwel Tqarbina, u kompla jistudja

mill-aħjar li jista’. Iżda wasal Marzu, xahar kiefer, f’dak l-ewwel Ħadd tar-

Randan, meta wara li Dun Bosco kien ħallas kemm felaħ biex ġab l-aqwa

tobba ta’ żmienu, qatagħha li jibgħat lil Savio d-dar għax donnu kien jaf

x’kien se jiġri u ma xtaqx iċaħħad lill-ġenituri minn tifel hekk għażiż.

Miet fid-9 ta’ Marzu 1857, ta’ kważi 15-il sena.

Hekk hu żagħżugħ qaddis għal żmienna. Hekk hu l-eroj tas-safa li fil-ferħ

qeda ’l Alla kemm felaħ u ħadem għalih bla heda. Laħaq il-perfezzjoni

nisranija fl-imħabba t’Alla u tal-proxxmu, għalkemm fi ħmistax-il sena biss ta’

ħajja.

18 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: storja

Wieħed Rabbi ntebaħ li ċerta mara ma baqgħetx tattendi aktar is-Sinagoga.

Talabha biex imur għandha jkellimha. Kienet il-kesħa u l-kamra kienet msaħħna.

F’ħin wieħed qabad ġamra bit-tnalja u poġġa l-ġamra fuq l-ixkaffa tal-irħam.

Wara ftit, il-ġamra ntfiet bil-mod il-mod, u kif intfiet għal kollox u kesħet, il-mara

daret lejh. “Issa qed nifhem, issa nerġa’ nibda nattendi s-Sinagoga.”

Irrifletti:

X’hemm li qiegħed iżommni ’l-bogħod minn Ġesù, u qed nibred bil-mod il-mod.

Naf xi persuna ħabib/ħabiba tiegħi li nista’ ngħinha biex ma tibqax tgħix fil-bruda

tal-ħwejjeg t’Alla?

Aħna nikkonslaw lilna nfusna ma’ dawk li jaqblu magħna u ninqatgħu minn dawk li

ma jaqblux magħna.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

“... Is-skiet, li ma tiffrekwentax id-dinja ta’ spiss u tiċċaħħad mill-ġibdiet tas-sensi,

huwa meħtieġ ħafna biex wieħed jagħmel progress fil-ħajja spiritwali ...”

Ġabra ta’ Tagħlim Spiritwali

Missierna ...

TALBA

Grazzi! Missier,

inti l-għajnuna u l-paċi tiegħi.

F’idejk, nerħi t-tama tiegħi

u b’fiduċja sħiħa

dak kollu li qed jinkwetani,

dak kollu li qed ifixkilni,

f’dak kollu li qed “isejjaħli”.

Inħalli f’idejk

għax nafda fi mħabbtek

lil dawk li jiena nħobb,

lil dawk li jiena nixtieq ngħin,

lil dawk li huma fil-bżonn

tal-għajnuna tiegħek.

F’idejk, missier għażiż

nintelaq jiena.

Bro. Louis

SIGNUM FIDEI 19

It-Tlieta, 8 ta’ Mejju

L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Kewkba, omm l-iskejjel insara

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Pompei

Beatu Lwigi Rabatà - Presbiteru

Beatu Ġeremija ta’ Valacchia - Reliġjuż

L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Grazzja

“Fl-Isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 14: 19-28 Għarrfu lill-Knisja b’dak kollu li Alla għamel magħhom.

2. Salm 144: 10-13,21 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 14: 27-31a Nagħtikom is-sliem tiegħi.

Il-Madonna ta’ Pompei

Is-santwarju ċelebri ta’ Pompei twaqqaf mill-Beatu Bartolo Longo, avukat

minn Lecce u Terzjarju Dumnikan. Tiegħu tqiegħdet l-ewwel ġebla fit-8 ta’

Mejju, 1875.

Is-sena ta’ wara, twaqqfet hemmhekk il-Konfraternità tar-Rużarju u f’qasir

żmien, id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Pompei xterrdet mhux biss mal-Italja

kollha, imma wkoll bnadi oħra, saħansitra fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel u anki fl-

Indja.

Peress li l-ewwel kwadru tal-Madonna li wasal Pompei minn Napli fuq ilkarru

taż-żibel, kien f’kundizzjoni ħażina, fl-1879, saritlu riparazzjoni u

restawr mill-pittur famuż Maldarelli u ġie meħud solennement u trijonfalment

għal ġos-Santwarju monumentali fit-8 ta’ Mejju 1887. Ġie wkoll inkurunat

b’kuruna prezzjuża, imbierka mill-Papa Ljun XIII.

Il-Beatu Bartolo waqqaf ukoll orfanatrofju, dar għal ulied il-ħabsin, stamperija

fejn stampa daqs 100 ktieb żgħir tad-devozzjoni li kiteb huwa stess, u beda

l-perjodiku “Ir-Rużarju u Pompei Ġdida”, li għadu joħroġ sal-lum. Huwa wkoll,

għad li sekular, il-Fundatur ta’ Sorijiet Terzjari Dumnikani, imsejħin, “Ulied ir-

Rużarju Mqaddes”.

Miet ta’ 85 sena fil-5 t’Ottubru 1926 u l-fdal tiegħu jinsab meqjum fil-kripta

tas-Santwarju, illum Bażilika Pontifiċja u Prelatura Nullis, tal-Madonna tal-

Madonna tar-Rużarju f’Pompei. Longo ġie bbeatifikat mill-Papa Ġwanni

Pawlu II, fis-26 t’Ottubru 1980.

L-istitut tal-orfni u tat-tfal tal-ħabsin huwa mmexxi mill-Brothers Taljani, għassubien,

u mis-sorijiet għall-bniet.

Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Pompei hija mxerrda mal-ħames kontinenti.

Kull fejn hemm it-Taljani għandek issib “Pompei”.

F’Malta l-paroċċa ta’ Marsaxlokk hija ddedikata lill-Madonna ta’ Pompei u

bosta Maltin huma abbonati fil-Messaġġier ta’ Pompei.

20 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: X’jgħidilna l-Papa Benedittu XVI:

Il-Knisja ... għandha tiftaħ il-fruntieri bejn il-bnedmin u tkisser il-ħitan ta’ firda bejn

klassi u razza. Fiha ma jistax ikun hemm min hu minsi jew umiljat. Fil-knisja

hemm biss aħwa liberi ta’ Ġesù Kristu.

Omelija, Ordinazzjoni Saċerdotali: Bażilika ta’ San Pietru – 15 ta’ Mejju, 05

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med.125; 1 parti

Today the Church celebrates the memorial of the apparition of Saint Michael on a

mountain in Italy to let it be known that this place was under his protection and

that God wished it to be consecrated in honor of Saint Michael and the holy

angels. For this reason, the bishop went in procession with all the clergy and the

people to consecrate a church there under the name and patronage of Saint

Michael. On several occasions, this saint has appeared in a striking manner to

show that he took under his protection places and people whom he honored by his

presence.

We cannot do better than to entrust ourselves to this saint in all that concerns our

salvation, for he will help us a great deal to achieve it. Once, by God’s command

and acting out of zeal for God’s glory, he overcame and hurled into hell Lucifer

and his followers. 1 He is still always ready to oppose him and to help us fight

against him and overcome the temptations that he suggests to us. Have recourse,

then, to this holy Archangel; beg him to help you in the struggles you may have to

endure in your state and to guide you directly to God with certainty in the path

marked out for you by your Rule. Be faithful to it, and this saint will protect you.

TALBA

Ħierġa mill-qalb b’tant sempliċità u tama qawwija f’Marija Verġni

minn San Franġisk de Sales:-

“Ftakar u ġib quddiem għajnejk, o Verġni l-aktar ħelwa,

li int ommi u jiena ibnek, li int tista’ kollox u jiena fqajjar, imsejken u dgħajjef.

Nitolbok O omm l-aktar ħelwa, li tmexxini u taqbeż għalija

fit-triqat u l-għemil tiegħi kollu -

Tgħidlix O omm tal-grazzja li ma tistax, għax ibnek tak f’idejk kull setgħa.

Tgħidlix li ma għandek l-ebda dmir, għax int omm l-insara kollha -

u għalhekk ommi wkoll.

Kieku ma tistax, kont ngħid:

“għandha raġun miskina; tabilħaqq li hi ommi, iżda hi fqajra u ma għandhiex ilmezzi

u s-setgħa biex tgħini.”

Kieku ma kontx ommi, kont nieħu paċenzja wkoll, u ngħid:

“tabilħaqq li hi għanja, u tista’ tgħini kieku trid; iżda mhix ommi, u ma tħobbnix.”

“Iżda billi O verġni l-aktar ħelwa, int ommi u int għandek is-setgħa kollha,

kif nista’ niskużak jekk ma tfarraġnix u ma tagħtinix l-għajnuna u

l-assistenza tiegħek?

Ara kif, O omm, int obbligata li tisma’ t-talb tiegħi!”

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 21

L-Erbgħa, 9 ta’ Mejju

San Ġorġ Preca -

Presbiteru u Fundatur tas-soċjetà tad-duttrina nisranija, M.U.S.E.U.M.

Santa Katerina minn Bologna - Verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Bin Sirak 21: 11-17, 21 Bħal tiżjin tad-deheb hu t-tagħlim għall-għaqli. jew

2 Timotju 2: 1-11 Kull ma smajt mingħandi għaddih lil nies ta’ fiduċja, li

huma stess ikollhom il-ħila jgħallmuh ukoll lil oħrajn.

2. Salm 119: 33-42 Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek.

3. Mark 16: 14a,16-20 Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba lillħolqien

kollu

SAN ĠORĠ PRECA - fundatur tal-M.U.S.E.U.M.

San Ġorġ Preca twieled il-Belt Valletta nhar it-12 ta’ Frar 1880. Il-ġenituri

tiegħu kienu Vinċenzo Preca u Natalina Cervalo. Il-ħajja nisranija bdieha fis-

17 ta’ Frar, meta tgħammed fil-knisja ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu jew ta’

San Duminku, fil-Belt Valletta. Ma kienx jinqala’ wisq għal-logħob, imma ġieli

daħal f’xi bawxata. Darba wieħed żagħżugħ b’saħħtu dendlu maċ-ċinta ta’

San Gejtanu u werwru.

Meta kien il-Liċeo, Dun Erkole Mompalao, surmast tiegħu, ħabbarlu li għad

isir qassis, isib xortih ma’ nies li jirrispettaw lil Alla u huma jsibu xortihom

miegħu. F’żogħżitu dan il-kliem ta’ Dun Erkole sar verità meta bi skuża ta’

sigarett , tħabbeb ma’ grupp ta’ żagħżagħ ta’ Luċitu fil-Ħamrun.

Ftit qabel ma ġie ordinat saċerdot, Ġorġ Preca, żviluppa komplikazzjonijiet

fil-pulmun u skont il-professur ma kienx fadallu wisq ħajja. Imma Alla ried

mod ieħor u nhar it-22 ta’ Diċembru 1906 ħa l-quddiesa.

Dun Ġorġ, magħruf ma’ kulħadd bħala bniedem ta’ Alla u n-nies kienet tfittxu

bi ħġarha għax kliemu ma kienx dak tas-soltu, kliemu kien iqanqal il-qlub ta’

kulħadd.

Fuq kollox in-nies tibqa’ tiftakru għall-imħabba li kellu lejn Alla u lejn ilproxxmu.

Kien bniedem ta’ umiltà, tant li xtaq li ma’ mewtu jintesa. Ħajtu

kient priedka ta’ manswetudni. Kien jimxi bil-ħlewwa ma’ kulħadd u ħafer

b’mod sinċier lil kull min għamillu l-ħsara.

Dun Ġorġ Preca miet fid-dar “San Gejtanu”, Triq il-Parroċċa, Santa Venera,

Malta, nhar il-Ħamis filgħaxija tas-26 ta’ Lulju, 1962

Huwa ried funeral sempliċi, iżda sarlu wieħed li fih ħadu sehem l-ogħla

awtoritajiet tas-soċjetà Maltija u eluf kbar ta’ nies. Indifen fil-kripta taħt il-

22 SIGNUM FIDEI

knisja tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda, li malajr saret

post ta’ pellegrinaġġi. Ġie bbeatifikat f’Malta mill-Papa Ġwanni Pawlu II,

nhar id-9 ta’ Mejju 2001.

Fit-23 ta’ Frar, 2006, il-Papa Benedittu XVI ikkonferma lil Dun Ġorġ qaddis u

sejjaħlu “ħabib ta’ Ġesù” u ddikjara li San Ġorġ Preca huwa “t-tieni missier

tal-fidi tal-poplu Malti u Għawdxi.” Il-festa liturgika tiegħu taħbat fid-9 ta’

Mejju.

Mill-ħajja ta’ dan il-qaddis:

Meta Dun Ġorġ Preca kien ordinat saċerdot, ġie mibgħut bħala kappillan tal-

Brothers, fl-iskola ta’ Bormla. Kien hawnhekk li Dun Ġorġ sar jaf bil-fundatur tal-

Frères, San Ġwann Battista De La Salle. Wara li sar jaf bix-xogħol u l-opra li

waqqaf San Ġwann Battista De La Salle, kien talab lill-Brothers biex jagħtuh xi

kotba minn dawk li kiteb San Ġwann Battista.

Żewg kotba li nafu bi żgur li ġew mogħtija lilu kienu l-ktieb tar-Regola tal-Brothers

u ‘Collection of Various Short Treaties’. Għamel użu minn ċertu tagħrif bħal, ittalba

li l-Brothers jgħallmu lit-tfal u li jgħidu kull nofs siegħa, ‘Niftakru li qegħdin

fil-preżenza ta’ Alla! Ejjew nadurawh’. Din id-drawwa Dun Ġorġ addottaha fissoċjetà

tal-Museum bl-isem ta’ ‘Arloġġ’ għall-użu tal-membri tal-Museum.

Dun Ġorġ kien midħla tal-kitbiet tal-venerabbli Brother Exuperien li kien

jikkwotahom ta’ spiss bħal: “qaddsu lilkom infuskom u Alla jinqeda bikom”.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 126; 1 parti

While a student at Athens, Saint Gregory applied himself more to the perfection of

his soul than to learning literature. He had such great concern to avoid sin that he

paid special attention to shun bad companions and particularly people of the

opposite sex. He felt sure that this is one of the occasions that contributes the

most to make us sinners. At this period he gladly spent much time with Saint Basil,

with whom he formed such a close friendship that when Saint Basil retired into the

solitude of a hermitage in Pontus, Saint Gregory went to find him there and lived

with him an angelic life.

How fortunate you are when you are far from occasions to offend God! This is an

advantage. You ought, therefore, to thank God frequently, even daily, for this

grace, because it is one of the principal means of salvation.

Bad companions are so dangerous, especially in youth, that there is nothing to

which you must pay more attention than to prevent those you teach from keeping

such company. Nor is there anything you ought to recommend more strongly to

them than to become close friends with the best of their companions, the most

pious and the best behaved.

SIGNUM FIDEI 23

TALBA

Dawl mill-Kurċifiss

Min hu li jħares lejn il-kurċifiss u ma jikkwitax f’mistrieħ perfett?

Dnubietek ibeżżgħuk? Stħajjel lill-kurċifiss jgħidlek:

‘ħares ’l hawn u kwieta għax jien ħallast għalik.’

