12.07.2015 Views

LULJU 2012 - signumfideimalta

LULJU 2012 - signumfideimalta

LULJU 2012 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

<strong>LULJU</strong> <strong>2012</strong>


Il-Ħadd, l-1 ta’ LuljuIt-13-il Ħadd ta’ matul is-sena“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Għerf 1: 13-15; 2: 23,24 Minħabba l-għira tax-xitan li l-mewt daħlet fid-dinja.2. Salm 29: 2,4-6,11-13 Ngħollik, Mulej, għax erfajtni.3. 2Korintin 8: 7,9,13-15 Iż-żejjed tagħkom jagħmel tajjeb għan-nieqes talaħwali ma għandhomx.4. Mark 5: 21-43 Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!Riflessjoni tal-vanġelu: San Mark jinseġ iż-żewġ episodji ta’ fejqan flimkien biex jurina l-fidi kbira ta’dawn it-tnejn min nies. Għat-talba tagħhom Ġesù jwieġeb b’kumpassjoni ujfejjaq kemm lil bint Ġajru kif ukoll lill mara marida bit-tnixxija tad-demm. Naraw kif Ġajru jumilja ruħu quddiem sħabu, peress li kien kap tas-Sinagoga, u jintelaq b’fidi għamja fil-ħniena ta’ Ġesù. Minkejja li sħabujinsistu biex jieqaf jittama għax bintu kienet mietet, Ġesù jgħidlu “Tibżax,imma emmen.” Il-mara li skont il-liġi tar-reliġjon Lhudija kienet meqjusa ‘maħmuġa’minħabba l-marda tagħha, messitu mingħajr ħadd ma ra, kienet taf li Hujista’ jfejjaqha. F’dan il-vanġelu naraw kif Alla jimpurtah ukoll mis-saħħa ta’ ġisimna ujagħmel li jista’ biex ifejjaqna. Nitolbu lil Alla biex ikattar fina l-fidi fih.Ħsieb:Mara anzjana kienet mitluba tgħid x’tuża biex iżżomm ruħha daqshekk ferriħija uattraenti, u kif il-ġilda tagħha daqshekk żagħżugħa u sabiħa. Irrispondiet hekk:Għal xufftejja nuża’ l-verità.Għall-vuċi tiegħi nuża l-ħlewwa.Għal widnejja nuża l-mogħdrija.Għal idejja nuża l-karità.Għall-figura tiegħi nuża r-rispett.Għal qalbi nuża l-imħabba.Għal dawk li jobgħoduni nuża t-talb.Li nkunu nsara jista’ jagħmilna sbieħ, ferm sbieħ.Adattata mill-ktieb: A migħty Vibrant Hero – Patri Piju Sammut3 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Uri rispett kbir mhux biss lejn ħutek il-Brothers imma lejn il-poplu kolluinġenerali ...”Ittra lil Bro. RobertMissierna ...TALBAĠesù nitolbok biex, għad li ma jistħoqqlix,tagħmel il-ġid lill-oħrajn xi kultantpermezz tiegħi.Hawn huma jdejja, Mulej,fejjaq bihom lill-oħrajn.Hawn hi qalbi Mulej,ħobb lill-oħrajn permezz tagħha.Hawn huma widnejja Ġesù, inqeda bihombiex tisma’ lill-oħrajn.Ħu riġlejja Mulej, biex tmur ’l hawn u ’l hemmtagħmel ġid lill-oħrajn.Hawn hu moħħi, Ġesùbiex bih taħseb fl-oħrajn.Hawn huma għajnejja, Mulej, biex b’ħarstek tfarraġ lill-oħrajn.Hawn hu lsieni, Ġesù, biex tkellem bil-ħlewwa lill-oħrajn.Aħdem bija Mulej, biex ħuti jsibuk u jħobbuk għal dejjem.Ammen.Fwar tal-Qalb – R. GauciIt-Tnejn, 2 ta’ LuljuQaddisin Bernardino Realmo, Franġisk Reġis u Franġisk de GorominoBeatu Giljan Maunon u Anton Baldinucci – presbiteri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Għamos 2: 6-10,13-16 Saħqu ras l-imsejknin mat-trab tal-art.2. Salm 49:16-23 Ifhmuha sewwa, intom li tinsew ’l Alla!3. Mattew 8: 18-22 Imxi warajja.SIGNUM FIDEI 4


SAN BERNARDINO REALMO – saċerdot, Ġiżwita (1530-1616) Dan il-qaddis twieled f’Carpi, fl-Italja. Bħala żagħżugħ, beda jistudja għaltabib f’Bolonja, imma mbagħad, biex jogħġob lil ċerta Cloride, xebba bilgħaqalu reliġjuża ħafna, li lejha kien miġbud, mill-kors tal-mediċina qalebgħall-kors tal-liġi. Ħa l-lawrija ta’ avukat ta’ 26 sena, u, billi kien kapaċi,okkupa karigi ċivili importanti. Serva wkoll bħala sindku f’diversi bliet fejnwera ħila kbira. Cloride mietet ta’ 28 sena, u l-mewt tagħha ħassha ħafna. Hu jirrakkonta lidarba dehritlu u qaltlu biex ineħħi s-swied il-qalb li waqa’ fuqu u għenitujerfa’ qalbu u ħsiebu lejn Alla. Tħajjar jidħol mal-Ġiżwiti, imma missieru xtaqu ma jagħmilx dak il-pass biexikun jista’ jdur bih sakemm imut. Talab id-dawl lill-Madonna li lejha kienħafna devot, u ħass li ma kellux jibqa’ jistenna. Għalhekk kiteb ittra twila lilmissieru u talbu jagħmel miegħu dak is-sagrifiċċju tal-firda u bil-barka ta’missieru ta’ 34 sena daħal mal-Ġiżwiti. Għall-umiltà tiegħu, u biex ikollu aktar ċans jitlob, xtaq jibqa’ sempliċi fratell,imma s-superjuri tiegħu ħasbuha mod ieħor, u fi żmien tliet snin ħa l-quddiesa, u kien magħżul surmast tan-novizzi. Iż-żmien battal li kien jifdallukien iqattgħu jgħallem id-duttrina lit-tfal u jżur il-ħabs u l-isptarijiet. Wara għaxar snin f’Napli, intbagħat f’Lecce f’Apulia fejn għadda l-aħħar 42sena ta’ ħajtu. Meta kien ilu hemm biss sentejn ta bidu biex jibni knisja ujwaqqaf ukoll kulleġġ. Iżda x-xogħol ewlieni tiegħu malajr sar id-direzzjonital-erwieħ speċjalment fil-konfessinarju. Fi xjuħitu kien mogħni b’doni sopranaturali bħal viżjonijiet, setgħa li jfejjaq uli jagħmel profeziji. Il-poplu ta’ Lecce kien tant iħobbu, li meta kienet tiġri x-xniegħa li kienu se jittrasferuh band’oħra kienet tqum il-belt kollha biexjibqa’ magħhom. Bernardino Realino kien igawdi tant fama kbira ta’ qaddis li, huwa u jmut, ilmaġistratital-belt talbuh li jaċċetta li jkun il-patrun tagħhom fis-sema, u hubaxxa rasu bħala sinjal li jaċċetta, u n-nies ukoll talbu lill-isqof biex kif imuttinbeda l-kawża tal-beatifikazzjoni tiegħu. Il-qaddis miet ta’ 85 sena fit-2 ta’ Lulju 1616. Piju XII iddikjarah qaddis fl-1947.Riflessjoni:Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti!Tixxennaq u tinfena ruħi għat-tempju tal-Mulej.Ngħanni ferħan b’ruħi u ġismi lil Alla l-ħaj.Sa l-għasfur isib fejn jgħammar, u l-ħuttafa ssib il-bejta ħdejn l-artal tiegħek.Hemm hi tqiegħed iż-żgħar tagħha, Mulej tal-eżerċti, Sultan u Alla tiegħi.Henjin dawk li jgħammru f’darek; huma jfaħħruk għal dejjem.Henjin dawk li jsibu fik il-qawwa tagħhom,li għandhom għal qalbhom il-pellegrinaġġ għat-tempju. Salm 84: 2-65 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... La inti fid-dmir li tressaq l-istudenti għall-qdusija, inti trid tagħmel minn kolloxbiex tasal f’livell għoli ta’ qdusija inti stess. Hekk biss tista’ tgħaddiha lilħaddieħor. Dan tagħmlu bl-eżempju li inti tagħti u bi kliem ta’ salvazzjoni litindirizzalhom kuljum ...” Med. 39.2Missierna ...TALBAMulej Alla,agħmel li l-ħolqien kollu tiegħek,mill-kwiekeb qawwija u l-pjanetisal-inqas u l-iċken kreatura li nista’ nara,ifakkarni dejjembiex ngħix fl-istagħġib.Nirringrazzjak kontinwamentgħal dak kollu li jinsab madwari.Ammen.Br. Nicholas HutchinsonIt-Tlieta, 3 ta’ LuljuSan Tumas appostlu“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Efesin 2: 19-22 Mibnija fuq is-sisien tal-appostli.2. Salm 116: 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba.3. Ġwanni 20: 24-29 Mulej tiegħi u Alla tiegħi.SAN TUMAS L-APPOSTLU (L-ewwel seklu) Tumas bis-sirjan tfisser "Tewmi" u bil-grieg "Didimus", kien sajjied fil-Galilijameta ġie msejjaħ minn Ġesù biex isir wieħed mit-tnax-il appostlu. Fost l-evnġelisti, San Ġwann biss jitkellem dwaru u jsemmih fi tlietċirkustranzi fil-ħajja ta’ Ġesù. Meta Ġesù kien sejjer fid-dar ta’ Lazzru li kiengħadu kif miet, l-appostli ppruvaw jipperswadu lil Ġesù biex ma jmurx għaxbeżgħu li jkun imħaġġar mil-Lhud. Imma Tumas qal lil sħabu: "ħa mmorruaħna wkoll biex immutu miegħu." (Ġw 11, 8-16).SIGNUM FIDEI 6


Kien San Tumas li qal lil Ġesù fl-aħħar ċena meta tarrfilhom li kien sejħallihom: "Mulej, ma nafux fejn sejjer; u kif nistgħu nafu t-triq?" U Ġesùwieġbu bil-famuża sentenza: "jien hu t-triq, is-sewwa u l-ħajja. Ħadd majmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi." (Ġw 14,5-6). Imma aktarx li S. Tumas hu l-aktar magħruf għall-ġrajja ta’ wara l-qawmienmill-mewt ta’ Ġesù. Dakinhar li rxoxta Ġesù deher lill-appostli meta Tumasma kienx magħhom. Meta l-appostli qalulu li kienu raw lil Ġesù mqajjemmill-mewt, hu rrifjuta li jemmen, anzi qal li jekk ma jdeffisx sebgħu fit-toqobta’ jdejh u ma jdaħħalx idu fil-pjaga ta’ ġenbu ma kienx lest li jemmen. Iżdameta Ġesù dehrilhom tmint ijiem wara, Tumas għamel att ta’ fidi li baqa’famuż matul iż-żminijiet: "Mulejja, u Alla tiegħi." Santu Wistin josserva liĠesù ppermetta din in-nuqqas ta’ fidi f’San Tumas biex isodd it-toqob taddubjital-fidi tagħna. Hemm tradizzjoni antika ħafna li tgħid li wara l-inżul tal-Ispirtu s-Santu, S.Tumas mar ixandar l-Evanġelju fl-Indja tan-nofsinhar, fejn jingħad ukoll li ħal-martirju. Meta l-Portugiżi marru fl-Indja fis-seklu 16, sabu madwar 15,000familja nisranija fuq ix-xatt ta’ Malabar li kienu jgħidu li l-antenati tagħhomsaru nsara wara li kien xandrilhom il-vanġelu l-appostlu San Tumas. Il-festa ta’ San Tumas kienet issir fil-21 ta’ Diċembru; mill-1969 bdiet issirfit-3 ta’ Lulju.Riflessjoni – Storja:Waqt l-ewwel gwerra dinjija, kien hemm knisja li ġiet mibdula fi sptar; fejn l-altarġie improvizzat f’mejda tal-operazzjonijiet. Wieħed raġel kien imweġġa’ sew likellhom bżonn jaqtgħulu siequ. “Hemm bżonn tkun kuraġġjuż”, qallu t-tabib, “sertweġġa’ ħafna, għax m’għandniex loppju, peress li nqered kollu meta l-isptarintlaqat.”Iż-żagħżugħ ħares lejn l-altar, u b’rasu għamel sinjal lejn il-kurċifiss, li kien hemmfuqu. “Jien sejjer inkun tajjeb, dott”, qal iż-żagħżugħ. “Poġġuni hemm. Sakemminkun nista’ nħares lejh, jien nimmaniġja.”Il-ħarsa lejn il-kurċifiss u l-fidi f’Alla ta’ dan iż-żagħżugħ, kienu biżżejjed biexitaffulu l-uġigħ li kien ser isofri.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 34 – It-2 partiA second difference between worldlings’ joy and the joy of God’s servants is thatthe former is only superficial, whereas the latter is very deep. This difference isseen in our Lord’s words. The world will rejoice, he tells us, whereas for theservants of God, he says, Your hearts will rejoice. This shows us that the joy ofthe former is only apparent. The world knows only the pomp and the outwardshow of joy, but when God’s servants have joy, it is their hearts that rejoice. Theheart is the source of life in a person because it is the last thing in the person todie. The joy of the just, according to our Lord, will be unshakable and not easilysubject to change because it is founded on what sustains the life of grace in7 SIGNUM FIDEI


them, namely, the love of God and union with God by prayer and the reception ofthe sacraments. In this way God maintains and nourishes their joy; it is solidlybased because it is based on God. Your joy is genuine if you rejoice in the midstof suffering and all the most painful trials. But if you make your joy consist insensual pleasures, ah, how true it is that your joy is completely superficial, for ithas the same nature as its object, in this case, a fragile and perishable good!Missierna ...TALBA Att ta’ FidiO Alla tiegħi,jien nemmen bi sħiħ li int Alla wieħedfi tliet persuni divini,il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.Jiena nemmen li ibnek divin sar bniedem,miet għal dnubietnau jerġa’ jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin.Jiena nemmen dan kollu u kull veritàli l-knisja mqaddsa kattolika tgħallem,għax inti li rrevelajthomma tqarraqx u lanqas tkun imqarraq.L-Erbgħa, 4 ta’ LuljuSanta Eliżabetta tal-PortugalBeatu Pier Giorgio Frassati – lajk dumnikan“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Għamos 5: 14,15,21-24 Warrbu minn l-għajat tal-għana tagħkom; ħallu l-ġustizzja tgelgel bħal wied ta’ dejjem.2. Salm 49: 7-13,16,17 Lil min jimxi sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla.3. Mattew 8: 28-34 Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?SIGNUM FIDEI 8


BEATU PIER GIORGIO FRASSATI (1901-1925) Pier Giorgio Frassati twieled fil-belt ta’ Turin, fl-Italja, fis-6 ta’ April 1901.Kien żagħżugħ mimli ħeġġa u jħobb il-ħajja. Kien iħobb l-isport l-aktar dakmarbut mal-muntanja: u wkoll l-għawm, iż-żwiemel u ċ-ċikliżmu. Kiendelettant tal-fotografija wkoll. Kien żagħżugħ modern. Missieru kien direttur tal-gazzetta Taljana La Stampa. Kien bniedemreliġjożament indifferenti. Hu ried li Pier Giorgio jidħol bħalu fil-ġurnaliżmu.Imma ż-żagħżugħ ried isir inġinier fil-minjieri, bl-għan li jkun f’qagħda li jgħinlill-ħaddiema, li dak iż-żmien kienu fi stat soċjali tal-biki. Dan l-għan bisskien li żammu milli jsir saċerdot. Filfatt kien żagħżugħ ta’ karità kbira. Dejjem kien isib xi ħaġa għalihom.Akkost li jibqa’ nieqes hu, kien jara kif jagħmel biex jgħaddilhom l-ikel, ilflus,il-mediċini u l-essenzjal għall-ħajja. Fejn jista’ kien imur bil-mixi biexdak li jiffranka jgħaddihom lilhom. Dan it-taħbit fl-aktar postijiet mitluqa u mal-aktar nies miżerabbli tal-beltkien, tista’ tgħid, il-kawża li minħabba fiha ħa l-marda tal-poljo. Din il-mardapparalizzatlu saqajh it-tnejn, u tant dgħajfitu li kaxkritu magħha fl-4 ta’ Lulju1925. Kellu biss 24 sena. Dawn is-snin però kienu biżżejjed biex sar qaddis. Mhux kemm tgħix lijgħodd imma kemm tqiegħed f’ħajtek intensità ta’ mħabba lejn Alla u lejn ilproxxmu. Il-qdusija taż-żaghżugħ sportiv u allegro, Pier Giorgio Frassati, il-knisjagħarfitha meta l-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-1990, iddikjarah beatu, u qiegħdubħala mudell taż-żgħażagħ moderni, li bħalu jistgħu jgħixu fid-dinja, igawdul-ħajja bl-onestà u l-għaqal, u fl-istess ħin ikunu miftuħa beraħ għal ĠesùKristu. Il-papa sejjaħlu l-bniedem tat-Tmien Beatitudnijiet.Riflessjoni: Il-bnedmin il-hienjaHenjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu l-ħniena.Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla.Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla.Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet. Mattew 5: 3-109 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR. 16 – It-2 partiTeach them (students) to pray - this is very important. Jesus taught us to prayreverently and in secret. It is in our heart that prayer takes place; whatever we dojust to be seen is certainly not prayer. At prayer, nothing should come betweenus and God. When we pray in this way, God will be happy to hear us and give uswhat we need.Missierna ...TALBAO maħbuba kelma t’Alla,għallimni nkun ġenerużbiex naqdik kif tant jixraqlek,biex nagħti mingħajr ma ngħodd il-prezz,biex niġġieled mingħajr ma ngerger fuq il-weġgħat tiegħi,biex naħdem bla hedabiex nagħti lili nnifsi bla ma nfittex ħlas,għajr dak li nagħraf li qed nagħmel ir-rieda tiegħek.Ammen.Il-Ħamis, 5 ta’ LuljuSant Anton Maria Żaccaria – presbiteru“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Għamos 7: 10-17 Mur, ħabbar lill-poplu tiegħi.2. Salm 18: 8-11 Il-ġudizzji tal-Mulej sewwa, u mseddqa għal kollox.3. Mattew 9: 1-8 Qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.SAN ANTON-MARIJA ZACCARIA - saċerdot (1502-1539) "Irridkom tkunu lkoll qaddisin, u qaddisin mhux żgħar" – hekk kien iħobbjirrepeti San Anton M. Zaccaria lill-ulied spiritwali tiegħu. Dan il-qaddis twieled fi Cremona, fix-xlokk ta’ Milan, mill-familja nobbliZaccaria ta’ oriġini Ġenoviża. Missieru miet meta hu kien għadu tarbija. L-omm, li kienet żagħżugħa, irrifjutat li terġa’ tiżżewweġ biex tiddedika ruħhagħall-edukazzjoni ta’ binha u f’opri ta’ karità. Anton-Marija studja l-mediċina fl-Università ta’ Padova, kien lawrjat fl-1524u serva ta’ tabib f’pajjiżu. Konxju ħafna tat-tbatijiet tan-nies ta’ żmienu, uSIGNUM FIDEI 10


