04.06.2013 Views

FREE download here - I-tau.com

FREE download here - I-tau.com

FREE download here - I-tau.com

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

[OUTSIDE COVER]

«TOTA PULCHRA ES, MARIA»

IL-FRANĠISKANI

U L-IMMAKULATA

Noel Muscat OFM

[INSIDE COVER]

«TOTA PULCHRA ES, MARIA»

JOHN DUNS SCOTUS,

IL-FRANĠISKANI

U L-IMMAKULATA

150 ANNIVERSARJU MILL-PROKLAMAZZJONI

TAD-DOMMA TA’ FIDI TA’ L-IMMAKULATA

(8 TA’ DIĊEMBRU 1854)

NOEL MUSCAT OFM

Edizzjoni TAU

Patrijiet Franġiskani

Malta 2004

[PAGE 2]

«Ave, rosa paradisi, frondens in gratiam Dei;

Ave, sponsa aureis monilibus ornata;

Ave, placens Deo super angelico iucunditatis gaudio».

«Sliem għalik, warda tas-sema, twarrad fil-grazzja ta’ Alla;

Sliem għalik, għarusa tlellex bil-ġawhar u d-deheb fin;

Sliem għalik, int li togħġob lil Alla aktar mill-ferħ u l-hena ta’ l-anġli».

(Mil-Liturġija ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni)

Issettjar: George Bugeja OFM

Qoxra: Tandem Ltd.

Strampat: Gozo Press – Għajnsielem

© Edizzjoni TAU 2004

ISBN:

RITRATT TAL-FAĊĊATA

Fortunato Venuti

L-Immakulata Kunċizzjoni ma’ San Franġisk

u l-Beatu John Duns Scotus (1906)

Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, Għajnsielem, Għawdex

[PAGES 3 & 4]

PREżENTAZZJONI

Mhux sew li l-ġrajjiet ewlenin jintesew. Iċ-ċelebrazzjoni tat-tifkira ġġib magħha

l-għarfien, l-apprezzament tal-ħidma li tkun saret fl-imgħoddi u tniedi tiġdid. Fost lanniversarji

li l-Knisja tfakkarna fihom din is-sena [2004] hemm il-150 sena mill-

Proklamazzjoni tad-Domma ta’ Fidi ta’ l-Immakulata [8 ta’ Diċembru 1854]. Ġrajja

importanti fl-iżvilupp dottrinali tal-Knisja, li tqim b’imħabba speċjali lil Marija, l-Omm laktar

qaddisa ta’ Alla. Aħna llum naċċettaw bħala tagħlim ċert u ta’ min joqgħod fuqu li

Marija ġiet imnissla mingħajr l-ebda tebgħa ta’ dnub, imma sakemm il-Knisja waslet biex

tgħallimna din id-duttrina bħala domma ta’ fidi, kellhom igerrbu bosta snin. «L-iżvilupp

veru li jsir fil-qima nisranija jrid bil-fors iġib miegħu żieda xierqa fil-qima lejn Omm il-

Mulej», tgħidilna l-«Marialis Cultus». U dan seħħ bla dubju fil-ġrajja li qegħdin infakkru.

Il-ħsieb profond tad-Dutturi tal-Knisja, imsieħeb mad-devozzjoni tal-poplu ta’ Alla, l-

Knisja approvatu bħala duttrina tajba.

Bil-ħaqq kollu Marija hi x-«Xebba waħdanija», kif isselmilha l-Knisja, u fi kliem

San Franġisk ta’ Assisi, hija x-«Xebba li saret Knisja», dik li laqgħet fil-ġuf safi tagħha

lil Kristu, l-Iben il-waħdieni ta’ Alla, hekk li bil-fors li ma jistax ikun hemm xi ħadd ieħor

bħalha, Hi li qiegħda fi klassi għaliha, kif jgħid San Bonaventura: «Imżejna bl-akbar ġieħ,

bl-akbar grazzji, u bl-akbar glorji, li l-ebda ħlejqa oħra ma tista’ tixbaħha. Wara Ġesù,

Marija tinsab l-ewwel fil-ħsieb ta’ Alla, l-ewwel fl-istorja tal-bnedmin u l-ewwel fil-qalb

ta’ dawk li jemmnu. Mela singulari, waħedha, u irrepetibbli, għax hekk kellha tkun ilmissjoni

tagħha». Il-ħsieb sempliċi ta’ San Franġisk muri fit-talb tiegħu sab il-għerf ta’

uliedu li bil-ħerqa kollha u bl-ifjen ħsibijiet ta’ moħħhom għallmu u xandru l-glorji ta’

Marija. Fost dawn, il-Beatu John Duns Scotus, qiegħed fuq l-aktar argumenti sodi dduttrina

ta’ l-Immakulat Konċepiment ta’ Marija Omm Alla u ommna.

Dan id-Duttur Franġiskan, filwaqt li iddefenda l-primat assolut ta’ Kristu Feddej u

Medjatur, l-ewwel wieħed fil-pjan ta’ Alla, fl-istess waqt jara wkoll lil Marija, li

b’imħabba serafika u bla biża’ jqiegħdilha fuq rasha l-kuruna ta’ l-Immakulat

Konċepiment tagħha. L-argumenti tiegħu sabu lil min imerihom. Scotus u l-Iskotisti

kellhom jgħaddu minn baħar ta’ kalunji, tgħajjir li kienu eretiċi u theddid tas-Santa

Inkwiżizzjoni. Imma għal dan pattew it-tejoloġi u l-predikaturi Franġiskani, u oħrajn

magħhom, li xandru u iddefendew bis-sħiħ dan il-privileġġ ta’ Marija, sakemm ġie

milqugħ fil-liturġija, u iċċelebrat mill-Knisja b’mod uffiċjali.

F’pajjiżna, waqt li d-duttrina kienet għaddejja minn baħar ta’ kontroversji, bla

biża’ kien imħares dan il-privileġġ. Il-Franġiskani Maltin ingħaqdu mal-moviment

Immakulista tad-dinja u kienu fuq quddiemnett fit-tixrid ta’ dan it-tagħlim, bir-riżultat li

sa mitt sena qabel id-Domma, f’Malta ma kienx hawn knisja mingħajr altar jew xbiha

tagħha. Ma’ dan inżidu wkoll il-fatt li l-Franġiskani Maltin, fil-professjoni reliġjuża

tagħhom, kienu wkoll iwiegħdu b’mod l-aktar solenni li kienu lesti li jċarċru demmhom

għad-duttrina Skotista ta’ l-Immakulata. Din hi l-istorja li għaddew minnha dawk ta’

qabilna, u li aħna llum ma rridux kieku ninsew. Id-Domma ta’ l-Immakulata

ikkonfermatha wkoll Marija stess ġewwa Lourdes, meta stqarret li kienet «l-Immakulata

Kunċizzjoni».

Bħala għajnuna siewja biex niċċelebraw dan l-anniversarju Marjan importanti filħajja

dottrinali u devozzjonali tal-Knisja, Patri Noel Muscat OFM, għalliem fit-Tejoloġija

u l-Ispiritwalità Franġiskana f’Malta u barra minn Malta, kittieb, li ma’ min hu midħla

fis-suġġett ma jeħtieġ l-ebda introduzzjoni, ħejjielna din il-kitba bil-għan li tkun ta’

għajnuna għal dawk li jridu jħejju ruħhom għal dan l-anniversarju. Jibda b’tagħrif dwar

l-istorja ta’ din id-Domma u l-Festa tal-Kunċizzjoni, il-ħajja u l-kontribut dottrinali tal-

Franġiskan John Duns Scotus, bil-ħaqq kollu d-«Duttur ta’ l-Immakulata», u kif

iddefenda dan il-privileġġ «uniku u singulari» ta’ Marija.

Patri Noel iżid jagħtina bil-Malti dawk id-dokumenti tal-Papiet li jitkellmu millistess

Duns Scotus: il-konferma tal-kult ta’ dan it-tejologu kbir, id-duttrina tiegħu dwar l-

Immakulata, iċ-ċelebrazzjoni liturġika tagħha llum, u l-Ittra Apostolika tad-Domma

«Ineffabilis Deus» tal-Beatu Papa Piju IX, flimkien ma’ bibljografija qasira li minnha lkittieb

għamel użu.

Hekk din il-ġabra għandha tgħinna lkoll biex inkunu nafu aktar dwar din l-«Omm

ħelwa ta’ Kristu l-Feddej», u fl-istess waqt tkun tifkira li tibqa’ ta’ dan l-Anniversarju tal-

150 sena minn din id-Domma ta’ Fidi.

Ġorġ Aquilina OFM

Kunvent Santa Marija ta’ Ġesù, Valletta

1 ta’ Jannar 2004: Solennità ta’ l-Imqaddsa Omm Alla Marija

INTRODUZZJONI

Din is-sena l-Knisja qiegħda tiċċelebra għeluq il-150 anniversarju minn meta l-

Beatu Piju IX, Papa, ipproklama bħala Domma ta’ Fidi d-duttrina dwar l-Immakulata

Kunċizzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija, fit-8 ta’ Diċembru 1854. Dan l-att uffiċjali u

solenni tal-Maġisteru tal-Knisja, li jinsab inkluż fil-Kostituzzjoni Apostolika «Ineffabilis

Deus», kien il-quċċata ta’ mixja twila u mqallba ta’ sekli sħaħ, li rat jidħlu f’taqbida

ħarxa l-għerf tat-tejoloġi mad-devozzjoni sempliċi tal-poplu ta’ Alla. Ir-rebħa aħħarija

kienet dik tas-«sensus fidelium», ta’ dak li l-insara minn dejjem kienu jgħożżu u jemmnu.

Imma dan kien possibbli biss għaliex fil-Knisja kien hemm tejoloġi li saħħew din il-fidi

sempliċi b’argumenti tejoloġiċi serji u kredibbli.

L-iskop ta’ dan l-istudju hu li juri kif id-duttrina Kattolika dwar l-Immakulata

Kunċizzjoni għandha storja twila ħafna, li tmur lura għall-ewwel sekli ta’ l-eżistenza

kristjana. Din l-istorja hi importanti biex nifhmu kif l-insara, sa minn żmien is-Santi

Padri, kienu jemmnu bil-qawwa kollha li Marija, Omm Ġesù, li l-Konċilju ta’ Efesu fissena

431 iddikjaraha bħala «Theotókos», Omm Alla, ma kienx xieraq li tkun, imqar għal

mument wieħed biss minn ħajjitha, imċappsa bid-dnub, la dak attwali, u saħansitra lanqas

dak oriġinali. L-istorja hi xhieda tal-qima u mħabba li l-insara dejjem urew lejn Omm

Alla, billi tawha l-isbaħ titli li qatt setgħu jimmaġinaw, u dejjem qisuha bħala l-verġni laktar

safja u sabiħa, u applikaw għaliha bosta xbiehat meħudin mill-Iskrittura.

Il-problema kruċjali, iżda, kienet li l-Iskrittura ma ssemmi xejn espliċitament

dwar il-fatt li Marija ġiet imnissla mingħajr id-dnub oriġinali. Mhux biss, imma l-

Iskrittura ma tgħid xejn lanqas dwar it-twelid ta’ Marija. L-informazzjoni li għandna

dwar is-snin tat-tfulija ta’ Marija nafuha mill-Kotba Apokrifi, u mhux minn dawk Ispirati.

U l-Apokrifi lanqas ma jgħidu xejn dwar xi tnissil ta’ Marija mingħajr tebgħa oriġinali.

Għaldaqstant kien diffiċli ħafna li wieħed jippretendi li l-Knisja tipproponi bħala oġġett

ta’ fidi l-fatt li Marija kienet Immakulata, jekk mhux meta jinstabu argumenti serji u sodi

li jistgħu jsibu l-għeruq tagħhom fl-Iskrittura. Fl-istess ħin, iżda, l-Knisja dejjem emmnet

li t-Tradizzjoni ta’ fidi tagħha hi wkoll għajn ta’ rivelazzjoni kontinwa li Alla jagħtiha

matul l-istorja. «It-Tradizzjoni qaddisa u l-Iskrittura Mqaddsa jikkostitwixxu depożitu

sagru wieħed tal-Kelma ta’ Alla mħolli lill-Knisja» (Konċilju Vatikan II, Kostituzzjoni

Dommatika «Dei Verbum» dwar ir-Rivelazzjoni, 10). U kien proprju fuq din it-

Tradizzjoni ħajja tal-Knisja li l-insara ta’ kull żmien baqgħu jemmnu u jsostnu li Marija

ġiet imnissla mingħajr l-ebda tebgħa ta’ dnub tan-nisel.

Imma din id-devozzjoni mħeġġa ta’ l-insara kellha tħabbatha mat-tejoloġija, li

għal bosta sekli sabitha diffiċli biex tifhem kif Marija setgħet tingħata privileġġ li ħadd

ma kellu, ħlief Kristu, li kien Alla u bniedem. Il-problema li kien hemm fil-bażi ta’ kull

argument tejoloġiku kienet iddur fuq it-tagħlim li nsibu fl-Ittra lir-Rumani dwar id-dnub

oriġinali u s-solidarjetà ta’ l-umanità fi stat ta’ dnub, minħabba d-dnub ta’ Adam, u dwar

il-bżonn ta’ l-universalità tal-fidwa, jiġifieri li l-bnedmin kollha, mingħajr l-ebda

eċċezzjoni, għandhom bżonn jiġu mifdija minn Kristu, biex imbagħad jitnisslu mill-ġdid

fil-grazzja permezz tal-magħmudija. Marija kienet bniedma bħall-bqija tal-bnedmin, u

1

għalhekk hi wkoll kellha bżonn il-fidwa ta’ Binha. Mela hi wkoll, fil-bidunett ta’

ħajjitha, tnisslet bid-dnub oriġinali.

Il-fehma ta’ ħafna għorrief qaddisa kienet li Alla seta’, fil-fatt, jagħmel li Marija

tkun «santifikata», jew imqaddsa, fil-ġuf ta’ ommha, sa mill-ewwel waqt tat-tnissil

tagħha, imma dan wara li, imqar għal ħakka ta’ għajn, hi tiċċappas bid-dnub tan-nisel.

Eżempji ta’ din il-grazzja speċjali nsibuhom fl-Iskrittura, u l-aktar fil-każ tal-profeta

Ġeremija u ta’ San Ġwann Battista. B’hekk Marija kellha tiġi santifikata ħalli ssir

għamara xierqa li fiha jinżel jgħammar Alla.

Din il-fehma kienet ġiet aċċettata mill-aqwa tejoloġi qaddisin u dutturi tal-Knisja.

Insemmu persuni kbar bħal Sant’Anselmu ta’ Canterbury, San Bernard ta’ Clairvaux,

Sant’Albertu l-Kbir, San Tumas t’Aquino, San Bonaventura minn Bagnoregio. Kollha

kienu jaslu biex jagħtu l-ogħla tifħir u glorja lil Marija, imma ma setgħux jaslu li

jsejħulha «Immakulata» fil-konċepiment tagħha.

Meta din il-kwestjoni kienet tbaqbaq fl-Iskejjel universitarji tas-seklu 13, l-aktar

f’Oxford u Pariġi, li fihom kellhom sehem kbir iż-żewġ Ordnijiet Mendikanti ewlenin li

kienu għadhom kif twieldu, jiġifieri l-patrijiet Predikaturi (Dumnikani) u l-patrijiet

Minuri (Franġiskani), mill-Iskola Franġiskana ta’ Oxford joħroġ studjuż li kellu jagħti

svolta lid-duttrina dwar l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija. Dan kien John Duns

Scotus (1266-1308), imwieled fl-Iskozja, u mħarreġ fix-xjenzi tejoloġiċi f’Oxford u

Pariġi, fejn sar mgħallem espert u mexxej ta’ l-«Istudju» tal-Franġiskani, sakemm miet

f’Köln, fil-Ġermanja, fit-8 ta’ Novembru 1308. Scotus kien konvint li t-tagħlim tattejoloġi

ta’ qablu, għalkemm kien wasal qrib ħafna biex jagħti lil Marija l-ogħla grad ta’

qdusija, imma ma kienx irrispetta s-«sensus fidelium» ta’ l-insara. Hu ried li din il-fidi

sempliċi jagħtiha konsistenza b’argumenti tejoloġiċi, bl-iskop li l-Knisja tasal taċċetta li

l-qima li l-insara jagħtu lil Marija Immakulata kienet mibnija fuq argumenti li għandhom

il-bażi tagħhom fl-Iskrittura u t-Tradizzjoni tal-Knisja.

Il-persuna ta’ John Duns Scotus, li l-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjara l-kult tiegħu

bħala Beatu «ab immemorabili tempore» nhar l-20 ta’ Marzu 1993, hi marbuta ħaġa

waħda ma’ l-Immakulata Kunċizzjoni, hekk li nistgħu ngħidu li, min irid jifhem ittejoloġija

Kattolika dwar Marija Immakulata ma jistax ma jistudjax il-kitbiet ta’ Scotus.

Mhux biss, imma ħarsa lejn il-Bulla «Ineffabilis Deus» tal-Papa Piju IX, u lejn it-testi

liturġiċi tal-festa ta’ Marija Immakulata, turi li l-argumenti kollha favur dan il-privileġġ

marjan huma mibnijin essenzjalment fuq it-teżi li kien iddefenda John Duns Scotus.

L-iskop ta’ l-istudju tagħna hu dak li juri li hemm rabta li ma tinħallx bejn l-

Immakulata u John Duns Scotus. Nistgħu nażżardaw ngħidu li hemm rabta li ma tinħallx

bejn l-Immakulata u l-Franġiskani. Għax kienet il-viżjoni marjana ta’ San Franġisk li

xegħet il-qalb taż-żagħżugħ John Duns fl-università ta’ Oxford, biex jara f’Marija dik li

Franġisku jsejħilha «Virgo ecclesia facta» (Verġni li sirt Knisja). F’kelma oħra, Scotus

intaġar fid-duttrina ta’ Marija xbieha tal-Knisja, membru privileġġjat tal-Knisja fil-milja

tas-sbuħija kollha tagħha. It-tejoloġija ta’ dan id-Duttur marjan tieħu n-nifs bil-pulmuni

2

friski tal-fqajjar Franġisku, li jqiegħed l-umanità ta’ Kristu fiċ-ċentru ta’ l-ispiritwalità

tiegħu.

F’dawn il-paġni sejrin nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tagħlim ta’ Duns Scotus fuq l-

Immakulata Kunċizzjoni. Għidna ħarsa ħafifa, għax il-volumi li nkitbu dwar l-

Immakulata fil-kitbiet ta’ Scotus huma bla għadd. U mhux ta’ b’xejn li jissejjaħ id-

«Doctor Subtilis», id-Duttur Sottili, għaliex it-tagħlim tiegħu hu profond u mill-aktar fin,

hekk li l-argumenti tiegħu trid taqrahom b’attenzjoni u paċenzja kbira biex issegwi l-fil

tal-ħsieb tiegħu. Nifhmu li dan mhux faċli, u li ċertament mhux faċli li tissemplifika lħsieb

ta’ bniedem hekk għaref. Imma nittamaw li dan l-isforz tagħna jwassal għal aktar

għarfien serju dwar x’tgħallem il-Knisja fuq l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija.

Il-viżjoni Franġiskana ta’ Scotus tipprovdi l-bażi tat-tagħlim marjoloġiku tiegħu.