Xi ħadd ġab ruħu ħażin miegħek? Stħajjel lill-kurċifiss jgħidlek:

‘ħares ’l hawn u kwieta għax jiena għamilt il-ġid u ħallsuni b’deni.’

Inti mweġġa’ jew imnikket? Stħajjel lill-kurċifiss jgħidlek:

‘ħares ’l hawn u kwieta għax jiena innoċenti f’baħar ta’ uġigħ u ta’ niket.’

Tinsab inti nieqes minn xi ħaġa? Stħajjel lill-kurċifiss jgħidlek:

‘ħares ’l hawn u kwieta għax jiena msallab għarwien.’

Inti mżeblaħ? Stħajjel lill-kurċifiss jgħidlek:

‘ħares ’l hawn u kkwieta għax jien Alla,

oġġett ta’ tmaqdir, ta’ żufjett u ta’ daħk.’

F’kelma waħda f’kull stat tiegħek spiritwali għandek issib dejjem faraġ

x’tiġbed minn Kristu kurċifiss li jgħid lil kull min iħares lejh li kollox jispiċċa malmewt:

delizzji u biki.

Ara qatt taħseb li inti spiritwali, jekk biex timita titfa’ għajnejk band’oħra ħlief

fuq il-kurċifiss – Kristu waħdu biss it-triq, is-sewwa u l-ħajja u ħadd ma jasal fissaltna

tal-paċi ta’ dejjem ħlief permezz tiegħu biss.

Tfittex il-pjaċiri li jgħaddu? Kun af li m’intix skular veru ta’ Kristu, li bata

għalina u ħallielna l-eżempju li nimxu warajh li dnub ma għamilx.

Iddeċiedi, immela, li quddiem it-tbatija tgħid sinċerament:

“O Salib, is-sliem għalik!”

San Ġorġ Preca

Missierna ...

Il-Ħamis, 10 ta’ Mejju

San Antonin Pierozzi ta’ Firenze - Isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 15: 7-21 Mhux ta’ min idejjaqhom lil dawk li minn fost il-pagani

jikkonvertu lejn Alla.

2. Salm 95: 1-3,10 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 15: 9-11 Ibqgħu fi mħabbti, biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu.

24 SIGNUM FIDEI

San Antoninu (1389 – 1459),

San Antoninu, arċisqof ta’ Firenze, dumnikan, bin Niccolo u Tomassina

Pierozzi, twieled Firenze.

Missieru kien nutar tar-Repubblika ta’ Firenze, uffiċju għoli.

Minn ċkunitu kien id-delizzju tiegħu jaqra l-ħajja tal-qaddisin, jitkellem ma’

persuni għaqlin, jistudja, jew jitlob fil-Knisja ta’ San Mikiel quddiem kurċifiss

jew fil-kappella tal-Madonna.

Ta’ ħmistax-il sena talab lill-beatu Dominik, li kien Firenze biex jibni

kunvent fi Fiesole, żewġ mili bogħod, biex jissieħeb fl-ordni.

Dan ħaseb li kien għadu żgħir wisq, u qallu biex jaqbad jistudja d-Dritt

Kanoniku u meta jkun jaf sewwa d-‘Decretalia’ (Digrieti) ta’ Grazjanu – opra

kolossali u ta’ tħabbil il-moħħ – jaċċettah.

Antoninu ħadha bis-serjetà, u bit-talb u l-istudju f’inqas minn sena deher

quddiem patri Dumink u hekk għaġġbu bil-għerf tiegħu, li kellu jaċċettah ta’

sittax-il sena.

Fis-sena 1414, inħatar pirjol ta’ Foligna u wara ta’ Cortona, Ruma, Napoli

Firenze u Fiesole, u wara waqqaf il-kunvent ta’ San Mark – Firenze, u bena

il-magħrufa knisja ta’ San Mark.

Ġie kkonsagrat isqof fl-1446.

Ta ruħu u ġismu biex iżur il-parroċċi u l-kunventi, biex ineħħi l-abbużi, biex

isaħħaħ id-dixxiplina, biex jippriedka l-vanġelu, biex itejjeb il-qagħda talfqar,

u biex jikteb kotba reliġjużi għall-kleru u għas-sekulari.

Kien dejjem l-ewwel fil-qadi tal-morda, eżempju għall-kleru, sew sekulari u

anke regulari, hekk li bosta minnhom ħallew ħajjithom f’din l-opra ta’

ħniena.

Wara l-pesta u l-ġuħ, l-eżempju tal-arċisqof qanqal bosta nobbli biex huma

wkoll jagħtu kważi kull ma kellhom.

Għalhekk kien jgħożż l-akbar sempliċità fl-ilbies, fl-ikel u fl-għamara. Kien

magħruf għall-prudenza fil-pariri li kien jagħti, li kienu jsejħulu Antoninu talpariri.

Ta’ kuljum kien iqim lill-Madonna bir-reċità tal-Uffizzju tagħha flimkien maluffizzju

tal-ġurnata.

Miet fit-2 ta’ Mejju, 1459.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-lum: Vers 9-11

“Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu

l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’

Missieri u qiegħed fi mħabbtu.”

“Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ”.

SIGNUM FIDEI 25

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 40: 3 punt

“. . . {esuċ huwa l-Medjatur tagħna biex joffri t-talb tagħna u l-opri tajba tagħna lil

Alla ’l Missier tiegħu. Hekk ukoll jidħol għalina biex Alla jxerred il-ħniena Tiegħu

fuqna, u jbiegħed il-korla minna meta noffenduh. . .”

Missierna ...

TALBA

Missier etern, Missier infinit,

inti tafni aktar minn ħaddieħor

għax inti tagħmel kollox bi mħabba.

Il-ħolqien kollu jfaħħar il-kobor u l-qawwa tiegħek,

li nħossha preżenti f’kull mument ta’ ħajti.

O missier li ħlaqt is-sema u l-art,

inti ma tafx ħlief imħabba

u li ma tixtieqx ħlief l-hena u l-ferħ,

u li tarani nfaħħrek,

inqimek u nadurak.

Grazzi Missier Etern

għas-sbuħija li tridni ngħix fiha!

Għall-glorja ta’ Ismek.

Bro. Louis

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju

San Odone, San Majolo, San Odilone,

Beatu Pietru l-venerabbli - Abbatijiet ta’ Cluny

San Injazju minn Laconi - Reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 15: 22-31 L-Ispirtu s-Santu u lilna dehrilna li ma għandniex

ngħabbukom.

2. Salm 56: 8-12 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 15: 12-17 Dan hu li jien nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.

26 SIGNUM FIDEI

San Injazju minn Laconi

Twieled Laconi fil-gżira ta’ Sardinja u kien jismu Vincenzo. Kien iben ta’

familja fqira. Ta’ 20 sena daħal ajk mall-kapuċċini ta’ Cagliari bl-isem ta’ Fra

Injazju.

Qatta’ l-aħħar 40 sena tal-ħajja twila tiegħu jiġġerra mat-toroq tal-belt kapitali

ta’ Sardinja, jiġbor għall-kunvent u fl-istess ħin, bħal San Franġisk ta’

Camporosso, mitt sena wara f’ Ġenova, jagħmel l-isbaħ appostolat ma’ kull

min jiltaqa’.

Bniedem għal kollox bla skola, li ma kienx jaf jaqra jew jikteb, kellu però l-

għerf tas-sema u kien iħobb jisma’ l-qari tal-Vanġelu, speċjalment ir-rakkont

tal-passjoni ta’ Kristu. Kellu d-don tal-profezija u tal-mirakli.

Miet ta’ 80 sena fil-kunvent ta’ Cagliari, fil-11 ta’ Mejju, 1781, u ġie

kkanonizzat mill-Papa Piju XII fil-21 t’Ottubru, 1951. Il-fdal tiegħu jinsab

meqjum Cagliari fil-knisja tal-kapuċċini.

Riflessjoni:

“Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma

mgħandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi,

jekk tagħmlu dak li jien nikkmandalkom, ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax ilqaddej

ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand

Missieri, jien għarraftulkom. Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u

ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’, ħalli kull ma titolbu lill-

Missier f’ismi, huwa jagħtihulkom. Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil

xulxin.” Ġwanni 15:12-17

Storja:

Il-poeta Ingliż, Leigh Hunt, kiteb poeżija li jisimha, ‘Abou ben Adhem’.

Lejl wieħed Abou stenbaħ u ra anġlu jikteb fuq ktieb l-ismijiet ta’ dawk li l-aktar

iħobbu ’l Alla.

Abou staqsieh, “ismi hemm qiegħed?”

L-anġlu wieġbu, “le s’issa”.

Abou talbu jiktiblu li hu jħobb ħafna lill-proxxmu tiegħu. L-anġlu kitbu u sparixxa.

Il-lejl ta’ wara, dawl qawwi qajmu, u wera l-ismijiet ta’ dawk li Alla kien bierek, u

b’għaġeb kbir l-isem ta’ Abou ben Adhem kien l-ewwel wieħed.

Kieku jien nistaqsi lill-anġlu l-istess mistoqsija li Aboa ben Adhem għamillu,

x’jirrispondi l-anġlu? U x’ser nirrispondih?

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 36: 1parti

“... Ġesù Kristu jgħallimna li la darba aħna neħtieġu l-grazzja t’Alla, aħna neħtieġu

li nitolbuhielu. Alla, li jixtieq ħafna li jgħinna, ipprovdilna ċertu mezzi biex naqilgħu

din il-grazzja, jiġifieri bit-talb.

Dan il-mezz huwa tant faċli biex wieħed jużah, li qiegħed kontinwament għaddispożizzjoni

tagħna, biex ninqdew bih kull meta nixtiequ ...”

SIGNUM FIDEI 27

TALBA

Mulej ġedded fija x-xbiha tiegħek.

Meta l-prijoritajiet jintilfu ġos-sħab,

u s-sejħa tiegħi bħala nisrani tibda tnemnem,

għini nerġa’ niskopri mill-ġdid li

s-Saltna Tiegħek qiegħda ġewwa fija:-

l-assikurazzjoni li Inti tgħix fija,

li nagħraf li jiena opra ta’ arti li ħarġet minn idejk,

li nerġa’ nintebaħ bil-kwalitajiet sbieħ, li nirringrazzja u li napprezza,

li nqanqal fija dik il-virtù li naħfer dak li jidher li m’hemmx maħfra għalih,

niġġedded f’dik l-esperjenza li xejn ma jista’ jifridni mill-imħabba tiegħek,

li nafda l-imgħoddi tiegħi fil-ħniena tiegħek,

il-preżent fl-imħabba tiegħek,

il-ġejjieni fil-providenza tiegħek.

Bro. Louis

Missierna ...

Is-Sibt, 12 ta’ Mejju

San Nerew u San Akille - martri

San Pankrazju - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 16: 1-10 Ejja l-Maċedonja u għinna!

2. Salm 99: 1-3,5 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 15: 18-21 Jiena ħriġtkom mid-dinja.

SAN PANKRAZJU - Martri: 290 – 304

Skont tradizzjoni antika Rumana, San Pankrazju twieled fi Friġja (l-Asja

Minuri) u fi tfulitu tilef lill-ġenituri tiegħu.

Zijuh ħadu miegħu Ruma u hemm sar nisrani. Fil-persekuzzjoni ta’

Djoklezjanu, meta kien għad għandu biss erbatax-il sena sofra l-martirju ta’

qtugħ ir-ras, fis-sena 304.

Ġismu ġie midfun fiċ-ċimiterju ta’ Calepodius, fi Triq Awrelja.

Fis-sena 508, il-Papa San Simmaku bena knisja fuq il-qabar tiegħu.

28 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: mill-ħajja ta’ San Nerew u San Akille

Riflessjoni li tfisser ħafna għax tgħodd ħafna għal żminijietna:

Meta ġurnata waħda Flavja Domitilla kienet qiegħda tagħmel it-twaletta tagħha

biex tidher quddiem Ameljanu, l-għarus tagħha, Nerew u Akillew li kienu nsara,

fehmuha s-sbuħija tax-xbubija. Qalulha li kieku tieħu tant kura ta’ ruħha

daqskemm tieħu ta’ ġisimha, kienet tkun għarusa ta’ Ġesù, l-Iben t’Alla immortali.

Kommossa, Flavja qatgħetha li tidħol max-xebbiet li tagħhom Marija hi sultana, u l-

Papa Klement taha l-velu tal-verġinità. Ameljanu xliha bħala nisranija, u flimkien

ma’ Nerew u Akillew, ġiet eżiljata fil-gżira ta’ Ponza, fejn għexu f’ċelel separati

għal bosta snin u ġew maqtulin Terraċina – skont l-“Atti” ta’ dawn il-martri – taħt l-

imperatur Trajanu (98-117).

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 36; 2 parti

“.. .Dak li l-aktar jistimulana biex nitolbu huwa d-dgħjufija tagħna, dik li ninsabu fiha

minħabba d-dnub li għandna. Din id-dgħjufija hija hekk kbira li tħallina inkapaċi li

nwettqu ħidmiet spiritwali. U billi ġurnata wara oħra nżidu dnub fuq dnub,

kontinwament niddebolixxu lilna nfusna; għalhekk neħtieġu li nitolbu kuljum ...”

Missierna ...

TALBA

Mulej, għamilni ħabib ma’ kulħadd.

Agħmel li persunti tnissel fiduċja

f’min qed ibati u jħossu mdejjaq,

f’min qed ifittex id-dawl

għax jinsab ’il bogħod minnek,

f’min jibda jħobb u ma jafx kif,

f’min jixtieq jiftaħ qalbu u jħossu bla ħila.

G. Volpi

Il-Ħadd, 13 ta’ Mejju

Is-6 Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 10: 25-26,34-35,44-48 Id-don tal-Ispirtu s-Santu ssawwab fuq il-pagani

wkoll.

2. Salm 97: 1-4 Il-Mulej wera l-ġustizzja tiegħu lill-ġnus.

3. 1 Ġwanni 4: 7-10 Alla hu mħabba.

4. Ġwanni 15: 9-17 Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li

wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.

SIGNUM FIDEI 29

Riflessjonijiet fuq l-imħabba:

Ħafna fostna jaħsbu li jħobbu, li mingħalihom iħobbu tassew ... iħobbu lillproxxmu

- għandhom il-ħbieb u allura jgħidu li jħobbu ...

Filfatt din l-imħabba mhix imħabba vera, hija pjuttost it-tqanqil tal-qalb filkumpanija

ta’ nies li jiftehemu.

L-imħabba egoistika, ma tirrispettax d-drittijiet tal-oħrajn iżda tinxef u tmut

malajr.

Il-vera mħabba qatt ma tfittex ħaġa oħra ħlief li tħobb ... li tingħata kollha

kemm hi għal ħaddieħor.

Li titgħallem tħobb hija ħaġa iebsa, u wieħed irid ikun lest biex iħallas

għaliha.

Faċli li tħobb lil min jgħix fil-bogħod imma mhux dejjem lest li tħobb lil dawk

ta’ madwarek.

Veru li tassew jistenna minni li nħobb lil dik il-ġara li qatt ma tieqaf tlablab ...

ċarċaruna ...?

Veru li tassew Ġesù jistenna li nħobb lil dak il-bniedem stupidu li ma jifhem

f’xejn?