xewqan li jfejjaqhom iżjed mill-ġrieħi tar-ruħ aktar milli minn dawk tal-ġisem,hu ħass is-sejħa li jsir saċerdot. Wara li kien ordnat qassis fl-1528, hu mar Milan u, flimkien ma’ żewġsaċerdoti ħabrieka, fl-1530 waqqaf il-kjeriċi regolari ta’ S. Pawl, imsejħinukoll Barnabiti minħabba l-knisja ta’ San Barnaba f’Milan li kienet iċ-ċentrutagħhom. L-għan ta’ dawn il-kjeriċi kienet li jqajmu l-kult divin u l-ħajjanisranija billi jamministraw is-sagramenti u jippriedkaw spiss. Huma kienujħabirku li jxandru l-evanġelju b’referenza speċjali għall-Ittri ta’ San Pawl. Taħt id-direzzjoni ta’ San Anton, il-kontessa Lwiża Torelli waqqfet is-sorijietimsejħin l-Anġelike ta’ San Pawl, eżempju tal-ewwel sorijiet bla klawsura,iddedikati għall-ħelsien tal-bniet mill-perikli. Waqqaf ukoll it-tielet fundazzjoni, “I Maritati di San Paolo”, li tinvolvi lajċimiżżewġa f’impenn appostoliku kostanti. Billi kien mixli bħala eretiku u ribell, il-qaddis kellu jmur Ruma, imma kiendikjarat meħlus minn kull akkuża. Kien San Anton-Marija Zaccaria li daħħal f’Milan id-devozzjoni tal-Kwaranturi, 40 siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat, kif ukoll iddrawwa,li teżisti wkoll fostna, tad-daqq tal-qniepen nhar ta’ Ġimgħa fit-3.00 p.m. b’tifkira tal-mewt ta’ Kristu. Mifni bix-xogħol iebes u bil-penitenzi, ħassu ħażin waqt waħda millmissjonijiettiegħu fi Guastella, talabhom jeħduh ġo beltu. Hemm, f’darommu, li kienet għadha ħajja, il-qaddis miet ta’ 37 sena, fil-5 ta’ Lulju 1539. San Anton-Marija Zaccaria ddikjarah qaddis il-Papa Ljun XIII, fl-1897. Minkejja li l-ordni tiegħu llum jgħodd inqas minn 500 membri, għandhomdiversi missjonijiet fil-Brażil, fiċ-Ċile, fl-Arġentina, fil-Kongo u fl-Afganistan.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu : 3Ktieb – Kap. 53“Id-dinja kollha kemm hi la tistmaha xejn, u għal dawk li huma ħwejjeġ t’Alla ħallil-ħwejjeġ l-oħra kollha. Għax ma jistax ikun li sservi lili u fl-istess ħin tħobb ilħwejjeġli jgħaddu. Hemm bżonn li tingħażel minn ħbiebek u minn niesek utwarrab minn moħħok ix-xewqat ta’ din id-dinja. Hekk jitlob l-appostlu San Pietru,li l-insara jgħoddu ruħhom bħala frustieri u bħala pellegrini f’din id-dinja.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Jekk int ma tistax titlob, għid lil Alla li ma tistax u tkun fil-paċi. Hu majistaqsikx biex tagħmel l-impossibli. Tista’ ssaqsih bħal ma staqsewh l-appostli:‘Mulej, għallimna nitolbu’, imbagħad ibqa’ umli quddiemu daqs wieħed li mhukapaċi jagħmel xejn, u dik tkun it-talba tiegħek’.Ittra lil reliġjuż11 SIGNUM FIDEI


TALBAMissier ħanin,aħfirli n-nuqqasijiet tiegħi,żommni fil-grazzja tiegħeku mexxini fit-triq tas-salvazzjoni.Agħtini s-saħħa biex naqdik bħala segwaċi ta’ Kristu.Agħmel li l-ewkaristija ġġibli l-maħfra tiegħek,u agħtini l-ħelsien biex naqdik tul ħajti kollha.Agħtini l-grazzja li għandi bżonn biex nibqa fidil lejk,u agħmel li din tgħallimni t-triq tal-ħajja eterna.Ammen.Missierna ...Il-Ġimgħa, 6 ta’ LuljuSanta Maria Goretti - verġni u martriSan Isaija - profeta“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Għamos 8: 4-6,9-12 Nibgħat il-ġuħ fl-art, mhux il-ġuħ tal-ħobż, iżdagħas-smigħ tal-kelma tal-Mulej.2. Salm 118: 2,10,30,40,131 Il-bniedem mhux bil-ħobż biss igħix, iżda b’kullkelma li toħroġ minn fomm Alla.3. Mattew 9: 9-13 It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li humaf’saħħithom, iżda l-morda. Ħniena rrid, umhux sagrifiċċju.SAN ISAIJA PROFETA (seklu VIII q.K.) Dwar dan il-profeta l-awtur ta’ Bin Sirak jikteb: “Isaija … kien kbir u ta’ minjorbot fuqu għad-dehriet li kellu. F’jiemu mxiet lura x-xemx, u tawwal ħajjetis-sultan. Bis-saħħa tal-Ispirtu ra l-ħwejjeġ tal-aħħar, u sabbar lill-imnikktinta’ Sijon. Wera x’għandu jiġri sa tmiem iż-żmien, u ħwejjeġ moħbija qabelma ġraw.” (Sir 48, 22-25) Ismu, bil-Lhudi Jexagħ-jahu, ifisser “Jaħweh hu salvazzjoni.”SIGNUM FIDEI 12


L-ewwel ktieb fost il-profeti tat-Testment il-Qadim iġib ismu, għalkemm ilktiebma nkitibx minn Isaija nnifsu imma minn xi dixxipli tiegħu li semgħukliemu u ġabruhom flimkien wara mewtu. Il-ktieb jinqasam fi tliet taqsimiet: l-ewwel 39 kapitlu fihom kliem il-profetaqabel l-eżilju, miġbura mid-dixxipli tiegħu; it-tieni 15-il kapitlu (40-45) fihomkliem waqt l-eżilju, miktuba minn xi profeta ieħor fl-ispirtu ta’ Isaija ġugħalhekk jissejjaħ it-Tieni Isaijaħ; u l-aħħar 11-il kapitlu (55-65) fihom kliemwara l-eżilju, miktuba minn xi wħud mimlijin ukoll bl-ispirtu ta’ Isaija biexiħeggu u jqawwu qalb il-poplu ġdin l-aħħar taqsima tissejjaħ it-Tielet Isaijaħ. Dwar Isaija nistgħu ngħidu biss dak il-ftit li nistgħu niġbru mill-ktieb li jġibismu. Hu kien iben Għamos, kien miżżewweġ u kellu żewġ ulied subien.Huwa għex f’Ġerusalemm, fis-saltna ta’ Ġuda, fi żmien is-slaten Għużżija,Ġotam, Aħaj u Ħeżekija, jiġifieri fl-aħħar nofs tas-seklu tmienja qabel Kristu,meta s-saltna kienet mhedda mill-qawwa tal-Assirja. Billi Isaija kien midħlatas-slaten, ħafna jaħsbu li kien minn familja tal-kbarat. Is-sejħa tiegħu bħala profeta hi rakkontata bl-istorja tal-viżjoni li kellu fittempju(Is 6,1-13). Isaija ħadem bħala profeta fost il-poplu tiegħu mis-sena742 q.K., is-sena li fiha ġie msejjaħ, u żgur sal-mewt ta’ Ħeżekija fis-sena687 q.K. Isaija huwa miżmum bħala l-ikbar fost il-profeti. San Ġlormu jgħoddu mhuxbiss bħala profeta, imma wkoll bħala appostlu u evanġelista. Il-profeziji linsibu fil-ktieb li jġib ismu huma miktubin b’mod hekk ċar li tistħajjilominkitbu wara li seħħew il-ġrajjiet.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu : 3Ktieb – Kap. 48“Għini int, O Verità Eterna, sabiex ebda frugħa ma tagħmel bija. Kun miegħi, Oħlewwa tas-smewwiet, u warrab minn quddiemi kull ħaġa li mhix safja. Aħfirli, ujkollok ħniena minni, ta’ kemm-il darba fit-talb tiegħi ħsibt fi ħwejjeġ oħra limhumiex int. Iva, nistqarr minn qalbi, li moħħi hu dejjem imxerred ’l hawn u ’lhemm. Infatti bosta drabi, m’iniex fejn ninsab b’ġismi: aktarx inkun fejn iġorruni l-ħsibijiet tiegħi. Fejn inkun moħħi, ninsab jien; u moħħi jkun fejn tkun il-ħaġa linħobb. L-ewwel li jmur moħħi f’xi ħaġa li minnha nfisha togħġobni jew li jienimdorri biha.”Aħseb ftit:Kemm-il darba nkun naħseb fuq il-ħwejjeġ tas-sema, u ħsibijiet tad-dinja jiġu blarażan itellfuni mis-safa! Ħalli nġib quddiem għajnejja lill-qaddisa Santa MarijaGoretti, li tagħha wkoll qed niċċelebraw il-festa llum. Din ippreferiet tmut millitagħmel id-dnub.13 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Kuljum jiena nirreċita l-Pater Noster, bl-akbar devozzjoni, attenzjoni u fidi,bħala att ta’ sotto-missjoni lill-Mulej li għallimna din it-talba u talabna biexngħiduha ...”The Personal Rules ta’ San Ġwann Battista De La SalleMissierna ...TALBA lil Santa Marija GorettiO Santa Marija Goretti li bil-qawwa tal-grazzja t’Alla,għalkemm fl-età ta’ tnax-il senama qgħadtx taħsibha biex ixxerred demmeku tissagrifika ħajtek biex tipproteġi l-verġinità tiegħek,ikollok ħarsa ħelwa fuq ir-razza tal-bniedem mdejqali tbegħdet mit-triq tas-salvazzjoni.Għallimna lkoll, iżda speċjalment liż-żgħażagħ,li għall-imħabba ta’ Ġesù, għandu fil-pront u bil-kuraġġnaħarbu dak kollu li joffendik, jew itebba’ l-erwieħ bid-dnub.Aqlgħalna mingħand il-Mulej, ir-rebħa fuq it-tentazzjoni,serħan mid-dwejjaq tal-ħajja, u grazzi oħra li nixtiequ.Agħmel li ġurnata minnhomniġu miegħek ingawdu l-glorja tal-ġenna.Ammen.Is-Sibt, 7 ta’ LuljuBeata Maria Panero Meneses – verġniIl-Beati Roger Dickenson u Ralph Milner – martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Għamos 9: 11-15 Inreġġa’ l-poplu tiegħi Iżrael għal li kien, u nħawwilhomf’arthom.2. Salm 84: 9-14 Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu tiegħu.3. Mattew 9: 14-17 Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemml-għarus ikun għadu magħhom?SIGNUM FIDEI 14


IL-BEATI ROGER DICKENSON U RALPH MILNER - martri † 1591 Fis-7 ta’ Lulju 1591 ġew mgħallqin f’Winchester Roger Dickenson talli kienqassis u Ralph Milner talli kien jgħinu. Milner kien jaħdem fir-raba’ u kien imtella’ bħala protestant. Beda jqabbel ilħajjatal-ġirien kattoliċi u protestanti, u, b’sorpriża ta’ sħabu l-protestanti,beda jmur jitgħallem il-fidi kattolika u talab li jidħol fil-knisja tagħna. Imma ftit wara, dakinhar stess li tqarben għall-ewwel darba, kien mitfugħ ilħabstalli bidel ir-reliġjon. Hawnhekk inżamm għal diversi snin, imma l-priġunerija tiegħu ma kinitx stretta ħafna, u kemm-il darba seta’ joħroġ onparole, u f’dawn il-waqtiet kien jiġbor għajnuniet materjali u spiritwali għalsħabu priġunieri, u billi kien jaf sewwa l-pajjiż, kien anke jiffaċilita ċ-ċaqliq ul-ħidma tas-saċerdoti missjunarji li kienu jinbagħtu l-Ingilterra bil-moħbi. B’dan il-mod sar jaf lill-ġiżwita Fr. Stanney u, permezz ta’ Fr. Stanney, li l-qassis djoċesan magħruf bħala Mr. Roger Dickenson ġie jgħixf’Winchester. Roger Dickenson kien minn Lincoln, studja f’Rheims, u għal ħafna sninħadem fid-distrett ta’ Winchester, megħjun minn Milner. L-ewwel darba li arrestaw lil Roger Dickensen, il-gwardji tiegħu tant sikru lihu rnexxielu jaħrab. Imma meta nqabad it-tieni darba, Milner kien miegħu,u t-tnejn tressqu għall-ġuri, Dickenson għax kien qassis, u Milner għax kienjgħinu. Waqt il-ġuri, l-imħallef billi bħal speċi ta’ ħenn għal Ralph Milner għax kienxwejjaħ, kif ukoll għax kellu mara u tmien ulied, irrakkomandalu li jkunbiżżejjed għalih li jmur jagħmel viżta fi knisja parrokkjali protestanta u jkunmeħlus. Imma Milner wieġbu: Jiġifieri inti tagħtini l-parir li għall-affarijiet lijgħaddu ta’ dil-ħajja tridni nitlef ’l Alla tiegħi? Le, Sire, ma naċċettax. Iżżewġtirġiel ġew maqtulin flimkien. Diversi nisa kienu wkoll ikkundannati għall-mewt talli ħallew lill-beatu Rogerjiċċelebra l-quddiesa f’darhom, iżda s-sentenza tagħhom ġiet mibdulaf’daqqa. Huma mbagħad talbu li jitħallew imutu mal-qassis, iżda ġewmeħuda lura fil-ħabs. Iż-żewġ martri Roger Dickenson u Ralph Milner ġew iddikjarati beati millpapaPiju XI fl-1929.Riflessjoni – Storja:Fil-Greċja antika, il-maratona kienet l-aktar tellieqa prestiġjuża. L-atleti kollhakienu jmorru għaliha. Darba fost l-oħrajn, wieħed raġel mibni u fiżikamentf’saħħtu ħafna deher biex joħroġ għat-tiġrija. L-atleti ndunaw li ma’ dan makellhomx ċans u bdew joffrulu flus, djar u propjetà, imma dan ma ċediex u moħħukien biss li jirbaħ. Il-premju kien girlanda tal-fjuri, u jikseb l-unur li joqgħodmaġenb ir-re sakemm tispiċċa l-kompetizzjoni. Naturalment rebaħ u ħa l-premjuli kien ħaqqu.15 SIGNUM FIDEI


Meta spiċċa kollox saqsewh kemm kienet tiswielu li jitlef il-ġid kollu, għal girlanda.Hu sempliċiment irrisponda: “Jien ma dħaltx għat-tellieqa għall-fjuri, imma biexinkun nista’ noqgħod maġenb ir-re tiegħi”.Aħna wkoll qed nagħmlu tellieqa fil-ħajja tagħna, imma dan qed nagħmlu għallfjuri,jiġifieri l-ġid, flus, eċċ, eċċ, jew biex noqogħdu maġenb ir-re tagħna?Addattata mill-Ktieb ta’ P. Piju Sammut : A mighty Valiant HeroMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Teach them (students) to pray - this is very important. Jesus taught us to prayreverently and in secret. It is in our heart that prayer takes place; whatever we dojust to be seen is certainly not prayer. At prayer, nothing should come betweenus and God. When we pray in this way, God will be happy to hear us and give uswhat we need.Missierna ...TALBAO Alla,Int li tirreżisti s-suppervjau tagħti grazzji lill-umli,agħtina l-virtù tal-umiltàbħal dik li wriena ibnek l-għażiż.Tħallina qatt li bis-suppervja tagħna nirrabjawk,imma għinna nkunu manswetibiex nilqgħu l-grazzji tiegħek.Ammen.Il-Ħadd, 8 ta’ LuljuL-14-il Ħadd matul is-sena“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Eżekjel 2: 2-5 Nies ta’ ras iebsa huma; ħa jkunu jafu li hemm profeta ġonofshom.2. Salm 122: 1-4 Għajnejna lejn il-Mulej, sa ma jkollu ħniena minna.3. 2Korintin 12: 7-10 Niftaħar b’dak li hu dgħajjef fija, biex tistrieħ fuqi l-qawwata’ Kristu.4. Mark 6: 1-6 Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu.SIGNUM FIDEI 16