Hi l-viżjoni ta’ San Pawl li jara l-ħolqien kollu bħala opra ta’ mħabba ta’ Alla, li fiċċentru

tiegħu hemm Kristu, il-kapolavur tal-ħolqien. Hi l-viżjoni ta’ San Ġwann, li

jitkellem dwar Alla bħala relazzjoni ta’ mħabba bejn il-Persuni tat-Trinità, imħabba li tiġi

ikkomunikata lill-ħlejjaq kollha u li dehret fil-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni tal-Verb. Hi lviżjoni

pożittiva ta’ dinja sabiħa, maħluqa minn idejn il-Missier, li hu l-Eżemplar suprem

tal-ħolqien, mifdija permezz ta’ l-Iben, li hu x-Xbieha ta’ l-Essenza Divina, u mqaddsa

mill-Ispirtu s-Santu, li hu l-Ħajja li biha Alla jgħajjex kollox. Scotus ma jqisx l-

Inkarnazzjoni bħala misteru li hu kondizzjonat mid-dnub ta’ Adam u ta’ l-umanità. Ukoll

jekk dan hu li, fil-fatt, ġara fl-istorja tas-salvazzjoni, imma għad-Duttur Sottili l-

Inkarnazzjoni hi l-glorifikazzjoni ta’ l-opra tal-ħolqien ta’ Alla. Kristu kien isir bniedem

xorta waħda, ukoll jekk il-bniedem ma dinibx, biex jagħti glorja lill-Missier għall-għemil

stupend tal-ħolqien. Tassew viżjoni kożmika mimlija tama u pożittiva, li tista’ ssir sinjal

ta’ tejoloġija friska fil-Knisja tagħna, li trid tidħol fi djalogu ma’ umanità li ma tħarisx

lejn il-ħolqien bħala don, imma bħala strument ta’ sfruttament u predominju għal

skopijiet ta’ progress li jispiċċa biex ikun regress ta’ kull dinjità umana.

U fejn tidħol Marija f’dan il-pjan ta’ ħolqien u fidwa? Scotus jara lil Marija bħala

l-kanal li minnu għadda Alla biex jifdi lill-bniedem. Imma, jistaqsi, kif jista’ jkun li dan

il-kanal, imqar għal ħakka ta’ għajn, jitniġġes bid-dnub? Kif jista’ jkun li Satana jkollu,

imqar għal ħakka ta’ għajn, qawwa fuq dan il-kanal ta’ grazzja u safa? Scotus ma kienx

kuntent bit-tejorija tas-santifikazzjoni ta’ Marija fil-ġuf. Hu ried imur aktar ‘il hemm u

jara lil Marija bħala l-qatt mirbuħa minn Satana, bħala l-Immakulata sa mill-ewwel

mument tat-tnissil.

Id-Duttur Sottili u Marjan jagħmel dan kollu mingħajr ma jiċħad id-duttrina tal-

Knisja, ibbażata fuq l-Iskrittura, dwar l-universalità tal-fidwa ta’ Kristu. Iva, anke Marija

kienet bint Adam. Anke hi kellha bżonn tinfeda, anzi kellha bżonn tal-Feddej u l-

Medjatur biex inaddafha u jidħol għaliha aktar mill-bnedmin l-oħrajn kollha. Marija hi lewwel

waħda li tiġi mifdija minn ulied Adam. U hu proprju għalhekk li hi Immakulata.

Scotus juri kif Kristu «jippreserva», iħares minn qabel, lil Omm Marija mid-dnub tannisel,

billi japplika għaliha, qabel kulħadd, il-merti tal-Passjoni tiegħu li fdietna. Scotus

kien konvint minn dan kollu, imma kien jaf kemm kien diffiċli li dan l-argument jiġi

aċċettat.

3

Kellhom jgħaddu ‘l fuq minn 500 sena biex it-tejoloġija Marjana ta’ Scotus tiġi

aċċettata mill-Knisja bħala domma ta’ fidi. Dan ma jfissirx li l-Knisja ma kienetx tqim lil

Marija Immakulata sa minn sekli twal qabel. Il-festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni kienet

ilha ssir fil-Knisja, u d-devozzjoni lejn Marija Immakulata xterrdet ma’ kullimkien bilħidma

ta’ Franġiskani għorrief u qaddisin, fosthom il-Papa Sistu IV. Dan kollu wassal

biex, fl-aħħarnett ta’ dan il-proċess twil, il-Knisja tagħti l-kunsens tagħha u taċċetta dan

it-tagħlim bħala duttrina Kattolika, irrivelata minn Alla u msaħħa bl-Iskrittura u t-

Tradizzjoni tal-Knisja.

Nittamaw li dan il-ktieb ikun ta’ għajnuna għal kull min hu devot lejn Marija

Immakulata, u jixtieq jifhem aħjar x’tgħallem il-Knisja dwarha. Bl-għajnuna taddokumenti

tal-Maġisteru li jitkellmu dwar dan il-privileġġ marjan, u bl-għajnuna tattagħlim

tal-Franġiskan John Duns Scotus, nittamaw li dan il-għan tagħna jsir rejaltà f’din

is-sena speċjali tal-150 anniversarju mill-proklamazzjoni tad-Domma ta’ l-Immakulata.

4

Kapitlu 1

L-ISTORJA TAL-FESTA U D-DOMMA

TA‟ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

Id-definizzjoni tad-Domma ta‟ Fidi ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni mill-Beatu Piju

IX, Papa, 150 sena ilu, fit-8 ta‟ Diċembru 1854, għandha storja twila u interessanti, li turi

li l-qima lejn dan il-privileġġ marjan kienet dejjem ħajja fil-qlub ta‟ l-insara matul issekli.

Riferimenti għat-tnissil ta’ Marija fil-Kitbiet Kristjani tal-Qedem

L-ewwel indikazzjoni dwar it-tnissil u t-twelid ta‟ Marija ma nsibuhiex fl-

Iskrittura, li ma ssemmi xejn dwar il-bidu tal-ħajja tal-Verġni ta‟ Nażaret, imma li tibda

mall-ewwel bix-xena tat-tħabbira ta‟ l-anġlu lix-xbejba Marija f‟Luqa 1,26-38. Billi fl-

Iskrittura ma hemmx indikazzjonijiet, nagħmlu riferiment għal xi kitbiet Apokrifi ta‟ lewwel

sekli. Meta ngħidu kitbiet Apokrifi aħna nirreferu għal dawk id-dokumenti li

twieldu fi ħdan l-ewwel komunitajiet insara, l-aktar fil-Palestina, fl-istess postijiet

imqaddsin mill-preżenza ta‟ Ġesù Kristu u ta‟ Ommu Marija, imma li ma ġewx

milqugħin fost il-kitbiet ispirati, u għalhekk ma humiex għajn ta‟ tagħlim dottrinali.

Minkejja dan, iżda, ma għandniex naħsbu, kif sfortunatament jiġri diversi drabi, li lkitbiet

Apokrifi huma ħrejjef jew leġġendi ivvintati.

Il-kelma «Apokrifu» hi kelma griega li tfisser moħbi, sigriet. Bħala aġġettiv

applikat għal kitbiet din il-kelma ġiet utilizzata għall-ewwel darba mill-Injostiċi, li kienu

konvinti li kellhom il-«bibloi apokryphoi» (il-kotba sigrieti). Il-Knisja ta‟ l-ewwel sekli

kienet tiddistingwi bejn il-kotba «kanoniċi» (il-Kotba Mqaddsa tat-Testment il-Qadim u

l-Ġdid li kienu jinqraw pubblikament fil-liturġija, u li kienu meqjusin bħala ispirati), u lkotba

«apokrifi», li kienu jinkludu dawk il-kotba kollha li l-komunità ma kienetx

taċċettahom bħala ispirati, u li għalhekk ma kienetx taqrahom pubblikament fil-liturġija.

Hemm kotba Apokrifi ukoll fit-Testment il-Qadim (bħall-Ktieb ta‟ Ħenok, Apokalissi ta‟

Mosè, Ktieb tal-Ġubilej), għalkemm il-maġġoranza tal-kotba Apokrifi twieldu filkomuntajiet

insara Palestinjani ta‟ l-I seklu, u huma marbutin mat-Testment il-Ġdid.

Santu Wistin, fil-«De Civitate Dei» XV, jikteb: «F‟dawn il-kotba apokrifi hemm xi

affarijiet li huma veri, imma hemm ukoll għadd kbir ta‟ żbalji, u għalhekk ma nistgħux

nagħtuhom l-ebda awtorità kanonika».

Għidna li l-Apokrifi twieldu fl-istess komunitajiet insara tal-Palestina ta‟ l-ewwel

sekli, u għalhekk huma sforz sinċier biex il-komunità timmedita fuq fatti li mhumiex fl-

Evanġelji, imma li b‟xi mod huma żvilupp devot ta‟ dak li diġà hemm fl-Evanġelji. L-

Apokrifi twieldu, biex ngħidu hekk, biex jimlew il-vojt li nsibu fl-Evanġelji, l-aktar

rigward it-tfulija u l-ħajja moħbija ta‟ Ġesù. Illum il-ġurnata, wara studji approfonditi li

saru anke fl-arkejoloġija ta‟ l-Art Imqaddsa, l-aktar mill-Franġiskani ta‟ l-Istudju Bibliku

5

Franġiskan ta‟ Ġerusalem, il-kotba Apokrifi qegħdin jiġu ivvalutati aktar, għax instab li

fihom xi dettalji li jiġu ikkonfermati mis-sejbiet arkejoloġiċi fil-postijiet qaddisa ta‟ l-Art

Imqaddsa marbutin ma‟ l-ewwel komunitajiet Lhud-Insara ta‟ l-ewwel sekli.

Wieħed minn dawn il-kotba Apokrifi li għandu importanza kbira u li fih tissemma

t-tfulija ta‟ Marija hu l-«Protovanġelu ta‟ Ġakbu», kitba tat-II seklu. 1 F‟din il-kitba

Apokrifa nafu bl-ismijiet tal-ġenituri tal-Verġni Marija, jiġifieri Anna u Ġwakkin. Jiġi

rakkontat kif Anna nisslet lil Marija fil-ġuf mingħajr intervent uman, billi żewġha

Ġwakkin, li kien qassis fit-tempju ta‟ Ġerusalem, kien jinsab fid-deżert. Il-post

tradizzjonali fejn Ġwakkin irtira għal sawma ta‟ erbgħin jum u erbgħin lejl jiġi indikat filmonasteru

Grieg-Ortodoss tat-Theotókos, jew ta‟ San Ġorġ, ta‟ Koziba, fil-Wadi-el-Qelt,

qrib Ġeriko. Naturalment dan mhuwiex dettall storiku li nistgħu noqgħodu fuqu, għaliex

l-awtur ta‟ din il-kitba Apokrifa ma tantx jidher li jaf tajjeb it-tradizzjoni Lhudija u jikteb

bi skop li jqanqal devozzjoni popolari. Epifanju, u aktar tard, San Bernard, jiċħdu din ilverżjoni

dwar it-tnissil verġinali ta‟ Marija. Imma rridu nidħlu fil-fond tat-tifsira tarrakkont.

Mix-xeħta l-awtur għandu l-iskop li jagħti interpretazzjoni tejoloġika għall-fatt

li Marija kienet meħlusa mid-dnub, mhux fis-sens li kienet imnissla bla dnub oriġinali,

imma fis-sens li sa mill-ġuf hi ġiet imqaddsa għal qdusija perfetta. Dan it-twemmin fittqaddis

ta‟ Marija fil-ġuf ta‟ Anna, bl-istess mod li tqaddes Ġwanni l-Battista fil-ġuf ta‟

Eliżabetta, naraw li kien dejjem qawwi fil-Knisja. Naturalment għandna nagħmlu

distinzjoni ċara bejn il-fatt li Marija tiġi mqaddsa fil-ġuf wara li tiċċappas bid-dnub

oriġinali, u l-fatt li Marija tiġi meħlusa mid-dnub oriġinali sa mill-ewwel mument tattnissil.

Din id-duttrina, li l-Knisja llum tgħallem, damet ħafna ma ġiet milqugħa, kif

sejrin naraw.

Il-«Protovanġelu ta‟ Ġakbu» jkompli jirrakkonta kif kien Alla li bagħat l-anġlu

tiegħu biex iħabbar lil Ġwakkin u lil Anna li t-talba tagħhom kienet ġiet mismugħa.

Ġwakkin reġa‟ lura d-dar, u Anna ħarġet tilqgħu bil-ferħ. Skond tradizzjoni ġejja misseklu

6 din il-laqgħa saret quddiem il-«Bieb tad-Deheb» tat-Tempju. Dan il-Bieb, illum

magħluq bil-ġebel, kien imsejjaħ hekk minn żmien il-Biżantini. Kien wieħed mill-bibien

tat-tempju li kien iħares lejn il-lvant, fuq il-Wied tal-Kedron u quddiem l-Għolja taż-

Żebbuġ, minn fejn tibda‟ nieżla t-triq li tieħu lejn id-deżert ta‟ Ġuda. Din ix-xbieha

simbolika turi kif Marija ssir il-bieb tad-deheb li jdaħħal f‟Ġerusalem tas-sema «li hi

ommna» (Gal 4,26).

Sal-Konċilju ta‟ Nicea (325) ma nsibu l-ebda riferiment partikulari għan-nuqqas

ta‟ dnub f‟Marija sa mill-bidunett tat-tnissil tagħha. Minkejja dan, Missirijiet il-Knisja,

fil-kitbiet u l-innijiet tagħhom, huma mimlijin tifħir lejn dik li hi kollha kemm hi qaddisa,

u hekk jikkonfermaw l-istima u l-qima popolari lejn is-safa u l-qdusija tal-Verġni Marija.

Fiż-żmien tal-polemika ma‟ Pelaġju (+ c.422) u Ġiljan ta‟ Eclano (+ 454), Santu Wistin

innifsu jirreferi għall-fatt li «l-pjetà ta‟ l-insara tagħraf li Marija hi mingħajr dnub».

Quddiem din id-duttrina, li kellha d-difett li trid tiddefendi l-privileġġ ta‟ Marija

Immakulata mingħajr, iżda, l-ebda riferiment ta‟ dipendenza minn Kristu, Santu Wistin

jgħid li kien jixtieq «għall-ġieħ tal-Mulej li Marija ma tidħolx bl-ebda mod fin-nofs meta

wieħed jitkellem dwar id-dnub». Imma hu kien jaf, kif għarfu t-tejoloġi kollha warajh, li

1 Ara ż-Żjieda fi tmiem il-kapitlu, li ġġib silta mill-«Protovanġelu ta‟ Ġakbu».

6

l-fidwa kienet meħtieġa għall-bnedmin kollha, u li Marija ma kienetx eċċezzjoni. Hi

wkoll kellha bżonn tiġi mifdija mid-dnub, bħall-bqija ta‟ ulied Adam. Imma Santu

Wistin donnu jixtieq jeħles mill-ideja li Marija setgħet taqa‟ imqar għal mument wieħed

taħt il-ħakma tax-xitan. F‟din id-duttrina agostinjana naraw il-bidu tad-dilemma kbira li

dejjem ħabbtet lill-Knisja quddiem il-bżonn li tirrikonċilja flimkien il-pjetà popolari, li

kienet tqim lil Marija Immakulata, u t-tagħlim tejoloġiku li jitnissel mir-riflessjoni fuq il-

Kelma ta‟ Alla, li juri li l-umanità kollha, bla ebda eċċezzjoni, dinbet f‟Adam, u li

għalhekk kellha bżonn il-fidwa ta‟ Kristu, bla ebda eċċezzjoni, biex tkun tassew tista‟

tgħix bla tebgħa ta‟ ħtija.

Il-bidu tat-tejoloġija dwar l-Immakulata Kunċizzjoni

Ir-rwol tal-poplu nisrani fil-maturazzjoni tat-tejoloġija ta‟ l-Immakulata

Kunċizzjoni nsibu xhieda tiegħu fit-tejoloġija mis-seklu 11 „il quddiem. Ninnutaw li lkult

popolari lejn dan il-privileġġ marjan beda dejjem jikber fl-imġieba tal-poplu, li beda

jiċċelebra bla ebda problema l-festa tal-Kunċizzjoni, imma li mbagħad beda jiskandalizza

ruħu meta ra li xi wħud kienu qed jiċħdu dan il-privileġġ lil Marija, sakemm jirrejaġixxi

bil-qawwa kontra dawk li, b‟argumenti serji tejoloġiċi, bdew jinsistu li Marija wkoll ġiet

imnissla bid-dnub oriġinali.

Il-Benedittin Eadmer (+1134), dixxiplu ta‟ Sant‟Anselmu, arċisqof ta‟ Canterbury,

kiteb «Trattat dwar il-Kunċizzjoni ta‟ l-Imqaddsa Verġni Marija». Hu juri kif «issempliċità

pura u d-devozzjoni umli» tal-fqajrin, li kien jiċċelebraw il-festa tal-

Kunċizzjoni ta‟ Omm Alla kienet ixxejjen ix-«xjenza superjuri u d-diskussjonijiet

qawwija» ta‟ l-ekkleżjastiċi jew sekulari għonja, li riedu jabolixxu l-festa għax kienu

jgħidu li ma kellha l-ebda fundament tejoloġiku. Eadmer jiddefendi lin-nies sempliċi,

għaliex hu juri kif Alla jikkomunika lilhom il-misteri ta‟ mħabbtu, u «imqanqal millaffett

u mid-devozzjoni sinċiera lejn Omm Alla» hu jistqarr li hu favur it-tnissil bla ebda

tebgħa ta‟ dnub ta‟ Marija.

Fl-1435, waqt il-Konċilju ta‟ Basilea, il-kanonku Giovanni di Romiroy appella

lejn id-devozzjoni popolari bħala l-ewwel motiv li kellu jmexxi lill-isqfijiet fil-Konċilju

biex itemmu darba għal dejjem il-kontroversja dwar l-Immakulata Kunċizzjoni. Hekk,

qalilhom, jitneħħa l-periklu li jiġi skandalizzat il-poplu kristjan, li kien iħossu offiż meta

kien jisma‟ lil xi ħadd isostni li Marija ġiet imtebba‟ bid-dnub oriġinali.

Matul is-sekli, l-fidi tal-poplu kienet l-akbar konferma favur l-Immakulata

Kunċizzjoni, minkejja l-oppożizzjoni li din id-duttrina sabet mit-tejoloġija ta‟ l-għorrief.

Fis-seklu 16 id-Dumnikan Melchior Cano insista li kienu t-tejoloġi għorrief u kompetenti,

u mhux il-poplu bla tagħlim, li kellhom il-kapaċità li jagħmlu dixxerniment bejn il-verità

u l-falsità tal-propożizzjonijiet f‟materja ta‟ fidi. Imma fl-istess ħin jagħraf li kieku dan

id-dmir kellu jitħalla f‟idejn il-poplu l-kwestjoni dwar l-Immakulata kienet issolvi ruħha,

għaliex malli l-poplu kien jisma‟ lil xi ħadd jafferma li l-Verġni mqaddsa Marija kienet

iċċapset bid-dnub oriġinali, mall-ewwel kien iħossu mħawwad, imqalleb u mweġġa‟.

Mhux biss, imma fi Spanja kienet saret xi ħaġa impossibbli li l-predikaturi jxandru minn

7

fuq il-pulpti din l-opinjoni kontrarja għall-Immakulata Kunċizzjoni, għaliex il-poplu

mhux l-ewwel darba li kien jinstema‟ jgorr, jekk mhux ukoll iqum għalihom. Jekk

Dijoniġi Certosino (+1471) ilissen il-kelma «horremus» quddiem l-attribuzzjoni tad-dnub

oriġinali lil Marija, Vasquez (+1604) jagħraf li t-twemmin fil-Kunċizzjoni Immakulata

sar fatt li sab l-għeruq tiegħu b‟mod profond u universali fil-qlub ta‟ l-insara: «Dan ittwemmin

tant kiber u rabba l-għeruq matul is-sekli, li ma jistax jinqala‟ jew jiġi mċaqlaq

minn ħadd». Din il-fidi popolari sabet espressjoni fis-seklu 17 bit-twaqqif ta‟ diversi

konfraternitajiet taħt it-titlu ta‟ l-«Immakulata Kunċizzjoni», kif ukoll biż-żjieda fillitanija

tal-Madonna ta‟ l-espressjoni «Sancta Virgo praeservata» (Verġni mqaddsa

mħarsa mill-ħtija).