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 44; 3 parti

“... għandek tagħmel minn kollox biex tippreserva l-moħħ tat-tfal, mill-ideoloġija u

d-drawwiet tad-dinja u tnissel fihom mibegħda kbira għad-dnub. U aktar ma inti

tistkerrah id-‘drawwiet tad-dinja’ u dak kollu li tgħallem id-dinja, inti tkun tista’

tippreserva ruħhom mit-tagħlim qarrieqi tad-dinja ...”

Missierna ...

TALBA fuq Mark 6:31

“Ejjew miegħi intom, f’xi post imwarrab u strieħu ftit.”

Mulej!

Int missier li taħseb f’kulħadd

u tibgħat u tilqa’.

Il-preżenza tiegħek hija mħabba; paċi u tama

fit-tiġrib, kif ukoll fil-ferħ!

Nirrigrazzjak Ġesù għal din il-paċi li jien qed inħoss.

Tkun magħmula r-rieda tiegħek.

Imma għini Mulej

biex f’ħajti inkun xhieda tat-tama,

ħalli nkun persuna li dejjem lesta biex

nilqa’ lil kulħadd,

naħfer lil kulħadd,

u nxerred il-paċi fost kulħadd.

Agħmel li din il-paċi tinfirex

mad-dinja kollha!

Bro. Louis

30 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 14 ta’ Mejju

San Mattia - Appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 1: 15-17,20-26 Ix-xorti waqgħet fuq Mattia, u dan ħa postu mal-ħdax.

2. Salm 112: 1-8 Il-Mulej qiegħdu mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

3. Ġwanni 15: 9-17 Ma nsejħilkomx aktar qaddejja; sejjaħtilkom ħbieb.

SAN MATTIA – appostlu : l-ewwel seklu

Mill-Atti tal-Appostli nafu li San Mattia kien ma’ Ġesù mill-magħmudija tiegħu

fix-xmara Ġordan, sat-tlugħ tiegħu fis-sema. (Atti 1: 21-22)

Ġesù stess għażel lil San Mattia biex ikun wieħed mit-72 dixxiplu li

bagħathom jgħallmu.

Żmien qasir wara li Ġesù tela’ fis-sema, San Pietru ppropona lil mija u

għoxrin ruħ li kienu miġbura fiċ-ċenaklu biex jagħżlu wieħed sabiex jieħu

post Ġuda l-Iskarjota, biex isseħħ l-Iskrittura: “ħalli xogħlu jieħdu ħaddieħor”.

(Atti 1: 20)

Għalhekk ġew magħżula żewġ dixxipli, Ġużeppi msejjaħ Barsaba u Mattia.

Wara li kulħadd talab ’l Alla, tellgħu x-xorti bejn it-tnejn, u tela’ Mattia. (Atti 1:

23). Mattia, jfisser “għotja(rigal) ta’ Alla”.

Bħala appostlu, Mattia, wara li ppriedka ’l Ġesù u t-tagħlim tiegħu fil-Ġudea,

mar il-Kappadoċja u baqa’ sejjer fl-inħawi bejn il-Baħar Kaspju u l-Baħar l-

Iswed.

Tradizzjoni tgħid li San Mattia sofra l-martirju billi ġie msallab f’Kolċis, belt li

qiegħda fuq xatt il-Baħar l-Iswed.

Riflessjoni:

“L-eżempju tagħhom id-dinja ma tifhmux u tinfixel quddiemu, għax ma fehmitx li

l-imħabba dejjiema hi aħjar mill-ħajja.” Benedittu XVI – 2006.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 44; 1 parti

“... Int qed tapprofitta ruħek bid-dawl tal-fidi li Alla żejnek bih, biex tagħraf

tiddistingwi dak li hu veru, minn dak li hu falz; minn dak li hu ġenwin u dak li jidher

li hu ġenwin? Jekk tassew tixtieq li tkun dixxiplu ta’ Kristu u tidher bħala persuna li

hi mdawla mill-Ispirtu t’Alla, dan għandu jkun għalik l-uniku dawl li għandu

jiggwidak ...”

SIGNUM FIDEI 31

TALBA fuq San Mark 4:35-41

“Għaliex qegħdin tibżgħu?”

Missierna ...

Mulej Ġesù!

Naf li Inti preżenti fil-qalba ta’ din id-dinja

imqanqla b’tant inkwiet …

meta nibda nimtela bl-aġitazzjoni fija nnifsi

u fuq ta’ madwari,

kun miegħi biex tikkalmani.

Meta jiena ninsab imħasseb, imdejjaq,

qisni ser nifga

isma’ l-leħen tiegħi, kif ngħajjatlek

kun paċenzjuż mal-povri bnedmin!

Agħti lil kulħadd għajnuna, kuraġġ, u qawwa.

Agħti d-dawl lill-mexxejja tad-dinja

u għin lill-bnedmin jitkellmu u jifhmu

l-istess lingwa.

Kattar fina lkoll il-fidi.

Bro. Louis

It-Tlieta, 15 ta’ Mejju

San Ġwann Battista De La Salle,

Presbiteru, Fundatur tal-aħwa tal-iskejjel insara u Patrun tal-għalliema

San Pakomju - Abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 16: 22-34 Emmen fil-Mulej Ġesù, u ssalva int u l-familja tiegħek.

2. Salm 137: 1-3,7-8 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 16: 5-11 Jekk ma mmurx, id-difensur ma jiġix għandkom.

32 SIGNUM FIDEI

SAN ĠWANN BATTISTA DE LA SALLE - saċerdot (1651-1719)

Twieled f’Rheims, fi Franza, u kien ġej minn familja tan-nobbli De La Salle.

Studja fis-seminarju maġġuri ta’ Rheims u kien ordnat saċerdot fl-1678,

meta kellu 27 sena. Għall-ewwel kien kanonku, imma mbagħad irrinunzja

għal dan l-uffiċju biex jiddedika ruħu għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ fqar.

Minn hawn nibtet il-Kongregazzjoni tal-Aħwa tal-Iskejjel Insara, magħrufa

fostna bħala l-Frères.

Fl-1684, l-ewwel 12-il dixxiplu għamlu l-professjoni temporanja u poġġew ilkongregazzjoni

taħt il-ħarsien speċjali tal-Madonna. Iżda, fl-1700, qamu l-

ewwel diffikultajiet minħabba l-metodi ġodda fit-tagħlim introdotti millfundatur.

Hekk, per eżempju, dawk li kienu jitħallsu għat-tagħlim fl-iskejjel,

kienu kontra t-tagħlim b’xejn, kif kien jingħata fl-iskejjel ta’ San Ġwann

Battista De La Salle. Barra minn dan, anki s-Sulpizjani rreaġixxew kontra

tiegħu għax il-qaddis warrab il-metodi tradizzjonali, li kien spiċċa żmienhom,

u kien jinsisti għall-użu tal-Franċiż aktar milli tal-Latin. Għalkemm għallewwel

l-intenzjoni tiegħu kienet li jmexxi biss skejjel b’xejn għall-foqra, fl-

1698, fuq talba tas-sultan James (Ġakbu) II tal-Ingilterra, hu fetaħ l-ewwel

skola għat-tfal subien tal-klassi aristokratika.

Il-metodi pedagoġiċi tiegħu wasslu għat-twaqqif ta’ stituti ta’ studju għallgradwati,

l-organizzazzjoni tal-klassijiet ta’ nhar ta’ Ħadd, kif ukoll skejjel tassnajja

għal studenti bejn is-7 u l-20 sena.

San Ġwann Battista De La Salle sab ruħu umiljat minn xi dixxipli tiegħu li

kienu jikkritikawh għax kien iddedikat iżżejjed għal studenti mill-klassijiet talbaxxi,

u wkoll ikkritikat mill-aristokrazija, li kienu jakkużawh għax kien qed

jiddiżunura l-istatus tiegħu tal-klassi nobbli li kien. Minkejja dawn il-provi

kollha, kliem dan il-qaddis edukatur fuq is-sodda tal-mewt kienu: “jien nadura

l-mod kif Alla mexa miegħi fil-ħwejjeġ kollha li jirrigwardjaw lili.”

San Ġwann Battista De La Salle rriżenja minn superjur fl-1717, sentejn

qabel ma miet, u ddedika lilu nnifsu għall-istruzzjoni tan-novizzi u l-

pubblikazzjoni ta’ xi kotba, fosthom metodu ta’ talb mentali (meditazzjonijet).

Miet nhar il-Ġimgħa l-Kbira, is-7 ta’ April tas-sena 1719, meta kellu 68 sena.

Kien iddikjarat qaddis flimkien ma’ Santa Rita, fl-1900, minn Ljun XIII. Il-papa

Piju XII, fl-1950, iddikjarah qaddis patrun tal-għalliema.

Silta mill-ħajja ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

“ Kont il-ħabs u ġejt iżżurni”

F

l-apostolat tal-iskola, it-twajjeb San Ġwann ma nesa ’l ħadd, lanqas lil dawk it-tfal

imsejkna li fi ċkunithom kienu ġa tħassru bil-vizzju. Għalihom fetaħ skejjel

speċjali ta’ tibdil morali, l-ewwel “Approved Schools” ta’ Franza u tad-dinja kollha.

Bi kliem l-aktar ħelu u qaddis lil dawn iż-żgħażagħ kien ifehemhom l-iżbalji koroh

tagħhom, il-ġmiel waħdieni tal-virtù, is-siwi tal-grazzja t’Alla u l-gwaj li jġib miegħu

SIGNUM FIDEI 33

d-dnub. Dawn iż-żgħażagħ imbagħad iħallu l-iskola sodi fil-virtù u msaħħin għal

għomorhom bit-talb, bl-eżempju u bil-pariri tal-qaddis.

San Ġwann kien ta’ sikwit, ukoll imur il-ħabs ifarraġ u jqarar l-imsejkna

kkundannati. Bil-ħlewwa kollha kien joqgħod jisma’ n-niket tagħhom u l-ġrajjiet

koroh ta’ ħajjithom. Permezz tiegħu l-grazzja t’Alla kienet tmissilhom qalbhom:

bid-dmugħ f’għajnejhom kienu jistqarru dnubiethom u jidħlu fil-paċi tar-ruħ.

Darba waħda, San Ġwann ġie msejjaħ mill-gvernatur tal-Fortizza Bastilja, ilħabs

waħxi ta’ Pariġi. Fost il-ħabsin, f’ċella mudlama u umda, minsi minn

kulħadd, sab qassis vittma ta’ waħda minn dawk is-sentenzi politiċi u sigrieti li tant

kienu jabbużaw minnhom il-kbarat ta’ Franza. L-istat tal-imsejken kien mill-agħar.

Biżżejjed ngħidu li s-suttana li kellu fuqu kienet bilkemm iżżomm biċċa ma’ biċċa.

Malli lemħu, San Ġwann għanqu miegħu, farrġu, sema’ l-qrara tiegħu u qawwielu

qalbu. Qabel ma tah il-bewsa tal-paċi, mar ibiddel s-suttana nadifa tiegħu ma’ dik

kollha mqatta’ u maħmuġa tal-imsejken qassis.

Wieħed kavallier Ġermaniż, vagabond, ma jemmen b’xejn u midneb kbir,

kien safa’ ferut gravi, iżda ġie mfejjaq mix-xitan li miegħu kien miktub. Ġurnata

waħda, dan il-kavallier daħal fi knisja biex jiddieħak bl-eżorċiżmu fuq persuna

pposseduta mid-demonju. Ix-xitan għarfu u qallu, “temmen bix-xjaten? Dalwaqt

se tbati l-qilla tagħhom!” Il-kavallier tant beża’ , li tgħammed u biddel ħajtu. Imma

issa d-demonju għamel għalih bl-ikrah. Għalhekk bagħtuh għand San Ġwann

Battista De La Salle li talab ħafna għalih u ħelsu għal kollox mill-jasar tax-xitan.

Missierna ...

Talba lil

San Ġwann Battista De La Salle

O glorjuż San Ġwann Battista De La Salle,

appostlu tat-tfal u taż-żgħażagħ, kun int

mis-smewwiet li tmexxina u tieqaf magħna.

Idħol għalina, ieqaf magħna sabiex meħlusin

minn kull tniġġis ta’ qerq u ta’ ħażen, nistgħu

nibqgħu fidili lejn Ġesù Kristu u lejn il-kap

infallibli tal-Knisja Tiegħu.

Agħmel, illi wara li nġibu fina l-virtujiet li

tagħhom int kont mudell ewlieni, jirnexxilna

ġurnata niġu ngawdu miegħek il-glorja

tal-ġenna. Hekk ikun.

34 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 16 ta’ Mejju

San Alipju u San Possidju - Isqfijiet

Santa Margerita minn Cortona - penitenta

San Andrija Bobola - Presbiteru u Martri

San Xmun Stock - Reliġjuż

San Alwiġ Orione - Presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 17: 15,22 –18:1 Dak li intom tqimuh bla ma tagħarfuh, inħabbarhulkom

jien.

2. Salm 148, 1-2,11-14 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 16: 12-15 L-Ispirtu tas-sewwa jmexxikom lejn is-sewwa kollu.

SANTA MARGERITA MINN CORTONA – penitenta (1248-1297)

Twieldet Alviano, ħdejn Terni fit-Toscana. Ta’ seba’ snin tilfet ’l ommha, u

sentejn wara missierha reġa’ żżewweġ. Kienet ta’ natural li jitlob l-imħabba,

u din ftit sabitha minn mart missierha.

Ta’ sbatax-il sena, iltaqgħet ma’ kavallier żagħżugħ u ħarbet miegħu minn

dar missierha, bit-tama li tiżżewġu. Għexet miegħu għal disa’ snin fil-kastell

ħdejn Montepulċjano, titolbu dejjem biex jiżżewwiġha; iżda ta’ xejn minkejja

l-frott li kellhom, għad li fuq qalbha.

Anki f’dan il-perjodu ta’ dnub, kellha mħabba kbira lejn il-fqar u kienet

tgħinhom kemm tista’. Kienet ukoll tfittex ta’ sikwit xi mkien imwarrab, fejn

tista’ taħseb fuq ħajja ta’ penitenza u ta’ mħabba t’Alla.

Wara disa’ snin ta’ din il-ħajja fid-dnub, fl’1274, miet traġikament il-maħbub

tagħha. L-kelb tal-kaċċa ġie lura waħdu, marret warajh, u wassalha ħdejn ilġisem

mejjet ta’ sidu, maqtul. Quddiem din ix-xena traġika, ħaditha massbuħija

tagħha, li kienet il-kawża tal-ħajja tiegħu fid-dnub.

Raddet kull ma kien taha lill-familja tiegħu, u biċ-ċkejken marret tħabbat

wara bieb missierha. Kien jilqagħha iżda martu ma riditx, u kellha titlaq għal

għonq it-triq. Id-demonju fesfsilha li tinnegozja sbuħitha.

Iżda talbet bil-ħrara u semgħet bħal leħen iwissiha biex tmur tħabbat wara

bieb il-kunvent tal-Franġiskani fil-belt ta’ Cortona u titlobhom biex imexxuha

huma. Għamlet qrara ġenerali għand patri Franġiskan, li mistagħġeb blindiema

tagħha taha l-assuluzzjoni.

Għal tliet snin għaddiet ħajja ta’ penitenza u t-tentazzjonijiet aktar saħħuha

biex tagħti ruħha għal kollox ’l Alla.