Riflessjoni fuq il-vanġelu: San Mark jagħtina rakkont tad-diżżappunt ta’ Ġesu’ li niesu ma laqgħuhxgħax kienu jafuh bħala tifel mir-raħal tagħhom “Dan mhux il-mastrudaxxabin Marija?” Il-preġudizzji li kellhom ma ħallewhomx jifhmu l-missjoni ta’ Ġesù. F’dik l-atmosfera ta’ mħuħ magħluqa Ġesù ma setax jaħdem għalkemm xortawaħda għamel ftit mirakli “u baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom”. Ġesu għamel il-mirakli bħala sinjal tal-qawwa u tal-preżenza t’Alla. Riedjagħmel dak li ‘l-Missier qallu biex jagħmel. Ma kinitx xi maġija imma l-qawwa ta’ Alla. Dak li talab minn dawk li kienu preżenti kien att ta’ fidi. Tista’ ssejħilha wkoll li wieħed jinfetaħ għal Alla – ir-rieda li jirċievu l-preżenza tiegħu f’ħajjithom. Aħna wkoll gieli nirrifjutaw lil Ġesù jew dak li Hu jkun qiegħed jitlob minna.Meta nħallu l-fidi tagħna f’Ġesù tikber, l-affarijiet jinbidlu. Ejjew inżżommuqalbna u moħħna miftuħin għalih.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 67 – It-2ni partiTo focus your attention only on how to make God reign in you and in the souls ofthose whom you instruct, it is important not to be taken up with the needs of yourbody, because these two kinds of concerns do not go well together at all.Preoccupation with external things destroys in a soul the care for those thingsthat refer to God and his service.This is why Jesus Christ, when he entrusts the salvation of the world and theestablishment of his kingdom on earth to his Apostles, recommends in the sameGospel that they not be anxious, saying, What will we eat? What will we drink?What are we to wear? Such concerns are proper only to pagans. Insofar as theyare so disturbed by such things, they show that they have no faith. To give thema convincing proof of this, he says, Look at the birds in the sky. They do not sowor reap; they gather nothing into barns. Consider also the lilies of the field. Theyneither work nor spin; nevertheless, not even Solomon in all his glory was everclothed like them.Have you, then, so little faith as to fear that if you accomplish your duty and aredevoted entirely to bring about God’s reign in your heart and in the hearts ofothers, God would allow you to lack something necessary for you to live and tobe clothed?Ħsieb:Bħal-lum, fl-1979, disa’ xhur qabel inqatel, l-Isqof Romero, li kien qed jaħdem f’ElSalvador fl-Amerika Ċentrali, tkellem dwar ix-xhieda tal-insara u qal hekk:“Anke jekk joqtlulkom l-isqof ... u tibqgħu bla qassisin ... intom tridu tkunu l-mikrofonu ta’ Alla.”17 SIGNUM FIDEI


TALBAMulej Alla tagħna,nitolbuk biex tagħtina l-qawwali nżommu mal-konvinzzjoni tagħna.Nitolbuk ukoll għall-kuraġġ u determinazzjonibiex nieqfu ma’ dawk li qed isofru minn xi nġustizzja.F’kull ma nagħmlu Mulej,nebbaħna biex nimxu dejjem kif inhu xieraqnħobbu bil-ħlewwankunu umli fil-mixja miegħek, Alla tagħna.Ammen.Missierna ...It-Tnejn, 9 ta’ LuljuSantu Wistin Zhao Rong – presbiteru u sħabu – martriIs-seba’ sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija – martri fiċ-ĊinaIl-martri ta’ Gorcum“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ħosegħa 2: 16-18,21-22 Għal dejjem ngħarrsek miegħi.2. Salm 144: 2-9 Twajjeb u ħanin il-Mulej.3. Mattew 9: 18-26 Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja, uhi tgħix.SANTU WISTIN ZHAO RONG U SĦABU MARTRI Il-Kristjaneżmu wasal iċ-Ċina mis-Sirja, fis-seklu V. Dan kien jiddependimir-relazzjoni li kellha ċ-Ċina mad-dinja ta’ barra. Xi drabi kien fil-libertà lijikber u oħrajn kellu jiġi operat bil-moħbi. Dawn il-120 martri, mietu bejn l-1648 u l-1930; ħafna minnhom kienuimwielda ġewwa ċ-Ċina, fosthom tfal, ġenituri, katekisti jew ħaddiema. L-età tagħhom kienet minn 9 snin sa 72 sena. Fosthom kien hemm erba’qassisin djoċesani. Kien hemm 33 minnhom li kienu barranin, dawn kienu saċerdoti djoċesani,reliġjużi nisa, Ġiżwiti, Sależjani, u Franġiskani tal-Missjoni ta’ Marija.SIGNUM FIDEI 18


Wistin Zhao Rong, kien suldat ċiniż li kien mar jakkumpanja lill-isqof J.G.Taurin Dufresse, għall-martirju ġewwa Beijing. Wistin kien mgħammed uftit wara ġie ordnat saċerdot djoċesan. Kien maqtul fl-1815. Dawn il-martri ġew ibbeatifikati fi gruppi matul iż-żmien, però ġewkanonizzati f’Ruma, fl-1 ta’ Ottubru 2000, mill-beatu Papa Ġwanni Pawlu II.Riflessjoni:Sena wara li l-martri ġew ikkanonizzati, il-beatu Papa Ġwanni Pawlu II, kien qedjindirizza xi studjużi Ċiniżi u oħrajn mill-punent. Hu għamel kumment dwar ilkontribuzzjonili l-insara għamlu ġewwa ċ-Ċina, u kompla jgħid:“L-istorja tfakkarna fil-fatti sfortunati ta’ kif ix-xogħol tal-membri tal-knisja Ċiniżama kienx dejjem bla żbalji ... Hekk ukoll il-ħidma tagħhom kienet spisskundizzjonata b’sitwazzjonijiet diffiċli minħabba l-istorja komplessa u komplot ta’interessi politiċi ... Dan ħoloq sitwazzjonijiet diffiċli fix-xandir tal-vanġelu.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Kienet ir-rieda tal-missier etern li l-familja mqaddsa ta’ Ġesù, Marija uĠużeppi jgħixu ħajja fl-oskurità u mhux magħrufa mill-poplu sakemm Ġesù wasalbiex jibda l-ministeru tiegħu ...” Med. 6.2Missierna ...TALBAMulej!Inti l-għajn ta’ kull maħfra.Mingħajr imħabbama nħossnix kapa`i naħfer.Għini ħalli nixrob mill-għajn ta’ mħabbtekbiex inkun nista’ nitrasformafit-tajjeb, id-deni li qiegħed isirli.Agħtini l-grazzja li naħfer,il-qawwa biex nirrikon`ilja lili nnifsi.La tippermettix, Mulej,li noqgħod inberren fuq il-mibgħeda.Mulej, agħtini l-grazzjali nħoss il-hena tal-maħfra,li jiena nagħti u tal-maħfra li nir`ievi.Br. Louis19 SIGNUM FIDEI


It-Tlieta, 10 ta’ LuljuSanta Veronika Ġiuliani – verġniIl-beati Emanuel Riuz u sħabu – martri ta’ DamaskuSan Kanut – re, martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ħosegħa 8: 4-7,11-13 Ladarba huma jiżirgħu r-riħ, għad jaħsdu r-riefnu.2. Salm 113b: 3-7b,8-10 Iżrael ittama fil-Mulej.3. Mattew 9: 32-38 Il-ħsad kbir, iżda l-ħaddiema ftit.IL-BEATI EMMANUEL RUIZ U SĦABU - martri ta’ Damasku († 1860) Fl-1926 il-Papa Piju XI ibbeatifika grupp ta’ 11-il martri minn fost diversi elufta’ nsara li nqatlu fil-Lebanon u s-Sirja minn gruppi Musulmani msejħinDrużi li kienu kontra l-klawsola li l-gvern Tork aċċetta fil-Kungress ta’ Pariġiwara l-gwerra tal-Krimea dwar it-tolleranza reliġjuża. Dawn kienu tmien Franġiskani (Minuri Osservanti u Minuri Riformati),imlaqqmin minħabba l-ordni tagħhom les Francais = il-Franċiżi, minkejja li 7minnhom kienu Spanjoli u l-ieħor Awstrijakk. Dawn kienu patri EmanuelRuiz, is-superjur tal-kunvent, il-patrijiet Carmelo Volta, Engelbert Kolland,Nicanor Ascani, Pedro Soler, u Nikola Aberoca, u l-ajkijiet ĠanġakbuFernández u Franġisk Pinazo. It-tlieta l-oħra kienu nsara maroniti lajċi likienu marru fil-kunvent għall-kenn. Dawn kienu l-lajċi Maroniti FranġiskMassabki u ż-żewġ ħutu Rafiel u Abdel-Mooti. Minħabba li kienu jafu kemm kien kbir il-periklu li jiġu maqtula mill-Misilmin,fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Lulju 1860, il-patrijiet ingħalqu tajjeb fil-kunventtagħhom u sakkru l-bieb bl-istaneg. Imma wieħed traditur, li qabel kien ġie benefikat mill-patrijiet, irnexxielujdaħħal fil-kunvent lill-Misilmin minn bieb ieħor. Allura kellhom jagħżlu jew lijmutu martri jew li jiċħdu lil Kristu billi jsiru mawmettani. Il-ħdax li kienugħażlu li jmutu għal twemminhom. Kollha nqatlu fil-kunvent tal-Franġiskanif’Damasku. Patri Emanuel Ruiz, l-ewwel wieħed li kien maqtul, kien il-gwardjan talpatrijiet.Kien magħruf fost in-nies bħala "Patri Paċenzja", laqam li jurib’liema sabar kien jagħmel l-appostolat tiegħu fost il-poplu. Ruiz inqatel filknisjafejn kien mar biex jikkonsma s-Santissmu Sagrament. Waqt lidemmu kien iqattar fuq l-altar, xi wħud milli attakkawh marru jdoqqu l-qniepen u jwerżqu: "Ejjew! Il-quddiesa bdiet, il-qassis qed jistenna." Dawn il-ħdax-il martri ġew ibbeatifikati fl-1926 mill-Papa Piju XI, 66 senawara mewthom, fl-okkażjoni tas-seba’ ċentinarju mill-mewt ta’ SanFranġisk t’Assisi.SIGNUM FIDEI 20


Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 3Ktieb : Kap. 33“Aktar mal-fehma tkun safja, mingħajr taħlit ta’ ħwejjeġ fiergħa, aktar wieħed jista’jimxi fiż-żgur qalb it-taqlib tad-dinja. Imma ħafna għandhom għajnejhommgħammdin b’xi fehma oħra barra minni; issib min jieqaf, jogħxa fuq ħaġa litagħtih gost. Rari ssib qalb li fiha ma tidħol qatt l-imħabba tagħha nfisha. Hekkil-Lhud marru f’Betanja għand Marta u Marija, mhux l-aktar minħabba fija immabiex jaraw lil Lazzru u jaqtgħu l-kurżità.Mela hemm bżonn li l-fehma tkun safja; hemm bżonn li ma tkunx imħallta biħwejjeġ oħra; li ma tkunx imgħawġa, li tkun tħares biss lejja, bla ma tħalli xejnifixkilha.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Hija l-għaqda li sseħħ fik ma’ Ġesù Kristu fit-tqarbin, li tgħinek biex ikolloksehem fil-qdusija tiegħu. Preċiżament huwa għal din ir-raġuni, li għandek tkunimħeġġeġ li titqarben ta’ spiss ...” Med. 55.2“... It-tqarbin imqaddes tant jipproduċi effetti u jġib benefiċċji lir-ruħ, li għandektagħmel kuraġġ u almu sħiħ biex titqarben ...” Med. 54.2“... Qatt tagħti kas ta’ ħafna ħsibijiet li jiġuk f’moħħok biex ma tersaqx għat-tqarbin...” Med. 51.3Missierna ...TALBAO Alla Missier tagħna,kbira u ħanina hi l-liġi tiegħek ta’ mħabba.Iftħilna u resqilna qalbna lejn it-triq ta’ ħajja qaddisa,biex fl-aħħar siegħa ta’ ħajjitnankunu nistgħu niġu nistrieħu miegħekfis-saltna tas-sema.Dan nitolbuk bi Kristu Sidna,Ammen.21 SIGNUM FIDEI


L-Erbgħa, 11 ta’ LuljuSan Benedittu Abbati – patrun tal-Ewropa“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Proverbji 2: 1-9 Iftaħ qalbek għall-għaqal.2. Salm 33: 2-4,6,9,12,14,15 Kull ħin inbierek ’il-Mulej.3. Mattew 19: 27-29 Intom li ħallejtu kollox u ġejtu warajja, terġgħutirċievu kollox għal mitt darba iktar.SAN BENEDITTU - abbati (c.480-c.547) San Benedittu hu meqjus bħala l-Missier tal-Monastiċiżmu tal-Punent. Ir-regola tiegħu, li hija ta’ influwenza kbira, tiġbor fiha t-tradizzjonimonastika tal-Orjent. Hu addattaha b’għerf u diskrezzjoni għad-dinja latina,u kienet mezz biex tiftaħ triq ġdida għaċ-ċiviltà ewropea wara l-waqfarumana. F’din l-iskola ta’ servizz lill-Mulej għandhom rwol determinanti ilqarimeditat tal-Kelma t’Alla u t-tifħir liturġiku, alternat b’waqtiet ta’ xogħol fiklima intensa ta’ karità fraterna u ta’ servizz reċiproku. Hu twieled f’Norċja, belt ċkejkna fl-Umbrija (Italja Ċentrali) għall-ħabta tal-480. Missieru bagħtu jistudja Ruma, imma meta kellu 20 sena waqqaf l-istudji tiegħu f’Ruma biex jimxi wara ideali reliġjużi. Għall-ewwel kien joqgħod f’raħal żgħir u mbagħad għamel tliet snin bħalaeremit f’għar fi rdum f’Subiaco. Bdew jinġibdu d-dixxipli lejh u l-aqwa familji Rumani bdew jibagħtu ’luliedhom biex iħarriġhom. Malajr kellu 12-il komunità żgħira li reħa t-tmexxija tagħhom f’idejn ħaddieħor u hu beda monasteru ġdidf’Montecassino fejn kiteb ir-regola tiegħu. Din ir-regola hija bbażata fuq l-iskrittura u fuq awturi monastiċi ta’ qablu. S.Benedittu saħaq ħafna fuq imħabba personali ħafna għal Kristu u fuq ilgħaqal. Hu kellu oħtu, Skolastika, aktarx tewmija miegħu, li kienet tgħix f’monasterufin-naħa t’isfel tal-Montecassino, u li mar iżurha ftit qabel ma mietet. Humiet 40 jum warajha, fil-21 ta’ Marzu ċ. 547. Biż-żmien nibtu fil-kontinent ewropew u fil-gżejjer ċentri ta’ talb. Ta’ kultura,ta’ promozzjoni umana, ta’ ospitalità għall-foqra u l-pellegrini. Żewġ sekliwara mewtu, l-għadd ta’ monasteri mmexxija mir-regola tiegħu, jiskorri l-elf. L-ordni tal-Benedittini ta lill-Knisja mhux inqas minn 20 papa, 200 kardinal uaktar minn 6,000 isqof. L-għadd ta’ qaddisin u beati Beneditini hu aktarminn elf, fosthom ħames dutturi tal-knisja. Papa Pawlu VI fl-24 ta’ Ottubru 1964 ddikjara lil S Benedittu patrunprinċipali tal-Ewropa kollha. Diġà Piju XII fl-1947 sejjaħlu missier l-Ewropa.SIGNUM FIDEI 22


Nirriflettu fuq il-Kelma t’Alla:Ara, jiena fil-bieb, u qiegħed inħabbat; jekk xi ħadd jismagħni u jiftaħli l-bieb, jienanidħol għandu u niekol miegħu, u hu jiekol miegħi. Lir-rebbieħ nagħtih li joqgħodmaġenbi fuq it-tron tiegħi; l-istess kif jien, meta rbaħt qgħadt maġenb missieri fuqit-tron tiegħu.U rajt tronijiet, u fuqhom qagħdu bilqiegħda xi wħud li lilhom ngħatat is-setgħa lijagħmlu l-ħaqq. Rajt ukoll l-erwieħ ta’ dawk li kienu qatgħulhom rashomminħabba fix-xhieda ta’ Ġesù u l-kelma ta’ Alla, u lil dawk li ma kinux inxteħtujagħtu qima lill-bhima u lix-xbieha tagħha, u li ma ħadux il-marka fuq ġbinhom ufuq idhom. U dawn bdew jgħixu u jsaltnu ma’ Kristu għal elf sena.Apokalissi 3: 20,21; 20: 4-Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 111 - L-1 partiWhen Saint Benedict was a student in Rome, he left the city in order to avoid thebad example of his fellow students and withdrew to a very wild solitude where hepracticed continual prayer and very great austerity. By doing this he preparedhimself to become the father of a great number of religious to whom he gave avery wise Rule that insists a great deal on seclusion and leads a person to greatperfection. By this holy Rule and by his exact and faithful guidance, he drew agreat number of souls to God, separating them from the world and from allhuman conversation, so that they might be in a position to converse with Godalone.This is, indeed, one of the greatest advantages you can possess in this life andone of the main means you can use to give yourself to God. The more faithfulyou are to the Rule, the more you will acquire the perfection of your state. Theless you communicate with people, the more God will communicate with you.Missierna ...TALBA lil San BenedittuAdmirabbli qaddis u duttur tal-umiltàli pprattikajt dak li għallimtu li kont titlob b’ħeġġa u mħabba kbira ’l Allafilwaqt li taħdem għall-ġid tal-bnedmin.Inti taf bil-perikli li qed iduru madwarna llum,perikli li ħoloq il-bniedem stess,ħarisna minn kull velenukemm tal-ġisem, kif ukoll tal-moħħ u tar-ruħ,u kun inti tassew l-imbierek għalina lkoll.Ammen.23 SIGNUM FIDEI


