11.06.2013 Views

July – August - Franciscan Province – MALTA

July – August - Franciscan Province – MALTA

July – August - Franciscan Province – MALTA

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

sieri. Kienet l-ghaxqa tieghi,

meta nara l-missieri johrog

l-ghodda u jibda jisserra

jew isammar. L-ghaxqa

tieghi, mhux biss ghax kont

naf li dan kien ifisser li nista'

nieqaf mill-istudju

minghajr qrid jew ammonimenti,

izda wkoll, ghax lattenzjoni

tieghi kienet tigbed

ukoll xi talba biex

inkun ta' ghajnuna. Dan

kien ifisser li ma kontx injorant

daqskemm kienu

jghiduli, u li kont niswa

ghal xi haga – biex inzomm

hawn, jew inwahhal hemm,

jew nilqa' dan jew nghawweg

dik.

L-osservazzjoni hija

oht il-gherf, kif jghidu ghallmistoqsija,

ghax wara kollox,

x'inhi l-osservazzjoni

jekk mhux speci ta' mistoqsija,

"X'inti taghmel?" jew

"kif qed taghmel dak li qed

taghmel?" Ghalkemm ma

lhaqtx wiehed mis-seba'

ghorrief tad-dinja, pero’

tghallimt tajjeb nisserra,

insammar u ninkolla.

Betlehem 2007

Haga biss qatt ma

zvelatli l-misteri arkani taxxjenza

taghha: il-varloppa.

Din kienet taghtini

dehra mill-isbah. Ghad

ghandi quddiem ghajnejja

dik id-dehra ta' missieri

bil-flokk ta' taht, l-gharaq

niezel ma xbinu ghal fuq linjam,

jincana b'idejh

maghqudin qishom f'sagrament

ta' mhabba fuq dik limbierka

varloppa gej u sejjer,

gej u sejjer, gej u sejjer,

u ma jehda qatt.

"Pa, ha naghmel ftit

jien," kont nitolbu, imsahhar

minn dak ilmoviment

kwazi-ritwali,

bin-nokkli ta' l-injam itiru

mill-gandott wara x-xafra, u

l-mejda mimlija nokkli sofor

donnha xi annimal gingri.

"Le, dik le," kien

jghidli. Il-varloppa le. Dik

mhix tat-tfal.

Min jaf kemm kont

inhares lejha u mmissha

wkoll, izda qatt nuzaha.

Ghax il-varloppa ma kinitx

tat-tfal, hej, il-varloppa

kellha xi seher. Il-varloppa

kienet delikata. Il-varloppa

kienet mara. Il-varloppa

kienet ta' missieri u tieghu

biss, u hadd ma seta'

jmissha.

U meta kbirt xi ftit u

ssograjt, b'idejn sagrilegi,

nhaddem dik il-kaxxa bixxafra

taqta' f' nofsha, bdejt

nisloh l-ghuda, nitghallem

x'jigifieri timxi mal-vina,

x'idejn helwin irid ikollok,

x'sena trid takkwista jekk

trid tincana tajjeb minghajr

ma ttajjar ix-xafra, jew

tisloh l-injam.

Mhux ta’ b’xejn ilpoeta

kbir taghna Achille

Mizzi ipparaguna ruhu, f’

ghanja, ma’ varloppa b’dan

il-kliem:

Varloppa

jien

minn id imxajtna misjuqa.

Quddiemi

l-ghekiesi u l-iskaldi

jinkinsu….

Minn go xaqqi

l-ebbes ruvlu johrog nokkli…

L-A{BAR LULJU - AWISSU 2007 41

PDF Created with deskPDF PDF Writer - Trial :: http://www.docudesk.com

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!