Kienet issum ħobż u ħaxix ta’ sikwit, u b’hekk ħarġet rebbieħa fuq il-ġibdiet

tad-dinja. Wara tliet snin ta’ prova aċċettawha bħala penitenti terzjarja tal-

SIGNUM FIDEI 35

ordni ta’ San Franġisk. Bħall-qaddis ta’ Assisi, kienet tiġbor biex tgħix, u flistess

ħin taqdi ’l-proxxmu tagħha u ddur bil-morda.

Kien fis-sena 1277, li semgħet għall-ewwel darba leħen jistaqsiha: “xi trid,

‘poverella’?” Hi wieġbet: “ma rrid xejn ħliefek, Mulej!” Wara żmien il-leħen

beda jsejħilha “binti” u mhux aktar “l-imsejkna”.

Waqqfet sptar għall-morda fqar, u biex iduru bihom waqqfet kongregazzjoni

ta’ Sorijiet Terzjarji, taħt l-isem ta’ “Le Poverelle”. Waqqfet ukoll

konfraternità tal-Madonna tal-Ħniena.

Fl-1288 marret tgħix ħdejn il-knisja ta’ San Bażilju, biex tkun aktar fil-ġabra.

Hawn għaddiet l-aħħar snin ta’ ħajjitha u hawn difnuha wara li għexet għal

23 sena ħajja penitenti u mkebbsa bl-imħabba t’Alla.

Wara mewtha, fit-22 ta’ Frar 1297, il-belt bi ħġarha bdiet tqimha, bħala

“beata”. Il-knisja ta’ San Bażilju reġgħet inbniet b’isimha, u ġisimha jinsab

inkorrott sal-lum magħluq ġo kaxxa tal-fidda fuq l-altar maġġur.

Kienet ikkanonizzata uffiċjalment fis-16 ta’ Mejju, 1728. Fra Giunta

Bevegnati, id-direttur spiritwali tagħha, kiteb il-“Leġġenda ta’ Santa

Margerita”, li fiha r-revelazzjonijiet li kellha.

Riflessjoni:

“Meta xi ħadd jitlaq u jinqata’ minn kollox biex jimxi wara Kristu, propju fuq l-

eżempju kuraġġuż tal-Mulej innifsu, il-persuna kkonsagrata neċessarjament issir

“sinjal ta’ kontradizzjoni”, għax qiegħda tmur fid-direzzjoni opposta tal-loġika ta’

din id-dinja.” Benedittu XVI – 2006.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

“... Ir-ruħ li ma tgħix ħajja intima ma’ Ġesù tibqa magħluqa għall-ispirazzjonijiet tal-

Ispirtu s-Santu ...”

Missierna ...

TALBA fuq “Jekk xi ħadd irid jimxi warajja … jimxi miegħi …”

Mulej Ġesù!

Inti t-triq li jien nixtieq nimxi bil-fedeltà kollha,

ikunu xi jkunu l-ostakli.

Agħtini l-qawwa li niċċaħħad minn

dak kollu li qiegħed iżommli qalbi marbuta miegħu.

Li nimxi warajk, minkejja t-toqol tat-tgħabija

li qed niffaċċja

l-aktar meta nħoss il-ġibdiet tiegħi jqanqluni biex nċedi kollox!

Saħħaħ il-fidi tiegħi lejk Mulej, ħalli nkompli nimxi

warajk f’għaqda miegħek bla waqfien.

Bro. Louis

36 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 17 ta’ Mejju

San Baskal Baylon - Reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 18: 1-8 Mar għandhom u qagħad magħhom u kien imur jippriedka

fis-sinagoga.

2. Salm 97: 1-4 Hallelujah jew F’għajnejn il-ġnus il-Mulej wera s-salvazzjoni

tiegħu.

3. Ġwanni 16: 16-20 Iġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jinbidel f’hena.

SAN BASKAL BAYLON (24 ta’ Mejju, 1540 – 15 ta’ Mejju, 1592)

Twieled Torri-Hermosa fir-renju ta’ Aragona, fil-festa ta’ Pentekoste li kienu

jsejħula l-Paskwa tal-Ispirtu s-Santu (minn fejn ħa l-isem ta’ Paskwal).

Il-ġenituri tiegħu kienu bdiewa u ma setgħux iħallsu skejjel, iżda billi kienu

nies tajba ferm setgħu jagħtuh xi ħaġa wisq aktar prezzjuża u rari:

edukazzjoni nisranija tabilħaqq.

Sa minn ċkunitu wera sinjali ta’ dik id-devozzjoni hekk singulari lejn l-

Ewkaristija, li hi l-karatteristika tiegħu u li għaliha ġie maħtur minn Ljun XIII

bħala l-patrun tal-Kongressi u tal-Għaqdiet Ewkaristiċi.

Minn 7 snin sakemm kellu 24 sena għadda ħajja ta’ ragħaj. Kien jieħu

miegħu xi ktieb biex jitgħallem jaqra bil-għajnuna tal-oħrajn, u meta tgħallem,

kien dejjem iġorr miegħu xi ktieb tal-ħajja tal-qaddisin jew tal-meditazzjoni

fuq il-ħajja u l-passjoni ta’ Ġesù.

Sidu miġbud mit-tjubija tiegħu, offrielu li jadottah bħala ibnu u werriet tiegħu,

iżda beża’ jitgħabba bix-xkiel tal-ġid tad-dinja u ried jibqa fqir bħal Kristu.

Għamel tant progress fil-perfezzjoni, li kien ta’ eżempju lil sħabu, li kienu

jistgħaġbu mhux ftit bil-kliem u l-pariri tiegħu. Hekk titkellem ruħ imgħallma

mill-Ispirtu Santu u mbierka mill-Mulej.

Ta’ 24 sena, ħass is-sejħa ta’ ħajja aktar miġbura ma’ Alla u biex jagħraf

sewwa din is-sejħa żied u rdoppja t-talb, is-sawm u l-penitenzi.

Semmewlu bosta kunventi qegħdin tajjeb, iżda hu weġibhom: “jiena twelidt

fqir, u fqir irrid ngħix u mmut.” Mar fir-renju ta’ Valenzja, u daħal mal-

Franġiskani Riformati ta’ Alkantara, (1564). Riduh jistudja għal saċerdot,

iżda għażel li jibqa’ ajk.

Baskal kien dejjem ifittex bil-moħbi kemm jista’ jkun xi mortifikazzjoni żejda,

għad li l-ħajja kienet ġa iebsa. Mal-fqar wera dejjem imħabba u ġentilezza.

Aktar ma’ l-uffiċċju tiegħu kien baxx, umli u fatikuż, aktar kien għal qalbu.

SIGNUM FIDEI 37

Skont l-ispirtu tar-regola kienu ta’ sikwit ibiddlu l-kunvent biex ma jibqgħux

miġbudin ma’ wieħed:,f’dan hu qatt ma wera la pjaċir u lanqas dispjaċir, billi

kollha kienu xorta waħda għalih – il-post fejn Alla riedu jaqdih.

Meta ġie mibgħut f’kunvent Pariġi, bosta mill-ibliet ta’ Franza kienu f’idejn l-

Ugonotti (Kalvinisti) u kien hemm taqbid bejn il-kattoliċi u l-protestanti.

Bla biża’ għal ħajtu l-qaddis aċċetta b’ubbidjenza. Bosta drabi ġie milqugħ

bl-għajjat u l-ġebel. Darba kellu jiddefendi fil-beraħ id-domma tal-preżenza

rjali ta’ Ġesù fl-Ewkaristija, kontra ministru Kalvanist, u ġarrab ferità fuq

spalltu u biha baqa’ magħtub għal ħajtu.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu kien jgħaddi l-biċċa l-kbira tal-lejl għarkupptejh

quddiem l-altar. Nies ta’ kull kundizzjoni tal-ħajja kienu jfittxu l-pariri tiegħu u

kien meqjum min-nies eminenti.

Miet Villa Reale, ħdejn Valenzja, fil-15 ta’ Mejju, 1592.Ġismu dam espost filknisja

għal tlitt ijiem minħabba l-folol kbar li riedu jarawh u l-għeġubijiet li

bihom Alla ried jixhed il-qdusija tal-qaddej tiegħu.

San Baskal ġie bbeatifikat minn Pawlu V fl-1618, u kkanonizzat fl-1690.

Hu meqjum speċjalment f’artu fl-Italja t’Isfel, fl-Amerika Ċentrali u t’Isfel. Hu

rrappreżentat għarkupptejh quddiem viżjoni tal-Ostja Mqaddsa.

Riflessjoni:

Mhux dejjem persuna tifhem:

“Għaliex din il-marda fuqi?”

“Għaliex din il-problema inqalgħet bejnietna?

U tant u tant il-GĦALIEX

Il-fatt hu li t-tiġrib li jaqa’ fuqna, dejjem jiswielna ta’ ġid: jiena u int naħsbu mod –

Alla jaħseb mod ieħor.

Eżempju:

Padre Pio ta’ Pietrancina ġarrab il-mard f’ġismu.

Nies li ma fehmux il-kariżma tiegħu akkużawh bla ħniena, lil Papa Ġwann

Pawlu II.

Il-Patri Franġiskan Agostino Gemelli, il-Fundatur tal-Università tal-Qalb ta’

Ġesù, sejħulu bniedem isteriku.

L-Isqof Pasquale Galiardi, tad-Djoċesi tiegħu akkużawh li qed iqarraq binnies.

Dan it-tiġrib kollu fuqu, ta l-frott tiegħu: l-uniku kumment tiegħu kien

“Mulej! Infaħħrek infinitament u nirringrazzjak.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 164; 3 parti

“… Mhux biżżejjed li inti tbaħħar tajjeb u fiż-żgur, jeħtieġ li inti jirnexxielek tidħol filport,

għax inkella t-traġett kollu li inti salpajt ma jkun jiswielek għalxejn, għax ma

tkunx wettaqt il-pjan li inti kont ippjanajt. Il-Kewkba tal-Baħar – L-Imqaddsa Verġni

Marija, tigwidak hi u twasslek sal-port mingħajr l-ebda diffikultà …”

38 SIGNUM FIDEI

TALBA

Inħobbok Mulej, inti l-qawwa u l-kenn tiegħi,

u nibqa’ nħobbok għax għandek nistkenn

meta l-irwiefen tal-ġibdiet ħżiena tiegħi

iqumu kontra dak li nixtieq nagħmel għalik.

Inħobbok, biex nirringrazzjak ta’ dak kollu li għamilt u tagħmel għalija,

għalkemm imħabbti hi wisq fqira meta nħares lejk.

Int Mulej Ġesù, tista’ tkattarli mħabbti lejk meta tiġi għandi.

Grazzi Mulej Ġesù, li mħabbtek tagħraf id-dgħjufija tiegħi.

Mulej, nagħmel kemm nista’

imma għadirni għax mhux dejjem inħobbok

daqs kemm tixtieq – daqs kemm suppost.

Bro. Louis

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Mejju

San Ġwann I - Papa u martri

San Feliċ minn Cantalice - Reliġjuż

Beatu Ġerardu Meccati ta’ Villamagna - Reliġuż

San Leonardu Murialdo - Presbiteru

Beatu Guliermu minn Toulouse - Presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 18: 9-18 Poplu kbir hemm għalija f’din il-belt.

2. Salm 46: 2-7 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 16: 20-23a Il-ferħ tagħkom ma jeħodhulkom ħadd.

SAN FELIĊ MINN CANTALICE

Cantalice huwa raħal qrib il-belt ta’ Rieti fil-Lazio, daqs 80 mil bogħod minn

Ruma u hemm twieled l-ewwel qaddis tal-Kapuċċini, San Feliċ, minn familja

ta’ bdiewa, fl-1513.

Sakemm kellu 30 sena ħadem ta’ bidwi. Fil-1543, daħal ajk, mal-kapuċċini

ta’ Ruma. Għal 40 sena sħaħ, kien jiġġerra mat-toroq tal-Belt Eterna biex

jiġbor għall-kunvent, u tassew sar popolari.

It-tfal kienu jsejħulu “Fra Deo Gratias” għax kien il-ħin kollu jgħid din ilġekulatorja

biex jiżżikħajr lil Alla. Imma hu kien isejjaħ lilu nnifsu “l-ħmar talkapuċċini”.

SIGNUM FIDEI 39

Għalkemm kien sempliċi ajk, l-iktar umli, kien il-ħabib ta’ nies kbar bħal San

Filippu Neri, u l-Kardinal, San Karlu Borromeo u Felice Peretti, tal-

Franġiskani Minuri Konventwali.

Lill-Kardinal Peretti, San Feliċ, għamillu profezija li għad jilħaq Papa, kif ġara

tassew fil-1585, Peretti sar Papa, bl-isem ta’ Sistu V.

San Feliċ miet sentejn wara, fit-18 ta’ Mejju, 1587, u ġie kkanonizzat mill-

Papa Dumnikan Benedettu XIII, bil-Bolla tal-4 ta’ Ġunju, 1724.

Il-fdal ta’ San Feliċ jinsab meqjum fil-knisja tal-Immakulata tal-Patrijiet

Kappuċċini ta’ Via Veneto, Ruma.

Riflessjoni: imħabba lejn Ġesù

“Fir-raħal żgħir ta’ Santa Cruz, Bolivia, il-qassis xtaq iħaffef l-adorazzjoni tas-Salib

fil-Ġimgħa l-Kbira. Għalhekk ġab żewġ slaleb u qal lin-nies: “din is-sena se jkollna

żewġ slaleb”. Ma basarx imma x’se jiġri! Ma basarx kemm dawn in-nies kienu

devoti lejn Ġesù msallab. Wara li resqu u biesu l-ewwel salib, marru fuq is-salib l-

ieħor ħalli jbusuh ukoll! U hekk il-povru qassis, flok iffranka l-ħin, kollox ġieh

doppju ...”

Esperjenzi ta’ Patri Piju O.C.D.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

“... Jeħtieġ li inti ġġedded ta’ spiss f’moħħok u f’qalbek xi sentenza mill-Evanġelju

jew mill-Imitazzjoni ta’ Kristu. Dejjem għandek iżżomm f’moħħok xi sentenza biex

tgħinek. Dawn il-kotba jeħtieġ li inti taqrahom mill-bidu sal-aħħar, imma tajjeb li

kultant tirrivedi xi test meta tista’ ...”

S. Ġw. Bta. De La Salle – Ġabra ta’ Ħsibijiet Spiritwali

Missierna ...

TALBA

O Alla, mimli b’qawwa ta’ mħabba!

Imħabbtek huwa don li tajtni.

Mingħajr ma qgħadt tqis min jien u minn liema familja ġej,ħallejtni,

liberu li nilqa’ din l-imħabba jew li nagħlaq il-bieb ta’ qalbi.

Imma mħabbtek tibqa’ dejjem lesta u fidila biex tagħtihieli.

Agħmel li nifhem tajjeb, li nitqaddes, ifisser li nimitak.

Għini mela, Missier l-imħabba, li nħobb lil dawk li jwarrbuni,

lil dawk li ma jistmgħunix jew li jobogħduni.

Għini biex nitlob għalihom.

Għini nagħmlilhom it-tajjeb mingħajr ma nistenna ebda grazzi.