Il-Papa Benedittu XVI, għamel dan l-appell meta wasal il-Portugal,Fil-11 ta’ Mejju 2010:“Il-kattoliċi għandhom ikunu lesti li joffrul-martirju f’soċjetà sekularizzata.”Il-Ħamis, 12 ta’ LuljuSan Ġwann GualbertuBeatu David Gunston – martriSan Ġwann Jones u San Ġwann Wall – presbiteri, martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1.Ħosegħa 11: 1-4,8,9Daret għalija qalbi.2. Salm 79: 2,3,15,16 Itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi.3. Mattew 10: 7-15 B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.SAN ĠWANN GUALBERTO - abbati (985-1073) Ftit huma d-dettalji ċerti li waslulna dwar San Ġwann Gualberto, fundaturtal-Benedittini Vallambrosani. Imwieled bejn is-snin 985 u 995, Ġwanni kien ġej mill-familja nobbliVisdomini minn Firenze u kien imħarreġ fl-armi. Darba, f’jum il-ĠimgħaKbira, meta kellu 18-il sena, waqt li kien akkompanjat minn qaddejja armati,iltaqa’ ma’ dak li kien qatillu lil ħuh, u dan ma kienx armat, waħdu u f’postminn fejn ma setax jiżgiċċa. Kien ġà se joqtlu biex jitħallas għall-mewt ta’ħuh, meta dan niżel għarkupptejh f’riġlejh u talbu jaħfirlu għall-imħabba ta’Ġesù msallab. Milqut mill-grazzja, Ġwanni ftakar fil-kmand ta’ Ġesù ligħandna naħfru ’l-għedewwa tagħna, u għannqu bħala ħuh. Jingħad li kifdaħal fil-knisja dehrlu li ra lil Ġesù kurċifiss ibaxxilu rasu bħala sinjal ta’approvazzjoni għall-att ta’ maħfra li għamel. Ftit wara hu daħal fl-abbazija ta’ S. Miniato f’Firenze pajjiżu, iżda wara telaqminn hemm biex jeħles mis-simonija u biex isib aktar faqar u skiet. Hu għażel Vallis Umbrosa, wied kollu boskijiet fit-Toskana fejn waqqafordni ġdid taħt ir-regola ta’ San Benedittu. Huwa kellu ajkijiet biex jagħmluxogħol manwali u jieħdu ħsieb l-affarijiet ta’ barra l-klawsura. Il-qaddis kien rigoruż fuq is-silenzju u d-diskors bħala appostolat. Huwaħejja l-patrijiet tiegħu biex jitqabdu fit-Toscana kontra l-bejgħ ta’ uffiċċji talknisjau kontra n-nuqqas ta’ osservanza taċ-ċelibat tal-kleru.SIGNUM FIDEI 24


San Ġwann Gualberto miet fit-12 ta’ Lulju 1073 ta’ 88 sena. Qabel ma miet,lill-irħieb tiegħu qalilhom: "Meta tkunu se tagħżlu abbati (superjur), agħżluhfost dawk l-aktar umli, l-aktar doċli (ta’ karattru ħelu), u l-aktar mortifikat."Bla ma ntebaħ, hu kien qed ipinġi profil tal-karattru tiegħu nnifsu. San Ġwann Gualberto kien kanonizzat fl-1193.Riflessjoni fuq l-umiltà:San Bernard jgħid, li l-umiltà hi l-fundazzjoni u l-ħarsien tal-virtujiet l-oħra, għaliexmingħajr l-umiltà l-ebda virtù oħra ma tista tgħix fir-ruħ tal-bniedem. L-aktarpersuna umli kienet Marija, Omm Alla, li baxxiet rasha għal dak li talabha, Alla.Meta marret fejn kuġinitha Eliżabetta, marret biex taqdi u mhux biex tkunmoqdija.Darba Alla lil Santa Briġida wrieha żewġ nisa, mara vanituża u fiergħa, u l-oħrarasha baxxuta, b’devozzjoni lejn Alla, u tqis ruħha li ma hi xejn. Din kien jisimhaMarija.San Bernard ikompli jgħidilna: “Jekk ma nistgħux nixbhu lill-verġni mbierka Marijafil-verġinità tagħha, nimitaw l-umiltà tagħha”.Adattat minn ħsieb ta’ San Alfons di LiguoriMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Huwa Alla li sejjaħlek, li għażlek biex taqdi l-ministeru tiegħu, u li bagħtektaħdem fl-għalqa tiegħu ... Għalhekk għamel kollox bl-imħabba u aħdem GĦALIHbiss ...” Med. 201.1Missierna ...TALBAO Alla Missier,agħmilna umli biżżejjed,li nagħarfu d-dgħjufija,nammettu l-iżbaljinagħarfu l-bżonnijiet u nilqgħu t-twissijiet u ċ-ċanfir.Għinna biex dejjem infaħħru u mhux nikkritikaw,nuru simpatija u mhux niskoraġġixxu,biex nibnu u mhux infarrkuu dejjem naħsbu t-tajjeb fuq ħaddieħor u mhux il-ħażin.Dan nitolbuh f’ismek.Ammen.25 SIGNUM FIDEI


Il-Ġimgħa, 13 ta’ LuljuSan EnrikuSanta Tereża ta’ Ġesù ta’ Los Andes – verġniSanta K Pelja Barbieri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ħosegħs 14: 2-10 Lanqas ma ngħidu iżjed ‘alla tagħna’ lil xogħolidejna.2. Salm 50: 3,4,8,9,12-14.17 Fommi jxandar it-tifħir tiegħek.3. Mattew 10: 16-23 Mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’missierkom.SANTA KLELJA BARBIERI (1847-1870) Din il-qaddisa hija l-iżgħar fundatriċi ta’ ordni reliġjuż fl-istorja tal-knisja. Twieldet f’Bolonja minn familja fqira għall-aħħar fit-12 ta’ Frar 1847. Ta’ 8snin tilfet lil missierha u kienet tmur tgħin ’l ommha fix-xogħol tar-raba’. Ta’ 14-il sena saret katekista parrokkjali. Kienet tfajla sabiħa ħafna u kienhemm ħafna li offrewla li tiżżewwiġhom iżda hi dejjem irrifjutat għaliexxtaqet li ssir reliġjuża. Kienet taħseb li minħabba l-faqar estrem tagħha masetgħetx tidħol f’ordni reliġjuż. Fl-1868 (ta’ 21 sena) hija u xi ħbieb tagħha waqqfu l-komunità tal-MadonnaAddolorata għall-qadi tal-foqra, il-morda u l-anzjani fil-ferħ, fis-sempliċità ubil-komtemplazzjoni. Mietet fit-13 ta’ lulju 1870 ta’ 23 sena, bit-tuberkolożi. Hemm fenomenu stramb marbut ma’ din il-qaddisa, li tinstema’ tkantaf’diversi postijiet li hi żaret meta kienet ħajja. Ġwanni Pawlu II ikkanonizzaha fid-9 ta’ April tal-1989. Hija l-patruna ta’dawk li jiġu mwaqqa’ għaċ-ċajt għax juru devozzjoni.Riflessjoni:“Inħossu li huwa ż-żmien opportun li nfakkru t-tfal fid-dmir tagħhom li jieħdu partiattiva fil-ħajja pubblika u jaħdmu għall-ġid komuni tal-familja u tal-komunità.Għandhom għalhekk, fid-dawl tal-fidi nisranija, u mmexxija bl-imħabba, ifittxuli li l-istuzzjonijiet varji – kemm dik ekonomija, soċjali, kulturali u politika – ma jkunuxta’ ostakli, anzi jsaħħu il-perfezzjoni tal-bniedem, kemm fl-ordni naturali, kif ukollf’dik supranaturali.Kull nisrani f’din id-dinja, għandu jkun leħħa ta’ dawl, ċentru ta’ mħabba, u bħalħmira f’nofs sħabu. B’hekk ikun aktar perfett, aktar ma jgħix qrib Alla fl-intimitàta’ ruħu.”Beatu Papa Ġwanni XXIII – Peace on EarthSIGNUM FIDEI 26


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR. 9:1Saint Paul tells us (I Cor 12:28) that God makes sure that the church hasapostles, prophets and teachers. Think about this and you will realise what hewants you to do for him. Saint Paul also says that there are different gifts anddifferent jobs to be done with them, and the Spirit gives us the special helps weneed for our work in the church. For example, a preacher is given wisdom to saywhat is useful. Another is given a really deep faith for some other purpose.Missierna ...TALBAO Mulej Alla tagħna,inti biss Alla, u m’hemmx ieħor.Agħtina qalb sħiħabiex inħobbuk u nservukb’moħħna u bil-qawwa tagħna lkollbi Kristu Sidna.Ammen.Is-Sibt, 14 ta’ LuljuSan Kamillu de Lelles – presbiteruSan Franġisk Solano – presbiteruSanta Toskana – armla“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Isaija 6: 1-8 Bniedem b’xufftejh imniġġsa jien! Madankollu rajtb’għajnejja lis-sultan, il-Mulej tal-eżerċti.2. Salm 92 : 1-2.5 Il-Mulej isaltan; il-kobor libes.3. Mattew 10 : 24-33 Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem.SAN FRANĠISK SOLANO Twieled fl-Andalużja, fi Spanja, u preċiżament fil-belt ta’ Montilla qribKordova, fl-10 ta’ Marzu, 1549, minn ġenituri nobbli, imma wkoll kattoliċitajba. Ta’ għoxrin sena daħal mal-patrijiet Franġiskani Minuri Osservanti ta’Montilla u fl-1576, sar saċerdot.27 SIGNUM FIDEI


Wara 13-il sena ta’ ħidma fi Spanja, bħala surmast tan-novizzi f’Arigazza,kif ukoll predikatur u konfessur, fl-1589, telaq lejn il-Perù, bħalamissjunarju, fejn baqa’ jaħdem sa mewtu, fuq għoxrin sena wara. Ikkonverta bosta pagani, anke fl-Arġentina, u l-Paragwaj, imma l-iktar filbeltta’ Lima, kapitali tal-Perù, fejn laħaq gwardjan tal-kunvent. Fi żmienu,kienu jgħixu f’Lima, qaddisin oħra. Dawn kienu: l-arċisqof, San Toribju de Mongrovejo, San Martin de Porres,Santa Rosa Flores y Oliva, u San Ġwann Massias. San Franġisk miet fil-kunvent ta’ Lima, fl-14 ta’ Lulju 1610, u ġiekkanonizzat, mill-Papa Dumnikan Benedittu XIII, flimkien mal-KarmelitanSan Ġwann tas-Salib, mas-Servita’ San Pellegrino Laziosi, u l-Ġiżwita SanLuiġi Gonzaga fl-1726. L-eloġju funebri fil-funeral tiegħu, sarlu mill-Ġiżwita Patri Sebastiani, li qal liSolano kien it-tama u l-eżempju tal-Perù kollu, il-glorja tal-belt ta’ Lima, u d-dija u l-isplendur tal-Ordni Franġiskan. Il-fdal jinsab meqjum fil-knisja ta’ San Franġisk t’Assisi, ġewwa Lima, tal-Franġiskani Minuri. Ċertament San Franġisk Solano, flimkien mad-Dumnikan, San LudovikuBertran, u mal-Ġiżwita’ San Pietru Claver kien l-ikbar missjunarju fl-Amerika Latina.Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla:“Għax għajnejn il-Mulej huma fuq il-ġusti u widnejh miftuħa għat-talb tagħhom.Imma l-Mulej ħarstu fuq dawk li jagħmlu l-ħażen. Min jista’ jagħmlilkom il-ħsarajekk tkunu ħerqana għat-tajjeb? Jekk stess tbatu minħabba s-sewwa, henjinintom! Tibżgħux minnhom u titħawwdux.” 1Pietru 12-14Naħsbu ftit:Santu Wistin kiteb hekk:“Il-ħniena t’Alla hija kbira; huwa ġibdilna l-attenzjoni biex ngħixu l-ħajja, u hużamm għalih dik il-ġurnata tal-mewt tagħna, biex żgur ma noqogħdux nagħmlupjanijiet ta’ futur ċert.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle fuq San Bonaventura:Il-festa ta’ San Bonaventura hija normalment fil-15 ta’ Lulju, għalhekk peress lidin is-sena ser taħbat il-Ħadd, naħsbu ftit fuq din il-meditazzjoni sabiħa llum:Med. 142 – It-2 partiPoverty deserves little esteem unless it is accompanied by humility. Accordingly,Saint Bonaventure tried especially to acquire this virtue. No sooner had heentered the novitiate than his greatest pleasure was to sweep the house, washthe pots, and devote himself to the lowliest chores in the monastery. This samevirtue led him to refuse the archbishopric of York in England and made itnecessary for the Pope to give him a specific order to accept the position ofMinister General of his order. In this work, in spite of its exalted character, heSIGNUM FIDEI 28


ehaved with such great simplicity that he could be distinguished in nothing fromthe other religious.Similarly, when chosen to be a cardinal, he lived without any ostentation and inthe practice of religious humility. In return God rewarded him with the wisdom ofthe Holy Spirit, by whom he was singularly favored.The more humble you are, the more graces you will receive. This is one virtueyou need very much in your state.Missierna ...TALBAMissier,inti tajt lil San Kamillumħabba speċjali lejn il-morda.Bl-interċessjoni tiegħu, nebbaħna,li bil-qadi tagħna lejn ħutnanaqilgħu l-grazzja linaslu għandek fl-aħħar ta’ ħajjitna.Dan nitolbuk bi Kristu Sidnali jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-SantuAlla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.Ammen.Il-Ħadd, 15 ta’ LuljuIl-15-il Ħadd ta’ matul is-sena“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Għamos 7: 12-15 Mur, ħabbar lill-poplu tiegħi.2. Salm 84: 9-14 Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.3. Efesin 1: 3-14 (3-10) Għażilna fih sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja.4. Mark 6: 7-13 Il-missjoni tal-appostli.Riflessjoni fuq il-vanġelu: Ġesù din id-darba qiegħed jibgħat l-appostli biex iwettqu fil-prattika l-missjoni li fdalhom biex ikunu jistgħu jagħtu xhieda. Għalkemm l-appostli kienu nies ordinarji, biex iwettqu din il-missjonitagħhom sewwa kien meħtieġ li huma jidħlu f’mixja ta’ konverżjoni u jħadnu29 SIGNUM FIDEI


ċerti kondizzjonijiet. Dawn il-kondizzjonijiet li jagħtihom Ġesù kienu aktarmarbutin mal-mod kif iwettqu l-missjoni milli dak li jgħidu. Dawn kienu l-istruzzjonijiet li tagħhom:o “ma jieħdu xejn magħhom ħlief il-ħatar”o “ma jxiddux żewġ ilbiesi”o “meta tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu”o “jekk f’xi post ma jilqgħukomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm ufarfru t-trab minn taħt saqajkom, bħala xhieda kontrihom” Ix-xandir tad-dixxipli kellu jkun bħal dak ta’ Ġesù, jiġifieri l-ħtieġa talkonverżjoni“Indmu u emmnu fil-bxara t-tajba” (Mk 1: 15) Id-dixxipli ta’ Ġesù huma msejħin u mibgħutin f’kull żmien, biex jeħilsu l-bnedmin minn dak kollu li jkun ta’ xkiel, kemm fil-ħajja nisranija komunitarjakif ukoll fl-imġieba tal-bnedmin fil-komunità. Ġesù lilna wkoll, nisa, irġiel, subien u bniet qed isejħilna ngħatu s-sehemtagħna fix-xogħol Tiegħu. Jiena u int, u dak u l-oħra, responsabli ta’ dik id-daqsxejn ta’ “rokna tagħna”f’din id-dinja. Jaħasra, ta’ spiss inħallu x-xogħol ta’ Kristu għall-oħrajn“Il-bniedem li hu dejjem ferħangħandu sinjal qawwi li fih hemmil-grazzja t’Alla.”San BonaventuraMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 68 – It-2 partiThey were carrying the young man out to be buried. The end result and the finaleffect of this spiritual death is to bury the soul attacked by it. These souls think ofnothing but the earth, that is, of the world and the things of the world, becausethey no longer have any taste for God and for what leads to him. To hear Godspoken of is for them a torture; to spend time in prayer is a martyrdom.Communion is insipid; they stay away from Confession because they do not wantto make their sickness known.They are guided only by their own light, and their light is false. Thus all themeans that help to maintain the life of the Spirit are useless in their case becausethey reject them. This results from their having lost the spirit of the life that theyonce possessed, which is the spirit of their state.The crowd of people who accompanied the dead man as he was being carriedout to be buried represents those who urge you to go back into the world. Bereftof grace, what good advice can they give you? Yet some people believe whatthese people of the world say and follow the action they propose all the morereadily because what they are trying to advance is more agreeable to theSIGNUM FIDEI 30


inclination of corrupt nature. Oh, what a sorry state! What a sad situation! BegGod fervently not to abandon you to such an extent.Missierna ...TALBAO Alla, kollok għerf u mħabba,int ħeġġiġt lil San Bonaventurabi mħabba lejn Kristu, li hu l-għerf u l-qawwa tiegħek.Bl-interċessjoni tiegħekxerred fuq il-knisja tiegħekin-nar jaqbad tal-Ispirtu s-Santubiex jitħeġġu l-qlub tagħnabl-għerf tas-salib.Dan nitolbuh bi Kristu Sidna l-iben tiegħekli jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-SantuAlla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.Ammen.It-Tnejn, 16 ta’ LuljuL-imqaddsa verġni Marija tal-Għolja tal-KarmenuTifkira tal-aħħar dehra tal-Madonna lil Bernardina f’Lourdes“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 1 Slaten 18: 42-45 Elija jitlob għax-xita.2. Salm 14: Nimxu warajk kull fejn teħodna, Verġni Marija.jew1. Żakkarija 2: 14-17 Għajjat bil-ferħ u nfexx fil-hena, bint Sijon.2. Salm Luqa 1: Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.3. Ġwanni 19: 25-27: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib, ommu.jew3. Mattew 12: 46-50: Medd idu lejn id-dixxipli u qal: “Dawn, ara, huma ommi uĦuti.”31 SIGNUM FIDEI