Moviment ta‟ promozzjoni ta‟ dan il-privileġġ marjan beda jistabilixxi ruħu fisseklu

17 fl-universitajiet. Dan kien jikkonsisti filli għalliema u studenti kienu jieħdu

ġurament li jiddefendu l-Immakulata Kunċizzjoni sat-tixrid ta‟ demmhom. Dan il-

«votum sanguinis» ġie magħmul għall-ewwel darba fl-università ta‟ Granada, u leżempju

malajr ġie ikkupjat f‟universitajiet oħrajn fi Spanja u l-Italja. L-istess drawwa

daħlet fl-Ordnijiet reliġjużi, fil-konfraternitajiet u fost l-insara in ġenerali. Dan qajjem

kontroversja twila, li kienet bdiet bl-oppożizzjoni li offra Muratori (+1750) lejn dan il-

«votum sanguinis». Dan l-istudjuż attakka din il-ħalfa billi qal li kienet att imprudenti, li

kien inissel ħtija gravi f‟min jagħmlu u li kien ispirat minn devozzjoni mhix imdawwla

mit-tagħlim tejoloġiku. Fil-fatt, kien jgħid, mhix ħaġa leċita li wieħed jilgħab b‟ħajtu

għal opinjoni bħalma kienet dik ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni, li l-Maġisteru tal-Knisja

ma kienx iddikjaraha bħala oġġett ta‟ fidi. It-teżi ta‟ Muratori qajjmet bosta studji u

rejazzjonijiet fid-diversi nazzjonijiet ta‟ l-Ewropa; l-aktar rejazzjoni qawwija kienet dik

ta‟ Sant‟Alfons Marija de Liguori (+1787). Dan il-qaddis u tejologu moralista qal li

wieħed ma jistax jibqa‟ jsostni li d-duttrina ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni tiddependi

minn opinjonijiet differenti, għaliex hemm żewġ motivi li jiggarantixxu bħala ċerta din

id-duttrina: il-qbil universali ta‟ l-insara u ċ-ċelebrazzjoni universali tal-festa ta‟ l-

Immakulata Kunċizzjoni.

Dan is-«sensus fidelium» (is-sens ta‟ fidi ta‟ l-insara) kompla kiber permezz ta‟

fatturi oħrajn. Fost dawn ta‟ min isemmi l-qawwa tal-predikazzjoni popolari, l-aktar tal-

Franġiskani, li kif sejrin naraw, kienu minn dejjem difensuri kbar ta‟ Marija Immakulata.

Dawn mill-1621 kienu jaħilfu li jiddefendu l-privileġġ ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni, u

fosthom l-aktar wieħed li ħadem kien San Leonardu minn Porto Maurizio (+1751),

predikatur magħruf. Oħrajn kienu l-katekiżmu ta‟ Canisio (+1597), San Roberto

Bellarmino (+1621), Bossuet (+1704), l-Abbati ingliż Helsin, li ħeles minn nawfraġju blinterċessjoni

ta‟ Marija Immakulata u beda jiċċelebra l-festa tagħha diġà fl-1070, Santa

Briġida, fir-«Rivelazzjonijiet» tagħha (+1373), u d-dehriet ta‟ rue du Bac (1830). Fuq

kollox id-devozzjoni u l-fidi fl-Immakulata Kunċizzjoni kibret permezz tal-festa liturġika

li ġiet introdotta fl-Italja ta‟ isfel fis-seklu 9. Diġà f‟dak is-seklu bikri f‟Napli nsibu

kalendarju liturġiku li jġib id-data tad-9 ta‟ Diċembru bit-titlu «Conceptio Sanctae Mariae

Virginis». Fl-Ingilterra l-festa daħlet fis-seklu 11 u kienet mill-aktar popolari. Kien il-

Papa Klement XI li fl-1708 qiegħed il-festa tal-Kunċizzjoni bħala festa ta‟ preċett għall-

Knisja universali.

8

Din id-devozzjoni Marjana favur l-Immakulata kellha importanza kbira fl-istorja

tad-domma ta‟ fidi, u kienet il-fattur li bih setgħu jintrebħu d-diffikultajiet tejoloġiċi

permezz ta‟ l-argument tal-«factum ecclesiae», jiġifieri r-rejaltà tal-Knisja universali li

kienet ilha sekli sħaħ temmen u tiċċelebra l-misteru ta‟ Marija Immakulata. Diġà fl-

Enċiklika «Ubi primum» tat-2 ta‟ Frar 1849 il-Papa Piju IX kien talab lill-isqfijiet biex

jindagaw fid-djoċesijiet tagħhom dwar x‟kienu «s-sentimenti tal-kleru u tal-poplu

rigward il-Kunċizzjoni tal-Verġni Immakulata». Fl-istess Bulla ta‟ definizzjoni

dommatika «Ineffabilis Deus» tat-8 ta‟ Diċembru 1854, Piju IX iddefinixxa l-Immakulata

Kunċizzjoni għax qal li hu xtaq «jissodisfa x-xewqat mill-aktar devoti tad-dinja

kattolika». Id-definizzjoni dommatika ta‟ l-1854 qajjmet aċċettazzjoni mimlija ferħ millpoplu

nisrani, li jingħad li wieħed seta‟ jqabbilha mal-proklamazzjoni tat-«Theotókos»

(Omm Alla) tal-Konċilju ta‟ Efesu (431).

L-argumenti tat-tejoloġi dwar l-Immakulata Kunċizzjoni

It-tejoloġija patristika hi l-bażi li minnha twieldet l-ideja ta‟ l-Immakulata

Kunċizzjoni, li tippreżenta l-figura morali ta‟ Marija bħala l-akbar waħda fost il-qaddisin

u dik li ġiet meħlusa minn kull dnub, mhux biss attwali, imma wkoll oriġinali. Minkejja

li xi wħud minn Missirjiet il-Knisja juru tħassib, bħalma huma Tertulljanu, Oriġene,

Bażilju, il-maġġoranza tagħhom jiddefendu l-vokazzjoni ta‟ Marija Omm Alla b‟mod li

jaslu jammettu li Marija kellha bżonn tiġi mħejjija għal din id-dinjità kbira tagħha fuq ilpjan

morali. Oriġene (+254) isejjaħ lil Marija «Verġni qaddisa», kif jagħmel ukoll San

Ippolitu (+235), li jżid li hi kienet bħal «arka ta‟ injam li ma jissewwisx». Dawn il-linji

tejoloġiċi juru kif il-privileġġi ta‟ Marija jiġu espressi jew b‟mod pożittiv (Marija kollha

safja) jew b‟negazzjoni (Marija meħlusa mid-dnub). Diversi oħrajn minn Missirijiet il-

Knisja, bħall-qaddisin Epifanju (+403), Ewsebju ta‟ Ċesarija (+340), Wistin (+430) u

Ġilormu (+419), isejħu lill-Marija «qaddisa»; oħrajn, bħal Teodotu ta‟ Ancira (+438-446),

Efrem Siro (+373) u l-omileti tas-sekli 6-9, jiddikjaraw li hi «bla tebgħa, immakulata,

innoċenti u integra». Dan il-lingwaġġ, iżda, għadu fil-kamp ta‟ Marija li hi meħlusa middnubiet

personali, jew attwali. Kienu Proklu ta‟ Kostantinopli (+446), Theoteknos ta‟

Livia (+6 seklu) u Andrija ta‟ Kreta (+740) li jitkellmu mill-kundizzjoni immakulata ta‟

Marija fil-mument tat-tnissil tagħha. Huma jgħidu li Marija hi «santwarju tan-nuqqas

tad-dnub, tempju imqaddes minn Alla ... il-ġenna twarrad u li ma tidbielx», Hi «kollha

sabiha, safja u mingħajr tebgħa ... titwieled bħall-kerubini dik li ġiet magħmula mit-tafal

pur u immakulat»; «il-ġisem tal-Verġni hu l-art li Alla ħadem, hu l-ewwel frott ta‟ lgħaġna

li minnha Alla sawwar lil Adam u lil nislu, u li ġiet divinizzata fi Kristu, hi xxbieha

li tixbaħ għal kollox lis-sbuħija divina, it-tafal li hu mudellat minn idejn l-artist

divin». Din id-duttrina ssib l-espressjoni tagħha fil-festa tal-Kunċizzjoni ta‟ Marija, li

twieldet fil-lvant bejn is-seklu 7 u 8, u li għaddiet fl-Italja fis-seklu 9. Kienet ukoll idduttrina

li fetħet diskussjoni twila fuq l-Immakulata.

Fil-punent l-approfondiment tad-duttrina dwar l-Immakulata, li jitlaq mill-qdusija

tagħha u mill-ġieħ li jistħoqqlu l-Mulej, beda minn Pelaġju (+c.422) u b‟mod aktar ċar

mid-dixxiplu tiegħu Giuliano di Eclano (+454). Imma l-mertu li jiġi applikat lil Marija largument

ta‟ l-«analogia fidei» jiġi rikonoxxut lil Santu Wistin, li filwaqt li jqis li Marija

9

għandha tinżamm „il bogħod minn kull kwestjoni ta‟ dnub, jispjega li din il-qdusija rridu

narawha dejjem fil-kuntest tan-natura umana li hi mtebba‟ bil-ħtija oriġinali, u li

għalhekk għandha bżonn il-fidwa ta‟ Kristu. F‟dan id-dawl Marija kellha toqgħod għaddnub

oriġinali, imma biss biex tiġi meħlusa mall-ewwel minnu bil-grazzja tat-tnissil ġdid.

Dan ir-riferiment għall-fidwa jkompli jikkumplika l-iżvilupp tal-verità dwar l-

Immakulata Kunċizzjoni, imma fl-istess ħin jaraha fid-dawl ġust tagħha, fil-kuntest ta‟ lumanità

li għandha bżonn is-salvazzjoni. B‟dan il-mod l-Immakulata Kunċizzjoni ma

tibqax il-frott tan-natura mħollija għaliha nnifisha, imma ssib il-metru tal-qjies tagħha flopra

salvifika ta‟ l-uniku Medjatur li hu Kristu.

Fil-punent it-tejoloġija dwar l-Immakulata Kunċizzjoni sabet diffikultajiet kbar.

Hi kienet tidher li tmur kontra l-ħtieġa universali tal-fidwa, billi kulħadd kien jaċċetta li

Kristu kellu jkun il-Feddej ta‟ kull bniedem, mingħajr l-ebda eċċezzjoni. Kienet tmur

ukoll kontra l-mod kif kienu jħarsu lejn il-mument tat-tnissil tal-bniedem, u l-aktar kontra

t-twemmin li d-dnub oriġinali jitnissel permezz ta‟ l-att ġenerattiv, jiġifieri jgħaddi b‟mod

bijoloġiku minn ġenerazzjoni għal oħra fil-mument stess tal-ġenerazzjoni fiżika. Dawn

il-konvinzjonijiet wasslu lit-tejoloġi kbar tas-seklu 13, bħalma kien Alexander of Hales

(+1245), Sant‟Albertu l-Kbir (+1280), San Tumas t‟Aquino (+1274), San Bonaventura

(+1274), u qabilhom lil Sant‟Anselmu ta‟ Canterbury (+1109) u lil San Bernard ta‟

Clairvaux (+1153) biex jaffermaw li Marija ġiet ippurifikata mid-dnub oriġinali li fih hi

ġiet imnissla, imma mhux li hi ġiet meħlusa minnu.

Kien biss minħabba r-riflessjoni attiva ta‟ xi tejoloġi li setgħet tibda titwitta t-triq

lejn l-affermazzjoni ta‟ l-Immakulat Konċepiment ta‟ Marija, bħala effett ta‟ l-azzjoni ta‟

salvazzjoni ta‟ Kristu. Meta jirreferi għall-festa liturġika, Pascasius Radbert (+c.865)

jafferma mingħajr tlaqliq li Marija «ġiet meħlusa minn kull dnub oriġinali». Ukoll

Anselmu ta‟ Canterbury ikkontribwixxa għall-kawża ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni,

għalkemm ċaħad is-sostanza tagħha, permezz tal-kunċett ta‟ «fidwa minn qabel» li biha

Marija nistgħu nqisuha bħala waħda minn dawk li Kristu salvahom qabel ma twieldu.

L-ewwel tejologu ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni fis-sens sħiħ hu l-Benedittin

Eadmer (+c. 1134), li kiteb «Tractatus de conceptione sanctae Mariae». Hu mhux biss

jiddefendi l-intwizzjoni tal-poplu favur l-Immakulata Kunċizzjoni, imma juri l-possibiltà

li wieħed jiddistingwi l-kunċizzjoni attiva (fid-dnub) minn dik passiva (mingħajr dnub)

fl-eżempju ċelebri tal-qastna li toħroġ mingħajr l-ebda ħsara mill-qoxra mimlija xewk.

Hu jikteb: «Ma setax forsi Alla jagħti lil ġisem ta‟ bniedem ... li jibqa‟ meħlus minn kull

tniggiża tax-xewk, ukoll jekk ġie mnissel f‟nofs ix-xewk tad-dnub? Hu ċar li dan seta‟ u

ried jagħmlu; u jekk ried jagħmlu, mela għamlu fil-fatt (potuit plane et voluit, si igitur

voluit, fecit)». Eadmer elabora wkoll l-agrument tal-konvenjenza, li jinbena fuq l-għaqda

ta‟ Marija ma‟ Binha bħala ommu, fuq l-armonija li teżisti bejn il-qagħda glorifikata tal-

Verġni u d-dħul tagħha fl-eżistenza umana, li skond hu mhux inqas perfett minn dak ta‟ lanġlu,

u fl-aħħarnett fuq l-iskop ta‟ salvazzjoni ta‟ dik li ssir «il-għatu tal-patt singulari

tad-dinja kollha».

10

John Duns Scotus u t-tejoloġija tiegħu dwar l-Immakulata

Għalkemm hu daħħal l-ideja ta‟ redenzjoni li sseħħ minn qabel, Eadmer imma ma

jasalx għall-ideja ta‟ redenzjoni preventiva (fidwa li teħles minn qabel lil Marija middnub).

Din it-tejoloġija jaslu għaliha xi għorrief tas-seklu 13, bħalma kienu Bonaventura

u Pierre Jean Olivi, imma li jiċħduha bħala mhix probabbli. Kellu jkun il-Franġiskan

John Duns Scotus (+1308) li sar id-difensur ta‟ din it-tejoloġija li hi l-bażi tat-tagħlim

dwar l-Immakulata Kunċizzjoni. Għalkemm bi prudenza kbira, għax konxju milloppożizzjoni

ħarxa li kien hemm għal din id-duttrina, Scotus jgħallem f‟Oxford u jgħid li

din it-tejoloġija hi probabbli, u mbagħad b‟kuraġġ akbar jgħallem f‟Pariġi u jgħid li hi

possibbli.

Il-mertu ta‟ Scotus hu wieħed uniku, kif sejrin naraw il-kapitli li ġejjin, għaliex hu

mhux biss fired il-kwestjoni tejoloġika mill-kundizzjonamenti kulturali rigward it-tejorija

tal-ġenerazzjoni, u qiegħed il-persuna nnifisha bħala suġġett ta‟ ħtija jew ta‟ qdusija,

imma wkoll elabora b‟mod definittiv il-kunċett tejoloġiku ta‟ fidwa preventiva. Largument

ta‟ Scotus jinbena fuq il-fatt li l-Immakulata Kunċizzjoni mhijiex eċċezzjoni

għall-fidwa ta‟ Kristu, imma hi każ ta‟ azzjoni salvifika perfetta u effikaċi li titwettaq

minn Kristu, l-uniku Medjatur. Bħala Medjatur mill-aktar perfett – hekk jirraġuna Scotus

– Kristu seta‟ jħaddem l-ogħla grad possibbli ta‟ medjazzjoni favur dik il-persuna li

tagħha hu kien il-Medjatur. Issa din il-medjazzjoni mill-aktar għolja Kristu ma

ħaddimhiex b‟mod eċċellenti għal ħadd aktar daqs Marija. Imma biex ikun jista‟ jagħmel

hekk kien jeħtieġ li Kristu jippreserva lil Ommu mid-dnub oriġinali. Dan it-tagħlim ta‟

Scotus kien deċiżiv fl-iżvilupp tad-duttrina dwar l-Immakulata Kunċizzjoni, li bdiet tiġi

mxerrda mill-Franġiskani u li sabet dejjem aktar qbil u aċċettazzjoni fost it-tejoloġi. Kif

diġà urejna, l-universitajiet aċċettaw l-Immakulata Kunċizzjoni u bdew jimxu fuq leżempju

tas-Sorbonne (1496) biex jimpenjaw ruħhom b‟ġurament li jiddefendu din idduttrina.

Fost it-tejoloġi Dumnikani, li tradizzjonalment kienu fidili għal San Tumas u

kuntrarji għal dan il-privileġġ marjan, insibu lil xi wħud li bdew jiddefenduh, fosthom

Catarino (+1553), Campanella (+1639), Pépin (+1533), Spada (+1872). Il-Ġiżwiti wkoll

fis-sekli 18 u 19 urew ruħhom difensuri kbar ta‟ dan il-privileġġ marjan.

Franġiskani li mxew fuq il-passi ta’ Duns Scotus

Il-predikaturi Franġiskani tas-seklu 14 kollha iddefendew bil-kbir id-duttrina ta‟

Scotus dwar l-Immakulata Kunċizzjoni. Fosthom insibu lill-Beatu Bernardino da Feltre.

Il-Papa Sistu IV, kif sejrin jaraw fis-sezzjoni li jmiss, u li kien Papa Franġiskan, kien dak

li approva Uffiċċju proprju għall-festa ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni. Dan l-Uffiċċju,

magħruf bħala «Sicut lilium», flimkien mal-Quddiesa «Egredemini» kien ġie kompost

minn Leonardo de Nogarolles. Sistu IV, fl-1480 approva Uffiċċju ieħor tal-Kunċizzjoni,

din id-darba msawwar mill-Beatu Bernardino da Bustis, u fl-1482 ħareġ il-Bulla «Grave

nimis».

Fost ir-riformaturi kbar ta‟ l-Ordni Franġiskan insemmu lil San Bernardin minn

Siena (1380-1444), predikatur ċelebri, li xerred id-devozzjoni lejn l-Isem Imqaddes ta‟

11

Ġesù («Iesus Hominum Salvator» = IHS), u li kien wieħed mill-akbar organizzaturi tarriforma

ta‟ l-Osservanza Regulari fi ħdan l-Ordni Franġiskan. F‟wieħed mid-diskorsi

tiegħu hu jgħid: «Il-Verġni Marija minn dejjem kienet mingħajr l-ebda dnub mejjet,

venjal jew oriġinali, skond l-opinjoni komuni tagħna. U għalkemm Tumas (t‟Aquino) u

Dutturi oħrajn jgħidu li Hi kellha d-dnub oriġinali, u li għal żmien qasir ħafna kienet

imċappsa bih, imma l-Ordni tagħna, flimkien ma‟ bosta Qaddisin u Dutturi oħrajn, li

mhumiex inqas awtorevoli, iżommu li Hi qatt ma ċċappset bid-dnub oriġinali. U

għalhekk aħna nsostnu, u bil-qawwa wkoll, li Alla ħalaq lill-Omm l-aktar qaddisa tiegħu

aktar safja minn Ġwanni l-Battista, u li meta Hu taha r-ruħ fil-ġisem tagħha ippreservaha

b‟mod li ma tintmessx mid-dnub oriġinali».