Bro. Louis

40 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 19 ta’ Mejju

San Pietru Ċelestinu - Papa u eremit

San Krispin minn Viterbo - Reliġjuż

San Franġisk Coll Guitart - Presbiteru

Beati Klement minn Osimo u Wistin minn Tarano - Presbiteri

San Teofilu minn Corte - Presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 18: 23-28 Kien jurihom mill-iskrittura li Ġesù hu l-Messija.

2. Salm 46: 2-3,8-10 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 16: 23-28 Il-Missier iħobbkom għax intom ħabbejtuni.

Riflessjoni: storja

Tifla żgħira bdiet turi l-pupi li kellha lin-nanna. In-nanna staqsietha, “liema waħda

tħobb l-aktar?” It-tifla kienet pronta wieġbet, “jien ser ngħidlek imma wegħdni li ma

tidħakx bija”. Nannitha wegħditha. It-tifla għażlet l-aktar waħda kerha, u b’derha

miżerabbli.

“Għaliex għażilt din?”, staqsietha n-nanna.

“Għax dik ħaqqa min iħobbha aktar mill-oħrajn”, irrispondit it-tifla.

“Għax għandha bżonn min iħobbha ħafna?”, staqsiet in-nanna.

Ir-risposta tat-tifla tirrifletti l-imħabba ta’ Ġesù għalina – povri aħna! – povri

midinbin!

L-eżempju tat-tifla u ta’ Ġesù, jistednuni li nistaqsi:

X’mezz nista’ nuża biex inħobb bħalhom?

Għalija, min huma dawk li l-aktar għandhom bżonn tal-imħabba?

Kif? X’jistennew minni?

Tagħlima:

Ħadd m’għandu aktar bżonn ta’ mħabba minn dak jew dik li jidhirli li ma

jistħoqqilhomx imħabba.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 39; 1 parti

In today’s Gospel and in the rest of the same chapter, which gives us the prayer

he addressed to his Father for his holy Apostles, Jesus Christ teaches us what we

ought to ask of God in our prayers. He does not ask for human and temporal

favors for them, because he had not come into this world to procure such benefits

for us. He knew that it was the Eternal Father who had given him his disciples,

that they belonged to him, 1 and that the Father had destined them to preach his

SIGNUM FIDEI 41

Gospel and to work for the salvation of souls. He realized, therefore, that he must

pray to his Father to give them only those things that might contribute to the end

for which he had called them.

This is why in this prayer Jesus Christ asked his Eternal Father for three things in

particular: first, to keep them from sin, by the words, keep them from evil. This is

what you must first of all ask of God until you have obtained it. You ought to have

such a horror for anything that even comes close to being sinful that, as Saint Paul

urges, you will keep away from anything having the shadow or the appearance of

sin. Because you cannot procure this benefit, it is essential that you constantly ask

God’s help to obtain it. Beg him, therefore, most earnestly that nothing may make

you displeasing in his sight, because you are obliged to inspire his love in the

hearts of those whom you instruct. Is this how you relate to them? Is this what you

ask of God in the prayers you offer to him?

Missierna...

TALBA fuq

“Intom tagħtu xhieda tiegħi.” Ġwanni13:26

Mulej! Meta nħossni maħkum bil-ħsibijiet,

meta nkun muġugħ, meta nibki,

meta nipperswadi lili nnifsi

li għandi nkun xhieda għall-oħrajn,

għal dawk li ma jafukx,

O ħniena Mulej,

għaliex ninsa l-patt ta’ bejnietna.

U meta sa fl-aħħar

ir-ribelljoni tiegħi tikkalma ruħha,

u nħallik tkellimni u nisma’ dak li għandek x’ tgħidli,

u inti tgħidli li kull persuna hija prezzjuża f’għajnejk,

saħansitra ż-żgħar nett.

Aħfirli Mulej, u grazzi

li ddewwaqni l-vera ħajja.

Bro. Louis

42 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 20 ta’ Mejju

Is-7 Ħadd tal-Għid

Tlugħ il-Mulej fis-sema

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 1: 1-11 Kien meħud ’il fuq waqt li huma kienu jħarsu lejh.

2. Salm 46: 2-3,6-9 Tela’ Alla b’għajjat ta’ ferħ.

3. Efesin 4: 1-13 Naslu fl-aħjar taż-żmien biex isseħħ il-milja ta’ Kristu.

4. Mark 16: 15-20 Il-Mulej Ġesù kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tallemin

ta’ Alla.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Dan mhux jum meta Ġesù qabad u telaqna, imma jum li fih hu sar il-MULEJ,

Forsi aħna nħarsu lejh bħala tifkira: Ġesù li kien jgħix mas-sajjieda, jiekol u

jixrob magħhom u mal-pubblikani u l-midinbin.

Fiż-żmien li kien magħhom kien wieħed bħalhom. Issa telaqhom … imma …

Qalilhom x’għandhom jgħallmu u jagħmlu.

Ġesù temm it-tiġrija tiegħu wara 33 sena, biex joqgħod fuq il-lemin talmissier

Alla, fejn qiegħed bħala s-Salvatur tal-bnedmin, iġedded

kontinwament il-MISTERU Tiegħu għall-glorja tal-Missier u l-konverżjoni talmidinbin.

B’hekk Ġesù baqa’ magħna bħala ħuna u l-avukat tagħna, flimkien mal-

Missier.

Għal dawk li jemmnu f’Ġesù, għalihom Ġesù huwa aktar qrib u midħla

tagħhom. L-ewwel insara dan fehmuh sewwa u kienu jgħixu fi mħabba

bejniethom – bħal ma’ kien wissihom. Huma kienu jafu sew li kien qiegħed

fosthom u li kien jaqsam magħhom il-ħajja ta’ kuljum bil-grazzja tiegħu.

Għalihom il-mewt kienet tfisser li jerġgħu jingħaqdu miegħu.

Qabel ma ħalliena Ġesù qalilna:

“... Morru għallmu …

... Morru għammdu ...

... Morru għallmuhom dak kollu li ordnajtilkom jien ...

... U ara jiena magħkom dejjem.”

Lilna l-insara:

... tana moħħna

... tana qalbna

... tana ġisimna – idejna – saqajna – widnejna – ilsienna

Dawn huma l-għodda li tana biex inwettqu dak li jixtieq minna.

SIGNUM FIDEI 43

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 40; 2 parti

On this day Jesus Christ left the earth and ascended into heaven, where he has

fixed his dwelling forever. On this day his sacred humanity received the adoration

of all the angels and all the just who entered heaven with him to take possession

of their eternal happiness. With all the saints, adore this sacred humanity, to

whom all power has been given in heaven and on earth. 3 Unite with all the saints

to acknowledge and to honor this humanity as it deserves.

Look upon the humanity of Jesus as being the One in whom, as Saint Paul says,

are all the treasures of God’s wisdom and knowledge. 4 From his humanity our

Savior draws, as from their source, all the graces that he pours out on those who

by their good works and by their prayers make themselves worthy to share in

them. When will you be able to say, with Saint Stephen, that you see the heavens

open and Jesus Christ, who is there 5 and is ready to share his graces with you?

Beg of him especially for the grace to be no longer preoccupied with anything

except the things of heaven.

Missierna...

TALBA fuq Atti 1:9, Meta Ġesù tela’ s-sema.

Għażiż Ġesù, agħmel li jien

inkun nisrani u xhieda tar-rabta tas-sema u l-art.

Agħmel li l-irkejjen mudlama ta’ qalbi, ta’ ġismi

jdubu bħall-inċira, fil-kuntatt man-nar

tal-Ispirtu s-Santu,

ħalli neħles minn dan l-istat tqil

li jgħejjini,

u nimxi għal dik it-triq ta’ ħajja

ħielsa u mimlija bl-arja Tiegħek.

Agħmel li nasal f’dak l-istat fejn ġismi u ruħi jintrefgħu

fl-għoli sakemm niltaqa’ mal-persuna Divina tiegħek.

B’hekk inkun nista’ nasal bla xkiel biex nidħol

fl-intimità tat-Trinità Qaddisa.

Bro. Louis

44 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 21 ta’ Mejju

San Kristofru Magallanes - Presbiteru u sħabu, martri

Beatu Ġjaċint Marija Cormier - Presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 19: 1-8 Intom, meta emmintu, ħadtu l-Ispirtu s-Santu?

2. Salm 67: 2-7 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 16: 29-33 Agħmlu l-qalb! Jiena rbaħtha d-dinja.

BEATU ĠJAĊINT MARIJA CORMIER

Louis-Stanislas-Henri-Marie Cormier twieled fit-8 ta’ Diċembru 1832,

f’Orleans, fi Franza. Ommu Feliċità Bracquemont kienet tqatta’ ħajjitha fiddar,

fil-ħanut u fl-għelieqi; mara intelliġenti f’ħajja sempliċi u attiva. Missieru,

Francesco Cormier kien raġel qaddis li kien iħobb ħafna l-mużika

speċjalment il-kant gregorjan. Missieru miet meta Henri kien għadu żgħir.

Hekk l-edukazzjoni waqgħet f’idejn ommu li kienet tibagħtu fl-iskola talparoċċa

fejn it-tifel beda jieħu formazzjoni reliġjuża soda.

Zijuh, Teofilu li kien saċerdot u professur fis-seminarju ta’ Orleans kien jieħu

ħsieb l-edukazzjoni tiegħu. Wara li rċieva l-ewwel tqarbina u l-

konfirmazzjoni f’Ottubru 1845 huwa daħal is-Seminarju minuri.

Il-mewt ħesrem ta’ ħuh Ewġenju, seminarista ta’ 18-il sena ħasditu bil-kbir u

nisslet fih distakk mid-dinja u riflessjoni aktar serja u matura lejn il-ħajja. Fit-

18 t’Ottubru 1851 hu daħal is-seminarju maġġuri u mill-ewwel beda jindirizza

ħajtu aktar lejn Alla billi jgħaddi ħinijiet twal fil-ġabra tal-istudju u t-talb, fleżami

tal-kuxjenza, fid-direzzjoni spiritwali u fl-imħabba lejn l-ewkaristija u l-

verġni Marija.

Daħal ukoll terzjarju Dumnikan. Fis-17 ta’ Mejju 1856, huwa ġie ordnat

saċerdot. F’dan iż-żmien il-provinċja ġdida Dumnikana Franċiża, imwaqqfa

minn P. Lacordaire f’Novembru 1861 kienet qed tilqa’ għadd sabiħ ta’

żgħażagħ fi ħdanha.

Fid-29 ta’ Ġunju 1856, , Cormier daħal fl-ordni, irċieva l-libsa Dumnikana, ħa

l-isem ta’ Fra Ġjaċint u beda n-novizzjat tiegħu fl-Flavigny. Matul dan iżżmien

saħħtu ddgħajfet xi ftit.

Fl-1904, P. Andrea Fruhwiert għalaqlu ż-żmien bħala majjistru ġenerali talordni

u fit-18 ta’ Mejju 1904, P. Ġjaċint ġie elett majjistru tal-ordni.

Għalkemm saħħtu mhux dejjem kienet tippermettilu P. Cormier baqa’ jmexxi

l-ordni b’għaqal u prudenza kbira. Diversi provinċji reġgħu stabilixxew

ruħhom. Hu ta attenzjoni speċjali lid-djar ta’ studji. Huwa wkoll ħa ħsieb iċċelebrazzjonijiet

ta’ erba’ kapitli ġenerali u kiteb diversi libretti bi struzzjonijiet

lill-prijuri, professuri, surmastrijiet tan-novizzi ...

SIGNUM FIDEI 45

Iżda l-akbar kontribut tiegħu kien it-twaqqif tal-Università Pontifiċja ta’

S.Tumas ta’ Aquino, l-Angelicum, f’Ruma, 1909.

Il-qdusija tal-qaddejja t’Alla toħroġ mill-ġewwieni ta’ ħajjithom u tidher millfrott

miksub fil-medda taż-żmien. P.Cormier kien qabel u fuq kollox bniedem

ta’ talb u għaraf l-importanza tal-għaqda intima ma’ Alla.

Kellu devozzjoni kbira lejn il-beata verġni Marija partikularment it-talba tarrużarju.

Il-ħajja qaddisa tiegħu kienet tirrifletti l-paċi interna u esterna li hu

kien iġorr miegħu kullimkien.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med 37: 3 punt

You ought to look upon the children whom you are appointed to teach as

poor, abandoned orphans. Although the majority of them do have a father here on

earth, they are still as if they had none and are abandoned to themselves for the

salvation of their souls. This is the reason God places them as if under your

guardianship.

God looks on them with compassion and takes care of them as being their

protector, their support, and their father, and it is to you that God entrusts this

care. This God of goodness places them in your hands and undertakes to give

them everything you ask of him for them: piety, self-control, reserve, purity, and

the avoidance of companions who could be dangerous to them.

Because God knows that of yourself you have neither enough virtue nor

enough ability to give all these things to the children he has entrusted to you, God

wants you to ask him for these blessings for them frequently, fervently, and

insistently. In this way and thanks to your care, nothing that they need for their

salvation will be lacking to them.

TALBA:

‘Fid-dinja tbatu jkollhom, iżda għamlu l-qalb, jiena rbaħt id-dinja’

Ġwanni 16-33

Mulej Alla tiegħi,

jiġrili ta’ spiss li ngħix bħallikieku

l-Ispirtu s-Santu ma jeżistix.

U kull darba niftakar li jiena mgħammed

‘fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu Santu’.

Hi din il-magħmudija li jien irċevejt

li timlieni bit-tama

u nħossni bħal ħafna tfal, żgħażagħ, u adulti,

li ġew imsoqqija bl-ilma tal-magħmudija,

mgħammdin f’isem Ġesù Kristu,

u kull ħin u kull mument nisma’ l-KELMA tiegħu

li tfisser għalija wegħda għall-ħajja. Bro Louis

Missierna...

46 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 22 ta’ Mejju

Santa Rita minn Cascia - Reliġjuża

Santa Ġwakkina de Vedruna de Mas - Religjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 20: 17-27 Intemm il-mixja tiegħi u l-missjoni li ħadt mingħand il-

Mulej Ġesu’.

2. Salm 67: 10-11, 20-21 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 17: 1-11a Missier, sebbaħ lil ibnek.

SANTA RITA MINN CASSIA – Agostinjana – (1381?-1457)

Twieldet Rocca Parreno, fid-djoċesi ta’ Spoleto, minn ġenituri xjuħ u foqra,

skont l-awtur tal-ħajja tagħha, Ġakbu Carelicci, Agostinjan, li kiteb il-“ħajja”

tagħha fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tal-qaddisa fl-1628.

Għad li kienu fqar, il-ġenituri tagħha kienu magħrufin għall-karità tagħhom,

hekk li kienu jsejħulhom, “il-Messaġġiera tal-Paċi ta’ Ġesù”.

Jingħad li meta twieldet il-qaddisa, naħal, li bħalu qatt ma kien deher, beda

dieħel u ħiereġ minn fommha.

Rita kellha xewqa kbira li tidħol soru, iżda ta’ tnax-il sena, kellha tobdi lillġenituri

tagħha u tiżżewweġ.

Ma ltaqgħetx ma’ żagħżugħ tajjeb, u għal tmintax-il sena kellha ssofri bilpaċenzja

u bis-sabar, il-ħruxija tal-karattru tiegħu – mudell ta’ omm nisranija.