TIFKIRA OBBLIGATORJA TAL-MADONNA TAL-KARMNU. L-għolja msejħa ‘Karmel’ li bil-Lhudi tfisser ‘ġnien’ hi miżgħuda bis-siġar ukienet post favorit fejn fis-seklu 9 QK kien jirtira l-profeta San Elija għallkwietbiex jgħix f’ħajja ta’ talb u penitenza. L-ordni tal-Karmelitani jaf il-bidu tiegħu lill-grupp ta’ pellegrini li, fis-seklu 12,kien jgħix bħala eremit fil-ġnub tal-muntanja Karmel, fejn kien hemmoratorju ddedikat lill-verġni Marija. Meta l-kruċjati ġew megħlubaf’Ġerusalemm, ħafna mill-eremiti emigraw lejn l-Ewropa u ġew organizzatimill-ġdid fuq il-linja tal-patrijiet mendikanti. Imma l-ordni sab ħafnadiffikultajiet u oppożizzjoni. Skont it-tradizzjoni Karmelitana, waqt dan iż-żmien ta’ tiġrib, il-verġnimbierka dehret lis-superjur ġenerali San Xmun Stock, fis-16 ta’ Lulju 1251,u tatu l-labtu tal-ordni bħala sinjal tal-protezzjoni tagħha u bħala sinjalspeċjali tal-imħabba tagħha lejn l-ordni. Il-Karmelitani xerrdu din id-devozzjoni fis-sekli ta’ wara speċjalment billiżdiedu magħhom nies lajċi permezz tal-labtu kannella u li l-insara jilbsub’devozzjoni lejn il-Madonna biex tħarishom fil-perikli tar-ruħ u tal-ġisem, ufl-istess ħin ifisser sinjal tal-konsagrazzjoni tagħhom lil Marija. Diversi parroċċi u knejjes f’Malta huma ddedikati lill-Madonna taħt it-titlu tal-Karmnu, fosthom is-santwarju għażiż tal-belt fejn tiġi ċċelebrata l-festatagħha b’solennità kbira u li għaliha jattendu ħafna nies mid-diversi bliet urħula ta’ Malta u Ghawdex. Bħal-lum taħbat it-tmintax u l-aħħar dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes, liseħħet fis-16 ta’ Lulju 1858.Riflessjoni:“L-eżempju ta’ Marija jgħin lill-Knisja tapprezza aħjar il-valur tas-silenzju. Issilenzjuta’ Marija ma kienx biss moderazzjoni fid-diskors, iżda b’mod speċjali,kapaċità għaqlija, biex tiftakar u tħaddan, b’ħarsa waħda ta’ fidi, il-misteru tal-Verb magħmul bniedem u l-ġrajjiet kollha tiegħu fid-dinja. Huwa f’dan is-silenzjubħala l-aċċettazzjoni tal-kelma, din l-abbiltà biex timmedita fuq il-misteru ta’Kristu, li Marija twassal lill-insara kollha. F’dinja storbjuża mimlija b’kull xorta ta’messaġġi, ix-xhieda tagħha tgħinna napprezzaw dak is-silenzju mogħni bispiritwalità u jkabbar l-ispirtu kontemplattiv.”Beatu Papa Ġwann Pawlu IIMill-istorja tal-istitut:Bħal-lum, fl-1734, il-fdalijiet ta’ Ġwanni Battista De La Salle, kienu maqlugħamill-qabar u trasferiti mill-paroċċa ta’ San Saver f’Rouen għall-kappella ġdida linbniet fil-propjetà tal-Brothers ġewwa San Yon.SIGNUM FIDEI 32


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Jeħtieġ li inti tagħmel l-almu tiegħek biex tkun dixxiplu leali ta’ Ġesù, billi majkollok l-ebda rieda oħra, ħlief dik li tagħmel ir-rieda t’Alla ...”ĦsiebFl-64 Assemblea tal-Konferenza tal-Isqfijiet Taljani, il-Papa Benedittu XVI,tkellem dwar is-sekulariżmu fl-Ewropa:“Il-qalba tal-kriżi li qed tferi l-Ewropa tgħaddi mill-abbandun, min-nuqqas ta’ ftuħgħal dak li hu traxxendenti. Din hija kriżi spiritwali u morali. Il-bniedem qedjiippretendi li jkollu l-milja tal-identità tiegħu sempliċement fih innifsu.”TALBADin it-talba San Ġwann Battista De La Salle kien jgħidha wara kull eżerċizzju.Hi t-talba l-iżjed antika lill-Madonna.Omm Qaddisa tal-Kbir Allataħt il-mant tiegħek nistkennu,tirrifjutax it-talb minn tagħnawaqt li lilek aħna ntennu:fil-bżonn kbir, int ieqaf magħna,mill-periklu, int ħarisna,bit-talb tiegħek int qaddisna,magħna kun dejjem pjetużao verġni mbierka u glorjuża.Missierna ...It-Tlieta, 17 ta’ LuljuSan MarċellinuSan AlessjuBeata Tereża ta’ Santu Wistin Verġni u Sħaba - martriBeatu Ċestaw tal-Polonja – presbiteruBeata Maddalena Albrici – verġni“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Isaija 7: 1-9 Jekk ma temmnux, ma tibqgħux sħaħ.2. Salm 47: 2-8 Alla jżomm il-belt tiegħu sħiħa għal dejjem!3. Mattew 11: 20-24 Jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u għal Sidon u għall-artta’ Sodoma milli għalikom.33 SIGNUM FIDEI


SAN ALESSJU Illum issir it-tifkira ta’ San Alessju. Rakkont Sirjan tas-seklu 5 jiddeskrivi lil San Alessju bħala nobbli għaniRuman li, dakinhar stess tat-tieġ bil-lejl, bil-kunsens ta’ martu, ħalla Ruma,siefer għas-Sirja, u waqaf Edessa biex jgħaddi ħajja ta’ fqir. In-nies la kienu jafu ismu u lanqas isem il-ġenituri tiegħu, u kienusempliċiment isejħulu "bniedem ta’ Alla". Jingħad li miet f’Edessa fi żmien l-isqof Rabbula (412-435). Rakkonti li nkitbu iżjed wara, iżidu dettalji ġodda mal-versjoni tal-bidu.Jgħidu li San Alessju għex 17-il sena oħra, li hu għadda mhux magħruf ummaqdar, jgħix taħt it-taraġ tal-istess missieru. Imma dawn aktarx humaleġġendi. Iċ-ċentru tal-qima lejh kien fuq l-għolja tal-Aventinu, fil-bażilika ta’ SanBonifaċju f’Ruma. Lejn tmiem is-seklu 10, dil-knisja bdiet iġġib l-isem ta’San Bonifaċju Martri u San Alessju.L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEG}U1. LI MA T}ARES LEJN XEJN JEKK MHUX BL-G}AJNEJN TAL-FIDI.2. LI MA TAGĦMEL XEJN JEKK MHUX G}AL ALLA.3. LI TQIS KOLLOX B}ALA ĠEJ MINN ALLA.L-ISPIRTU TA’ FIDI HUWA SPIRTU LI F’KOLLOX JIRREGOLA RU}U LI JIMXI FUQ IL-MASSIMI U S-SENTIMENTI ME}UDIN MILL-ISKRITTURAMill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 3Ktieb : Kap. 7“Min aktar ifittex il-fehma ta’ moħħu, milli ta’ min jista’ jagħtih id-dawl, aktarxjispiċċa ħażin, jekk ma jiftaħx għajnejh u jinża’ mill-fehma tiegħu. Min jidhirlu li hugħaref wisq, darba fit-tant issibu joqgħod għall-parir ta’ ħaddieħor.Għalhekk aħjar tkun taf ftit u tkun umli milli kieku qatt ikollok xmara ta’ għerf utkun minfuħ bik innifsek, u aħjar ikollok ftit għerf, milli jkollok wisq, għax bil-wisqgħandek ħila titkabbar.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 143 – It-2 puntThis saint was not satisfied to live unknown in the world; he also wished to live inpoverty. After giving away all he had to the poor, he put on a poor man’s garband resolved to spend the rest of his life in the practice of voluntary poverty. Hedid this to such an admirable degree that having returned to his father’s house,he continued to live there as a pauper amidst riches and was regarded as abeggar in the midst of the wealth that belonged to him.This was acting as Jesus Christ had done when he lived on this earth; eventhough everything belonged to him, he remained like a stranger and a poor man,living on alms and never wishing to possess anything as his own.SIGNUM FIDEI 34


Because you have the advantage of working especially for the instruction of thepoor, you must, according to the spirit of your Institute, have a much higherregard for them than for the rich. You also ought to live as the poor do, detachedfrom everything in order to have some conformity with them. Have, then, asmuch love for poverty as people of the world have for riches.TALBAO Alla,inti tajt il-ħajja lid-dinjapermezz tal-ħajja, il-mewt u l-qawmien ta’ ibnek Ġesù Kristu.Bl-interċessjoni ta’ Ommu Marijaagħtina d-dawl u l-fejqan li hu jġib.Hu li jgħix u jsaltan miegħek, umal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħedgħal dejjem ta’ dejjem,Ammen.Missierna ...L-Erbgħa, 18 ta’ LuljuSan Xmun minn Lypnica – presbiteruSan Bruno – isqofSan Pumbo“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Isaija 10: 5-7, 13-16 Forsi qatt ftaħret il-mannara kontra min iqaċċat biha?2. Salm 93: 5-10,14,15 Il-Mulej ma jitlaqx lill-poplu tiegħu.3. Mattew 11: 25-27 Dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.SAN PAMBO Qaddis ieħor li jfakkar il-martiroloġju ruman illum hu San Pambo, abbatitad-deżert ta’ Nitrija, fl-Eġittu. Hu wieħed mill-aktar magħrufa fost l-irħiebtad-deżert. Hu kien dixxiplu ta’ San Anton Abbati, u kien magħruf l-aktar għas-silenzjutiegħu u għall-pariri siewja li kien jagħti u li ħafna minnhom baqgħumagħrufa fost l-għerf li ħareġ mill-patrijiet tad-deżert, fosthom il-preferitatiegħu: "Oqgħod attent li ma toffendi qatt lill-proxxmu tiegħek".35 SIGNUM FIDEI


L-istorja tiegħu saret eżempju klassiku għall-vers li nsibu fl-ittra ta’ SanĠakbu: "Min ma jiżbaljax bil-kelma, dan hu bniedem perfett". (Ġk 3:2) Sokrate, fil-ktieb tiegħu l-Istorja tal-Knisja jirrakkonta kif Pambo, billi kien ta’bla skola, darba mar għand raħeb ieħor biex jgħallmu salm. Intagħżel issalm39. Meta Pambo sema’ l-ewwel vers tiegħu: "Jiena għidt: jiena nħarestriqti biex ma nidnibx bi lsienni", Pambo telaq bla ma stenna li jisma’ xibiċċa oħra, billi ħaseb li dak kien ikun biżżejjed għalih kieku kellujipprattikah bil-verità. Xi sitt xhur wara, is-surmast tiegħu mar sabu u ċanfrukif hu ma reġax mar biex jitgħallem xi biċċa oħra mis-salm, iżda Pamboqallu li kien għadu jitħabat biex jipprattika sew fuq dak l-ewwel vers. Ħafna żmien wara, meta kien mistoqsi kif kien sejjer fuq il-proġett tiegħu,wieġeb: "Ikolli ngħid li għadni bilkemm irnexxieli biex nasal fejn nixtieqmatul dawn id-dsatax-il sena." Ħafna kienu jmorru għandu għall-pariri spiritwali, fosthom jissemmew SantaMelanja u l-famuż Sant’Atanasju isqof. San Pambo miet fis-sena 393, fil-preżenza ta’ Santa Melanja.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. MTR. - It-2 puntYou want to help your children to think like Christians. Tell them about the life ofJesus, and the things he said. This is at least as important as teaching them theten commandments and the Sacraments. There are some things we must allknow in order to get to heaven.But just knowing is not enough - the Devil knows these things better than we do!The important thing is to DO what we think is right. St James says that our faith isdead unless we do what that faith tells us is right. St Paul too, says: "I may havethe gift of inspired preaching; I may have all knowledge and understand allsecrets; I may have the faith needed to move mountains - but if I have no love, Iam nothing." ġ1st Cor 13:2ħMissierna ...TALBAMulej, nitolbok għar-rigaltal-għerf, l-għaqal u l-fehma.Dan nitolbulek għax nixtieq naħdembiex niżviluppa moħħ miftuħgħall-għarfien u l-għaqalbiex nagħmel użu tajjebta’ dak kollu li naf u nesperjenza.Ammen.Br.Nicholas HutchinsonSIGNUM FIDEI 36


Il-Ħamis, 19 ta’ LuljuSan Arsenju l-Kbir – eremitaSan Ġwann ta’ Dukla – presbiteru“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Isaija 26: 7-9,12,16-19 Jistenbħu u jgħannu dawk li jgħammru fit-trab.2. Salm 101: 13-21 Il-Mulej jittawwal mis-sema lejn l-art.3. Mattew 11: 28-30 Jiena ta’ qalb ħelwa u umli.SAN ARSENJU L-KBIR - eremit († 449) Arsenju jissejjaħ ukoll "ir-Ruman" jew "id-Djaknu", kif jissuġġerixxu dawn illaqmijiet,huwa kien djaknu tal-belt ta’ Ruma u kien ġej minn familjasenatorjali ta’ Ruma. Arsenju kien ta’ edukazzjoni għolja, u kien imsejjaħKostantinopli mill-imperatur Teodosju I biex ikun it-tutur (surmast) ta’ wlieduArkadju u Onorju. Fit-393, meta kellu 40 sena, huwa telaq mill-qorti tal-imperatur iddiżgustatmill-imġiba ta’ dawn iż-żewġ prinċpijiet u mar fl-Eġittu, u wara l-mewt ta’Teodosju rtira fid-deżert ta’ Skete u għadda l-bqija ta’ ħajtu jgħix ħajjasolitarja f’diversi deżerti tal-Eġittu. Miet fi Troë qrib Memphis ta’ 95 sena fis-sena 449. Kien kontra li jirċiervi viżitaturi u jirrifjuta li jitkellem. Baqa’ msemmi għalnumru ta’ pariri siewja li waslulna. Darba qal: "Wara li nitkellem, kemm-ildarba nsib xi ħaġa għalxiex jiddispjaċini, iżda qatt ma ddispjaċini għaxżammejt is-silenzju." Għalkemm hu filfatt miet fil-paċi fi spirtu ta’ fiduċja sħiħa, darba, meta kienmistoqsi jekk jibżax imut, wieġeb: "Iva, nibża’ ħafna mmut, u din il-biża’ maħallietni qatt minn mindu ġejt l-ewwel darba fid-deżert." Jissemma kuljum fil-quddiesa tar-rit Armen u dak Kopti.Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla:“Ibni kun ġwejjed meta tagħti glorja lilek innifsek, u agħti ġieħ lilek innifsek skontma tiswa. Lil min jagħti tort lilu nnifsu min se jagħtih raġun. U min se jġib rispettlil min ikasbar lilu nnifsu? Fqir hu mweġġaħ minħabba dak li jaf u għani humweġġaħ minħabba ġidu. Min hu mweġġaħ fil-faqar, kemm fl-għana. U min hubla ġieħ fl-għana, kemm inqas fil-faqar.” Bin Sirak 10: 28-31Naħsbu ftit:“Fit-tbatija umana kollha li ngħaddu minnha jingħaqad magħna wieħed li jgħaddimit-tbatija huwa stess u jġorr dik it-tbatija magħna. F’kull tbatija hemm ukoll ilkonsolazzjonital-imħabba t’Alla li jħoss mal-bniedem.”Papa Benedittu XVI – Enċiklika Deus Caritas Est n.3137 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... L-Ispirtu s-Santu jgħinek biex tegħleb l-ostakli kollha għas-salvazzjoni taddixxiplitiegħek, biex idawwalhom fuq il-persuna ta’ Ġesù Kristu ...” Med. 195.2Missierna ...TALBAO Alla Missier tagħnabil-mewt ta’ ibnekżrajt iż-żerriegħa tas-siġra tal-ħajja,fil-font ta’ din id-dinja.Bil-qawmien tiegħutajtna d-dawl u l-kenn.Bil-għotja tal-Ispirtu s-Santusaqqejtha bl-ilma tal-ħajjali niżel minn ġenbu fuq is-salib.Agħmel li ħajjitna tagħti l-frott mistħoqqbl-istess Kristu Sidna, il-Mulej tagħna.Ammen.Il-Ġimgħa, 20 ta’ LuljuSan Elija – profetaSanta Margerita – verġni u martriSan Apollinaris – isqof u martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Isaija 38: 1-6,21,22,7,8 Jien smajt it-talba tiegħek, rajt id-dmugħ tiegħek.2. Salm Isaija 38: 10-12,16 Mulej, int salvajtli ’l ħajti mill-ħofra tal-qerda.3. Mattew 12: 1-8 Bin il-bniedem huwa sid is-Sibt.SANTA MARGERITA - verġni u martri Illum issir it-tifkira ta’ Santa Margerita (jew Marina) verġni u martri. Jingħad li din kienet bint qassis pagan minn Antjojka tal-Pisidja u li kienetkonvertita minn mara nisranija li rabbietha flok ommha. Mietet martri taħt l-imperatur Djoklezjanu. Jingħad li meta kienet qed tiġi interrogata dwar it-twemmin tagħha, l-imħallef qalilha li tfajla intelliġenti bħalha ma kienx jixirqilha tadura lil Ġesù limiet imsallab. Il-qaddisa staqsietu kif kien jaf li Ġesù miet imsallab, u, metal-imħallef weġibha li l-kotba tal-insara stess ġl-evanġeljiħ kienu jgħidu dan,SIGNUM FIDEI 38


il-qaddisa kienet pronta weġbitu: "Mela allura ma qlibtx il-folji ta’ wara fejnjingħad ukoll li dan Ġesù qam mill-mewt u ħareġ rebbieħ mill-qabar?" Santa Margerita hija waħda mill-14-il qaddis awżiljatur, u hi msejħa kontra l-mard tal-kliewi. F’Għawdex il-parroċċa tas-Sannat hi ddedikata lil din il-qaddisa. Tinsabmiqjuma wkoll fil-monasteru tat-Tereżjani f’Bormla u knejjes żgħar dedikatililha nsibuhom fis-Siġġiewi, il-Mosta u Għajn Riħana.Riflessjoni:“Li timxi wara Ġesù jinvolvi ħafna sogru – xi drabi saħansitra ħajtek stess. Ilmartrihuma nies li jippreferu jieħdu r-riskju tal-mewt milli jġarrfu s-sisien tal-ħajjakollha tagħhom: il-fidi f’Ġesù Kristu. Fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jħalli din iddinja– il-prosekuturi u dawk l-ippersegwitati. Il-mistoqsija hi, x’kuxjenza seriressaq kull wieħed quddiem il-Mulej fil-ġudizzju? Waqt li niftakru fix-xhieda liwrew il-martri tal-bieraħ u tal-lum, ninkuraġġixxu ruħna biex nimxu wara Ġesù billinagħmlu sagrifiċċji żgħar.”Leonard Foley OFM – Saint of the DayMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... X’ferħ kbir għall-qaddisin li jsiru bħal Alla billi jingħaqdu fin-natura tiegħu u filperfezzjonidivina tiegħu. Hekk Alla hu verament preżenti fil-qaddisin billi jaqsammagħhom il-kobor u l-qdusija u dawn huma f’Alla għaliex it-totalità tagħhom hijaminfuda BIH, u b’hekk ħsiebhom u mħabbithom hi GĦALIH biss ...” Med. 183.1Missierna ...TALBAMulej Alla tiegħi,meta nħares lejn is-smewwietli subgħajk ħolquu nħares lejn il-qamar u l-kwiekebli inti poġġejt hemm fuqninduna kemm aħna ċkejkninfil-qofol tal-ħolqien tiegħek.Madanakollu aħna l-mimmi t’għajnejku għamiltna sidien fuq kollox,u fuq il-ħolqien tiegħek.Hekk Mulej naraw il-kobor tiegħekfid-dinja kollha.Ammen.Br. Nicholas Hutchinson39 SIGNUM FIDEI