L-aktar appostlu Franġiskan magħruf li ħadem għat-tixrid tad-devozzjoni lejn l-

Immakulata Kunċizzjoni fis-seklu 18 kien San Leonardo da Porto Maurizio (1676-1751).

Kien predikatur li ġera l-Italja kollha, jorganizza missjonijiet popolari, u kien ukoll xerred

id-devozzjoni lejn il-«Via Crucis» fil-parroċċi kollha. Fid-diskorsi marjani tiegħu, l-aktar

dak dwar l-Annunċjazzjoni, hu jfaħħar lil Duns Scotus, «id-Duttur Sottili, li imdawwal

minn dija partikulari tas-sema, wera b‟mod ċar dan il-misteru profond, u biex

niddefenduh, filwaqt li nimxu fuq il-passi ta‟ mgħallem hekk kbir, aħna lesti li nxerrdu

demmna, li nagħtu ġieħna, u saħansitra ħajjitna». Leonardo da Porto Maurizio sa talab

direttament lill-Papa Klement XII (1730-1774) u kiteb ittra lil Alessandro Belmonte, li

bdiet tissejjaħ «profetika» wara d-definizzjoni tad-domma ta‟ l-1854. Fiha kiteb: «Jiena

għandi l-kuraġġ li nitolbu (lill-Papa Klement XII) bħala grazzja li jogħġbu jiddikjara dan

il-misteru kbir bħala oġġett ta‟ fidi. Jiena sibt id-diffikultajiet tas-soltu, u billi ma stajtx

naqla‟ l-faraġ li xtaqt, tlabt li nkun nista‟ nagħraf il-parir tal-Kardinali dwar dan; il-Papa

tani l-permess. Jiena avviċinajthom wieħed wara l-ieħor u dawk kollha li kienu preżenti

f‟Ruma kienu jidhru li jaqblu mat-twemmin qaddis tiegħi, ħlief wieħed biss minnhom, li

l-Mulej sejjaħlu għal għandu». Fl-istess żmien Leonardo, bl-appoġġ tal-kardinal

Imperiali, jitlob li jsir «Konċilju mingħajr spejjeż u bil-miktub», li bih «l-isqfijiet kollha

jduru lejn il-Papa biex jitolbuh ħalli jiddefinixxi dan il-misteru kbir».

Ma nistgħux ukoll ma nsemmux appostli oħrajn tal-privileġġ ta‟ Marija

Immakulata, dejjem mill-familji ta‟ l-I Ordni Franġiskan. Fost l-ewlenin, insemmu lill-

Kapuċċin San Lawrenz ta‟ Brindisi, Duttur tal-Knisja (1559-1619). Hu jikteb: «Marija

kienet tixbaħ lil Kristu fil-predestinazzjoni, għaliex Kristu kien ippredestinat mhux bħala

Alla, imma bħala iben Marija. Għaldaqstant Marija ġiet ippredestinata flimkien ma‟

Kristu». Mistiku kbir ieħor Kapuċċin kien Francesco da Ossuna (+1540c.), li jafferma li

«Marija hi infinitament mimlija b‟kull ġustizzja. Il-Kunċizzjoni tagħha kienet eċċezzjoni

privileġġjata».

Mill-familja tal-Franġiskani Konventwali nsemmu b‟mod partikulari lil

Sant‟Anton Marija Fasani (1681-1742), li jikteb: «Fil-Verġni bla tebgħa, li mill-ewwel

waqt tat-tnissil tagħha dehret fid-dinja bħal baħar wiesgħa ta‟ perfezzjoni u virtù, aħna

għandna mudell jiddi ta‟ qdusija. L-ewwel fost il-ħlejjaq kollha, hija kienet sa minn

dejjem bniedma mill-aktar safja u perfetta». Imma l-aktar qaddis li f‟dan l-Ordni

Franġiskan ħadem biex ixerred id-devozzjoni lejn l-Immakulata kien il-magħruf San

Massimiljanu Marija Kolbe (1894-1941), fundatur tal-«Milizzja ta‟ Marija Immakulata».

12

F‟ittra li hu kiteb f‟Nagasaki, meta kien missjunarju fil-Ġappun, jgħid: «L-Ordni tagħna,

għal seba‟ sekli sħaħ kompla jinseġ il-ħajta tad-deheb tal-kawża ta‟ l-Immakulata.

Iġġieled biex kulħadd jagħraf il-verità ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Mqaddsa

Marija. Il-battalja intemmet b‟rebħa kbira. Din il-verità ġiet magħrufa fid-dinja kollha u

ġiet imxandra bħala domma ta‟ fidi ... Issa tiftaħ it-tieni paġna ta‟ l-istorja tagħna: jiġifieri

li niżirgħu din il-verità fil-qlub tal-bnedmin kollha ... Irridu nintroduċu l-Immakulata filqlub

tal-bnedmin, sabiex Hi tgħolli fihom it-tron ta‟ Binha, u twassalhom biex jagħrfuh u

jitħeġġu bl-imħabba lejn il-Qalb l-aktar qaddisa tiegħu».

Il-lista ta‟ qaddisin Franġiskani li ħadmu għall-privileġġ marjan ta‟ l-Immakulata

Kunċizzjoni ma tispiċċa qatt. Semmejna biss l-ewlenin fosthom. Hemm bosta oħrajn:

Ġakbu tal-Marche (+1476), Alberto da Sarteano (+1450), Pietru t‟Alcantara (+1562),

Salvatore ta‟ Horta (+1567), Paskal Baylon (+1592), Umile da Bisignano (+1637), Karlu

minn Sezze (+1670). Franġiskani nisa jinkludu lil Marija di Agreda (+1665), soru

Klarissa Konċezzjonista, il-Beata Marie de la Passion (1839-1904), fundatriċi tal-

Franġiskani Missjunarji ta‟ Marija, u l-Beata Katerina Troiani (1813-1887), fundatriċi tal-

Franġiskani Missjunarji tal-Qalb Immakulata ta‟ Marija.

Id-Duttrina tiġi aċċettata u proklamata mill-Maġisteru tal-Knisja

L-istudjuż marjologu ta‟ fama internazzjonali, Renè Laurentin, wera li l-Papiet

matul l-istorja kollha tal-Knisja, għalkemm bi prudenza kbira, qagħdu attenti biex qatt ma

jgħidu xi ħaġa li teħodha kontra l-privileġġ ta‟ l-Immakulat Konċepiment ta‟ Marija.

Mhux biss, imma kollha kemm huma kienu koerenti filli jitkellmu b‟mod moderat, matur,

b‟intenzjoni li jiċċaraw l-affarijiet aħjar, sakemm jasal il-ħin tajjeb li tittieħed deċiżjoni

serja dwar dan l-argument.

Fost il-Papiet li l-aktar ħadmu favur din id-direzzjoni nsibu lill-Papa Franġiskan

Sistu IV (1471-1484), Francesco della Rovere da Savona, li kien ukoll Ministru Ġeneral

ta‟ l-Ordni Franġiskan meta dan kien għadu ma nfiridx fiż-żewġ familji tal-Konventwali

u ta‟ l-Osservanti. Kien hu li, bħala Papa, beda serje ta‟ interventi pontifiċji favur l-

Immakulata Kunċizzjoni. Għalkemm fuq il-pjan dommatiku Sistu IV ma ħa l-ebda

deċiżjoni, imma hu ippubblika żewġ Bulli pontifiċji, «Cum praeexcelsa» (29 ta‟ April

1476) u «Grave nimis» (1482), li fihom ipprojbixxa li dawk li kienu jiddefendu lprivileġġ

ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni jakkużaw lill-avversarji li kienu eretiċi, u bilmaqlub.

Imma l-akbar mertu ta‟ dan il-Papa kien li, fuq il-pjan liturġiku, hu adotta għallbelt

ta‟ Ruma l-festa tal-Kunċizzjoni u approva formularju ġdid għall-Uffiċċju liturġiku,

li kien sar minn Leonardo di Nogarole e Bernardino de Bustis (c.1450-c.1515), li fih jiġi

espress b‟mod ċar il-privileġġ marjan. F‟dan l-Uffiċċju wkoll jissemma għall-ewwel

darba John Duns Scotus għall-mertu kbir li kellu filli jibni l-argumenti tejoloġiċi favur l-

Immakulata.

Il-Konċilju ta‟ Trento (1546) għamel pass ieħor „il quddiem fid-duttrina għax,

għalkemm ma iddefiniex l-Immakulata Kunċizzjoni, imma ma inkludix lil Marija fost

dawk li setgħu jiċċappsu bid-dnub oriġinali. Alessandru VII, bil-Bulla «Sollicitudo»

13

(1661) jiddikjara lilu nnifsu favur l-Immakulata Kunċizzjoni u jipprojbixxi li din idduttrina

tiġi attakkata b‟kull mod. Klement XI ukoll ikkontribwixxa b‟mod sħiħ għallfidi

fl-Immakulata Kunċizzjoni billi fl-1708 iddikjara li hi kellha ssir festa tal-Knisja

universali.

Meta l-kontroversja bdiet tibred, il-Papa Piju IX, illum Beatu, reġa‟ ħa f‟idejh ilkwestjoni

ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni bit-tama li jieħu deċiżjoni definittiva. Fl-1848

hu waqqaf kummissjoni ta‟ tejoloġi u oħra ta‟ kardinali biex jiċċaraw id-duttrina, jaraw

f‟hiex kien għad hemm nuqqas ta‟ qbil, jivverifikaw il-possibilità li ssir definizzjoni

dommatika u jissuġġerixxu kif din kellha sseħħ. Mhux kulħadd kien jaqbel li kellha ssir

definizzjoni dommatika. Saħansitra Rosmini, għalkemm kien iqisha bħala verità

«moralment żgura», dik ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni, kien tal-parir li ma kellhiex tiġi

proposta bħala domma ta‟ fidi u jagħti parir lill-Papa biex jitlob il-fehma ta‟ l-isqfijiet,

permezz ta‟ l-enċiklika «Ubi primum» ta‟ l-1849. Ir-riżultat kien li kien hemm qbil

kważi unanimu favur id-definizzjoni dommatika (546 isqfijiet fuq numru komplessiv ta‟

603). Dan il-fatt inkuraġġixxa lil Piju IX biex iħejji l-Bulla ta‟ definizzjoni. Din kellha

tmien redazzjonijiet li wasslu lill-Papa biex jisħaq inqas dwar it-turija storika u tejoloġika

ta‟ din il-verità u aktar dwar il-fidi attwali u t-tradizzjoni ħajja tal-Knisja li tgħallem u li

titgħallem mill-kuntatt mal-Kelma ta‟ Alla.

Fl-aħħarnett fit-8 ta‟ Diċembru 1854, Piju IX ippronunzja l-formula taddefinizzjoni

dommatika u hekk għalaq kontroversja tejoloġika fost l-itwal li qatt eżistew

fl-istorja tal-Knisja: «Niddikjaraw, inlissnu u niddefinixxu: Id-duttrina, li żżomm li l-

Verġni wisq qaddisa Marija mill-ewwel mument tal-Kunċizzjoni tagħha, bi grazzja

singulari u privileġġ ta‟ Alla li jista‟ kollox, li ra minn qabel il-merti ta‟ Ġesù Kristu,

Feddej tal-bnedmin kollha, ġiet ippreservata u mhix mimsusa minn kull tebgħa ta‟ dnub

oriġinali, hi rivelata minn Alla u għaldaqstant hi ta‟ min jemminha bil-qawwa u mingħajr

ma jmissha, u dan mill-fidili kollha» (Bulla «Ineffabilis Deus»).

Din il-formula titlob li tiġi spjegata biex wieħed jifhem it-tifsira awtentika tagħha,

kif fil-fatt għamlu diversi kummentaturi fil-kuntest preparatorju tal-Bulla. Wieħed

josserva li s-suġġett ta‟ l-Immakulat Konċepiment mhijiex ir-ruħ ta‟ Marija, imma lpersuna

tagħha. Id-definizzjoni ġiet elaborata taħt forma negattiva: ma għandhiex

x‟taqsam direttament mal-qdusija ta‟ Marija, u lanqas mal-ħarsien tagħha millkonkupixxenza,

imma unikament mal-fatt li Marija ġiet meħlusa mid-dnub oriġinali. Ilkelma

«privileġġ» ma għandniex inqisuha bħala xi ħelsien speċjali minn xi liġi universali,

għaliex Marija wkoll kienet taqa‟ taħt il-liġi universali tal-fidwa, u hi wkoll kellha «dejn»

lejn il-Feddej tagħha. U l-Bulla lanqas ma tiddefinixxi dan il-privileġġ bħala uniku jew

esklużiv, għaliex tuża l-aġġettiv «singulari», li għandu sens inqas speċifiku ristrettiv. Blistess

mod il-Bulla ma tgħidx b‟mod espliċitu li Marija ġiet mifdija minn Kristu, imma

tillimita ruħha biex tafferma li hi kellha dipendenza essenzjali rigward Binha.

Kellhom ikunu l-enċikliċi «Ad diem illum» tal-Papa San Piju X (1904) u

«Fulgens corona» ta‟ Piju XII (1953) li jiċċaraw dawn il-punti li Piju IX ma kien qal xejn

dwarhom, l-aktar rigward il-privileġġ «uniku» ta‟ l-Immakulata u l-fidwa perfetta ta‟

Marija minn Kristu.

14

Il-verità dwar Marija Immakulata sabet il-konferma mill-istess Verġni Marija li,

fl-1858, erba‟ snin biss wara l-proklamazzjoni dommatika, dehret lit-tfajla fqira

Bernardette Soubirous fil-grotta ta‟ Massabielle, fil-Pirinej Franċiżi, qrib ir-raħal ta‟

Lourdes, u, wara li dehritilha għal diversi drabi bħala sinjura liebsa l-abjad, b‟faxxa kaħla

ma‟ qaddha, qaltilha li hi l-Immakulata Kunċizzjoni.

Fil-Kostituzzjoni Dommatika «Lumen Gentium» dwar il-Knisja, tal-Konċilju

Vatikan II, fin-numru 56 jingħad: «Ma għandniex nistagħġbu, għalhekk, li fil-kitbiet ta‟

Missirijiet il-Knisja daħlet id-drawwa li huma jsejħu lil Omm Alla bħala dik li hi kollha

kemm hi qaddisa, meħlusa minn kull tebgħa ta‟ dnub, u magħġuna mill-Ispirtu s-Santu

biex issir ħlejqa ġdida. Billi sa mill-bidunett tat-tnissil tagħha hi ġiet imżejna bid-dija ta‟

qdusija għal kollox singulari, il-Verġni ta‟ Nażaret, bl-ordni ta‟ Alla, tirċievi t-tislima ta‟

l-anġlu li jinżel iħabbrilha u jsejħilha “mimlija bil-grazzja”».

15

I. GENESIS MARIAS

Il-mistħija ta’ Ġwakkin

ŻJIEDA

«IL-PROTOVANĠELU TA‟ ĠAKBU»

Fit-«Tifkiriet tat-tnax il-Tribù ta‟ Israel» jidher Ġwakkin bħala persuna għanja

ħafna. Meta hu kien joffri d-doni tiegħu, dawn kienu jirdubbjaw; fil-fatt kien jaħseb: dak

li baqagħli żejjed, se jmur għall-benefiċċju tal-poplu kollu; dak imbagħad li għandu

x‟jaqsam mal-maħfra ta‟ dnubieti, imur għall-Mulej biex hu jkollu ħniena minni.

Il-jum il-kbir tal-Mulej kien wasal u ulied Israel ippreżentaw id-doni tagħhom,

meta, ara, Ruben deher quddiemu u qallu: «Int ma għandekx dritt li toffri qabel kulħadd

id-doni tiegħek, għaliex inti ma għandex nisel f‟Israel».

Ġwakkin kien imnikket mhux ftit u beda jfittex ir-reġistru tat-tnax il-tribù talpoplu,

u beda jaħseb: nara r-reġistru tat-tnax il-tribù ta‟ Israel u hekk inkun naf jekk jiena

għandix nisel f‟Israel. Fittex u sab li l-ġusti kollha f‟Israel kienu ħallew nisel. Imbagħad

ftakar fil-każ tal-patrijarka Abraham: Alla, meta hu kien wasal fi tmiem ħajtu, kien tah

tifel, li semmieh Iżakk.

Għaldaqstant Ġwakkin sar imnikket ħafna u lanqas seta‟ jidher aktar quddiem

martu, imma irtira lejn id-deżert u hemmhekk, wara li waqqaf it-tinda tiegħu, sam għal

erbgħin jum u erbgħin lejl. Hekk iddeċieda fil-fond ta‟ qalbu: ma ninżilx aktar biex

niekol jew biex nixrob, sakemm ma jżurnix il-Mulej, Alla tiegħi; it-talb ikun l-ikel u xxorb

tiegħi.

II. In-niket ta’ Anna

Sadanittant, martu Anna kienet titniehed bi tnehid għal darba darbtejn, u kienet

tinħall f‟din it-talba ta‟ niket: «Noqgħod nitbekka għax sirt armla, nibki fuq l-isterilità

tiegħi!»

Il-jum il-kbir tal-Mulej kien wasal, u Ġuditta, il-qaddejja tagħha, qaltilha: «Kemm

se ddum ittaqqal lil ruħek bin-niket? Ara issa wasal il-jum il-kbir tal-Mulej u mhux

xieraq li inti toqgħod titnikket. Ħu din il-faxxa, li tagħtieli dik li tmexxina fuq ix-xogħol;

għaliex fil-fatt ma jixraqx li nilbisha jiena, għaliex jiena qaddejja u din iġġib fiha sinjal

irjali».

Anna weġbitha: «Tbiegħed minni; jiena qatt ma għamilt ħwejjeġ bħal dawn; u

mbagħad il-Mulej nikkitni bil-kbir. Jista‟ jagħti l-każ li tahielek xi ħalliel u inti ġejt biex

tagħmilni kompliċi fid-dnub tiegħek». Ġuditta weġbitha: «U liema deni nista‟ jiena

nawguralek, wara li l-Mulej għalaqlek il-ġuf hekk li ma takx frott f‟Israel?».

16

Anna tnikktet mhux ftit. Imma neħħiet minn fuqha l-libies tal-viżtu, ħaslet rasha

u libbset l-ilbies tat-tieġ, u għal xi t-tlieta ta‟ wara nofs in-nhar niżlet tippassiġġa fil-ġnien.

Hemmhekk rat siġra tar-rand, u wara li intasbet taħtha, bdiet titlob hekk lill-Aktar Għoli:

«Alla ta‟ missirijietna, berikni u agħti widen għat-talba tiegħi, kif inti berikt il-ġuf ta‟

Sara u tajtha iben, lil Iżakk».

III. Imbagħad refgħet għajnejha lejn is-sema u rat bejta ta‟ għasafar tal-bejt fuq issiġra

tar-rand. F‟dak il-ħin bdiet tibki fir-ruħ tagħha u qalet: «Imsejkna jien, min nissilni?

Liema ġuf ġabni fid-dinja? Taħt liema saħta tnissilt quddiem ulied Israel; għaliex jiena

mkasbra u bil-herra keċċewni mit-tempju tal-Mulej. Imsejkna jien, lil min sirt nixbaħ?