Meta qatlulha lill-żewġha, ħafrithilhom, u meta ndunat li wliedha t-tnejn riedu

jivvendikaw il-mewt ta’ missierhom, għamlet li setgħet biex tbiddlilhom ilħsieb,

u talbet ’l Alla biex jeħodhom qabel ma jagħmlu d-dnub.

Il-mewt ħadithom qabel ma setgħu jikkommettu d-dnub, fil-paċi m’Alla.

Meħlusa minn kulħadd, talbet lis-superjura tal-kunvent tal-Agostinjani ta’

Cassia, biex taċċetaha bħala soru.

Iżda l-liġi ta’ dawk is-sorijiet kienet li ma jidħlux fosthom dawk li ma kienux

verġni. Imma l-qaddisa talbet tant lis-superjura u lil Ġesù li fl-aħħar

irnexxielha tidħol, b’miraklu, kif naqraw fil-ħajja tagħha, u libset il-libsa u

pprofessat.

Fil-ħajja ġdida dehret xempju għal kulħadd, għall-faqar, il-karità, l-umiltà u l-

ubbidjenza, u ġiet magħrufa għall-effikaċja tat-talb tagħha.

Kienet hekk devota lejn il-passjoni ta’ Ġesu’ li talbet biex tieħu sehem fittbatijiet

tiegħu.

U Ġesù kkuntentaha: xewka mill-kuruna ta’ Ġesù Kurċifiss, tinqala’ u

tolqotha f’moħħha, u daħlet tant ġewwa li Rita ma felħitx aktar, ħassha ħażin

u sabet ruħha bejn il-mewt u l-ħajja.

Damet b’din il-ferita ħmistax-il sena. Għalqet biss meta marret Ruma għall-

Ġublew tal-1450. Mietet fit-22 ta’ Mejju, 1457.

SIGNUM FIDEI 47

Riflessjoni fuq Santa Rita –

Il-mara eżemplari ta’ kull żmien, il-bieraħ – il-lum - għada

Xempju ta’ xebba, ta’ mara miżżewġa, ta’ omm, ta’ armla u ta’ soru.

S. Rita hi wkoll mudell tad-devozzjoni lejn il-passjoni ta’ Ġesù, li hi, skont S.

Bernard, “fost id-devozzjonijiet l-oħrajn kollha, l-aktar fiż-żgur, l-aktar ta’ qligħ u l-

aktar universali għall kull stat tal-bniedem.” Minnha S. Rita kisbet il-grazzja u l-

qawwa biex issofri u tagħmel it-tajjeb.

Nieħdu d-drawwa li nimmeditaw il-passjoni ta’ Ġesù u d-duluri ta’ Marija f’riġlejn

il-kruċifiss, speċjalment nhar ta’ Ġimgħa.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 38; 2 punt

In the Gospel Jesus Christ gives two reasons for the efficacy of prayer. The

first is the faith and confidence we have in praying. Whatsoever you ask in prayer

with faith, says Jesus Christ, you will receive. He says all whatsoever, and he

makes no exceptions. Would anyone believe that faith would have such an effect

that we would obtain infallibly whatever we ask of God, if the Son of God, who is

Truth, had not assured us of this?

He not only made this known to you by his words but also gave you a great

example of it in the Canaanite woman. She had insistently prayed and entreated

with Jesus Christ to deliver her daughter, who was possessed by a demon.

Because of her faith, she merited that Jesus Christ give her what she requested.

O woman! exclaimed Jesus, how great is your faith! Let it be done as you desire.

Be convinced, then, that God is ready to refuse you nothing that you ask of

him with faith and confidence in his goodness.

Missierna...

TALBA

Mulej Ġesù!

Tant insibha diffiċli li nimxi warajk

u nippersevera bil-fedeltà kollha!

U Inti tgħidli

ntefa’ b’salt wieħed! Ntelaq f’dirgħajja!

U tiskopri kemm Alla jħobbok

u tiskopri fik innifsek

ħeġġa u mħabba kbira.

Meta tasal f’dan l-istadju, inti tkun għaddejt

mill-bieb li hu JIEN,

u Jien inkun warajk.

Bro. Louis

48 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 23 ta’ Mejju

Santa Ġovanna Antida Thouret - Verġni

San Ġwann Battist De’Rossi

San Ivo

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 20: 28-38 Inħallikom f’idejn Alla, li għandu l-qawwa jibnikom.

2. Salm 67: 29-30,33-36c Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 17: 11b-19 Biex ikunu ħaġa waħda bħalna.

SAN ĠWANN BATTIST DE’ ROSSI

Kien mir-raħal ta’ Voltaggio, qrib Ġenova u twieled minn familja fqira fl-1698.

Imma ta’ 10 snin bil-permess tal-ġenituri mar jgħix Ġenova ma’ koppja

nobbli. Dawn bil-għajnuna ta’ zijuh, li kien il-provinċjal tal-kapuċċini,

irnexxielhom li jibagħtuh Ruma, għand kunġinuh Don Lorenzo De’ Rossi,

kanonku ta’ Santa Marija in Cosmedin, biex jistudja fil-kulleġġ Ruman.

Kompla mbagħad l-istudji tiegħu fil-kulleġġ Minerva u ta’ 23 sena, fit-8 ta’

Marzu 1721, ġie ordnat saċerdot. Minkejja li kien ta’ saħħa dgħajfa, kien

jagħmel ħafna penitenzi u jaħdem bla mistrieħ, speċjalment billi jqatta’ sigħat

twal fil-konfessjonarju u fiż-żjajjar tal-morda fl-isptar, speċjalment dak ta’

Trinita dei Pellegrini.

Ħadem ukoll b’suċċess qalb il-bejjiegħa fil-Foro Rumano, kif ukoll mattallaba,

l-iktar nisa u xebbiet. Kien jgħix fl-aqwa faqar u meta laħaq kanonku

flok kuġinuh Don Lorenzo, li miet fil-1736, ta l-flus tal-prebenda lill-knisja biex

isir orgni u jitħallas l-organista.

Il-Papa Benedittu XIV ordnalu jagħti korsijiet ta’ tagħlim lill-uffiċjali tal-ħabs u

impjegati oħra pubbliċi. Imma marad u miet ta’ 66 sena fit-23 ta’ Mejju,1764.

Ħadu sehem fil-funeral tiegħu 260 saċerdot u l-quddiesa saret mill-arċisqof

Lercari ta’ Adrijanopli.

Il-fdal tiegħu, meqjum għal ħafna snin fil-knisja tas-Ssma. Trinita dei

Pellegrini, illum jinsab meqjum fil-parroċċa ddedikata lilu ġewwa Ruma. Il-

Papa Ljun XIII ikkanonnizzah fit-8 ta’ Diċembru 1881.

Riflessjoni: Il-qawwa u l-glorja tal-fidi

“Il-fidi hija pedament tal-ħwejjeġ li għandna nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ li ma

narawx. In-nies tal-imgħoddi għoġbu lil Alla sewwasew għax kellhom if-fidi.”

(Lhud 11: 1)

Il-paċenzja u l-perseveranza jegħelbu l-muntanji.

Il-fidi u l-kelma ta’ Kristu għandhom ikunu l-gwida ta’ għemilek.

San Ġwann Battista De La Salle – Ktieb fuq diversi virtujiet.

SIGNUM FIDEI 49

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: ittra

“... Mhux possibbli li togħġob lil Alla jekk ma’ sħabek ma tgħixx bi spirtu ta’

ħbiberija ...”

Missierna ...

Talba

Verb etern,

kelma ta’ Alla tiegħi,

irrid ngħaddi ħajti nisimgħek,

irrid noqgħod dejjem attenta

biex nitgħallem kollox mingħandek.

Beata Eliżabetta tat-Trinità

Il-Ħamis, 24 ta’ Mejju

L-Imqaddsa Verġni Marija, Għajnuna tal-Insara

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 22: 30; 23: 6-11 Jeħtieġ tagħti xhieda f’Ruma.

2. Salm 15: 1-2a,5,7-11 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 17: 20-26 Biex isseħħ fihom il-milja tal-għaqda.

L-IMQADDSA VERĠNI MARIJA, GĦAJNUNA TAL-INSARA

Kien il-Papa Dumnikan San Piju V li żied it-titlu ta “Għajnuna tal-Insara” fil-

Litanija tal-Madonna wara r-rebħa kbira tal-Insara fuq it-Torok fil-battalja ta’

Lepanto, fis-7 t’Otubru 1572. U kien imbagħad il-Papa Benedittin Piju VII li

waqqaf il-festa liturgika tagħha fl-1815, meta rritorna Ruma minn

Fontainbleau fi Franza, fejn kien priġunier ta’ Napuljun.

U kien fl-aħħarnett San Ġwann Bosco, li xerred kemm felaħ id-devozzjoni

lejn Marija taħt dan it-titlu, u ħatarha patruna tal-patrijiet u tas-sorijiet

Sależjani. Mill-isbaħ bażilika li waqqfilha Turin fejn jinsab il-ġisem tiegħu, kif

ukoll dak ta’ Santa Marija Duminka Mazzarello u San Duminku Savio.

Marija Awżiljatriċi hija l-patruna prinċipali tal-Awstralja u ta’ New Zealand,

fejn kienu l-patrijiet Maristi, li bħala missjunarji bikrin f’dawn l-artijiet, xerrdu

din id-devozzjoni. Fl-1844 għażluha bħala l-patruna taż-żewġ pajjiżi, għażla

li ġiet ikkonfermata mill-Papa Benedittu XV, fis-17 ta’ Lulju, 1916.

50 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: storja

Waqt diskussjoni, waħda tfajla tal-Università għamlet din l-istqarrija:

“Ma nistax nemmen aktar f’Alla.”

Il-professur tagħha rrispondiha: “jista jkun li nifraħlek?”

“Xi trid tgħid biha”, weġbitu l-istudenta?

Il-professur weġibha: “x’aktarx, li din l-idea li ma tistax temmen f’Alla, aħjar

twarrabha minn moħħok.”

Il-professur kellu raġun; ta’ spiss jiġri li dak ’l Alla li ħafna ma jistgħux aktar

jemmnu fih, mhuhiex il-veru Alla! Imma idea żbaljata ta’ dak ’l Alla li jeżisti biss

f’moħħhom!

L-aktar idea ċara t’Alla nsibuha f’Ġesù li qal: “Min ra lili, ra lill-missieri.”Ġw14:9

Fil-każ tiegħi: x’nara f’Ġesù li jitkellem b’mod konvinċenti fuq il-Missier? Aqra

Ġwanni 12-15

Ħsieb fuq din ir-riflessjoni:

“Bħalma l-istampa tas-siġill fuq l-inċira (xama’), hija l-vera xbiha tas-siġill stess,

hekk Kristu huwa l-vera Xbiha r-rappreżentazzjoni perfetta t’Alla.”

Sant’Ambroġġ

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: ktieb fuq diversi virtujiet

“... Il-fidi u l-kelma ta’ Kristu għandhom ikunu l-gwida ta’ għemilek ...”

Missierna ...

TALBA

(ħsibijiet meħudin minn riflessjonijiet fuq Ġwann 17:1-11)

Nagħtik ġieħ u glorja Mulej

sultan tas-sema u l-art.

Għax Int iddawwalli moħħi u qalbi

bil-kelma tiegħek, inti turini t-triq

li teħodni s’għand il-Missier.

Kull ma jien, kull ma għandi,

kollu tajtuli Int.

Għax inti tħobbni u trid li jien nappartjeni kollni tiegħek.

Mulej Ġesù,

imla lil din qalbi bil-grazzja tiegħek

biex matul il-jiem li tagħtini

fost il-gwaj, it-tiġrib, l-inkwiet li nġarrab,

jien dejjem nibqa’ fidil lejk

u inti tibqa’ tgħix fija.

Bro. Louis

SIGNUM FIDEI 51

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju

San Beda l-Venerabbli - Presbiteru u duttur tal-Knisja

San Girgor VII - Papa

Santa Marija Maddalen dè Pazzi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 25: 13b-21 Ġesù, li hu mejjet, skont Pawlu huwa ħaj.

2. Salm 102: 1-2, 11-12, 19-20 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 21: 15-19 Irgħa l-ħrief tiegħi, irgħa n-ngħaġ tiegħi.

SAN GIRGOR VII - Papa

Kien jismu Ildebrando u twieled minn familja aktarx fqira f’Soana fit-Toskana,

fl-Italja Ċentrali, madwar is-sena 1020. Imma mar jgħix Ruma, fejn kellu

zijuh abbati benedittin ta’ Santa Marija fuq l-Aventino, u hawn Ildebrando sar

Benedittin.

Mar il-Ġermanja mal-Papa Girgor VI fl-1046 u baqa’ hemm sakemm irritorna

mal-Papa Leone IX, fl-1049. Fl-1059, sar abbati ta’ San Pawl Fuori le Mura

u minn hemm ħadem ma’ ħames papiet bħala l-arċidjaknu tagħhom.

Huwa sar Papa l-għada li miet Alessandru II, jiġifieri fit-22 t’April 1073, meta

kien Kardinal Djaknu.

Kien Papa mill-ikbar u riformatur kbir tal-Knisja tant li għalih hi msemmija r-

riforma Gregorjana. Iddefenda fuq kollox id-dritt tal-Knisja li tkun ħielsa minn

kull indħil tal-lajċi, tas-slaten u l-imperaturi.

Insista bil-qawwa dwar iċ-ċelibat tal-kleru u kkumbatta bl-ikbar kuraġġ kontra

l-immoralità, il-konkubinaġġ u s-simonija. Kellu diffikultajiet kbar malimperatur

Neriku IV, tant li tah il-piena tal-iskomunika, imma meta fl-1077, l-

imperatur baxxa rasu u ħeles mill-iskomunika f’Canossa, l-inkwiet baqa’

sejjer u fl-aħħar il-Papa kellu jħalli Ruma u jmur Salerno, fejn miet fl-25 ta’

Mejju 1085.

L-aħħar kelmiet tiegħu kienu: “Ħabbejt is-sewwa u bgħadt il-ħażen, għalhekk

sa mmut eżiljat.” Il-fdal tiegħu jinsab meqjum fil-kattidral ta’ San Mattew ta’

Salerno. Il-Papa Pawlu V mar jgħoddu mal-qaddisin fl-1606.

Riflessjoni:

• L-inkwiet ta’ spiss huwa l-mezz li Alla juża biex isawwar lin-nies f’xi ħaġa

aħjar milli huma.

• Għal ull wieħed u waħda minna Alla għandu rumanz ta’ ħajjitna, inħalluh

jiktibulna.

• Kemm-il darba ngħaddi xi ftit ħin biex nirrifletti fuq “għalfejn Alla ħalaqni?”

• X’risposti nagħti?

• Alla hu l-ewwel wieħed f’ħajti? Il-ħbieb it-tieni? Jien it-tielet?

52 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 128: 1

“... L-impressjoni li inti tagħti lit-tfal, hija qawwija biżżejjed biex tinfluwenzahom

biex iġibu ruħhom aħjar ...”

Talba

Mulej! Alla tiegħi,

Int ħlaqtni għax-xbieha tiegħek.

Iżda Mulej, id-dnub għadda minn ġo fija.

Mulej Alla tiegħi! X’fadalli?

Veru Mulej, fadalli l-kliem ta’ Ġesù Ibnek,

li jiena nibqa fidil lejhom.

Nitolbok Mulej li matul il-ġurnata dawn nżommhom f’qalbi,

biex inkun ta’ eżempju għall-oħrajn.