Is-Sibt, 21 ta’ LuljuSan Lawrenz ta’ Brindiżi – saċerdot u duttur tal-knisjaSanta Prassede – verġni u martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Mikea 2: 1-5 Jekk jitlebilbu għall-għelieqi, jisirquhom; jekk għad-djarjaħtfuhom.2. Salm 9 : 22-29,35 Mulej, la tinsihomx lill-imsejknin.3. Mattew 12 : 14-21 Ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekkiseħħ dak li kien ingħad.SAN LAWRENZ TA’ BRINDISI - saċerdot u duttur tal-knisja. (1559-1619) S. Lawrenz jissejjaħ ta’ Brindisi għax twieled f’din il-belt taljana. Hu daħal mal-kappuċċini ta’ 16-il sena f’Venezja, studja f’Padova u werakapaċità kbira fl-istudju tat-teoloġija u tal-lingwi. Flimkien mal-beatu Benedittu Urbino beda jwaqqaf kunventi tal-kappuċċinifil-Ġermanja u jikkumbatti l-protestantiżmu n-naħa tat-tramuntana. Bdewiduru bil-morda bil-pesta u waqqfu l-provinċji tal-Boemja u tal-Awstrija. Kienmagħruf bħala predikatur famuż u ppriedka f’diversi pajjiżi tal-EwropaĊentrali. Bħala kappillan tal-qawwiet insara u bil-kurċifiss f’idu, S. Lawrenzirnexxielu jmexxihom biex waqqfu l-avvanzata tat-Torok taħt Mohammed IIIfi Szekesfehervar fl-1601. Fis-sena ta’ wara ntagħżel bħala ministru ġenerali tal-ordni tiegħu għal tlietsnin, iżda rrifjuta li jiġi elett darb’oħra. Papiet, prinċpijiet u mexxejja ta’ blietinqdew bih fuq qadi diplomatiku għax kienu jilmħu fih verament bniedem ta’Alla. Imma dan il-qaddis jibqa’ l-aktar magħruf għall-ħafna kitbiet reliġjużi tiegħufosthom kitbiet importanti fuq il-Madonna li ġew ippubblikati f’10 volumikbar. Kellu memorja tal-għaġeb tant li jgħidu li kien kapaċi jikkwota ħafna mill-Bibbja bl-amment. Kien jaf diversi ilsna, fosthom il-Grieg, il-Latin, il-Lhudi, il-Franċiż, l-Ispanjol, it-Tedesk u l-Boem. S. Lawrenz ta’ Brindisi miet dakinhar li għalaq is-60 sena fit-22 ta’ Lulju1619. Ġwanni XXIII iddikjarah duttur tal-Knisja fl-1959.SIGNUM FIDEI 40


Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla:“Il-Mulej biss hu magħdud b’ġust, u m’hemm ħadd ieħor ħliefu. Irieġi d-dinja filkeffata’ idu, u kollox joqgħod għar-rieda tiegħu, għax hu s-sultan ta’ kollox, u bilqawwatiegħu jifred fosthom, is-sagru mill-profan. Ma ta lil ħadd ifisser dak ligħamel; u min se jifhem l-għemejjel kbar tiegħu? Il-qawwa kbira tiegħu min jista’jqisha? U min se jirrakkonta ħnientu? M’hemmx x’wieħed inaqqas u lanqas xijżid, u m’hemmx min jifhem għeġubijiet il-Mulej. Bin Sirak 18: 2-6Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Jekk qalbna tkun mimlija bir-rabja jew bil-mibgħeda, huwa impossibli linżommu magħquda ma’ Ġesù Kristu; għalhekk jekk nieqfu milli nkunu membrital-ġisem mistiku tiegħu, ma nistgħux nistennew li l-Missier ser jisma’ t-talbtagħna, għaliex ma jarafx l-ispirtu ta’ ibnu fina ...”Ittra lil membru reliġjużMissierna ...TALBAO Mulej Alla tagħna,inti bgħattilna l-ħobż ħaj,ibnek sidna Ġesù Kristu,f’nofs l-umanità ta’ fidi żgħira,biex jgħajjixna u jqawwina fit-triq tagħna.Bil-misteru tas-salib,int ferrajt fuqna l-ispirtu, l-ilma tal-ħajja.Ikollok ħniena min-nuqqas ta’ fidi tagħna,u mexxina fi triqatek, illum.B’ibnek Ġesù Kristu sidna,AmmenO sagrament imqaddes,o sagrament divin,kull radd ta’ ħajr , foħrijaminn qalbi nixtieq intik.41 SIGNUM FIDEI


Il-Ħadd, 22 ta’ LuljuIs-16-il Ħadd ta’ matul is-sena“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ġeremija 23: 1-6 Niġbor il-bqija tan-nagħaġ tiegħi, u nqiegħed fuqhom rgħajja.2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.3. Efesin 2: 13-18 Hu l-paċi tagħna, li minna t-tnejn għamel poplu wieħed.4. Mark 6: 30-34 Kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj.Riflessjoni fuq il-vanġelu: L-episodju li San Mark qed ipoġġilna llum jiddiskrivi kif l-appostliħassewhom wara li Ġesù bagħathom fuq missjoni biex ixandru l-bxara t-tajba. Dan ir-rakkont jippreżentahulna bejn żewġ kwadri li jagħmlu kuntrast kbir;o il-pranzu li għamel Erodi biex jiċċelebra għeluq sninu bil-mewt ta’Ġwanni l-Battista;o l-ikla li Ġesù għamel mal-folla fid-deżert. Minn naħa waħda naraw it-tradiment ta’ Erodi lejn il-poplu għax qerdilhomkull tama, filwaqt li Ġesù wera ħniena mal-poplu li kien jinsab mitluf fittbatija. Ġesù qagħad jisma’ kif id-dixxipli ħassewhom meta ġew ħdejh u qagħdujgħidulu “kull ma kienu għamlu u għallmu.” F’din is-sitwazzjoni Ġesù għarafli dawn id-dixxipli kellhom bżonn tal-mistrieħ u qalilhom: “Ejjew miegħiintom biss weħidkom f’xi post imwarrab.” San Mark jinsisti li kienu ħafna, “in-nies kollha mill-ibliet” li ġrew wara Ġesùu d-dixxipli; b’hekk jirrakkonta kif il-folla tan-nies qamet in-naħa l-oħra taxxattu waslet qabel id-dgħajsa li kienu fiha Ġesù u d-dixxipli. Hawnhekk l-evanġelista jrid jippreżenta lil Ġesù mdawwar bin-nies fil-bżonn, bla mezzi,jiġru bla waqfien iffitxu t-tama. Għal dan il-mument naraw l-atteġġament ta’ Ġesù – Ġesù jitħassar lil danil-poplu għax “kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj” u “qabadjgħallimhom ħafna ħwejjeġ.” Wara din il-ġrajja Ġesù wera s-saltna tiegħufit-tkattir u l-qsim tal-ħobż. Minn dan nitgħallmu li l-mistrieħ hu importanti wara l-ħidma ta’ xiappostolat, kif ukoll għandna nsibu ħin għat-talb. Mingħajr ma nwarrbu r-realtà tal-ħajja. X’qed nagħmel jien?SIGNUM FIDEI 42


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 69 – It-3 puntThe profession you exercise places you under the obligation of being amongpeople of the world every day, where even the least of your actions is observed.This ought to motivate you not to omit anything to be an example of all kinds ofvirtues in the eyes of the secular people among whom you must live.You ought to seek to edify them particularly by your seriousness and self-control.If they notice in you any signs of levity or thoughtlessness, they will easily bescandalized, whereas if you go among them in a reserved manner, they will havea high regard for you.To this might be added what the Wise Man says, that people judge others bytheir external appearance. So people will readily come to the conclusion thatthere is little piety and recollection in you whenever they see you in thoughtlessbehavior. But if you show a simple and serious exterior, people will soonconclude that your inner life too is well-controlled and that there is reason tobelieve that you are fit to educate your disciples in the Christian spirit.TALBAIl-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni;f'mergħat kollha ħdura jqegħedni.Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni;hemm hu jrejjaqni.Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba l-isem tiegħu.Imqar jekk nimxi f'wied mudlam,ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwennsuni.Int tħejji mejda għalija quddiem l-għedewwa tiegħi.Biż-żejt tidlikli rasi, u l-kalċi tiegħi tfawwarli.Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena il-jiem kollha ta' ħajti.U ngħammar f'dar il-Mulej sakemm indum ħaj!Missierna ...It-Tnejn, 23 ta’ LuljuSanta Briġida – reliġjuża u patruna tal-EwropaSan Liborju – isqofSanta Kunegunda – reliġjuża“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”43 SIGNUM FIDEI


Qari:1. Galatin 2: 19,20 (p 151) Ngħix, imma mhux jien, iżda Kristu jgħix fija.2. Salm 33: 2-11 (p 136) Kull ħin imbierek il-Mulej.3. Ġwanni 15: 1-8 (p 173) Min jibqa’ fija, u jiena fih, dan jagħmel ħafnafrott.SANTA BRIĠIDA – reliġjuża u patruna tal-Ewropa Briġida kienet bint il-gvernatur ta’ Upland fl-Isvezja, hija żżewġet ta’ xi 15-ilsena, kellha tmint itfal u romlot meta kellha xi ħaġa żgħira fuq l-40 sena. Sa minn meta kellha 7 snin spiss kien ikollha viżjonijiet u rivelazzjonijiet.Bihom Briġida ħabbret il-ġejjieni u tkellmet bil-qawwa kontra l-vizzjijiet. Hija għaddiet l-aħħar 25 sena tagħha f’Ruma, ħlief għal xi pellegrinaġġi ligħamlet, biex tikseb l-approvazzjoni għall-ordni ġdid tagħha tas-Ssmu.Salvatur (magħrufin bħala s-sorijiet Briġettini), u tagħti pariri fuq kwistjonijietdwar il-knisja u l-istat fosthom ir-ritorn tal-papa minn Avignon. L-ulied favoriti tagħha kienu Katerina li hija wkoll qaddisa u Karlu lib’għaġeb kbir t’ommu ġġennen wara r-reġina Ġwanna ta’ Napli u kienwasal biex jiżżewwiġha b’mod illeċtu, meta f’daqqa waħda marad u miet. S. Briġida kienet ukoll terzjarja franġiskana. Mietet meta kellha madwar 71 sena fl-1373 u kienet ikkanonizzata 18-ilsena wara mewtha. Hija l-patruna tal-Isvezja. Hija wkoll, flimkien ma’ oħrajn, Patruna tal-Ewropa.Riflessjoni:“Sikwit wieħed jistaqsi lilu nnifsu, kif jiġri li l-insara, li huma personalmentbnedmin li jemmnu, m’għandhomx is-saħħa li jagħmlu l-fidi tagħhom politikamentaktar effettiva. Qabel kollox irridu nfittxu li l-bnedmin ma jitilfux lil Alla minnquddiem għajnejhom; li huma jagħrfu t-teżor li għandhom. U li huma stessimbagħad mill-qawwa tal-fidi tagħhom jidħlu f’konflitt mas-sekulariżmu u jkunujistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom imnebbħin mill-ispirtu.”Papa Benedittu XVI – Dawl id-DinjaMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Mhix ħaġa possibli li tħob ’l Alla b’qalbek kollha mingħajr ma tħobbu b’ruħekkollha wkoll, jiġifieri mingħajr ma wieħed ikun lest, mhux biss li jitlef il-ġid materjaliu dak li qalbu hi marbuta miegħu, iżda anke l-istess ħajja. Dan li tfisser il-kelmaruħ, tippreferi tiċċaħħad mill-ħajja, milli tiġi mċaħħda mill-imħabba t’Alla.Għaliex aħna għandna nippreferu ’l Alla għal kwalunkwe ħaġa oħra li nistgħunimmaġinaw. Alla filfatt huwa infinitament akbar minn kull ma hu maħluq, anke l-istess ħajja ...” Med. 70.2SIGNUM FIDEI 44


Missierna ...TALBAO Missier Alla,agħmel li permezz tal-kelma tiegħeku dik tal-Ispirtu s-Santutagħtina fidi soda u qawwija;biex b’din il-fidinkunu nistgħu nerbħu kull prova,b’hekk ukoll nifhmudak li ibnek Ġesù Kristu qalilna:‘Agħmlu l-qalb, jien erbaħt id-dinja.’ Ġw.16:33Ammen.It-Tlieta, 24 ta’ LuljuSan Ġwann Boste – saċerdot, martriSan Kalċedonju – martriSanta Kristina – martriSan Sarbelju Makhluf – presbiteruBeata Marija Pilar u sħabha – verġni u martriBeata Marija Mercedes Prat – verġni u martriBeatu Anton Lucci – isqof“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Mikea 7: 14,15,18-20 Jarmi ħtijietna kollha f’qiegħ il-baħar.2. Salm 84: 2-8 Uri lilna, Mulej, it-tieba tiegħek.3. Mattew 12: 46-50 Medd idu lejn id-dixxipli u qal: “Dawn, araw, humaommi u ħuti!”SAN SARBELJU MAKHLEUF – 1828-1894 Ġużeppi Zaroun Makhlouf twieled ġewwa Beka Karfa, villaġġ fil-Lebanu.Missieru miet meta hu kellu biss tliet snin u rabbieh zijuh. Fl-età ta’ 23 sena, Ġużeppi daħal fil-monasteru ta’ San Maron ta’ Annija fil-Lebanu, u ħa l-isem ta’ Sarbelju, għad unur qaddis martri tat-tieni seklu. Ħa l-aħħar voti tiegħu fl-1853, u sitt snin wara kien ordnat qassis. Fuq l-eżempju ta’ San Moron, mis-sena 1875, sa meta miet, għex ħajja ta’solitudini u awsterità stretta ħafna, ġewwa ermitaġġ fil-Libanu. Kien ukolldevot ħafna tas-Santissimu Sagrament.45 SIGNUM FIDEI


Meta s-superjur tiegħu kien jibgħatu biex jamministra xi sagrament f’xivillaġġ, dan kien jagħmlu b’ferħ kbir. Kien imfittex ħafna minħabba l-qdusija tiegħu, u n-nies kienu jitolbuh ilbarkatiegħu, u biex jitlob għalihom. Hu miet lejliet il-Milied tal-1898 u l-qabar tiegħu sar post ta’ pellegrinaġġ,kemm għall-insara u anke għall-oħrajn. Kien ibbeatifikat mill-Papa Pawlu VI, fl-1965, u tnax-il sena wara ġiekkanonizzat.Ħsieb – Storja:Bħal-lum fl-1725, twieled John Newton.Min kien John Newton? Dak li kiteb il-kliem u l-mużika tal-innu “Amazing Grace”.John twieled fl-24 ta’ Lulju 1725. Missieru kien kaptan ta’ vapur. Ommu mietetmeta John kellu seba’ snin.Missieru daħħlu fi skola bħala boarder . Tant kien immaltrattat li ħarab u marjaħdem fuq vapur - fejn għex ħajja iebsa u mdawwra minn nies li kienu jisfurzawhu jħalluh ibati.Qabad u telaq u ngaġġa ruħu mar-Royal Navy.Ħarab minn fuq il-vapur, inqabad u ġie mitfugħ il-ħabs, fuq vapur tal-ilsiera.Fil-ħajja tiegħu, fuq dan il-“bastiment-ħabs”, iltaqa’, mal-ktieb : L-Imitazzjoni ta’Kristu, u dan kien il-mument li beda jirrifletti bis-serjetà fuq ħajtu.Waqt maltempata qawwija l-bastiment kien għoddu għereq u John ħass li issakien tard wisq li jdur lejn Alla. Dan l-episodju bidillu ħajtu.L-għada filgħodu kien bniedem ieħor, u beda jippriedka. Fil-priedki tiegħu kienjitkellem fuq il-perikli li ġarrab, fuq il-qawwa t’Alla, li ħelsu minn ħajja ħażina ugħenu bil-grazzja tiegħu. Ikkompona l-famuż innu “Amazing Grace”, li fihjirrakkonta l-ġrajjiet koroh ta’ ħajtu, u fuq kollox il-qawwa tal-għaġeb tal-grazzjat’Alla.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“… Trid toqgħod ħafna attent kif titkellem, għażiż brother, u tkunx imkabbar fikliemek, kif int stqarrejtli li ġieli tkun. L-ispirtu t’Alla ma jħallix dan it-tip ta’ diskors…” Ittra lil Brother f’Jannar, 1706 – Ittra 49Missierna ...TALBAAmazing Grace, how sweet the sound,That saved a wretch like me.I once was lost but now am found,Was blind, but now I see.T'was Grace that taught my heart to fear.And Grace, my fears relieved.How precious did that Grace appearThe hour I first believed.SIGNUM FIDEI 46