Ċertament mhux lill-għasafar tas-sema, għaliex l-għasafar tas-sema huma wkoll inisslu u

joktru quddiemek, Mulej. Imsejkna jien, lil min sirt nixbaħ? Ċertament mhux lillbhejjem

ta‟ l-għelieqi, għaliex il-bhejjem ta‟ l-għelieqi, huma wkoll inisslu u joktru

quddiemek, Mulej. Imsejkna jien, lil min sirt nixbaħ? Ċertament mhux lil dawn lilmijiet,

għaliex dawn l-ilmijiet, huma wkoll inisslu u joktru quddiemek, Mulej. Imsejkna

jien, lil min sirt nixbaħ? Ċertament mhux lil din l-art, għaliex din l-art, hi wkoll

tipproduċi l-frott tagħha fl-istaġun u tbierek lilek, o Mulej».

IV. L-aħbar ta’ ferħ

U ara deher quddiemha anġlu tal-Mulej u qalilha: «Anna, Anna, il-Mulej sema‟ ttalba

tiegħek: inti se tnissel fil-ġuf u tagħti l-ħajja; u dwar in-nisel tiegħek se jitkellmu lbnedmin

kollha ta‟ l-art». Anna wieġbet: «Jalla jgħix il-Mulej, Alla tiegħi: in-nisel li

jkolli, tifel jew tifla, jiena se noffrih lill-Mulej Alla tiegħi, sabiex jibqa‟ għas-servizz

tiegħu l-jiem kollha ta‟ ħajtu».

F‟dak il-waqt waslu żewġ messaġġiera u qalulha: «Ġwakkin, żewġek, ġie lura

mal-merħla tiegħu. Għaliex anġlu tal-Mulej niżel għandu u qallu: Ġwakkin, Ġwakkin, il-

Mulej ta widen għat-talba tiegħek; inżel minn hawn, għaliex martek, Anna, nisslet fil-ġuf

tagħha».

Ġwakkin kien ġie u, wara li sejjaħ lir-ragħajja tiegħu, tahom dan l-ordni: «Ġibuli

hawnhekk għaxar ħrief mingħajr l-ebda tebgħa u mingħajr difett: dawn se jkunu tal-Mulej,

Alla tiegħi. Ġibuli wkoll tnax il-għoġol tarjin: dawn se jkunu għas-saċerdoti u għassanhedrin.

U wkoll ġibuli mitt mogħża, għall-poplu kollu».

U ara wasal Ġwakkin mal-merħliet tiegħu. Anna waqfet fil-bieb u ratu ġej. Dak

il-ħin stess marret tiġri u ddendlet ma‟ għonqu u qaltlu: «Issa naf li l-Mulej Alla berikni

bil-kbir: ara li din l-armla ma għadhiex armla iżjed, u jiena, l-isterili, nissilt fil-ġuf tiegħi».

Ġwakkin, f‟dak l-ewwel jum, straħ fid-dar tiegħu.

V. It-Twelid ta’ Marija

17

Il-għada hu offra d-doni speċjali tiegħu, u ħaseb bejnu u bejn ruħu: jekk il-Mulej

ikun twajjeb miegħi, tagħtini sinjal ta‟ dan ix-xafra tas-saċerdot. Hekk Ġwakkin offra ddoni

tiegħu u sadanittant beda jħares bir-reqqa lejn ix-xafra tas-saċerdot, hu u tiela‟ fuq laltar

tal-Mulej; imma ma sab l-ebda dnub fih innifsu. Hekk Ġwakkin beda jistagħġeb u

jgħid: «Issa jiena żgur li l-Mulej se jkun twajjeb miegħi u se jaħfirli ħtijieti kollha».

Niżel mit-tempju tal-Mulej ġustifikat u mar lura lejn id-dar.

Wara li għaddew is-sitt xhur tagħha, kif l-anġlu kien qal fis-seba‟ xahar Anna

welldet. U staqsiet lill-qâbla: «X‟wellidt?» U dik weġbitha: «Tifla». Anna mela

infexxet f‟għajta u qalet: «Illum ruħi ġiet igglorifikata», u medditha. Meta ntemmu ljiem

iffissati mil-liġi, Anna marret għall-purifikazzjoni, u filwaqt li bdiet tradda‟ lit-tifla,

semmietha Marija.

18

Kapitlu 2

IL-ĦAJJA TAL-BEATU JOHN DUNS SCOTUS

Twelid u tfulija

Fuq il-qabar tal-Beatu John Duns Scotus, fil-«Minoritenkirche» ta‟ Köln, fil-

Ġermanja, hemm minquxa din l-iskrizzjoni: «Scotia me genuit. Anglia me suscepit.

Gallia me docuit. Colonia me tenet» (L-Iskozja nisslitni. L-Ingilterra laqgħetni. Franza

għallmitni. Köln iżżommni). Din l-iskrizzjoni tiġbor fi ftit kliem il-ħajja kollha tad-

Duttur ta‟ l-Immakulata l-Beatu John Duns Scotus.

Għalkemm kien hemm min jaħseb li John Duns Scotus twieled l-Ingilterra jew l-

Irlanda, illum nafu li hu kien mill-Iskozja. Il-laqam tiegħu Scotus, ifisser l-Iskoċċiż, għax

meta hu kien jinsab fl-Università ta‟ Pariġi, kien hemm ma‟ l-erbgħin Franġiskani oħrajn

li kienu jisimhom John. L-istoriċi jaqblu li hu twieled fir-raħal ta‟ Duns, li jinsab bejn

Lammermuir u Cheviot Hills, qrib il-Baħar tat-Tramuntana, mal-fruntiera bejn l-

Ingilterra u l-Iskozja, fid-distrett ta‟ Berwick. Lejn il-majjistral tar-raħal hemm Duns

Castle, li jimmarka dan il-post tat-twelid ta‟ John Duns fis-sena 1265-1266. Qrib ir-raħal

li fih twieled kien hemm diversi abbaziji, fosthom Melrose Abbey, li kienet taċ-

Ċisterċensi; Dryburgh Abbey, tal-Premonstratensi; Kelso Abbey tal-Benedittini; u

Jedburgh Abbey tal-Kanoniċi Regolari ta‟ Santu Wistin.

Meta kien għadu tifel kien diġà ġie mħarreġ sewwa fl-istudju tal-grammatika, u

żewġ Franġiskani Skoċċiżi ħaduh magħhom Oxford. Hemmhekk hu ġie milqugħ filkunvent

tal-Minuri bħala «puer oblatus» (postulant), filwaqt li kompla l-istudji tiegħu

sakemm kien kbir biżżejjed biex jidħol fl-Ordni. Iż-żagħżugħ John Duns x‟aktarx li kellu

xi qaribu mal-Franġiskani. Hemm min jgħid li dan kien zijuh, li kien jismu Elias, li kien

hu li ħadu Oxford.

Oxford

«Towery city and branchy between towers», hi d-deskrizzjoni tal-belt

universitarja ta‟ Oxford, li tingħata mill-poeta Ingliż, il-Ġiżwita Gerard Manley Hopkins,

fis-sunett tiegħu «Duns Scotus‟s Oxford». Dak iż-żmien f‟Oxford kienu jibdew jistudjaw

subien ta‟ min tnax il-sena „l fuq. X‟aktarx li John Duns beda l-istudji tiegħu fil-filosofija

u l-arti sa mis-sena 1278. Il-Franġiskani kienu waslu Oxford fl-1224, u mall-ewwel

kienu daħlu fl-Università u saru parti mill-komunità akkademika tagħha. Kienu ġew

milqugħin Oxford mill-kanċillier Robert Grossatesta, li kien tejologu famuż li ta

orjentament matematiku u xjentifiku lill-Università, u daħħal l-istudju tal-kitbiet ta‟

Aristotli. Grossatesta kien ħabib ta‟ l-Ordnijiet Mendikanti l-ġodda, l-aktar tal-

Predikaturi (Dumnikani) u Minuri (Franġiskani). Mhux biss, imma hu sar benefattur kbir

tal-Franġiskani u ta‟ l-iskola tagħhom f‟Oxford. Fuq talba ta‟ l-istudent tiegħu, Adam

Marsh, hu kien jagħtihom lezzjonijiet speċjali fit-tejoloġija u, meta aktar tard sar isqof ta‟

Lincoln, lill-Franġiskani ħallielhom il-librerija prezzjuża tiegħu.

19

L-Ordni Franġiskan fl-Ingilterra

Fl-Ingilterra l-Franġiskani kienu magħrufin bħala «Greyfriars», minħabba l-kulur

tat-tonka, lewn l-irmied. L-ewwel Franġiskani kienu waslu l-Ingilterra meta kien għadu

ħaj San Franġisk. Huma sbarkaw f‟Dover nhar l-10 ta‟ Settembru 1224. Kienu ġejjin

minn Franza. Minn Dover baqgħu sejrin lejn Canterbury, fejn sallum wieħed għadu jista‟

jara l-fdalijiet tal-kunvent kbir li kellhom. L-informazzjoni tal-wasla tal-Franġiskani fl-

Ingilterra jagħtihielna fra Thomas of Eccleston, fit-«Tractatus de adventu Fratrum

Minorum in Angliam» (Trattat dwar il-wasla tal-Patrijiet Minuri fl-Ingilterra).

Canterbury kienet il-belt reliġjuża ewlenija ta‟ l-Ingilterra, fejn kien hemm is-sede

primazjali fil-kattidral famuż li għadu wieqaf sallum. Dan għaliex Canterbury kienet ilbelt

li ġiet evanġelizzata mill-isqof Santu Wistin, li l-Papa San Girgor il-Kbir bagħtu l-

Ingilterra fis-sena 597. Il-Franġiskani mbagħad komplew triqthom u marru Londra u

Oxford. F‟dawn il-bliet il-Franġiskani kienu jgħixu ħajja ta‟ faqar u sempliċità kbira,

imma kienu jagħtu xhieda ta‟ ferħ li wassal li jidħlu magħhom bosta żgħażagħ ingliżi.

Bejn l-1225 u l-1230, il-Franġiskani nsibuhom preżenti f‟Norwich, Worcester,

Hereford, Salisbury, York, Lincoln, Bristol, Lynn, Gloucester, Nottingham, Leicester,

Stamford, Chichester, Carlisle, Winchester, Lichfield, u Exeter. Il-mexxejja tal-

Franġiskani fl-ewwel żminijiet kienu Agnello da Pisa (li kien mexxa l-ewwel spedizzjoni

fl-Ingilterra), Alberto da Pisa, Haymo of Faversham u William of Nottingham. Bejn l-

1224 u l-1254 il-Franġiskani kellhom tmien kustodji (qasmiet territorjali tal-patrijiet), li

kienu jagħmlu flimkien il-Provinċja Ingliża, inklużi sitt kunventi fl-Iskozja. Skond

Thomas of Eccleston, fis-sena 1255 kien hemm 1242 Franġiskani fl-Ingilterra u l-Iskozja.

Tant kienet fjorenti l-Provinċja Ingliża fl-Ordni, li l-Ministru Ġeneral Giovanni da Parma,

fis-sena 1250, qal: “Kemm nixtieq li Provinċja bħal din kienet tinsab fiċ-ċentru tad-dinja

u tagħti eżempju lill-Ordni kollu”.

F‟Oxford malajr daħlu vokazzjonijiet ġodda, hekk li disa‟ snin biss wara li waslu

l-Franġiskani kienu daħlu 40 żagħżugħ fil-kunvent ta‟ Oxford. Ix-xhieda ta‟ ferħ ta‟ lewwel

aħwa kienet tittieħed miż-żgħażagħ, hekk li professuri bħal Robert Grossatesta

għinhom, u l-istudent tiegħu, Adam Marsh, daħal Franġiskan u sar wieħed mill-akbar

għorrief li kellu l-Ordni.

Fl-Ordni Franġiskan

Kien fil-kunvent ta‟ Oxford li John Duns daħal bħala postulant. Meta kellu

tmintax il-sena seta‟ jidħol fl-Ordni, x‟aktarx fl-1284. Sena wara għamel il-professjoni.

F‟dan iż-żmien il-maġġoranza taż-żgħażagħ li kienu jidħlu fl-Ordni kienu jsiru kjeriċi, u

dawk li kienu l-aktar jippromettu fil-kamp ta‟ l-istudji kienu jmorru fl-Universitajiet għal

studji approfonditi, fejn kienu jsiru «lectores» (għalliema) ta‟ ħuthom il-patrijiet. L-aħwa

li ġabu lil John Duns f‟Oxford setgħu kienu patrijiet intellettwali li għarfu t-talenti li kellu

u l-kapaċità tiegħu għal studji aktar approfonditi.

20

Wara li temm l-istudji tiegħu fil-filosofija ta‟ Aristotli u fix-xjenzi naturali, John

Duns beda fl-1288 programm ta‟ tlittax il-sena ta‟ studji tejoloġiċi li kellhom iwassluh

biex jieħu t-titlu ta‟ duttur jew «magister» fit-tejoloġija. L-ewwel sitt snin kienu

iddedikati għal studju bażilari tat-tejoloġija, filwaqt li l-kumplament kienu iddedikati lil

studji approfonditi li jagħmlu mill-istudent professjonista fil-kamp tejoloġiku u jwassluh

għad-dottorat fit-tejoloġija.

Ordnat saċerdot

Oxford kienet fid-djoċesi ta‟ Lincoln, u nhar is-17 ta‟ Marzu 1291, l-isqof Oliver

Sutton, kien mexxa ordinazzjoni għall-Ordnijiet minuri u maġġuri fil-prijorat Benedittin

ta‟ Saint Andrew f‟Northampton. John Duns kien wieħed mill-ħames saċerdoti

Franġiskani li ġew ordnati f‟dik l-okkażjoni.

Wara l-ordinazzjoni saċerdotali John Duns kompla l-istudji tiegħu. F‟dan iżżmien

hu studja u ikkummenta l-«Liber Sententiarum» ta‟ Pietro Lombardo. Dan kien ittest

bażi ta‟ l-istudji patristiċi, filosofiċi u tejoloġiċi, fl-Universitajiet ta‟ Pariġi u ta‟

Oxford. L-erba‟ kotba li minnhom kien magħmul kienu jitrattaw dwar Alla Trinità; il-

Ħolqien, il-waqgħa ta‟ l-anġli u tal-bnedmin; l-Inkarnazzjoni, fidwa, virtujiet, u

kmandamenti; is-Sagramenti, l-eskatoloġija: mewt, ġudizzju, infern, u ġenna. Meta

spiċċa jikkummenta l-«Liber Sententiarum» John Duns kellu madwar 28 sena u sar

«Baccalaureus Sententiarum». F‟dan il-mument hu kellu jibda s-seba‟ snin ta‟ studji

aktar avanzati, li jwasslu għad-dottorat. Dawn kienu jikkwalifikawh biex jieħu l-«licentia

docendi» (liċenza li jgħallem) mill-kanċillier ta‟ l-Università, u l-grad ta‟ duttur fittejoloġija.

Matul dan iż-żmien l-istudent ried jiddefendi pubblikament id-«disputationes»,

jew diskussjonijiet dwar temi tejoloġiċi partikulari. Dawn id-diskussjonijiet kienu

jissejħu «Quaestiones disputatae», li kienu distinti mid-diskussjonijiet aktar solenni,

imsejħin «Quodlibeta». Dawn kienu jsiru biss mill-«magistri» l-aktar kapaċi, bħalma

kellu jsir John Duns meta kien fl-Università ta‟ Pariġi.

Lettur tal-«Liber Sententiarum»

Fit-tradizzjoni ta‟ l-Ordni Franġiskan il-kelma «lector» (lettur) tindika dak li llum

il-ġurnata nifhmu bil-kelma ingliża «lecturer». Kull provinċja kien ikollha l-letturi, li

kienu patrijiet kwalifikati fl-oqsma differenti tax-xjenzi sagri, li kienu jgħallmu f‟dawk li

kienu jissejħu «studia» (skejjel), li setgħu jkunu provinċjali, jew ġenerali. Hekk kull

provinċja kien ikollha «studium» tagħha, li minnu kienu jintagħżlu l-istudenti li

jippromettu ħalli jintbagħtu għal studji superjuri f‟xi «studium generale» fl-ibliet kbar

universitarji.

Meta kellu 30 sena, fl-1296, John Duns Scotus kien jieħu sehem fiddiskussjonijiet

akkademiċi, u kien fadallu erba‟ snin biex itemm it-taħriġ tiegħu ħalli jsir

«magister» u jirċievi l-«licentia docendi». Hu kellu jħejji sensiela ta‟ lezzjonijiet li

21

kellhom ikopru d-diversi oqsma tax-xjenzi tejoloġiċi. Dan l-eżerċizzju kien l-ekwivalenti

ta‟ teżi dottorali, biex wieħed jipprova l-kompetenza tiegħu bħala għalliem. Ix-xogħol li

beda jagħmel John Duns f‟dan iż-żmien kien il-kummentarju fuq il-«Liber Sententiarum»

ta‟ Pietro Lombardo. Il-kummentarju ta‟ tejologu bħal Scotus, l-aktar jekk kien ikun

mogħti għall-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni bħala «Ordinatio», kien ikun l-aktar biċċa

xogħol tejoloġika li tiġbor fiha kollox. Hekk kien għamel diġà San Bonaventura minn

Bagnoregio (1217-1274), id-Duttur Serafiku Franġiskan, meta kien ikkummenta l-«Liber

Sententiarum» fl-Università ta‟ Pariġi.

Fl-Universitajiet il-lezzjonijet dwar il-«Liber Sententiarum» kien jsiru fi ġranet

differenti, li fihom kienu jieħdu sehem il-professuri u l-istudenti tad-diversi Ordnijiet

Mendikanti li kienu jistudjaw fl-Universitajiet, partikolarment, iż-żewġ Ordnijiet

Mendikanti ewlenin, il-Predikaturi (Dumnikani) u l-Minuri (Franġiskani), u ż-żewġ

Ordnijiet Mendikanti l-oħrajn, il-Karmelitani u l-Agostinjani.

Il-metodu li kien isegwi l-lettur meta jagħmel il-lezzjoni tiegħu kien imsejjaħ

«Skolastiku». Wara li kien jippreżenta l-kwestjoni, bl-indikazzjoni tad-distinzjoni li

kienet tindikaha fil-«Liber Sententiarum», hu kien jibda b‟serje ta‟ argumenti kontra lpożizzjoni

tiegħu li hu kellu jiddefendi. Dawn l-argumenti kienu jissejħu «argumenta

principalia». Wara dan hu kien jintroduċi xi argumenti oħrajn kontra dawk ta‟ qabel, li

kienu jibdew bil-frażi «sed contra», jew «ad oppositum». Imbagħad kien jiġi l-«corpus»

jew il-parti prinċipali tal-lezzjoni. Fiha l-lettur kien jippreżenta serje ta‟ opinjonijiet

kurrenti dwar is-suġġett, u mbagħad kien jippreżenta s-soluzzjoni tiegħu, li kienet tixbaħ

id-«determinatio» li kien jagħti l-«magister». L-aħħar parti, li kienet magħmula mill-

«argumenta principalia», kienet is-soluzzjoni personali tal-lettur għall-argumenti li kien

hemm kontrih fl-introduzzjoni tal-lezzjoni.

L-aħħar snin f’Oxford

Wara din l-ewwel sena ta‟ kummentarji dwar il-«Liber Sententiarum», John Duns

kellu jibda jgħallem il-Bibbja bħala «baccalaureus biblicus». Hu kellu jiffamiljarizza

ruħu ma‟ test Bibliku u mal-«glossae», jew kummenti dwaru, ħafna drabi mill-kitbiet tas-

Santi Padri. Il-ħidma tal-«magister» kienet ukoll tikkonsisti filli jgħallem l-Iskrittura

wara l-Prima, filgħodu kmieni, u li jagħmel «sermones», jew priedki, fl-Università.