U li tinbet f’qalbhom ix-xewqa li jgħixu ta’ nsara tassew,

u huma wkoll isiru qaddisin.

Mulej Alla imla ’l qalbi bl-ispirtu tiegħek

ħa jqaddisni.

Bro. Louis

Missierna ...

Is-Sibt, 26 ta’ Mejju

Vġili tal-Għid il-Ħamsin

San Filippu Neri - Presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 28: 16-20,30-31 Baqa’ Ruma jxandar is-saltna ta’ Alla.

2. Salm10, 4,5,7 Hallelujah, hallelujah.

3. Ġwanni 21: 20-25 Dan hu d-dixxiplu li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u x-xhieda

tiegħu hi ta’ min jorbot fuqha.

SAN FILIPPU NERI

Imwieled Firenze fl-1515, studja għand id-Dumnikani ta’ San Mark ta’

Firenze, u wara għand il-benedittini ta’ Monte Cassino, sakemm fl-1533 mar

jgħix Ruma, fejn dam 17-il sena sekular, li fihom però sa mill-1538, flimkien

ma’ għaqda ta’ lajċi li waqqaf kien jagħmel appostolat qalb iż-żgħażagħ, ilpellegrini

u l-morda, l-iktar fl-isptar tat-Trinita dei Pellegrini. Fl-istess ħin kien

jgħallem billi jagħti lezzjonijiet privati, jikteb poeżiji u jistudja l-Filosofija u t-

SIGNUM FIDEI 53

Teoloġija. Kien ukoll jgħaddi s-sigħat jitlob, anki bil-lejl, l-iktar fil-katakombi

ta’ San Bastjan.

Kien fl-1548, meta kien għad mhux saċerdot, li flimkien ma’ erbatax minn

sħabu ta bidu għall-kongregazzjoni reliġjuża tal-oratorju. Meta fl-1551 sar

saċerdot għamel il-ħsieb li jmur missjunarju.

Imma fuq parir ta’ saċerdot benedittin ta’ San Pawl Fuori le Mura, fehem li l-

missjoni tiegħu kellha tkun fil-belt ta’ Ruma, u baqa’ għalhekk jgħix fid-dar ta’

San Girolamo degli Schiavoni u minn dak in-nhar ’l hemm, San Filippu u l-

oratorjani sħabu kienu ċ-ċentru tal-ħajja reliġjuża ta’ Ruma.

Il-kongregazzjoni ħadet forma kanonika fl-1575 u ġiet approvata mill-Papa

Girgor XIII fl-1583, bil-knisja ta’ Santa Maria in Vallicella bħala l-knisja tal-

“Casa Madre” tagħha, imma San Filippu ħa ħsieb li jibni mill-ġdid din l-istess

knisja li għalhekk bdiet tissejjaħ il-knisja l-ġdida – Chiesa Nova – kif għadha

tissejjaħ sal-lum.

San Filippu kien ħabib tal-ajk kappuċċin San Feliċ minn Cantalice u rrofta li

jsir Kardinal. Imma sar kardinal il-famuż dixxiplu tiegħu, l-għaref storiku

Cesare Baronio, li l-knisja tagħarfu bħala venerabbli.

San Filippu miet ta’ 80 sena, nhar il-festa ta’ Corpus Domini, fis-26 ta’ Mejju

1595 u ġie kkanonizzat mill-Papa Girgor XIV, flimkien ma’ Sant’Injazju minn

Loyola, San Franġisk Saverju, Santa Tereża u San Sidoru ta’ Madrid.

Il-ġisem tiegħu jinsab meqjum fil-Chiesa Nuova ta’ Santa Maria in Vallicella,

tal-patrijiet oratorjani ġewwa Ruma. Bir-raġun dan il-qaddis kbir baqa’

jissejjaħ l-Appostlu ta’ Ruma.

Riflessjoni: Alla tiegħi

Għallimni nuża sew iż-żmien li tagħtini u napprofitta minnu mingħajr ma nitlef

xejn.

Għallimni nipprevedi l-affarijiet mingħajr ma ninkwieta ż-żejjed.

Għallimni kif nitgħallem mill-iżbalji tal-imgħoddi mingħajr ma naqa’ fl-iskrupli.

Għallimni nistinka mingħajr pressjoni żejda u nħaffef mingħajr ma nfexfex.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 42; 1 parti

In today’s Gospel Jesus Christ points out to us three dispositions we need to

receive the Holy Spirit, which he expresses in these words: If you love me, keep

my commandments, and I will ask my Father, and he will give you another

Consoler to be with you always. The first disposition is to love God and to give

yourself entirely to him. For this you must be detached from all creatures and love

God alone. Whoever is attached to the world and to its goods is incapable of

receiving the Spirit of God, who communicates himself only to those he finds

empty of all that is not God. This is why, as Jesus Christ observes, the world

cannot receive this divine Spirit, 2 because it loves only the concupiscence of the

flesh, the concupiscence of the eyes, and the pride of life. Be detached from all

things, then, and be attached to God alone, if you wish to be in a state to receive

the Spirit of God.

54 SIGNUM FIDEI

Talba

Mulej Ġesù,

jien ukoll bħal Pawlu

nixtieq inwassal il-messaġġ Tiegħek

u l-qawmien Tiegħek

lil dawk li nagħmilha magħhom,

dawk li niltaqa’ magħhom u li nħobbhom

għax Int ħabbejtna lkoll.

Veru li jien m’inix għaref

biex nagħraf kif għandi nitkellem,

imma Ġesù, kattar fija l-fidi

biex nissogra nkellem lil dawk

li niltaqa’ magħhom waqt il-laqgħat ta’ spiss.

Jkollok ħniena,

Int li Int kollok mimli b’qalb ħelwa,

kun Int li tiggwidahom fil-verità sħiħa

għax jien dgħajjef u bla ħila.

Bro. Louis

Missierna ...

Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju

L-Għid il-Ħamsin

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Atti 2: 1-11 Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu.

2. Salm 103: 1.24.29-31.34 Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ

tal-art.

3. Galatin 5: 16-25 Il-frott tal-Ispirtu.

4. Ġwanni 15: 26-27; 16: 12-15 L-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità

kollha.

SIGNUM FIDEI 55

Riflessjoni fuq il-Pentekoste:

Dakinhar l-Appostli indunaw li Ġesù żamm kelmtu: “u jien nitlob lill-Missier u

hu jagħtikom difensur ieħor.”

F’daqqa waħda l-imħabba tiegħu, ħakmithom u bdew jafdaw fih.

U minnufih imtlew bil-kuraġġ u bit-tama fih ... u ħarġu jxandru dak li kien

għallimhom.

Din il-ġurnata kienet biss il-bidu ... bil-mod il-mod bdew jagħtu xhieda talqawmien

ta’ Ġesù ... sakemm dan il-messaġġ issiġġillawh bil-martirju: l-akbar

xhieda li bniedem jista’ jagħti ...

tagħti ħajtek għal dak li tħobb!

Jaqaw hemm xi ħadd fostna li jista’ jgħid li ma hemmx bidla fih?

Jekk trid tgħix trid tinbidel kuljum,

u jekk trid tkun perfett, jeħtieġ li tkun ilek tinbidel ta’ spiss!

Il-bidla ta’ dawk it-tnax min-nies u x-xhieda li ftehmu li jagħtu, għaqqdithom

flimkien u dik kienet l-ewwel kommunità: il-Knisja.

Meta jiena nara bidla fin-nies ngħid, mela d-dinja qed titbiddel.

Tnax min-nies f’għaqda ma’ Marija jitolbu flimkien.

Fl-iskola hawn ħafna Learning Support Assistants u dawk li huma fdati

f’idejhom jagħmlu progress kuljum.

Nintelqu f’idejn il-Learning Support Assistant Divin u Hu jgħinna ninbidlu bilmod

il-mod ...

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 43; 1 parti

The holy Apostles remained in seclusion and applied themselves to prayer from

the Ascension of Jesus Christ until the day of Pentecost. This was a feast that the

Jews celebrated in memory of the giving of the Old Law to Moses on Mount Sinai.

On this day the Holy Spirit descended on the Apostles and on all those who were

gathered together with them in the large upper room. He came to bring them a

new law, the law of grace and love, and he poured himself out upon them like a

strong, driving wind. This was to show that just as God in creating man had, as

Holy Scripture expresses it, breathed into him the breath of life, so too in

communicating a new life to his disciples to live only by grace, he breathed into

them his divine Spirit to give them some share in his own divine life.

The Spirit of God also ought to come and to rest upon you on this sacred day, to

make it possible for you to live and to act only by the Spirit’s action in you. Draw

him within you by offering him a well disposed heart.

56 SIGNUM FIDEI

Missierna ...

TALBA fuq dawn il-Kelmiet ta’ San Pawl

“Imbagħad Pawlu wieqaf f’nofs l-Arjopagu qabad jitkellem.” Atti 17:22

Mulej, jien ukoll bħal Pawlu nixtieq

ngħarraf lil Ġesù u l-qawmien tiegħu

lil dawk kollha li nagħmilha magħhom

u lil dawk kollha li jiena nħobb.

Imma Mulej inti taf li filfatt

ma nafx tassew kif ser naqbad nagħmel!

Inżomm fommi sieket?

Mulej kattar fija l-fidi biex jien inħoss li għandi

nkellem lil dawk ta’ madwari,

tal-paroċċa tiegħi,

nurihom li int tassew mimli ħniena,

u nwassalhom sa għandek.

Int il-veru tjubija u kollok imħabba

agħmel li jien inkun xhud qalbieni tiegħek.

Bro. Louis

It-Tnejn, 28 ta’ Mejju

Santa Ubaldeska - Verġni

Santa Marija Anna de Paredes - Verġni

San Ġerman - Isqof ta’ Pariġi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. 1 Pietru 1: 3-9 Lil Ġesù Kristu, għalkemm ma rajtuhx, imma intom

tħobbuh.

2. Salm 110: 1-2,5-6,9,10 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu.

3. Mark 10: 17-27 Mur biegħ li għandek! Ejja u imxi warajja!

SIGNUM FIDEI 57

SAN ĠERMAN - Isqof ta’ Pariġi

Twieled Autun minn Elewterju u Ewsebja. Edukah kuġinuh Skapiljon, qassis

ta’ ħajja qaddisa. San Agrippinu isqof ta’ Autun ordnah saċerdot ta’ 34 sena

u ħatru abbati ta’ San Sinforjanu ħdejn dik il-belt.

Kien hekk iħobb lill-fqar u jagħmel magħhom tant karità, li l-patrijiet bil-biża’ li

jagħti kollox, irribellaw. Waqt li kien għaddej minn Pariġi fil-555, miet l-Isqof

Ewsebju. Ir-Re Kildebertu żammu u bil-kunsens tal-kleru u tal-poplu ġie

ikkunsagrat isqof.

L-eżempju tal-isqof kellu setgħa kbira fuq ir-re, li minn biered u laxk sar

nisrani eżemplari. Bħala isqof kompla l-mortifikazzjonijiet tal-ħajja reliġjuża u

ħadem ħafna biex itaffi t-tbatijiet tal-gwerer.

Kien preżenti fit-tielet u r-raba’ konċilju ta’ Pariġi (557, 573) u f’dak ta’ Tours

(566). Ipperswada lir-re biex jipprojbixxi bosta eċċessi u abbużi li kienu jsiru

fil-festi tal-qaddisin.

Meta Kildebertu waqa’ marid fil-palazz tiegħu ta’ Celles l-isqof fejqu

b’miraklu – kif hu mniżżel fl-ittra li biha r-re jagħti l-artijiet ta’ Celles lill-Knisja

ta’ Pariġi bħala tpattija tal-fejqan mirakuluż tiegħu. Iżda ma damx wisq ħaj:

ir-re miet fit-23 ta’ Diċembru 558, il-jum meta l-isqof kien qed jikkunsagra l-

knisja ta’ San Viċenz, mibnija mir-re.

Ir-renju ta’ Klotarju kien qasir u wara mewtu (561), Karibertu sar re ta’ Pariġi.

Miet fil-570. Ħutu bdew jiġġieldu bejniethom għas-suċċessjoni u l-isqof

ħadem bosta għall-paċi b’suċċess żgħir ferm.

Il-qaddis miet is-sena, fil-576, qabel ma seta’ jġib il-paċi. Difnuh fil-kappella

ta’ San Sinforjan fil-knisja ta’ San Viċenz, li minn dak iż-żmien ħadet l-isem

ta’ St. Germain-des-Pres.

Riflessjoni: riskju fuq Alla bi mħabba lejn il-faqar.

“Margerita Herrera hija mara anzjana mill-Messiku li taqla’ l-għejxien tagħha billi

tbigħ affarijiet żgħar fit-toroq ta’ Merida. Darba, waqt laqgħa li kont qed nagħmel

ħalli niġbor xi flus għall-fqar, indunajt li Margerita kienet qed taħfen f’idha borża talplastik.

Jiena u nagħmel il-ġabra, resqet lejja u bi tbissima li tgħaxxqek qaltli: “ħa

Father, din hija l-kontribuzzjoni speċjali tiegħi! Minn meta kont żgħira dejjem kont

inġemma’ xi flus ħalli jkolli xi ħaġa fuqiex inserraħ rasi meta nixjieħ. Imma għalfejn

għandi noqgħod ninkwieta fuqi nnifsi, meta kuljum il-fqar madwari għandhom tant

bżonnijiet. Mil-lum ’il quddiem se nħalli lil Alla jġemma’ għalija!”

Esperjenzi ta’ Patri Piju O.C.D.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 131; 1 parti

Saint Germain was saved from death in his childhood, and even before his birth,

by very special acts of the Providence of God, who had destined him to labor

much for the good of his Church. Providence gave him the advantage of living with

one of his uncles, a man of great piety, who took very great care of his education.

He instructed him and formed him in the knowledge and practices of solid virtue;

as a result, Germain achieved a great degree of holiness. Adore God’s fatherly

58 SIGNUM FIDEI

Providence in your regard. He withdrew you from the world in order to prepare you

to acquire the virtues you need to do your work well and to educate a great

number of children in the Christian spirit. Do you correspond with God’s designs

for you? Do you strive in your state of life to achieve such a level of holiness that

you can make holy those for whose guidance you are responsible?

Missierna ...

TALBA

Mulej Alla,

jiena midneb,

qisni nemlu fuq strixxa tal-injam

li ż-żewġt itruf qed jaqbdu

u ma nafx x'ser nagħmel f'dan id-disprament.

Fil-ħniena tiegħek,

ħares fuqi b'ħarsa ta' mħabba,

għaliex jien

fik nittama Mulej!

Bro. Louis

It-Tlieta, 29 ta’ Mejju

Beatu Ġużeppi Kowalski - Presbiteru u martri

Beata Elija ta’ San Klement - Verġni

San Massimo

L-Anniversarju ta’ għeluq l-ewwel sena mill-mewt tal-mibki

Bro. Louis.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. 1 Pietru 1: 10-16 Il-profeti ħabbru l-grazzja li kellha tingħata lilkom.

2. Salm 97: 1-4 Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu.

3. Mark 10: 28-31 F’din id-dinja stess tirċievu għal mitt darba iktar, flimkien

ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej.