L-Erbgħa, 25 ta’ LuljuSan Ġakbu AppostluSan Kristofru – martri“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. 2Korintin 4:7-15 F’ġisimna qegħdin dejjem inġorru l-mewt ta’ Ġesù.2. Salm 125: 1-6 Min jiżra’ fid-dmugħ jaħsad bil-ferħ.3. Mattew 20: 20-28 Il-kalċi tiegħi tixorbuh.SAN ĠAKBU APPOSTLU (l-ewwel seklu) S. Ġakbu jissejjaħ il-Kbir biex jiġi magħżul minn Ġakbu iżgħar minnu li kieniben Alfew. San Gakbu kien Galilew minn Betsajda. Huwa ġie msejjaħ minn Ġesùflimkien ma’ ħuh Ġwanni waqt li t-tnejn kienu qegħdin isewwu x-xbiek ma’missierhom Żebedew. Ġesù laqqamhom "ulied ir-ragħad" forsi minħabba t-temperament furjuż tagħhom. Kienu huma li talbu nar mis-sema biex jeqredlis-Samaritani li ma laqgħux lil Ġesù u ommhom talbet post għalihom fuq illeminu fuq ix-xellug ta’ Kristu f’saltnatu. Ġesù tahom trattament speċjali: flimkien ma’ Pietru huma kienu preżenti filqawmienmill-mewt ta’ bint Ġajru, kif ukoll fit-Trasfigurazzjoni u fl-agunija fil-Ġetsemani. Ġakbu ġeneralment hu msemmi t-tielet fil-lista tal-appostli. Lil S. Ġakbu qatgħulu rasu f’Ġerusalemm għall-ħabta tas-sena 42, taħtErodi Agrippa. Hu l-ewwel wieħed mill-appostli li miet martri għal Ġesù. Sa mis-seklu 9 Spanja tiftaħar li l-fdal tal-qaddis (li huma jsejħuklu SantJago) jinsabu f’Compostella, u l-pellegrinaġġi lejn Santjago ta’ Compostellakienu saru famużi ħafna fiż-żminijiet tan-nofs. Fil-gżejjer tagħna għandna diversi knejjes iddedikati lil dan l-appostlu,fosthom dik tal-belt Valletta, dik ta’ Ħaż-Żabbar, u dik tar-Rabat Għawdex.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 1Ktieb: Kap. 18“Kemm taħbit kbir raw l-appostli, il-martri, il-konfessuri, il-verġni u dawk kollha limxew fuq il-passi ta’ Kristu! Bagħdu r-ruħ tagħhom fid-dinja, biex jistgħujgawduha fil-ħajja ta’ dejjem. U l-eremiti? ... X’ħajja mġebbda u qalila għaddewfid-deżert! X’tentazzjonijiet twal u qliel għaddew minnhom! Kemm inkihom uħaqarhom l-għadu! Kemm talb imħeġġeġ kienu sikwit jagħmlu lil Alla! Kemmsawm aħrax samu! Kemm kellhom ħeġġa u ħrara għas-salvazzjoni ta’ ruħhom!Kemm kellhom jitħabtu biex irażżnu l-vizzji tagħhom. U b’liema rabta kienumarbutin m’Alla, b’qalbhom u moħħhom!”47 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 145 – It-2 puntBesides being especially loved by Jesus Christ, Saint James was also one ofthose most respected by the Apostles. In one of his epistles, Saint Paul informsus that Saint James is considered one of the pillars of the Church.6 Saint Paul,although chosen and enlightened by Jesus Christ in a miraculous manner, had asimilarly high esteem and great respect for Saint James.It is, therefore, quite proper that you pay him very special honor as one of theApostles who was most enlightened about our holy religion. Because you have toinstruct the children under your guidance concerning religion, ask through theintercession of this holy Apostle for the grace to understand it well.Missierna ...TALBAO Mulej, inti bgħatt lil Ġakbu l-appostlubiex iħejji l-art sabiextkun tista’ tirċievi ż-żerriegħa,li hija l-Kelma t’Alla mwassla lilna permezz ta’,sidna Ġesù Kristu, magħmul bniedem għalina.Bil-ħidma tal-evanġelizazzjoni,agħmel li l-qlub kollha jinfetħubiex jilqgħu din il-kelma tal-ħajja, bil-ferħ.Ammen.Il-Ħamis, 26 ta’ LuljuSant’Anna u San Ġwakkin“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ġeremija 2: 1-3,7,8,12,13 Telqu lili, l-għajn tal-ilma ġieri, biex ħaffru bjargħalihom, bjar miksura.2. Salm 35: 6-11 Mulej, għandek hemm l-għajn tal-ħajja.3. Mattew 13: 10-17 Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-saltnatas-smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti.SIGNUM FIDEI 48


SAN ĠWAKKIN U SANTA ANNA - il-ġenituri tal-imqaddsa verġni Marija. L-ismijiet ta’ dawn il-qaddisin ma nsibuhomx fil-vanġeli awtentiċi iżda filprotoevangeljuta’ Ġakbu, ktieb apokrifu iżda influwenti ħafna, li nkitebmadwar is-sena 165. F’dan il-ktieb insibu li Anna (li bil-Lhudi tfisser grazzja)u Ġwakkin (li bil-Lhudi jfisser Jaħweh qed jipprepara) it-tnejn kienumdaħħlin fiż-żmien, imma ulied ma kellhomx. Għalhekk huma għamluwegħda li jekk ikollhom tarbija joffruha lil Alla. Il-ġrajja ta’ ġenituri anzjani likellhom ulied fi xjuħithom insibuhom diversi drabi fit-Testment il-Qadim, kifukoll fit-Testment il-Ġdid fil-każ tat-twelid ta’ Ġwanni l-Battista. Dan ifisser l-indħil speċjali ta’ Alla fit-tnissil ta’ dik it-tarbija billi jkun irid minnha missjonispeċjali. Fil-każ tal-Madonna, it-tnissil tagħha kien verament wieħed speċjali mhuxbiss għax kienet immakulata, imma wkoll għax minnha kellu jitwieled ilmixtieqMessija. Id-devozzjoni lejn Santa Anna hi qadima fil-knisja. Fis-seklu sittaĠustinjanu ddedika knisja lil S. Anna f’Kostantinopli. Il-qima lejn S. Ġwakkinbdiet fil-Lvant madwar żewġ sekli wara. Il-fundatur tal-MUSEUM San Ġorġ Preca kien devot ħafna ta’ Santa Anna,li ġenjalment kien iħobb isejħilha n-nanna ta’ Ġesù. Kien bil-pariri tiegħu li l-knisja ġdida tagħha ta’ Wied il-Għajn, l-unika parroċċa fil-gżejjer tagħnatibqa’ ddedikata lil din qaddisa, omm il-Verġni Mbierka. Hu xerred iddevozzjonilejha u kellu jmut proprju fil-festa tagħha, fis-26 ta’ Lulju 1962.Riflessjoni:“Il-familja hija l-fundazzjoni tas-soċjetà. Fiha diversi ġenerazzjonijiet jiltaqgħuflimkien u jgħinu ’l xulxin biex jikbru fl-għerf u jarmonizzaw id-drittijiet personalimal-bżonnijiet tal-ħajja soċjali.”Kostituzzjoni Pastorali fuq il-Knisja f’dinja Moderna: Nru. 52Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 146 – l-1 puntAccording to Saint John Damascene, Saint Anne, the wife of Saint Joachim, waschildless for twenty years. In this way God wished to make her understand thatthe child she would bring into the world would be a gift of grace. She spent thesetwenty years in all sorts of exercises of piety, and, as far as she was able, shegave generous alms to the poor, so that sterility of her soul would not be addedto that of her body. This is the concern of a soul who wishes to receive anabundance of grace.Take care not to remain in a sterility that can rob you of a taste for prayer and anattraction for God. See that your days are full, as Holy Scripture says, bypracticing good works of the kind God asks of you in your profession. This is theway to be happy in it and to please God.49 SIGNUM FIDEI


TALBATwajba Sant’ Annainti kont mogħnija minn Allabiex tkun omm l-imqaddsa verġni Marija,omm is-salvatur.Bil-qawwa tiegħek u ta’ bintek, wisq pura,u binha divin,agħtina l-grazzja li nixtiequ.Iksbilna l-maħfra tad-dnubiet,il-qawwa biex naqdu dmirijietna sew ul-għajnuna li għandna bżonnbiex nibqgħu fl-imħabba ta’ Ġesù u Marija.Ammen.Missierna ...Il-Ġimgħa, 27 ta’ LuljuIl-Beatu Titu Brandsma – presbiteru, martriBeata Maria della PassioneSan Xmun StilitaSanta Venera – verġni u martriSanta Maria Maddalena Martinengo – verġni“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ġeremija 3: 14-17 Nagħtikom rgħajja għal qalbi.2. Salm Ġeremija 31: 10-13 Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu.3. Mattew 13: 18-23 Dak li jisma’ l-kelma, u jifhimha, u jagħmel il-frott.BEATA MARIA DELLA PASSIONE (1866-1912) Il-Beata Marija tal-Passjoni tas-Sinjur tagħna Ġesù, tal-istitut tas-SorijietKruċifissi Adoratriċi tal-Ewkaristija, twieldet fit-23 ta’ Settembru 1866f’Barra, Napli (l-Italja). Il-ġenituri tagħha Leopoldo Tarallo u ConcettaBorriello semmewha Maria Grazia, u kienet it-tieni minn seba’ wlied ta’familja tat-tajjeb.SIGNUM FIDEI 50


Għaddiet tfulitha u żgħożitha f’ħajja ta’ tjieba, u minn kmieni wriet ġibdagħal ħajja qaddisa. Ta’ 25 sena, għelbet l-oppożizzjoni qawwija tal-ġenituri tagħha, u fl-1891daħlet fil-monasteru tas-Sorijiet Crocefisse Adoratrici dell’Eucaristia f’SanGiorgio fi Cremano, qrib beltha. Laqgħetha l-fundatriċi Maria Pia tas-Salib, li kienet waqqfet dak ilmonasterusena qabel. Skop ewlieni tal-kongregazzjoni kien it-tpattijagħad-dnubiet tad-dinja, fi żmien meta l-mażunerija kienet fl-aqwa tagħha ur-reliġjon kienet imħabbta b’kull mod. Dawn is-sorijiet kellhom devozzjoni speċjali lejn il-passjoni ta’ Kristu u lejnid-duluri tal-verġni Marija, bl-adorazzjoni perpetwa ta’ Ġesù Sagramentat. Maria Grazia, li isimha fil-professjoni tagħha nbidlilha f’Maria dellaPassione, ħaddnet b’ħeġġa kbira għall-ispirtu tal-kongregazzjoni, u bil-modil-mod saret vera vittma riparatriċi u kienet toffri t-talb u s-sofferenzi kollhatagħha għall-qdusija tas-saċerdoti. Fl-1910, ġiet maħtura majjistra tan-novizzi, ħidma li hija wettqet bi mħabbau dedikazzjoni kbira. Sa minn żmien qabel hija kellha viżjonijiet, estasijiet, l-istigmata, kellha d-don li taqra l-qlub u tagħmel profeziji, kif ukoll ħafna assalti mix-xitan, liġibdu fuqha l-attenzjoni tan-nies ta’ żmienha, u li komplew kabbru l-famatagħha ta’ qdusija. Ġesù taha l-kliem Verbum Dei caro factum est bħala arma kontra l-ħafnaassalti tax-xitan. Swor Maria della Passione kienet tgħaddi ljieli twal fit-talb u l-penitenzi. Hija mietet f’San Giorgio a Cremano fis-27 ta’ Lulju 1912, fl-għomor ta’ 46sena, preċiżament 50 sena qabel il-mewt ta’ San Ġorġ Preca li lejha kienmiġbud ħafna minħabba li minnha tnisslet fih id-devozzjoni lejn il-kliemgħażiż Verbum Dei caro factum est. Ġiet dikjarata beata f’Napli fl-14 ta’ Mejju, 2006.Riflessjoni fuq il-Kelma t’Alla:“Ibni kun ġwejjed fix-xogħol li tagħmel, u tkun maħbub iktar minn wieħed milqugħmin-nies. Akbar m’int, iktar għandek iċċekken ruħek, u ssib grazzja quddiem il-Mulej. Ħafna huma l-imkabbrin u l-imsebbħin, imma l-Mulej jikxef lill-umli l-misteritiegħu. Għax kbira hi s-setgħa tal-Mulej, imma hu msebbaħ min-nies umli.Tfittixx dak li hu tqil wisq għalik dak li ma tiflaħx għalih, tistħarrġux.”Bin Sirak 3: 17-21Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:“... Għandek turi mħabba kbira lejn Ġesù billi jkollok ħerqa biex toqgħod titkellemmiegħu fit-talb u xewqa li tirċevih spiss fl-ewkaristija ...” Med. 144.351 SIGNUM FIDEI


TALBASinjur Alla, int ħlaqtna biex inservuk,u għalhekk għarraftna u tgħarrafna l-volontà tiegħekbiex intemmuha b’qalbna kollha,u bil-ħsibijiet tagħna kollha,u wgħedt lill-fidili tiegħekil-kuruna tal-ġustizzja li ma tintemmx.Ir-raġuni weħeda ma tagħrafx f’kollox il-volontà tiegħek,iżda quddiem il-ġrajja ma tlaqlaqxgħax tara biċ-ċar il-volontà tiegħek.San Ġorġ PrecaMissierna ...Is-Sibt, 28 ta’ LuljuBeatu Ġwann Soreth - presbiteruBeata Marija Tereża Kowalski - martri tal-persekuzzjoni nażista fil-PolonjaBeata Mattia de Nazarei - verġniSanta Alfonsa Muttathupadatu“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ġeremija 7, 1-11 Huwa din id-dar li fuqha ssejjaħ ismi, saret xi għar talħallelinf’għajnejkom?2. Salm 83, 3-6.11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti!3. Mattew 13, 24-30 Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad.Santa Alfonsa Muttathupadatu - reliġjuża (1910-1946) Alfonsa, li qabel ma daħlet reliġjuża kien jisimha Anna, twieldet minnfamilja kattolika fl-Indja. Tilfet ’l ommha meta kellha biss tlett xhur u bdiettieħu ħsiebha oħt ommha. Sa minn ċkunitha kienet turi mogħdrija umħabba kbira lejn il-foqra u l-batuti u xtaqet tiddedika ħajjitha għalihom.Imma zitha kellha pjanijiet oħra għaliha. Meta kibret biżżejjed, għażlulha l-għarus u saru l-arranġamenti meħtieġabiex iżewġuha. Din il-ħaġa inkwetat ħafna lit-tfajla u ddeċidiet li tħarbatkollox. Ġieha f’rasha li ddaħħal sieqha fin-nar u ħarqitha tant li sfiguratha. Ta’ 18-il sena (2 t’Awissu 928) daħlet mas-Sorijiet Klarissi fejn tawha l-isemta’ Alfonsa Marija. Kienet kważi mibgħuta ’l barra mill-kunvent għax kienetSIGNUM FIDEI 52


dejjem marida, iżda Alla riedha tibqa’ miġbura fejn kienet u malajr biddel ilfehmatas-superjuri. Fis-sodda għal ħajjitha, imqakbra b’uġigħ qawwi, kultant bil-malarja, ulċeraf’riġlejha, emoraġija, eċċ., bħal Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, il-mudell ligħażlet hija stess, Alfonsa għexet kull mument ta’ ħajjitha bħal tifla żgħira,b’fiduċja u b’telqa ta’ mħabba fir-rieda ta’ Alla. Ġieli talbet għal aktar sofferenzi. Tant hu hekk li meta darba semgħet liwieħed isqof kien marid, Alfonsa talbet lil Ġesù biex il-mard u d-deni talisqofjgħaddu fuqha għax, irraġunat, "Jiena ma nista’ nagħmel xejn iżjedħlief insofri; għalhekk għandi nieħu fuqi dak id-deni wkoll." U t-talba tagħhakienet mismugħa. Imma s-superjura pperswadietha titlob ukoll għall-fejqan, u Alfonsa,b’ubbidjenza, talbet permezz ta’ novena lir-ruħ tajba ta’ Fr. Elias Chavara.Fl-aħħar tan-novena, Fr. Chavara dehrilha u fejjaqha b’mod tassewmirakoluż. Dan is-saċerdot Indjan kellu jiġi bbeatifikat flimkien magħha. F’għajnejn xi nies, il-ħajja ta’ Alfonsa kienet moħlija u bla skop għax mawettqet xejn speċjali. Kull ġurnata li tgħaddi kienet biss ġurnata ta’sofferenzi bħall-oħrajn. U biex iżjed titnikket f’qalbha, Alfonsa kienet ħafnadrabi mifhuma ħażin minn dawk stess li kienu jduru biha, anki minn wieħedpredikatur tal-irtiri u saħansitra mill-istess superjuri tagħha. Bla ma tgerger, waqt li żżomm kollox f’qalbha u ssofri kollox għal Ġesù, hijakienet propju tinfena rqiq irqiq. Kienet tgħid: "Kull ġurnata li fiha jiena mansofrix għall-Mulej, dik tkun ġurnata mitlufa." Swor Alfopna Muttathupadatu mietet fit-28 ta’ Lulju 1946, 13-il ġurnataqabel ma għalqet 36 sena. Sa minn wara mewtha, eluf kbar ta’ pellegriniminn kull naħa tal-Indja, insara, indus u oħrajn bdew iżuru l-qabar tagħhabiex jitolbuha. Kienet ibbeatifikata mill-Papa Ġwanni Pawlu II waqt vjaġġ appostoliku fl-Indja, fl-1986. Kienet dikjarata qaddisa mill-Papa Benedittu XVI.Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – 3 Ktieb: Kap. 56“Jekk trid tidħol fil-ħajja, oqgħod għall-kmandamenti; jekk trid tagħraf il-verità,emmen fija; jekk trid tkun perfett, itlaq kollox; jekk trid tkun magħqud miegħi,iċħad lilek innifsek; jekk trid tirbaħ il-ħajja ta’ dejjem, tintrabatx ma’ din il-ħajja; ujekk trid tkun rebbieħ tas-sema, għakkes ruħek f’din id-dinja; jekk trid issaltanmiegħi, erfa’ salibek miegħi: għaliex dawk biss li jerfgħu s-salib isibuha t-triq talħajjau tad-dawl tar-ruħ.”Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Id-29 ta’ Lulju hija l-festa ta’ Santa Marta. San Ġwann Battista de la Salle għandumeditazzjoni sabiha ħafna fuq din il-qaddisa. Peress li ser jaħbat il-Ħadd sernippreżentawha llum. Med. 147: 253 SIGNUM FIDEI