L-aħħar sena ta‟ l-istudju tiegħu John Duns għaddieha bħala «baccalaureus

formatus», li matulha ried jieħu sehem fid-diskussjonijiet immexxijin minn «magistri»

differenti. B‟hekk hu wkoll seta‟ jsir «magister» fl-Università ta‟ Oxford. Jidher, iżda, li

fl-1300 il-Provinċja Ingliża għażlet lil John Duns Scotus biex tibgħatu fl-Università ta‟

Pariġi, l-aktar waħda famuża tad-dinja medjevali, biex hemmhekk hu jokkupa kattedra ta‟

«magister».

Maħtur lettur f’Pariġi u l-ministeru pastorali tiegħu

22

Il-ħatra bħala lettur f‟Pariġi kienet issir mill-Ministru Ġeneral innifsu bħala kap

ta‟ l-Ordni tal-Patrijiet Minuri. Normalment il-lettur kien jiġi avżat minn sentejn qabel

dwar din il-ħatra. Billi John Duns beda jikkummenta l-«Liber Sententiarum» f‟Pariġi filħarifa

ta‟ l-1302, mela hu diġà kien ġie maħtur għall-Università ta‟ Pariġi fl-1300.

Fis-sajf ta‟ l-1300 hu kien diġà beda jaħdem fuq il-materjal tal-«Lectura» tiegħu.

Din l-edizzjoni żviluppata tal-lezzjonijiet tiegħu hi msejħa «Opus Oxoniense» (Opra ta‟

Oxford), jew ukoll «Ordinatio», fl-edizzjoni tal-Vatikan.

John Duns Scotus, iżda, ma kienx biss studjuż kbir, imma wkoll saċerdot ħabrieki

fil-pastorali. L-iżvilupp ta‟ l-Ordni Franġiskan matul is-sekli 13 u 14 kien jiddependi

prinċipalment mill-kunventi l-kbar li huma kellhom fl-ibliet, l-aktar dawk universitarji, u

li magħhom kien hemm dejjem il-«knisja konventwali», ċentru ta‟ attività pastorali. Dan

il-fenomenu kien biddel il-bixra pastorali ta‟ l-Ewropa, għax filwaqt li sa nofs is-seklu 13

l-uniċi knejjes kbar kienu l-kattidrali u l-kolleġġjati tal-kleru djoċesan u l-abbaziji kbar

tal-Benedittini, minn dak il-ħin daħlu wkoll il-knejjes konventwali tad-Dumnikani,

Franġiskani, Karmelitani u Agostinjani, prattikament f‟kull belt ewlenija ta‟ l-Ewropa.

Kien dan il-fattur ukoll li nissel rivalità u nuqqas ta‟ qbil mhux żgħir bejn il-kleru

djoċesan u l-Ordnijiet Mendikanti, li kienu jiġbdu għal warajhom eluf ta‟ nies. Fuq

kollox, dawn ta‟ l-aħħar kienu ingħataw diversi privileġġi mill-Papiet, hekk li l-knejjes

tagħhom kienu meqjusin bħall-knejjes kolleġjali, bi dritt ta‟ l-Uffiċċju Divin fil-kor, dfin

u daqq tal-qniepen. Billi l-Ordnijiet Mendikanti għandhom l-hekk imsejjaħ «privileġġ

apostoliku», li bih jiddependu direttament mis-Santa Sede fit-tmexxija interna tagħhom,

dan ukoll kompla żied il-problemi ma‟ l-isqfijiet djoċesani, li raw f‟dawn ir-reliġjużi

ġodda bħal thedida għad-drittijiet li dejjem kellu l-kleru djoċesan.

Nafu li fit-23 ta‟ Lulju 1300 il-Ministru Provinċjal ta‟ l-Ingilterra, Hugh of

Hartlepool, kien iltaqa‟ ma‟ l-isqof ta‟ Lincoln John Dalderby, u talbu biex japprovalu 24

patrijiet bħala konfessuri. L-isqof ħaseb li dawn kienu ismijiet biex jaqdu fil-knejjes

kollha tad-djoċesi kbira tiegħu, imma l-Provinċjal wieġeb li kienu meħtieġa għall-knisja

Franġiskana ta‟ Oxford. L-isqof ma setax jagħti permess bħal dan, u fl-aħħar ikkonċeda

li l-konfessuri approvati jkunu tmienja. Fost l-aħwa li kienu fil-lista tal-Provinċjal, imma

li ma ġewx aċċettati, insibu dak ta‟ John Duns, li jurina l-ħeġġa li kellu dan il-Franġiskan

żagħżugħ mhux biss għall-istudju, imma wkoll għall-ħidma pastorali.

F‟dan iż-żmien ġara fatt kurjuż li fih daħal Scotus. Waslet l-aħbar li s-Sultan ta‟

l-Eġittu kien tilef battalja kontra t-Torok f‟Medjamaa-el-Morudj, f‟Diċembru 1299. Il-

Franġiskani kienu interessati f‟din il-ġrajja, għaliex is-Sultan Hayton II ta‟ l-Armenia u s-

Sultan Enriku II ta‟ Ċipru, kienu jipproteġu l-Franġiskani u kienu allejati Kristjani tat-

Torok. L-aħbar waslet f‟Canterbury minn Franġiskani f‟Ġunju 1300, u malajr tferrxet sa

Oxford. Hemmhekk kien hemm ottimiżmu fost l-istudjużi li, x‟aktarx kellha titwettaq ilprofezija

ta‟ Albumazar, astronomu Musulman, li fil-kitba tiegħu bil-Latin «De Magnis

Coniunctionibus» dwar il-pjaneti kien ħabbar li l-liġi ta‟ Mawmettu ma setgħetx iddum

aktar minn 693 sena. Dan il-ktieb kien żgur jinsab fil-librerija li Grossatesta kien ħalla

lill-Franġiskani, għax nafu l-istudjuż Franġiskan Roger Bacon kien jaf bih. Fl-«Opus

Maius», Roger Bacon kiteb: «Hekk din il-liġi dalwaqt se tkun meqruda bil-grazzja ta‟

23

Alla, u dan ikun ta‟ faraġ kbir għall-Insara». Fil-fatt, anke Scotus jitratta din il-kwestjoni,

mix-xeħta fi priedka li hu kien għamel fil-knisja Franġiskana ta‟ Oxford. Fl-«Ordinatio»

kien daħħal kwestjoni ġdida dwar is-superjorità tal-liġi ta‟ Kristu fuq dik ta‟ Mawmettu.

Fil-prologu ta‟ l-«Ordinatio», numru 112, hu jikteb hekk: «Jekk is-setta ta‟ Mawmettu hi

meqjusa bħala tfixkil, jiena nwieġeb li hi bdiet aktar minn sitt mitt sena wara l-liġi ta‟

Kristu u li, bir-rieda ta‟ Alla, għad tintemm dalwaqt, għaliex f‟din is-sena 1300 mittwelid

ta‟ Kristu hi ddghajfet ħafna, u bosta minn dawk li jemmnu fiha mietu, jew ħarbu;

u hemm profezija fosthom li tgħid li din is-setta għad trid tintemm». Ninsabu fl-1300, listess

sena li fiha l-Papa Bonifaċju VIII nieda l-ewwel ġublew fil-belt ta‟ Ruma.

Scotus jgħallem f’Cambridge

F‟Lulju ta‟ l-1300 John Duns kien temm it-taħriġ tejoloġiku tiegħu f‟Oxford,

imma kien fadallu sena oħra qabel jitlaq lejn Pariġi. Għax biex wieħed jgħallem il-

«Liber Sententiarum» f‟Pariġi kien mitlub li jkollu 14 il-sena ta‟ taħriġ tejoloġiku filprovinċja

tiegħu. Kien għalhekk li John Duns mar fl-Università ta‟ Cambridge u għadda

xi żmien jgħallem hemmhekk. Hemm manuskritt tas-seklu 14 fil-Merton College ta‟

Oxford li jgħid: «Dan meħud mill-Ordinatio tal-Venerabbli Patri John Duns ta‟ l-Ordni

tal-Patrijiet Minuri li kien jgħallem f‟Cambridge, Oxford u Pariġi, u miet f‟Köln».

L-ewwel snin ta’ Scotus f’Pariġi

Fl-1302 John Duns Scotus seta‟ jmur f‟Pariġi. Il-belt ta‟ Pariġi kellha l-aqwa

waħda fost l-universitajiet tal-medjuevu, l-aktar f‟dawk li huma studji tejoloġiċi.

Hemmhekk kien hemm żewġ «studia», wieħed tad-Dumnikani, li fih kien għallem San

Tumas t‟Aquino, u l-ieħor tal-Franġiskani, fejn kienu għallmu Alexander of Hales u San

Bonaventura. F‟Pariġi Scotus seta‟ jiġi f‟kuntatt ma‟ studenti li kienu ġejjin mill-Ewropa

kollha. Hu x‟aktarx f‟Pariġi li John Duns żdiedlu l-laqam ta‟ Scotus ma‟ ismu, biex

jiddistingwuh. Scotus beda jgħallem f‟Ottubru 1302, meta l-«magister regens» ta‟ liskola

Franġiskana kien Gundisalv minn Spanja, li aktar tard kellu jsir Ministru Ġeneral

ta‟ l-Ordni. Dik is-sena Gundisalv kien mexxa disputa famuża mal-mistiku Dumnikan

Meister Eckhart, li fiha ħa sehem Scotus.

Sadanittant kien hemm taqlib politiku fil-belt kapitali Franċiża. Il-ġlieda twila

bejn il-Papa Bonifaċju VIII u r-re ta‟ Franza, Filippu s-Sabiħ, kienet waslet fil-quċċata

tagħha. Il-kontroversja bdiet tinstema minn fuq il-pulpti u fl-Università, u sakemm

Scotus kien spiċċa l-ewwel sena tiegħu bħala lettur l-Università nnifisha ġiet magħluqa.

Ir-re Filippu s-Sabiħ (1285-1314) kien ried jestendi t-territorju u l-qawwa politika tiegħu

minn fuq dahar ir-re Edward I ta‟ l-Ingilterra, li kien Duka ta‟ Gascony. Hekk bdiet ilgwerra

bejniethom. Biex jiġbor flus għall-gwerra r-re ta‟ Franza beda jintaxxa l-proprjetà

tal-Knisja. Bonifaċju VIII skomunikah u ma ħalliex lill-Università ta‟ Pariġi tagħti titli

ta‟ studji tejoloġiċi. Min-naħa tiegħu Filippu laqqa‟ konċilju ġenerali biex l-isqfijiet

iġiegħlu lill-Papa jirreżenja. Hu rnexxielu jirbaħ fuq in-naħa tiegħu l-kleru ta‟ Franza, l-

Università u qawwiet oħrajn. Saret demostrazzjoni kbira kontra l-Papa fl-24 ta‟ Ġunju

24

1303, li fiha ħadu sehem ukoll l-Ordnijiet Mendikanti. Imbagħad sar eżami millkummissarji

rjali biex jaraw min kienu dawk il-patrijiet li ma ħadux sehem fil-protesta.

Sabu li 70 kienu ħadu sehem, imma xi 80 patri kienu baqgħu fidili lejn il-Papa. Fost

dawn kien hemm l-isem ta‟ John Duns Scotus. Ir-re ħareġ ordni li dawk li kienu

jappoġġjaw il-Papa kellhom jitilqu minn Franza fi żmien tlitt ijiem. Scotus u Gundisalv

minn Spanja kienu fost dawk li kellhom jitilqu.

Ma nafux eżatt fejn mar Scotus. Forsi mar lura Oxford, jew inkella dan hu lperjodu

li fih kien għamel il-lezzjonijiet f‟Cambridge. Sadanittant ir-re Filippu kien

bagħat is-suldati tiegħu biex jaqbdu lill-Papa Bonifaċju jixħtuh il-ħabs, u forsi din kienet

ir-raġuni tal-mewt tal-Papa. Is-suċċessur ta‟ Bonifaċju VIII, il-Papa Benedittu XI,

ipprova jreġġa‟ lura l-paċi, neħħa l-interdett kontra Filippu u l-Università f‟April 1304, u

hekk l-Università reġgħet setgħet tiftaħ u l-istudjużi jiġu lura.

Fil-Kapitlu ta‟ Pentekoste ta‟ l-Ordni Franġiskan, fl-istess sena 1304, Gundisalv

minn Spanja ġie elett Ministru Ġeneral ta‟ l-Ordni. F‟Novembru hu kiteb lill-gwardjan

tal-«magna domus studiorum» (il-kunvent il-kbir ta‟ l-istudji) ta‟ Pariġi, u qallu li kien

qiegħed jaħtar bħala «magister regens» ta‟ l-istudju Franġiskan «lil Patri John Duns

Scotus, li l-ħajja tiegħu li ħaqqha tifħir, u li l-għerf eċċellenti u l-kapaċità l-aktar sottili

tiegħu, kif ukoll il-kwalitajiet oħrajn tiegħu jiena infurmat tajjeb bihom, kemm minn

esperjenza twila kif ukoll minn dak li jingħad fuqu kullimkien». It-tradizzjoni tgħid li

Scotus, matul l-ewwel mawra tiegħu f‟Pariġi, kien ta l-lezzjoni famuża li fiha għamel iddifiża

brillanti tal-privileġġ ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Marija, u forsi din

kienet l-okkażjoni li ġabitlu tant fama u li għaliha jirreferi Gundisalv.

Scotus «magister regens» f’Pariġi

Scotus sar «magister regens» ta‟ l-istudju Franġiskan ta‟ Pariġi fis-sena 1305.

Bħala magister hu kellu d-dmir li jispjega xi ktieb tal-Bibbja fil-lezzjoni ta‟ filgħodu

kmieni u jmexxi «disupta ordinarja» li fiha l-baċċillieri setgħu jieħdu sehem. Nafu li

Scotus mexxa disputa bħal din mal-«magister» Dumnikan Godin, fuq il-prinċipju ta‟ lindividwazzjoni.

Kien hemm ukoll kontroversji ħajjin bejn Duns Scotus u l-«magister»

Dumnikan Hervé de Nédellac. Id-difiża tiegħu ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni qajjmet

kontroversja ma‟ wieħed «magister» sekular (jiġifieri qassis djoċesan), Jean de Pouilly.

Flimkien ma‟ l-istudenti fl-iskola Franġiskana kien ukoll jiddiskuti kwestjonijiet

tejoloġiċi, magħrufin bħala «Collationes», li għandna minnhom kemm mill-perjodu

tiegħu f‟Oxford kif ukoll minn dak f‟Pariġi.

Nafu l-metodu li bih kien jgħallem John Duns mill-kitbiet ta‟ l-istudenti tiegħu,

fosthom Antonius Andreas, li jgħid li kiteb «minn dak li qal il-Magister John Duns,

Skoċċiż, minn fuq il-kattedra». Il-letturi normalment kienu jagħmlu l-lezzjonijiet

tagħhom spontanjament, aktar milli jiktbuhom, u dan hu ċar fil-metodu li bih kien

jgħallem Scotus. Ma għandniex għalhekk nistagħġbu li l-manuskritti li waslu għandna

mill-bidu tas-seklu 14 ma fihom xejn mill-priedki tiegħu fl-Università jew millezzjonijiet

bibliċi tiegħu. L-unika kitba kbira ta‟ Scotus hi l-monumentali «Ordinatio», li

25

hi ibbażata fuq il-lezzjonijiet li kien jagħti fuq il-«Liber Sententiarum» f‟Oxford u Pariġi.

Din l-opra, kif ukoll il-«Quodlibet» maġistrali tiegħu, kienu għadhom mhux mitmuma

meta hu kellu jerġa‟ jħalli Pariġi biex imur Köln.

Il-«Quodlibeta»

Tkellimna dwar il-kummentarju tal-«Liber Sententiarum» li għamel Scotus.

Tajjeb li nżidu xi ħaġa dwar il-«Quodlibeta» tiegħu, li kienu l-akbar kontribut tiegħu littejoloġija

bħala «magister regens» f‟Pariġi. Il-kelma «quodlibet» bil-Latin tfisser «kull

ħaġa». Tirreferi mela għal diskussjoni dwar kull tema tejoloġiku possibbli.

Fil-kitbiet ta‟ l-Iskolastika medjevali nsibu pjuttost ġabra ta‟ kwestjonijiet li kienu

jitqajjmu waqt xi dibattitu pubbliku jew disputa. Mill-bidunett tal-formazzjoni tejoloġika

tiegħu l-istudent kien jiġi mħarreġ kif jiddiskuti, jagħmel kritika u jwieġeb biex

jiddefendi l-pożizzjonijiet tejoloġiċi li kien iħaddan. Il-professuri kienu jagħmlu disputi

pubbliċi f‟xi ġranet tal-ġimgħa, imsejħin «ordinarji», jew «solenni». Imbagħad kien

hemm id-disputi lejliet li wieħed kien jirċievi d-dottorat fit-tejoloġija (vesperies), fil-jum

proprju tad-dottorat, imsejħin «inceptio» jew «aula», għaliex l-istudent kien imexxi ddisputa

quddiem l-isqof fis-sala l-kbira ta‟ l-Università. Imma l-aktar disputi solenni

kienu l-«Quodlibeta» li kien jagħmel il-«magister regens».

Waqt il-«Quodlibeta», kif juri isimha, dawk preżenti setgħu iqajjmu kull suġġett li

jridu lill-«magister». Dawn id-diskussjonijiet solenni kienu jsiru l-aktar matul l-Avvent

jew matul ir-Randan. Naturalment biex «magister» kien jaċċetta li joqgħod għal disputa

bħal din kien irid ikollu kapaċità mhux komuni, esperjenza twila u formazzjoni

intellettwali wiesgħa, billi kien jiġi mistoqsi fuq diversi suġġetti f‟daqqa.

Fiż-żmien qasir li fih dam «magister regens» (1305-1307) Scotus mexxa darba

waħda biss disputa dwar il-«Quodlibeta». Nafu li l-kontenuti ta‟ din id-diskussjoni kienu

jinkitbu minn xi skribi permezz ta‟ «reportata», jew noti, li kienu jieħdu waqt id-disputa.

Scotus jgħallem f’Köln

Fis-sena 1307 Scotus reġa‟ telaq malajr minn Pariġi lejn il-belt Ġermaniża ta‟

Köln, biex jgħallem it-tejoloġija fil-kunvent Franġiskan ta‟ hemhekk. Ma nafux

eżattament kif u għaliex Scotus telaq minn Pariġi meta kien fil-quċċata tal-karriera tiegħu.

Forsi għax xi wħud kienu jqisu t-tagħlim tiegħu dwar l-Immakulata Kunċizzjoni bħala

eretiku? Jew forsi għaliex mill-ġdid reġa‟ ġibed fuqu l-mibegħda tar-re ta‟ Franza meta

ma riedux jiddikjara l-majjistru ġenerali tal-Kavallieri Templari bħala eretiku, u ma

riedux jissopprimi lit-Templari biex jikkonfiska l-ġid ta‟ l-Ordni għat-teżor irjali? Jew

kienet biss ix-xewqa tiegħu li jmur jaqsam il-għerf kbir tiegħu wkoll ma‟ ċentri oħrajn ta‟

studju fl-Ordni? It-tweġiba forsi qatt ma nkunu nafuha.