SIGNUM FIDEI 59

SAN MASSIMO - Isqof ta’ Trier († c. 349)

Jiġi ħu San Massenzju ta’ Poitiers. Massimu jew Massiminu twieled Sily qrib

Poitiers fi Franza. Imma mar fi Trier fil-Ġermanja, fejn tgħallem taħt il-għaref

isqof Sant’Agreċju. Meta miet dan il-qaddis, madwar is-sena 330, Massimu

laħaq isqof minfloku.

Laqa’ fi Trier lill-Patrijarka ta’ Lixandra San Atanasju u lil San Pawl, patrijarka

ta’ Kostantinopli, eżiljati b’ordni tal-Imperatur Arjan talli ddefendew il-verità

kattolika.

Għax Massimu kien huwa wkoll difensur għaref u qalbieni tal-fidi, ġie

“skumnikat” mill-isqfijiet eretiċi Arjani miġburin ġo Philippopolis, illum Plovdiv,

fil-Bulgarija, flimkien mal-kbir duttur tal-Knisja San Atanasju.

Ħa sehem fil-Konċilju ta’ Sardika fis-sena 347, u sejjaħ is-Sinodu ta’ Cologne

li kkundanna l-ereżija ta’ Ewfrate. Dan l-isqof qaddis miet madwar is-sena

349.

Riflessjoni: it-talb

Alexis Carrel, tabib, rebbieħ tal-premju Nobel jgħid: “il-vera talba hija mod kif

wieħed jgħix. Letteralment u fil-veru sens, il-vera ħajja hija ħajja ta’ talb.”

“It-talb huwa bħal meta wieħed jagħfas is-swiċċ tal-elettriku. Is-swiċċ ma joħloqx

il-kurrent, imma sempliċiment mezz biex il-kurrent jgħaddi minnu.

“... Tħossok int, li qiegħed twettaq il-pjan li Alla għandu għalik ...?”

S. Ġw. Bta. De La Salle, Med: 131.1

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 130; 1 parti

This saint excelled in her ardent love for God. From her earliest youth, she spoke

only of God and devoted herself a great deal to prayer, convinced that having

been created only for God, she would find nothing outside of him deserving of her

attention and affection. Her love for God and for what concerned his service led

her to withdraw from the world soon after making her first Communion. She took a

resolution to become a religious, and, although only ten years old at the time, she

consecrated herself to God by a vow of virginity.

You often have time set aside for prayer and have the happiness of being able to

converse with God. Are you careful to profit by this opportunity? In your

conversations with your Brothers, are you faithful to speak only of God, of what

concerns him, and of what can give you eagerness for his holy love?

(Mary Magdalen of Pazzi (1566–1607) was baptized Catherine and belonged to a

noble Florentine family. She became a Carmelite nun at the age of 17 and took

the name Mary Magdalen. She served as mistress of novices)

60 SIGNUM FIDEI

Missierna ...

Talba:

Kemm ħabbejtni Ġesù!

Ħlistni minn disgrazzja kbira.

Fuq is-salib, Int ftaħt dawk id-dirgħajn ta’ missier

u taħt ġwenħajk kennintni biex tissiġilla

l-wegħda, bid-demm Tiegħek lejja li tant ħabbejtni;

u rrikonċiljatni mal-Missier Alla.

O Ġesù!

Int l-uniku fost kulħadd,

int l-uniku, “kollox”, fost kulħadd.

Intom smewwiet,

ilqgħu l-ispirtu tal-għażiż Ġesù,

imma għażiż Ġesù, demmek, xerrdu fuq ħuti

mxerrdin fuq din l-art, u li huma

l-imħabba Tiegħek.

Bro. Louis

L-Erbgħa, 30 ta’ Mejju

Santa Ġiovanna d’Arco - Verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. 1 Pietru 1: 18-25 Intom kontu mifdija mill-ħajja tagħkom fiergħa biddemm

għażiż ta’ Kristu.

2. Salm 147: 12-15,19-20 Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej.

3. Mark 10: 32-45 Aħna telgħin Ġerusalemm, u bin il-bniedem se

jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba.

SANTA GIOVANNA D’ARCO

Giovanna D’Arco, bil-Franċiż, Jeanne d’Arc, twieldet fir-raħal ta’ Domremy, fi

Franza minn familja ta’ bdiewa fis-6 ta’ Jannar, 1412.

Kellha 17-il sena, meta waqt li kienet tirgħa n-nagħaġ ta’ missierha, semgħet

ilħna misterjużi mis-sema. Kienu l-arkanġlu San Mikiel, Santa Katerina ta’

Lixandra u Santa Margarita ta’ Antjokja. Qalulha biex issalva lil Franza mill-

SIGNUM FIDEI 61

għedewwa, li dak iż-żmien kienu l-Ingliżi u l-Burgundjani. Kellmet lill-prinċep

ereditarju u tawha li tmexxi l-armata.

Fl-1429, rebħet lill-Ingliżi f’Orleans, u wara rebħet Patay u Troyes.

ll-prinċep aċċetta li jkun inkurunat re ta’ Franza bħala Karlu VII fil-kattidral ta’

Rheims, b’Giovanna maġenbu bil-bandiera tar-rebħa f’idejha. Imma meta

ħabtet għal Pariġi sfat feruta u f’Mejju, 1430, waqt l-attakk biex teħles il-belt

ta’ Compiegne, waqgħet priġuniera tal-Burgundjani, li biegħuha lill-Ingliżi, li

għax ma setgħux jikkundannawha għall-mewt talli kienet rebħet il-battalji,

ippruvaw li tiġi kkundannata bħala saħħara u eretika.

Fil-21 ta’ Frar, 1431, dehret quddiem tribunal taħt il-presidenza ta’ Pierri

Cauchon, Isqof ta’ Beauvais, li ried jaqdi lill-Ingliżi biex forsi jilħaq arċisqof ta’

Rouen, flimkien ma’ teologi mill-Università ta’ Pariġi, ilkoll favur l-Ingliżi.

Il-qaddisa dehret għall-aħħar darba quddiem it-tribunal fid-29 ta’ Mejju, meta

ġiet ikkundannata b’sentenza inikwa, jiġifieri mill-iktar inġusta, jgħidilna anki

l-Martiroloġju Ruman, u l-għada stess ġiet maħruqa ħajja fil-“Vieux Marche”

(is-Suq il-Qadim) ta’ Rouen.

Kellha biss 19-il sena. Imma wara li l-każ tagħha reġa’ ġie studjat sewwa u

bl-ikbar reqqa b’ordni tal-Papa Kallistu III nnifsu, inqatgħet is-sentenza li

ddikjarat li Giovanna kienet għal kollox innoċenti.

Filfatt kienet mietet martri għal pajjiżha, tlissen l-ismijiet l-iżjed qaddisa ta’

Ġesù u Marija, li dejjem kienu fuq l-istandard tar-rebħiet tagħha.

Mhux biss Napuljun mar jiċċelebra l-jum tat-8 ta’ Mejju, jum ir-rebħa ta’

Orleans fl-1429, bħala jum ta’ festa nazzjonali għal Franza, imma wkoll il-

Papa Benedittu XV mar jiddikjaraha qaddisa fis-16 ta’ Mejju, 1920.

Minn dakinhar Jeanne La Pucelle, jew Jeanne D’Arc, imsejħa x-“Xbejba ta’

Orleans”, hija waħda mill-patruni ta’ Franza, fejn il-festa tagħha hi festa

nazzjonali.

Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – Ir-4 Ktieb

Stenbaħ mill-aktar fis mill-għażż u mill-bruda li tinsab fihom; kun af li xejn ma

jiswielek toqgħod titnikker u tħalli mil-lum għal għada u hekk titbiegħed millħwejjeġ

t’Alla minħabba fit-tfixkil li kuljum tiltaqa’ miegħu.

Titħabat wisq agħar jekk iddum ma titqarben, għax dan ma jistax iġiblek ħlief

bruda u telqa kbira. Dan bluha! X’uħud ta’ qalbhom bierda u ta’ ħajja laxka,

jittraskuraw il-qrar u jħallu mil-lum għal għada t-tqarbin, biex mingħalihom ma

jkunx jeħtiġilhom joqogħdu b’seba’ għajnejn fuqhom infushom.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 72: 2

“... qiss li ma tkunx diżutli jew anke ta’ ħsara għall-oħrajn, bħall-friegħi li mhumiex

aktar magħqudin maz-zokk, li hu Ġesù Kristu, u mhux qed jieħdu aktar is-sugu li

hu meħtieġ biex jagħti l-frott ...”

62 SIGNUM FIDEI

Missierna ...

TALBA fuq is-Salm 138 (137).

“Inroddlok ħajr Mulej b’qalbi kollha.

Iva Mulej, Alla tiegħi,

irrid ngħannilek b’qalbi kollha

Inti l-blata tiegħi, Inti l-kenn tiegħi,

Inti l-post tal-mistrieħ tiegħi,

Inti t-tama tiegħi li qatt ma tqarraq bija.

Meta jiena nħares lejn l-imgħoddi tiegħi

nintebaħ ta’ kemm dejjem bqajt:

Alla veru, Alla ta’ mħabba,

u nintebaħ kemm-il darba nsejtek, m’għażiltx lilek,

issuppervjajt quddiem l-imġiba li Inti wrejtni,

u qanqaltni biex nagħraf lilek

u mhux il-ġibdiet ħżiena tiegħi.

Safrattant Int dejjem qiegħed hemm fil-qalba ta’ ħajti,

lil hinn mid-dubji tiegħi lejk.

Dawk id-dubji li jwassluni biex ma nagħarfekx.

Għalhekk illum ngħannilek il-fedeltà tiegħek

għax int missier twajjeb u ħanin.

Imma O Alla misterjuż, għidli min int

biex tħobbni daqshekk?

Bro. Louis

Il-Ħamis, 31 ta’ Mejju

Iż-żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija

Santa Battista Varano - Verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

I. Sofonija 3: 14-18a Is-Sultan ta’ Israel, il-Mulej, hu f’nofsok. jew

Rumani 12: 9-16b Aqsmu ġidkom mal-qaddisin li huma fil-bżonn; ilqgħu fi

djarkom lill-barranin.

2. (Salm) Isaija 12: 2-6 Kbir hu f’nofsok il-qaddis ta’ Israel.

3. Luqa 1:39-56 Minn fejn ġieni dan li omm sidi tiġi għandi?

SIGNUM FIDEI 63

IL-VIŻITAZZJONI TAL-MADONNA

Niftakru llum u niċċelebraw iż-żjara ta’ Marija Ssma., lil qaribtha Santa

Eliżabetta. Dakinhar Eliżabetta, ispirata minn Alla laqgħet lil Marija bħala

“Omm il-Mulej”, Ġwanni l-Battista tqaddes f’ġuf ommu u Marija nfexxet f’radd

il-ħajr lil Alla permezz tal-kantiku tal-“Manifikat”.

U iktar tard Żakkarija nħallu lsienu u beda jfaħħar ’l Alla bil-kantiku l-ieħor tal-

“Benedictus”.

Din il-festa bdewha l-Franġiskani sa mill-1263, taħt il-ġeneral tal-ordni San

Bonaventura u ġiet imdaħħla fil-kalendarju universali tal-knisja mill-Papa

Urbanu VI fl-1389, biex tintemm ix-Xiżma tal-Punent.

L-għaref duttur tal-knisja, San Franġisk De Sales ried li s-sorijiet li waqqaf

jissejħu tal-Viżitazzjoni

Riflessjoni:

Esopu, li kien skavj Grieg kien jgħallem billi jirrakkonta l-istejjer – bħalma għamel

Ġesuċ. Waħda mill-istejjer tiegħu hi fuq missier li kellu tfal imdaqqsin u li dejjem

kien ikollhom xi jgħidu bejniethom.

Darba waħda poġġa quddiemhom qatta zkuk żgħar marbutin flimkien. Stieden lil

kull wieħed biex din il-qatta’ jaqsamha fi tnejn. Bħalma l-missier ħaseb hu, x’kien

ser jiġri, ħadd mit-tfal ma rnexxielu jaqsamha fi tnejn.

U biex jagħtihom tagħlima, waqt li kienu miġburin, qabad il-qatta’, u neħħielha r-

rabta li kellha u ta z-zkuk wieħed, wieħed lil kull tifel biex jaqsmuhom. It-tfal ma

sabuhiex iebsa li jaqsmu zokk.

Dak il-ħin il-missier fissrilhom it-tagħlima: “uliedi, jekk tibqu’ magħqudin tkunu

tistgħu tegħlbu l-għedewwa tagħkom. Jekk ma tibqgħux magħqudin, kull għadu

tagħkom jegħlibkom.”

Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann 15:4 - nsibu :

“Ibqgħu fija u jiena nibqa’ fikom.

Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha

jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med 141: 1 punt

Let us admire the promptness with which the Most Blessed Virgin went to

visit her cousin, Saint Elizabeth, as soon as she learned the will of God. She

undertook this journey without delay, in spite of the difficulties of the road, which

was mountainous.1 She had nothing in view except to do what God desired of her;

this was what she had most at heart. Her promptness drew down God’s blessings

on her visit and was a cause of the great things that God performed through her.

We must consider ourselves blessed when we are visited by God through

his inspirations. Let us be faithful to them, for to this fidelity God usually attaches a

great number of graces. He does this only insofar as we do what he shows us that

he wants us to do when he gives us his inspirations. God sends us his holy

inspirations only to make us prompt to put them into practice with the intent to

accomplish his holy will exactly.

64 SIGNUM FIDEI

Missierna ...

Talba

O Marija,

int li mort iżżur u għent

lil Santa Eliżabetta

fi żmien diffiċli tal-ħajja tagħha,

hekk ukoll żur lilna, nitolbuk,

fl-itqal mument ta’ ħajjitna,

fil-pont tal-mewt tagħna.

Ammen.

It-Talba tas-Signum Fidei

Missierna li inti fis-smewwiet,

fil-Providenza tiegħek,

Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi

f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi.

Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei,

spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROSITA’,

ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat,

nimxi fuq l-eżempju ta’

San Ġwann Battista De La Salle,

U ndawwal oħrajn,

biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom,

ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni.

Bierek ix-xogħol ta’ ħutna,

huma fejn huma, biex flimkien ,

imdawwla bl-entużjażmu

tal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek,

insiru dejjem aktar il-Melħ tad-dinja,

id-Dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u ,

dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri.

Ilqa’ ġewwa dirgħajk lill-ħutna

li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin

u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek.

Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu,

Ibnek l-għażiż.

Amen

Direzzjoni: Min jixtieq tag]rif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:

M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira.

Tel. 21317422, Mob. 79317422

E-mail: petcamilleri@maltanet.net

SIGNUM FIDEI 65

Fil-ħlewwa ta’ Mejju

Omm tagħna Marija

Oh! Kemm idoqq ħlejju

Dak ismek sabiħ;

Kemm toħroġ qawwija

Dil-kelma minn qalbna

Bit-tama li talbna

Jagħtik l-akbar ġieħ.

Int l-għaxqa tas-sema

Ix-xemx tal-ħolqien

Int l-Omm ta’ min ħalqek,

Bik mimli kull żmien.

Fid-29 ta’ Mejju huwa

għeluq l-ewwel

anniversarju mill-mewt ta’

Bro Louis.

Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ

ta’ dejjem u dawl ta’ dejjem

jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi,

Ammen

66 SIGNUM FIDEI

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!