Riflessjoni fuq il-vanġelu: Il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż huwa sinjal ieħor li jippreżentalna llum l-evanġelista San Ġwann. L-awtur irid jurina li Ġesù huwa dak li jaqta’ l-ġuħtal-bniedem. Din il-ġrajja seħħet hekk kif Ġesù ta xhieda tiegħu nnifsu kifkien miktub fl-iskrittura. Madanakollu l-Lhud kienu jidhru li ma fehmu xejn ubdew ifittxu li joqtluh. Imma “Ġesù telaq in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija”u hemm imxew warajh il-batuti u l-imġewħin. Hawnhekk qisu jrid jurina liĠesù wettaq “Eżodu” ġdid bħal dak tal-qsim tal-baħar ta’ Mosè. Issa li Ġesù jinsab mdawwar kemm bil-Lhud kif ukoll bil-pagani, tela’ fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda. Ġesù hawn hekk tħassar il-poplu u tħassebdwar kif ser jitma’ lin-nies. Għamel mistoqsija lil Filippu, “mnejn nixtru l-ħobż biex dawn jieklu?” Iżda Filippu tħasseb għax assoċja l-ikel mal-flus.Waqt li Indrì offra possibilità oħra, “Hawn tfajjel li għandu ħames ħobżiettax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar.” Ġesù radd ħajr lil Alla biex jurina li għandna nagħarfu lil Alla l-Ħallieq ta’ kullġid u qassam il-ħobż u ż-żewġ ħutiet bejn in-nies kollha, li fir-rakkont hemmmiktub li kien hemm madwar “ħamest elef raġel” . Dan it-tqassim mhu xejnaktar ħlief tifsira vera tal-ewkaristija, rigal ta’ Alla, “frott tal-art u xogħol ilbniedem”,mogħti lill-bnedmin bil-ħsieb li jitqassam u jsaħħaħ l-għaqda talaħwafost kulħadd. Kif spiċċa kiel u xeba’ kulħadd, inġabru tnax-il qoffa bilfdalijiet,dan biex jurina l-kobor tal-miraklu li wettaq dakinhar kif ukoll biexjagħtina l-eżempju li m’għandniex naħlu. Wara li seħħ dan is-sinjal, il-poplu ried li jagħmel lil Ġesù sultan għax ħasbuli dan kien il-messija li kien ser ikun għall-gosti u interessi egoisti ċitagħhom. Dan kollu għax ma fehmux is-sinjal ta’ Ġesù u hekk kif ra l-intenzjoni tagħhom “rega’ warrab waħdu lejn l-għoljiet”. Fl-evanġelju ta’ San Ġwann, dawn l-għoljiet ifakkruna fil-kalvarju fejn Ġesùtela’ biex iwaqqaf il-vera saltna, dik li tagħti l-ħajja.Storja:Waqt quddiesa pontifikali, kardinal kien fuq it-tron bilqiegħda, mdawwar blisfqijiet.Hekk kif niżel iqarben, raġel li kellu diżabilità, mar poġġa bilqiegħda flokil-kardinal. Meta l-kardinal spiċċa jqarben, mar, ħa banketta u poġġa bilqiegħdaħdejn dak ir-raġel.Tassew dan il-kardinal kellu qalb ta’ tifel – l-umiltà tiegħu kienet tassew sabiħa.Kieku kien xi ħadd minna flok il-kardinal, x’konna nagħmlu?Adattata mill-ktieb – A mighty Valiant Hero – P.Piju SammutMeditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70: 3God has put us in this world only for himself, according to the Wise Man, whosays that God made all things for himself.4 God thinks constantly of us and hasgiven us a mind that can think of him. Jesus Christ, then, has reason to say ...that we must love God with all our mind.55 SIGNUM FIDEI


By thinking about God at all times, we fulfill this commandment and also byreferring to him all our thoughts about creatures in such a way that we do notthink about anything that relates to them unless it leads us to love God or keepsus in his holy love. Nothing shows better that we love another person than whenwe cannot help thinking about that person.How happy you would be if all your thoughts tended only to God and were onlyfor God! Then you would have found your paradise in this world, because youwould be engaged in the same activity as the saints, and the happiness that theyare enjoying would be yours. True, there would still be this difference, that thesaints see God clearly in his own nature, whereas we enjoy God only by faith.But this view of faith gives so much pleasure and joy to a soul who loves Godthat even in this life it has a foretaste of the delights of heaven.Does your soul enjoy this benefit? If you are not fortunate enough to possess it,try to be devoted to God in your prayer and by frequent short prayers to procurethis benefit. It is the greatest good you can enjoy in this world.Missierna...TalbaVerb etern,kelma ta’ Alla tiegħi,irrid ngħaddi ħajti nisimgħek,irrid noqgħod dejjem attentabiex nitgħallem kollox mingħandek.Beata Eliżabetta tat-Trinità – KarmelitanaIt-Tnejn, 30 ta’ LuljuSan Pietru Krisologu - isqof u dutturSan Ġustinu de Jacobis - isqof“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ġeremija 13: 1-11 Dan il-poplu jiġrilu bħal dan il-ħżiem li ma jiswa għalxejn.2. Salm: Dewt 32, 18-21 Int insejt lil Alla, li nisslek.3. Mattew 13: 31-35 Iż-żerriegħa tal-mustarda ssir siġra, hekk li l-għasafartal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha.SIGNUM FIDEI 56


SAN ĠUSTINO DE JACOBIS - isqof (1800-1860) San Ġustinu twieled f’San Fele (Potenza, Italja) minn familja reliġjużaħafna. Ta’ 18-il sena daħal fil-Kongregazzjoni tal-Missjoni, u kien ordnatsaċerdot fit-12 ta’ Ġunju 1824 fi Brindisi. Mill-ewwel wera ħeġġa kbira missjunarja, speċjalment fost in-nies talkampanjatal-Italja t’Isfel. B’mod speċjali wera ċaħda erojka waqt il-koleraf’Napli (1836-37) li ħalliet 12,000 vittma. Mhux biss kien idur bil-morda,imma anki jġorrhom hu b’idejh għal-lazzaret. Is-Sagra Kongreazzjoni Propaganda Fide fl-1839 bagħtitu l-Etjopja bħalaprefett appostoliku jwaqqaf il-missjoni f’dak il-pajjiż. Id-diffikultajiet tallingwa,il-klima tropikali, in-nuqqas ta’ ikel, u l-perikli fil-vjaġġi ma qatgħuluxqalbu biex iwettaq b’mod sħiħ il-programm tiegħu f’din l-art li saret it-tienipatrija tiegħu. Wettaq għadd kbir ta’ konverżjonijiet, fosthom dik ta’ Abba Ghebre Mika’elli, fl-1855, anki sofra l-martirju għall-fedeltà tiegħu lejn il-Knisja ta’ Ruma, ullum hu magħdud mal-beati. Waqqaf ukoll seminarju għall-vokazzjonijiet indiġeni u diversi stazzjonijiettal-missjoni. Kien ikkonsgrat isqof fit-8 ta’ Jannar, 1849. Il-konverżjonijietbaqgħu jiżdiedu u, fl-1853, kellu l-ferħ jordna ħames saċerdoti etjopiċi. Imma qamet persekuzzjoni kontrieh, u f’Lulju 1854 l-isqof qaddis tefgħuh ilħabsflimkien ma’ għadd ta’ dixxipli. Wara kien eżiljat. Imma hu pprovajirritorna fost l-insara tiegħu. Telaq bil-mixi mix-xatt fejn niżel, imma mafelaħx ikompli l-vjaġġ. Miet fil-31 ta’ Lulju 1860 wara li rrakkomanda lil ta’ madwaru l-għaqdafraterna u mħabba u ubbidjenza lejn il-papa. Kien dikjarat beatu f"Ġunju 1939, u qaddis f’Ottubru 1975. It-tifkira tiegħu ssir fit-30 ta’ Lulju.Storja ta’ SAN ĠUSTINU DE JACOBIS li seħħet hawn Malta:Ġrajja ta’ dan il-qaddis, marbuta mal-ewkaristija.Patri de Jacobis telaq lejn l-Etjopja f’Mejju 1839. Huwa u sejjer lejn din l-art, upreċiż fit-22 ta’ Mejju 1839, daħal fil-port ta’ Malta.L-għada filgħodu San Ġustinu u sħabu niżlu l-art biex iqaddsu. Waqt il-quddiesatal-qaddis deher viżibilment fuq l-altar Ġesù Bambin mill-elevazzjoni sakemm ilqaddistqarben.Dan li qed ngħidu wieħed jista’ jaqra fuqu fil-ktieb ta’ Salvatore Pane C.M., Vitadel Beato Giustino de Jacobis, maħruġ f’Napli fl-1949, f’paġna 152.Wieħed minn sħab il-qaddis, Patri Reygasse, f’ittra li kiteb lis-superjuri, hekk ħallamiktub dwar dan il-fatt li għadna kemm semmejna: "Meta wasalna Malta, patriPousson u jiena morna sabiex inqaddsu. Wara xtaqna nissodisfaw il-kurżità billimmorru naraw l-oqbra tal-granmastri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dak il-waqt, il-patri57 SIGNUM FIDEI


de Jacobis kien qiegħed iqaddes u dam ftit inqas minn siegħa. Meta ħriġna millknisja,bqajna skantati meta rajna ħafna nies li kienu semgħu l-quddiesa tiegħu,ġejjin fuqna u saqsewna: ‘Sinjuri, min hu dan il-qaddis li għandkom magħkom?Aħna smajna l-quddiesa tiegħu u rajna ’l-Bambin Ġesù fuq rasu, mill-elevazzjonisat-tqarbin!’ " (Cf. Summarium. n.VI, p.1191).L-ittra ta’ Patri Reygasse, barra milli tikkonferma l-verità storika tal-ġrajja, turinawkoll li dan il-fatt aktarx ġara fil-Konkatedral ta’ San Ġwann, il-Belt.Fil-kitba tal-qaddis ma nsibu xejn fuq dan il-fatt, lanqas jidher mill-ittri tiegħu li huqal bih lil xi ħadd minn sħabu, iżda, kif jaħseb il-kittieb ta’ ħajtu Salvatore Panestess, dan aktarx ġej mill-umiltà kbira li kellu.Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 137: it-3 punt“... Biex tkun tassew leali, tirrifletti xi drabi dwar il-wegħda li għamilt, li tkunresponsabbli lejn dawk li Alla afdalek f’idejk? Tieħu ħsieb biżżejjed is-salvazzjonita’ ruħhom daqskemm tieħu ħsieb tiegħek? Mhux biss għandek tagħmel dakkollu possibli biex tieħu ħsiebhom imma għandek tikkonsagra ħajtek u lilekinnifsek komplitament biex iġġibilhom is-salvazzjoni ...”Missierna ...TALBAO Alla,l-ebda qawwa fid-dinjama tista’ ssikket il-kelma tiegħek ta’ mħabba.Imwieled minn verġni;ikkundannat fuq salibmidfun fl-artu mqajjem għall-glorja eterna.Ferra fuq il-poplu tiegħekdak l-ispirtu li ħeġġeġ l-ewwel dixxiplibit-tifħir tiegħek u b’żelu biex ixandru l-vanġelu.Dan nitolbuh bi Kristu Sidnali jgħix u jsaltan mal-Ispirtu s-Santu.Ammen.SIGNUM FIDEI 58


It-Tlieta, 31 ta’ LuljuSan Injazju ta’ Loyola“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,tal-Iben li fdieni utal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”Qari:1. Ġeremija 14: 17-22 Ftakar! Tisksirx il-patt tiegħek magħna.2. Salm78: 8,9,11,13 F’ġieħ is-sebħ tal-isem tiegħek Mulej, eħlisna.3. Mattew 13: 36-43 Bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fitmiem id-dinja.SAN INJAZJU TA’ LOYOLA (1491-1556) Injazju kien il-ħdax u l-aħħar wild ta’ bniedem nobbli ta’ Loyola. Huwa bedakarriera militari iżda malajr spiċċat meta balla ta’ kanun korrietu f’riġlu. L-għadam tqegħidlu ħażin u kellu jinkiser mill-ġdid. Injazju kellu 30 sena. Fil-konvalexxenza twila ma sabx x’jaqra ħlief Ħajja ta’ Kristu u volumb’ħajjiet ta’ qaddisin. Infetħet dinja gdida quddiemu u ra l-vojt tal-ambizzjonitad-dinja. Dehra mill-Madonna bil-Bambin għamlitlu kuraġġ kbir. Injazju għamel vottal-kastità, mar fil-knisja tal-Madonna ta’ Montserrat, għamel qrara ġeneraliu wara lejl talb ta l-armatura tiegħu ta’ kavalier lil wieħed tallab. Huwa għadda 11-il xahar f’Manresa jgħin fi sptar, jagħmel penitenza, isofriminn skrupli, iħoss konsolazzjonijiet, jitlob u jikteb l-Eżerċizzi Spiritwali. Wara mawra fil-Palestina, Injazju għadda 11-il sena jistudja u ta’ 43iggradwa fl-Università ta’ Pariġi. F’Montmartre fil-festa tal-Assunzjoni fl-1534, huwa u sitt sħabu ħadu l-votital-faqar u kastità u ntrabtu li jxandru l-vanġelu jew li jagħmlu dak lijgħidilhom il-papa. Wara dan, il-grupp sar ordni reliġjuża iżda mingħajr il-ħtieġa tas-soltu lijitolbu l-uffiċċju divin flimkien fil-kor. Huma għandhom ukoll ir-raba’ vot ta’ ubbidjenza speċjali lejn il-papa. S. Injazju kien l-ewwel superjur ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù, li damimexxiha 15-il sena.Riflessjoni:“Din hi l-missjoni tad-dixxipli tal-Mulej f’kull żmien, inkluż żmienna: ‘Jekk intomirxuxtajtu ma’ Kristu,’ jgħidilna San Pawl, ‘fittxu l-ħwejjeġ ma’ Kristu, fejn Kristuqiegħed fuq il-lemin ta’ Alla. Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f’dawk tal-art’.(Kolossin 3: 1,2) Dan ma jfissirx li ninqatgħu mir-responsabilitajiet ta’ kuljum u managħtux kas ir-realtà tal-ħajja; imma jfisser li għandna nqajmu mill-ġdid kullattività umana b’nifs sopranaturali; ifisser li nkunu xhieda u predikaturi talqawmienta’ Ġesù Kristu, u ngħixu għall-eternità.”Papa Benedittu XVI59 SIGNUM FIDEI


Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Med. 148: it-2 puntThis saint’s zeal for the salvation of souls was so ardent that to do this work withgreater skill and success, he began to study at the age of 33. He was living in ahospital all this time, begging alms and teaching catechism to children and thepoor. So generous was his zeal that he traveled one time from Paris to Rouen tohelp one of his companions who had stolen from him and then had fallen ill.On another occasion, after he had noticed the hour when a dissolute young manused to satisfy his passion, he threw himself into a freezing pond and cried outthat he would not get out unless the young man gave up his evil plan.Your work will be of little value if you do not have as your purpose the salvationof souls. Does your zeal for the poor lead you to seek ways as effective as thoseused by Saint Ignatius? The more ardently you pray for the good of the soulsentrusted to you, the more God will help you find the skill to touch their hearts.Missierna ...TALBA ta’ San InjazjuMaħbub Ġesù,għallimni nkun ġeneruż.Għallimni naqdik kif jixraqlek;li nagħti, mingħajr ma nibża’ mill-ġrieħi;li nitħabat, mingħajr ma nfittex is-serħan;li nagħti minni nnifsi u mhux li nitlob ir-riġal;ħlief ir-rigal li nkun naf li qed nagħmel ir-rieda tiegħek.Ammen.JG}IX {ESU’F’QALBNA !G}AL DEJJEMSIGNUM FIDEI 60


It-Talba tas-Signum FideiMissierna li inti fis-smewwiet,fil-Providenza tieg]ek,Inti g]o[bok tag]\ilni biex inkun Sinjal ta’ Fidif’dinja mimlija konfu\joni u in`ertezzi.Ixg]el fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei,spirtu qawwi ta’ FIDI u {ENEROŻITA’,]alli meta ni[i biex nikkommetti ru]i fl-appostolat,nimxi fuq l-e\empju ta’San {wann Battista De La Salle,u ndawwal o]rajn,biex huma wkoll jikkonsagraw ]ajjithom,]alli jwasslu l-Van[elu lid-dinja fl-edukazzjoni.Bierek ix-xog]ol ta’ ]utna,huma fejn huma, biex flimkien ,imdawwla bl-entu\ja\mutal-Ispirtu tal-im]abba tieg]ek,insiru dejjem aktar il-Mel] tad-Dinja,id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u ,dawk li jinsabu bog]od mis-salvazzjoni li inti toffri.Ilqa’ [ewwa dirg]ajk lil ]utnali telqu qabilna bis-sinjal tat-twemminu li issa jinsabu reqdin fil-pa`i tieg]ek.Qed nitolbok dan,permezz ta’ Ġesu’ Kristu,Ibnek l-G]a\i\.AmenDirezzjoni: Min jixtieq tag]rif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira.Tel. 21317422, Mob. 79317422E-mail: petcamilleri@maltanet.net61 SIGNUM FIDEI


History of the InstituteOn 11th July, 1705, documents were signed for the lease ofthe property of Saint Yon, in a suburb of Rouen. It becamea novitiate, a boarding school and a home for delinquentboysĠesu qal lil Tumas “Emmint għaxrajtni! Ħenjin dawk li ma rawx uemmnu.”(Gian Franceso Barbieri, 1621)SIGNUM FIDEI 62

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!