26

Il-mewt ta’ Scotus f’Köln u l-kult tiegħu bħala Beatu

F‟ Köln Scotus ma kellux idum ħafna jgħallem it-tejoloġija. Fit-8 ta‟ Novembru

1308, meta kellu biss 42 sena, u wara karriera glorjuża, John Duns Scotus miet filkunvent

Franġiskan. Skond in-«Nekroloġju» antik tal-kunvent ta‟ Köln, li fih jitniżżlu lismijiet

tal-patrijiet mejtin skond it-tradizzjoni Franġiskana, u li kien jeżisti meta fl-1619

kien infetaħ il-qabar ta‟ Scotus, jingħad li r-«Reverendu Patri John Duns Scotus, magħruf

bħala Duttur Sottili, u Lettur f‟Köln, miet fit-8 ta‟ Novembru 1308». Il-fdalijiet tiegħu

indifnu fil-«Minoritenkirche» maġenb il-kattidral famuż ta‟ Köln, li sa l-1802 kienet

knisja tal-Patrijiet Minuri Konventwali, u mbagħad, minħabba s-soppressjonijiet

Napoleoniċi, għaddiet f‟idejn il-kapitlu tal-kattidral. Wara l-gwerra l-Patrijiet Minuri

Konventwali reġgħu ġew awtorizzati biex juffiċjaw fil-«Minoritenkirche». Saru maddisa‟

rikonjizzjonijiet tal-fdalijiet ta‟ Scotus matul is-sekli, u fil-gwerra l-fdalijiet tiegħu

ittieħdu għal xi żmien fil-kattidral ta‟ Köln, billi l-knisja Franġiskana intlaqtet millbombardamenti.

Il-kult ta‟ John Duns Scotus dejjem kien ġie mogħti lilu bħala Beatu

«ab immemorabili tempore» (minn żmien immemorabbli), l-aktar fl-Ordni Franġiskan,

f‟Edinburgh, Köln u Nola. Kien il-Papa Ġwanni Pawlu II li żar il-qabar ta‟ John Duns

Scotus f‟ Köln fil-15 ta‟ Novembru 1980. Fil-20 ta‟ Marzu 1993, Ġwanni Pawlu II

iddikjara l-kult tal-Beatu John Duns Scotus «ab immemorabili tempore» fil-bażilika ta‟

San Pietru fil-Vatikan.

Il-mixja għall-għarfien tal-kult uffiċjali li jistħoqqlu l-Beatu John Duns Scotus

kienet twila u iebsa, l-aktar għaliex kienu bosta dawk li opponew id-duttrina tiegħu. Kien

il-qaddis Franġiskan San Bernardin minn Siena (1380-1444), predikatur u tejologu

magħruf, li beda jimpenja ruħu biex imexxi „l quddiem il-beatifikazzjoni kanonika ta‟

Duns Scotus. Il-Papa Sistu IV, li kien Franġiskan, approva l-kult liturġiku ta‟ l-

Immakulata Kunċizzjoni fl-1480, u fl-Uffiċċju liturġiku tal-festa għamel riferiment

espliċitu għal Duns Scotus. Fl-1568 il-Papa Dumnikan San Piju V ta l-permess lill-

Franġiskani biex jgħallmu t-tejoloġija skond it-tradizzjoni Skolastika tagħhom,

partikolarment dik Scotista. Bejn l-1582 u l-1637 il-Beatu Umile da Bisignano xerred ilvenerazzjoni

lejn Duns Scotus fil-belt ta‟ Nola, fil-Campania. Fl-1706-07 beda l-ewwel

proċess kanoniku ta‟ bejatifikazzjoni fil-belt ta‟ Köln fil-Ġermanja. Fl-1709-11 sar

proċess ieħor f‟Nola, li iddikjara l-kult «ab immemorabili tempore». Fit-8 ta‟ Diċembru

1854, il-Beatu Piju IX, Papa, iddikjara d-Domma ta‟ Fidi ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni,

fil-Bulla «Ineffabilis Deus». Minn dak il-ħin ir-rikonoxximent tal-qdusija ta‟ Scotus seta‟

jikber bla tfixkil.

Fl-1905-06 sar it-tieni proċess f‟Nola, u fl-1918 sar il-proċess ta‟ beajtifikazzjoni

f‟Ruma. Fl-1927 twaqqfet is-sezzjoni Scotista fil-Kulleġġ ta‟ San Bonaventura ta‟

Quaracchi (Firenze). Fl-1938 il-Commissione Scotista ħadet is-sede tagħha fil-Pontificio

Ateneo Antonianum ta‟ Ruma, u bdiet l-edizzjoni kritika ta‟ l-opri ta‟ Duns Scotus taħt

id-direzzjoni ta‟ Patri Carlo Balic OFM. Fl-1966 sar il-Kungress Internazzjonali

f‟Oxford u Edinburgh, fl-okkażjoni tas-7 Ċentenarju mit-twelid ta‟ John Duns Scotus.

Fl-14 ta‟ Lulju 1966, Pawlu VI, fl-Ittra Apostolika «Alma Parens», sejjaħ lil Duns Scotus

bħala iben ġenju ta‟ l-Iskola Franġiskana. Fil-15 ta‟ Novembru 1980 il-Papa Ġwanni

Pawlu żar Köln u waqaf jitlob fuq il-qabar ta‟ John Duns Scotus. Dakinhar hu sejjaħ lil

27

Scotus «Torri tal-fidi». Fl-4 ta‟ Awissu 1983 il-Ministru Ġeneral tal-Patrijiet Minuri,

Patri John Vaughn OFM, iltaqa‟ mal-Kardinal Arċisqof ta‟ Köln, Josef Höffner, biex

ifasslu proġett għad-dikjarazzjoni uffiċjali tal-kult lejn il-Beatu John Duns Scotus. Fl-

1984 il-Ministri Ġenerali ta‟ l-I Ordni Franġiskan talbu lill-Papa Ġwanni Pawlu II biex

formalment jiddikjara Beatu lil John Duns Scotus. Għal dan il-għan, fl-1985 twaqqfet

kummissjoni inter-Franġikana biex tħejji «Positio» ġdida għall-kawża tal-bejatifikazzjoni.

Fis-6 ta‟ Lulju 1991, quddiem il-Papa Ġwanni Pawlu II, ġie promulgat id-digriet dwar ilfama

ta‟ qdusija, il-virtujiet erojċi u l-kult «ab immemorabili tempore» tal-qaddej ta‟ Alla

John Duns Scotus. Fl-20 ta‟ Marzu 1993, fil-bażilika ta‟ San Pietru, fil-Vatikan, il-Papa

Ġwanni Pawlu II, waqt iċ-ċelebrazzjoni solenni ta‟ l-Għasar, ta l-unuri liturġiċi lill-Beatu

John Duns Scotus.

Bejn l-4 u t-8 ta‟ Diċembru 2003 il-«Pontificia Accademia Mariana

Internationalis» organizzat f‟Assisi Kungress Marjoloġiku Franġiskan fl-okkażjoni tal-

150 anniversarju mill-proklamazzjoni dogmatika ta‟ l-Immakulata, bit-titlu

«L‟Immacolata Concezione: Il-Contributo dei Francescani».

Wieħed mill-aktar Franġiskani qaddisin u magħrufin tas-seklu 20, il-Venerabbli

Qaddej ta‟ Alla Patri Gabriele Maria Allegra OFM (1907-1976), missjunarju u studjuż ta‟

l-Iskrittura, li ittraduċa l-Bibbja biċ-Ċiniż u li waqqaf l-Istudju Bibliku Franġiskan fiċ-

Ċina, illum f‟Hong Kong, u li wasal biex jiġi iddikjarat Beatu, kien devot kbir ta‟ John

Duns Scotus. Hekk mar jikteb dwar id-Duttur ta‟ l-Immakulata fil-memorji

awtobijografiċi tiegħu: «Jiena nara ll Scotus bħala d-Duttur ta‟ l-Immakulata, ta‟ Kristu

Sultan ta‟ l-univers, tal-Knisja għarusa ta‟ Kristu, difensur tal-Vigarju ta‟ Kristu, dak li

stħarreġ b‟mod serafiku l-misteru ta‟ l-Ewkaristija... Lejh iridu jħarsu biex jimitaw ilvirtujiet,

id-devozzjoni, il-kuraġġ, l-umiltà, l-ubbidjenza, il-faqar, l-ulied kollha ta‟

Missierna San Franġisk, li jqassmu l-Kelma ta‟ Alla lil ħuthom... Jiena rrid li jkolli lejn

il-Beatu John Scotus id-devozzjoni li kellhom lejh tant aħwa lajċi umli ta‟ l-Ordni...

Huma ċertament ma fehmux ta‟ bnedmin li kienu l-ispekulazzjonijiet għoljin ta‟ fra John

mill-Iskozja, imma kienu jafu li hu kien id-difensur ta‟ Marija Immakulata, il-kavallier

tagħha, id-duttur tagħha, il-martri tagħha, u dan kien biżżejjed biex jimliehom biddevozzjoni

u l-imħabba fraterna għalih» 1 .

1 «Memorie» autobiografiche del p. Gabriele M. Allegra OFM, Missionario in Cina, a cura di S. GOZZO,

Roma 1986, 123-124, 248-251.

28

Kapitlu 3

JOHN DUNS SCOTUS

U D-DUTTRINA DWAR L-IMMAKULATA

It-tejoloġija ta’ John Duns Scotus hi mibnija fuq xi prinċipji fundamentali. Fil-

Medjuevu t-tejoloġija kienet tinbena b’argumenti filosofiċi u b’argumenti ta’ prova mill-

Kelma ta’ Alla u mill-kitbiet tas-Santi Padri u d-Dutturi tal-Knisja. It-tejoloġija kienet logħla

quċċata ta’ l-għerf, u x-xjenzi l-oħrajn kollha, inklużi l-filosofija u x-xjenzi

naturali, kienu kollha għas-servizz tat-tejoloġija. Hu importanti li nifhmu dan il-prinċipju

għax inkella ma nkunux nistgħu nifhmu l-Medjuevu fil-kuntest globali u Kristjan tiegħu.

Il-prinċipju ta’ l-individwazzjoni

Il-prinċipju fundamentali tal-filosofija ta’ Scotus hu li l-individwu għandu lpreċedenza

fuq dak kollu li hu universali. Scotus baqa’ magħruf għall-prinċipju ta’

individwazzjoni. Il-prinċipju ta’ l-individwazzjoni fil-bniedem jinsab fir-ruħ, li hi

essenza intrinsika fiha nnifisha, kif ukoll fir-relazzjoni li għandha mal-ġisem. Scotus

isostni li f’kull individwu hemm differenza li tiddistingwih mill-oħrajn kollha, u li hi

proprja u unika għal kull individwu maħluq. Din id-differenza unika Scotus isejħilha bilkelma

latina «haecceitas», bl-ingliż «thisness», jiġifieri dak li jagħmel individwu dak li

hu u mhux ħaġa oħra. Jekk dan il-prinċipju napplikawh għad-duttrina dwar il-ħolqien

nikkonkludu li Alla jrid li jiena, bħala individwu, neżisti bil-mod uniku tiegħi, u bil-valur

speċjali li jiena għandi fir-relazzjoni ma’ l-oħrajn. Kull ħlejqa, għaldaqstant, hi unika u

singulari, u hi riżultat ta’ l-imħabba ta’ Alla li joħloq għax irid u għax iħobb.

Id-duttrina dwar Alla

Fl-Ittra Apostolika «Alma Parens», il-Papa Pawlu VI jfakkarna kif Scotus bena ttejoloġija

tiegħu fuq żewġ prinċipji ta’ l-Iskrittura rigward Alla, jiġifieri fuq Eżodu 3,14,

fejn Alla jgħid: «Jien li jien»; u fuq l-I Ittra ta’ San Ġwann 4,16, fejn jingħad li «Alla hu

imħabba».

Għal Scotus Alla hu l-Ewwel Prinċipju tal-ħolqien, u n-natura tiegħu hi infinita u

perfetta. Fit-trattat tiegħu «De Primo Principio», Scotus juri l-kobor u l-perfezzjoni ta’

Alla. Hu juri l-misteru tat-Trinità bħala misteru li bih Alla jxerred l-imħabba tiegħu

bħala relazzjoni. Alla jħobb lilu nnifsu qabel kollox. Imma din l-imħabba ma kienetx

tkun perfetta kieku Hu ma jħobbx lil xi ħadd ieħor, għax l-imħabba hi «diffusivum sui»,

min-natura tagħha trid toħroġ u tixtered fuq xi ħadd ieħor. Għalhekk Alla l-Missier jħobb

lil Ibnu bħala l-arketipu jew mudell tal-ħolqien kollu. L-għaqda ta’ l-imħabba bejn il-

Missier u l-Iben tidher fl-Ispirtu s-Santu, li hu l-istess ħajja ta’ Alla.

29

Meta nitkellmu dwar il-Kristoloġija ta’ John Duns Scotus, naraw l-importanza ta’

din id-duttrina, li tipprovdi l-bażi tat-tagħlim tiegħu dwar Kristu u dwar l-Immakulata

Kunċizzjoni tal-Verġni Marija.

Ir-rieda ħielsa

John Duns Scotus jibni t-tejoloġija tiegħu fuq il-kunċett ta’ rieda ħielsa li hemm

f’Alla. F’Alla ma hemm l-ebda distinzjoni bejn ir-rieda divina, bejn l-inklinazzjoni jew laffett

tagħha għall-ġustizzja, u l-att ta’ mħabba li joħroġ mir-rieda divina u mill-essenza

divina. Scotus kien iqis li Alla hu, fin-natura tiegħu, l-istess ferħ, għaliex Hu jħobb lilu

nnifsu. Hu jagħraf lilu nnifsu b’mod ċar u għalhekk hu kuntent bih innifsu waħdu, u f’att

wieħed kapaċi jifhem dak kollu li jista’ jkun magħruf. Imma fl-istess ħin Alla wkoll

għandu l-qawwa li jħobb bil-libertà kollha dak kollu li jista’ joħloq, u billi Hu jrid li

joħloq bl-imħabba, Hu jagħmel li l-ħlejjaq isiru.

Din il-viżjoni hi kollha kemm hi Franġiskana. San Franġisk kien jara l-ħolqien

bħala rifless, xbieha, ta’ l-imħabba li ħierġa mir-rieda ħielsa ta’ Alla. Hekk mhux

biżżejjed li Alla jagħraf kollox, imma hu meħtieġ ukoll li jħobb il-ħlejjaq tiegħu. Lintellett

waħdu ma jasalx biex jifhem il-kobor tal-misteru ta’ Alla, jekk ma jarax ukoll irrieda

ħielsa li biha Alla joħroġ minnu nnifsu biex iħobb lill-ħlejjaq tiegħu.

Il-viżjoni ta’ Scotus hi wkoll viżjoni li taqbel mat-tagħlim ta’ San Pawl. Dan

narawh b’mod aktar ċar fil-każ tal-Kristoloġija. Imma wkoll il-ħolqien, kif jgħid l-

Appostlu Pawlu, «kollox bih kien maħluq u kollox bih qiegħed iżomm» (Kolossin 1,15-

18). Għaldaqstant, fi Kristu, il-ħolqien kollu ħareġ minn idejn Alla u jrid jirritorna għand

Alla.

Il-Kristoloġija ta’ John Duns Scotus

Kristu hu dak li Alla l-Missier ħabb qabel u fuq kull ħlejqa oħra. Biex juri limħabba

kbira tiegħu lejn il-ħolqien Alla ried li Ibnu jsir persuna umana fil-misteru ta’ l-

Inkarnazzjoni. F’dan ir-rigward Scotus għandu duttrina li hi unika, imma li hi għal

kollox ibbażata fuq l-Iskrittura (l-aktar fuq San Pawl) u li l-Knisja llum tagħtiha

importanza fil-maġisteru tagħha:

«Jiena ngħid li l-Inkarnazzjoni ta’ Kristu ma kienetx riżultat tad-dnub, imma

kienet diġà fil-moħħ ta’ Alla mill-eternità bħala ġid li hu l-eqreb għall-iskop li Alla kellu

meta ħoloq l-univers. Hekk Kristu fin-natura tiegħu ta’ bniedem jidher bħala eqreb lejn

dak l-iskop mill-ħlejjaq l-oħrajn kollha» (Ordinatio III, distinctio 19).

Fi kliem aktar sempliċi, Scotus jinsisti li Kristu sar bniedem biex jagħti glorja lil

Alla għall-ħolqien, li hu rivelazzjoni ta’ l-imħabba li ħarġet mir-rieda ħielsa tiegħu.

Għalkemm hu veru li Kristu sar bniedem biex jifdi lill-umanità li kienet waqgħet fiddnub,

imma dan ma kienx il-motiv oriġinali ta’ l-Inkarnazzjoni. Ukoll jekk l-ewwel

30

nedmin ma dinbux, Kristu xorta kien isir bniedem biex jagħti glorja lill-Missier għallimħabba

ħielsa tiegħu flimkien mal-ħolqien kollu.

Kristu hu l-ewwel wieħed fost il-ħlejjaq kollha, hu l-mudell li fuqu Alla l-Missier

ħalaq il-bnedmin u l-univers. Kristu kien ippredestinat sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja.

Kristu, mela, hu l-espressjoni l-aktar perfetta ta’ l-imħabba ta’ Alla u l-motiv tad-dinjità

ta’ kull individwu maħluq xhieha tiegħu. Jekk din ix-xbieha ittebbgħet bid-dnub u Kristu

sar bniedem biex jifdi lill-umanità u jerġa’ jroddilha din ix-xbieha sabiħa, dan ma jtellifx

li, fil-pjan oriġinali ta’ Alla, Kristu, bħala bniedem, mhux marbut mad-dnub ta’ Adam,

imma mal-glorja li għandha tingħata lil Alla fil-ħlejjaq kollha tiegħu. F’din id-dehra

pożittiva tal-fidwa ta’ l-umanità irridu naraw issa kif Scotus jibni d-duttrina tiegħu dwar

l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Marija.

John Duns Scotus u d-Duttrina ta’ l-Immakulata

Mill-istorja dwar il-festa u d-duttrina ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni rajna li dan ittagħlim

ma kienx minn dejjem aċċettat uffiċjalment, għalkemm id-devozzjoni popolari,

jew «sensus fidelium», lejn l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija kienet dejjem preżenti

fil-Knisja. Ma nistagħġbux li Dutturi kbar tal-Knisja, bħal San Bernard ta’ Clairvaux,

San Tumas t’Aquino, u San Bonaventura, ma kienux aċċettaw dan il-privileġġ marjan filkitbiet

tagħhom. Kellu jkun John Duns Scotus li jiddefendi dan il-privileġġ ta’ Marija, li

mbagħad ġie aċċettat mill-Knisja bħala domma ta’ fidi fil-Bulla «Ineffabilis Deus» tal-

Beatu Piju IX, Papa (8 ta’ Diċembru 1854).

Hu importanti li, qabel ma nagħtu l-istorja u l-kontenuti tat-tagħlim ta’ John Duns

Scotus, nifhmu li mhux possibbli nitkellmu dwar Marija Immakulata jekk mhux fid-dawl

tat-tagħlim dwar Kristu ta’ l-istess John Duns. Għalhekk kien importanti li nibbażaw dan

li gej fuq dak li rajna fil-viżjoni Pawlina u Franġiskana li Scotus għandu dwar il-valur ta’

l-individwu, dwar il-ħolqien, dwar Alla bħala Trinità, dwar ir-rieda ħielsa ta’ Alla bħala

espressjoni ta’ l-imħabba tiegħu, u dwar Kristu bħala glorifikatur u feddej.

Il-festa ta’ Marija Immakulata fi żmien John Duns Scotus

Fil-Knejjes tal-lvant, sa mill-qedem, l-insara kienu jqimu l-jum tal-Kunċizzjoni

ta’ Marija fil-ġuf ta’ Anna, u jibbażaw din il-qima tagħhom fuq il-kitbiet Apokrifi, l-aktar

il-«Protovanġelu ta’ Ġakbu». Is-sens tal-festa kienet it-tnissil ta’ Marija fil-ġuf ta’ Anna,

fejn hi ġiet imqaddsa kif kien ġie mqaddes Ġwanni l-Battista fil-ġuf ta’ Eliżabetta. Mela,

sempliċement imqaddsa, u mhux meħlusa mid-dnub oriġinali.

Meta din il-festa iddaħħlet fil-Knisja tal-punent bdiet tieħu l-bixra li kellha

tiżviluppa fil-festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni. Qabel l-invażjoni Normanna ta’ l-

Ingilterra fl-1066, il-festa tal-Kunċizzjoni kienet diġà popolari mal-popli Anglo-Sassoni.

Għalkemm in-Normanni ippruvaw jissopprimu din il-festa lokali, imma xorta baqgħet

popolari, l-aktar wara leġġenda dwar id-dehra ta’ Marija lil Helsin, Abbati ta’ Ramsey, li

31

hi ħelsitu mill-għarqa u talbitu li jiċċelebra l-festa tal-Kunċizzjoni tagħha fit-8 ta’

Diċembru. Fl-1129 il-Konċilju ta’ Londra ikkonferma l-festa għall-Ingilterra kollha.

Mill-Ingilterra l-festa xterrdet fin-Normandija u partijiet oħrajn ta’ l-Ewropa. Kien il-

Benedittin Eadmer ta’ Canterbury (+1124) li ipprovda l-ewwel duttrina tejoloġika dwar

il-Kunċizzjoni ta’ Marija. Hu mhux biss jaċċetta l-privileġġ li Marija ġiet imqaddsa filġuf

kif kien ġie mqaddes Ġwanni l-Battista, imma wkoll joħroġ bit-tejorija li Marija

x’aktarx li qatt ma setgħet tittebba’ bid-dnub tan-nisel.

Tejoloġi li kienu kontra d-duttrina ta’ l-Immakulata

San Bernard ta’ Clairvaux kiteb lill-kanoniċi ta’ Lyon u ċanfarhom talli kienu

jiċċelebraw il-festa tal-Kunċizzjoni. Jekk Marija ġiet imnissla wara l-għaqda taż-żwieġ

bejn Ġwakkin u Anna, skond Bernard, ma setax ikun li hi taħrab mill-effett tad-dnub

oriġinali, li kien jiġi trasmess lill-bnedmin fil-mument tat-tnissil bl-att taż-żwieġ. Din

kienet opinjoni li kienet komuni, u li għalhekk biha San Bernard qatt ma seta’ jaċċetta li

Marija kienet ġiet imnissla mingħajr l-ebda ħtija, imma biss li ġiet imqaddsa fil-ġuf ta’

ommha Anna wara li ttebbgħet bid-dnub oriġinali fit-tnissil.

San Tumas t’Aquino, id-Duttur Anġeliku Dumnikan, kontemporanju ta’ San

Bonaventura, jikteb hekk fis-«Summa Theologica», III, 27, 2, ad 2:

«Kieku r-ruħ tal-Verġni Mbierka qatt ma ttebbgħet bid-dnub oriġinali, dan kien

inaqqas id-dinjità ta’ Kristu, minħabba l-fatt li Hu l-Feddej universali ta’ kulħadd. Minn

dan jiġi li wara Kristu, li bħala l-Feddej universali ta’ kulħadd, ma kellux bżonn li jiġi

salvat, is-safa tal-Verġni Mbierka għandha tinżamm fl-ogħla ġieħ. Għaliex Kristu ma

ttebbax bl-ebda mod bid-dnub oriġinali, imma kien qaddis sa mit-tnissil tiegħu, skond kif

jgħid San Luqa 1,35: “Dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jkun jissejjaħ Bin Alla”.

Imma l-Verġni Mbierka fil-fatt ittebbgħet bid-dnub oriġinali, imma ġiet imnaddfa minnu

qabel twelidha meta kienet għadha fil-ġuf».

Lil dawk li kienu jiċċelebraw il-festa tal-Kunċizzjoni ta’ Marija, San Tumas

t’Aquino jkompli jweġibhom hekk:

«Għalkemm il-Knisja ta’ Ruma ma tiċċelebrax il-Kunċizzjoni tal-Verġni, imma hi

tittollera d-drawwa ta’ xi knejjes li jiċċelebraw din il-festa; għaldaqstant wieħed ma

għandux jikkundanna għal kollox din id-drawwa. Minkejja dan, iċ-ċelebrazzjoni ta’ din

il-festa ma tgħinniex biex nifhmu li Marija kienet ġiet imqaddsa fit-tnissil tagħha. Imma

billi ma nafux meta ġiet imqaddsa, fil-jum tat-tnissil tagħha aħna niċċelebraw il-festa tat-

Tqaddis tagħha aktar milli l-festa tal-Kunċizzjoni».

Tejologu ieħor li kien wieġeb għal din il-problema kien wieħed mill-«magistri»

sekulari ta’ l-Università ta’ Pariġi, Henry of Ghent, waqt disputa li kellu ma’ «magister»

ieħor jismu Godefroy de Fontaines. Hu ġie mistoqsi jekk il-festa tal-Kunċizzjoni kienetx

festa tat-tqaddis ta’ Marija fil-ġuf. Irrefera għat-tagħlim tad-Duttur Franġiskan

Alexander of Hales, li kien qal li l-kelma «santifikazzjoni», jew tqaddis, tirreferi

32

teknikament għall-purifikazzjoni tar-ruħ li kienet ittebbgħet bid-dnub oriġinali. Kien

għalhekk li r-ruħ ta’ Kristu qatt ma ġiet santifikata, għax Kristu ma kellux dnub oriġinali.

Imma r-ruħ ta’ Marija kienet ġiet santifikata wara t-tnissil tagħha fid-dnub oriġinali.

L-argumenti ta’ l-Iskolastiċi fl-Universitajiet kienu hekk ikkumplikati li nistgħu

nifhmu għaliex id-duttrina dwar l-Immakulata Kunċizzjoni ma setgħetx tiġi aċċettata

b’argumenti razzjonali. Biżżejjed ngħidu li huma kienu jiddistingwu bejn it-tnissil

permezz taż-żerriegħa («conceptio seminis») fl-att taż-żwieġ, u t-tnissil tal-persuna

umana («conceptio hominis»), meta r-ruħ tidħol fil-persuna. Issa jekk il-festa tat-twelid

ta’ Marija fit-8 ta’ Settembru ġiet antiċipata mit-tqala ta’ Anna, mela dan ifisser li fit-8 ta’

Diċembru l-insara jiċċelebraw il-«conceptio seminis» ta’ Marija. Dan hu t-tnissil «skond

il-ġisem», li skond dawn it-tejoloġi kien għad irid jiġi ipperfezzjonat bit-tnissil «skond

Alla», li janima l-ġisem bir-ruħ individwali u razzjonali. Saħansitra kienu waslu li jgħidu

li l-jum li fih Marija irċeviet ir-ruħ razzjonali kien il-11 ta’ Jannar, u li għalhekk Marija

ġiet santifikata fil-ġuf jew mall-mument tat-tnissil, jew fiż-żmien li għadda bejn it-tnissil

u l-infużjoni tar-ruħ!

L-effett tad-diskussjoni ta’ Henry of Ghent u l-oppożizzjoni li sab minn Godefroy

de Fontaines kellhom influss fuq l-Iskola Franġiskana, li fl-1293 kienet eżiljata minn

Pariġi minħabba l-ġlieda bejn ir-re Filppu ta’ Franza u l-Papa Bonfaċju VIII. F’dik issena,

f’Oxford, wieħed studjuż Franġiskan, William of Ware, li kien qiegħed jgħallem il-

«Liber Sententiarum», iddiskuta l-problema ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija. Hu

ma solviex il-problema, imma ħareġ b’espressjoni interessanti, li fiha qal hekk:

«Jiena dan nixtieq li nżomm, għaliex forsi jiena żbaljat, billi minix ċert millpożizzjoni

l-oħra. Imma jiena nippreferi niżbalja “per excessum”, billi nattribwixxi xi

prerogativa lil Marija, milli “per defectum” billi niċħadilha xi prerogativa li fil-fatt

għandha».

Fost l-istudenti li kien hemm dakinhar fil-kunvent ta’ Oxford jisimgħu lil William

of Ware kien hemm proprju John Duns Scotus. Kienet l-ewwel darba li hu sema’

tejologu li jrid jiddefendi interpretazzjoni «immakulista» tal-festa tal-Kunċizzjoni ta’

Marija. Aktar tard John Duns Scotus kellu jippreżenta l-kummentarji tiegħu għal-«Liber

Sententiarum». Fit-tielet ktieb u fit-tielet distinzjoni, fejn Pietro Lombardo jitkellem

dwar kif il-ġisem ta’ Kristu ġie msawwar fil-ġuf ta’ Marija, John Duns kien jaf li hu

wkoll kellu jiddiskuti l-problema tal-Kunċizzjoni ta’ Marija. Il-metodu ta’ Ware kien

għoġbu. Hu kellu l-ewwel jipprova l-possibilità («potuit»), imbagħad il-mod xieraq

(«decuit»), u fl-aħħarnett l-attwalità («fecit») tal-privileġġ «immakulista» Marjan.

«Potuit, decuit, ergo fecit» (Seta’, kien jixraq, mela hekk għamel), kien ir-raġunament

loġiku li jwasslu għall-prova li kellu jiddefendi. Imma qabel kien jaf ukoll li Duttur

famuż ta’ l-Iskola Franġiskana, Bonaventura da Bagnoregio (1217-1274), kien wasal biex

hu wkoll ċaħad din id-duttrina.

33

Il-pożizzjoni ta’ San Bonaventura

Meta kien jgħix fil-kunvent il-kbir ta’ l-istudji ta’ Pariġi, Bonaventura kien jaf

b’din l-opinjoni «immakulista» tal-patrijiet li kienu ġejjin mill-Ingilterra u n-Normandija.

Hu iddiskuta l-problema aktar minn sħabu d-Dumnikani Tumas t’Aquino u Albertu l-

Kbir, u ittrattaha fil-Kummentarju tiegħu għal-«Liber Sententiarum», imma fl-aħħar kellu

jiċħadha u jaċċetta l-opinjoni li Marija kienet ittebbgħet bid-dnub oriġinali. Hu jgħid li

Marija sofriet mit-tbatijiet kollha tagħna li huma l-effetti tad-dnub, u li billi hi tnisslet

b’mod naturali hi kellha tittebba’ bid-dnub u bil-konsegwenzi tiegħu. Fil-każ ta’ Kristu ttbatijiet

kienu hemm, imma Kristu kien laqagħhom minn jeddu bħala Adam ġdid u feddej

ta’ l-umanità. Fuq kollox, id-Dutturi kollha tal-Knisja kienu jżommu dak li jgħid San

Pawl fl-Ittra lir-Rumani 5,2: kulħadd dineb f’Adam. Din kienet l-akbar problema kontra

d-duttrina tat-tnissil bla tebgħa ta’ Marija. Jekk f’Adam kulħadd dineb, mela Marija, li hi

parti mill-umanità li kellha bżonn il-fidwa, ma setgħetx teħles milli tittebba’ bid-dnub

oriġinali fit-tnissil tagħha. B’hekk Kristu jintwera fid-dinjità tiegħu bħala Feddej ta’

kulħadd mingħajr l-ebda eċċezzjoni. Hekk jikkonkludi Bonaventura:

«Marija ma tistax tiġi eskluża minn dan, għaliex jekk nesaġeraw l-eċċellenza ta’ l-

Omm aħna nnaqqsu l-glorja ta’ Binha; u hekk nonqsu mir-rispett lejha, li xtaqet tagħt

glorja u tqim lil Binha u mhux lilha nnifisha. Ejjew mela nintrabtu ma’ din l-opinjoni,

għaliex il-ġieħ li jistħoqq lil Ġesù Kristu bl-ebda mod ma jnaqqas il-ġieħ mogħti lil

Ommu, billi l-Iben hu ħafna akbar mill-Omm; ejjew mela nżommu sħiħ ma’ dak li tgħid

l-opinjoni komuni, jiġifieri li s-santifikazzjoni tal-Verġni seħħet wara li hi kienet

ittebbgħet bid-dnub tan-nisel».

Il-problema tejoloġiku kif kien jarah Scotus

Mill-istudji tiegħu ta’ l-argumenti ta’ Ware u ta’ Bonaventura, John Duns Scotus

intebaħ li l-veru problema kien jirrigwarda kif hu kellu jibni argument effettiv biex

jiddefendi l-privileġġ tat-Tnissil bla tebgħa ta’ Marija. Scotus kien tal-fehma li l-ebda

tejologu qablu ma ried inaqqas b’xi mod il-kobor tal-verġinità ta’ Marija jew tas-safa

tagħha, jew li fost il-ħlejjaq kollha Hi kienet għal kollox bla dnub matul ħajjitha.

Rigward iż-żewġ argumenti li uża Ware biex jipprova («ergo fecit») dan il-privileġġ, largument

ta’ «decuit» (kien xieraq) kien l-aktar wieħed ħafif biex wieħed jiddefendih,

għax kulħadd kien jaqbel li kien jixraq li Marija tkun imnissla bla ebda ħtija biex tkun

Omm Kristu l-Feddej. Il-problema iebsa kienet l-argument dwar il-«potuit», jiġifieri

dwar kif Alla seta’ jagħmel li Omm Kristu tkun imnissla Immakulata.

Il-problema li kienu qajjmu t-tejoloġi kollha kienet serja. Kif jista’ jkun li, minnaħa

l-waħda Marija kellha bżonn li tiġi mifdija, bħall-bnedmin kollha, u min-naħa l-oħra,

ġiet imnissla bla dnub oriġinali? Kif Scotus kien jara l-affarijiet, il-veru problema, mela,

kienet tikkonsisti fil-kapaċità li wieħed jifforma prova li tkun tejoloġikament tajba, li biha

jħares kemm l-universalità tal-fidwa ta’ Kristu kif narawha fl-Iskrittura u t-Tradizzjoni

tal-Knisja, kif ukoll it-twemmin popolari u antik li Marija, Omm Kristu, hi Immakulata

fit-tnissil tagħha.

34

Id-dnub oriġinali skond Sant’Anselmu

Sant’Anselmu ta’ Canterbury (+1109) kien ipproduċa definizzjoni ġdida dwar iddnub

oriġinali, li hi distinta mit-teżi tradizzjonali Agostinjana tad-dnub oriġinali bħala att

ta’ konkupixxenza. Għal Anselmu d-dnub oriġinali hu «privazzjoni tal-ġustizzja

oriġinali». Il-ġustizzja oriġinali tirreferi għat-tjubija tar-rieda ħielsa li biha kienu mżejnin

l-ewwel bnedmin meta ġew maħluqin. Anselmu jsejħilha «oriġinali» għaliex kienet listat

ta’ ġustizzja oriġinali tan-natura umana kif Alla kien xtaqha u ħalaqha fil-bidunett.

Alla kien xtaq li din il-ġustizzja iżżejjen ir-ruħ tan-nisel kollu ta’ Adam. Imma biddiżubbidjenza

tiegħu Adam tilef il-ġustizzja oriġinali mhux biss għalih innifsu, imma

għan-nisel kollu tiegħu. Hekk il-bnedmin kollha jitwieldu fi stat li ma jikkorrispondix

għar-rieda ta’ Alla u għall-mod kif in-natura tagħna kellha tkun fil-bidu. Aħna suppost li

nitwieldu f’dan l-istat ta’ ġustizzja oriġinali, imma fil-fatt dan l-istat tlifnih, u nitwieldu fi

stat ta’ dnub oriġinali.. Dan mhux xi dnub personali ta’ l-individwu, imma l-istat jew

qagħda midinba, jew ta’ solidarjetà fid-dnub, li tmiss in-nisel kollu ta’ Adam fil-mument

tat-tnissil, bla ebda eċċezzjoni. Il-konkupixxenza hi biss konsegwenza ta’ dan l-istat.

Din it-tejorija ta’ Sant’Anselmu kienet ġiet imħaddna mill-Iskola Franġiskana fl-

Università ta’ Pariġi, l-aktar minn Alexander of Hales. Imma billi l-Iskola Franġiskana

kienet tiddependi ħafna mill-influss Platoniku-Agostinjan, Alexander of Hales kien ra kif

għamel biex jgħaqqad flimkien it-tejorija tad-dnub oriġinali bħala konkupixxenza (Santu

Wistin) ma’ dik tad-dnub orġinali bħala telfa tal-ġustizzja (Sant’Anselmu). Filwaqt li l-

Iskola Franġiskana kienet tammetti d-definizzjoni ta’ Anselmu, jiġifieri t-telfien talġustizzja

oriġinali, imma materjalment kienet tispjegaha bħala dnub ta’ konkupixxenza.

Filwaqt li l-magħmudija tneħħi l-aspett formali, jiġifieri t-telfien tal-ġustizzja oriġinali,

imma l-element materjali, jiġifieri l-konkupixxenza, jibqa’ bħala effett tad-dnub u

jkompli jikkastiga lill-bniedem fid-dnubiet attwali tiegħu matul ħajtu.

Id-dnub oriġinali skond Scotus

Scotus aċċetta d-definizzjoni ta’ Sant’Anselmu li d-dnub orġinali hu

essenzjalment in-nuqqas ta’ ġustizzja oriġinali (Ordinatio, II, distinctiones 30-31). Hu

jgħid li l-ewwel bnedmin, qabel id-dnub ta’ Adam, kienu jgħixu fi stat soprannaturali,

għalkemm inkunu aktar eżatti li dan l-istat insejħulu preternaturali, għax l-istat

soprannaturali nifhmu bih l-istat tal-viżjoni beatifika. Permezz tal-magħmudija l-persuna

terġa’ lura lejn Alla permezz tal-merti ta’ Kristu. Bil-grazzja li tqaddes id-dnub oriġinali

jitħassar u n-nisrani jsir iben Alla fl-istat tal-grazzja. Dan hu l-mod normali li bih tgħaddi

l-grazzja santifikanti fis-sagrament tal-magħmudija.

Scotus jistaqsi jekk il-grazzja setgħetx tingħata lil Marija bil-qawwa tal-merti ta’

Kristu fil-mument li fih ġiet maħluqa r-ruħ tagħha. B’dan il-mod Marija ma kienetx tkun

mimsusa mid-dnub oriġinali, għaliex ruħha qatt ma kienet tkun imtebba’ min-nuqqas ta’

35

ġustizzja oriġinali. Dan il-kompromess ma kienx imiss bl-ebda mod id-duttrina ta’ Kristu

bħala l-medjatur universali.

Imma tibqa’ problema oħra. Kristu hekk seta’ jkun tassew il-Feddej universali ta’

kulħadd? Jekk ir-ruħ ta’ Marija ġiet imħarsa mid-dnub oriġinali, dan l-att nistgħu naraw

fih att ta’ fidwa? Għax Bonaventura kien qal li wieħed irid qabel xejn ikun imċappas biddnub

biex imbagħad jiġi meħlus minnu. U Marija kienet bint Adam, bħalna lkoll, u

ċertament kellha bżonn tiġi mifdija, bħalna lkoll.

It-twelid ta’ Kristu mill-Verġni Marija

Sant’Anselmu kien wera li n-natura umana ta’ Kristu ġiet imsawwra direttament

minn Alla mill-ġisem ta’ Marija: «Dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin

Alla» (Luqa 1,35). Hekk id-dnub oriġinali ma seta’ jkollu l-ebda qawwa fuq xi ħadd li

jiġi iffurmat direttament minn Alla mill-ġisem ta’ bniedem. Għalkemm fil-ġisem tagħha

Marija ġiet imnissla b’għaqda tal-ġisem fiż-żwieġ bejn Ġwakkin u Anna, ir-ruħ ta’

Marija ġiet imqaddsa fil-ġuf ta’ ommha Anna. Dan kien is-sens tal-festa tal-Kunċizzjoni

fi żmien Anselmu. Matul ħajjitha Marija ma wettqet l-ebda dnub attwali. Mhux biss ma

għamlitx dnub, imma meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuqha fil-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni rruħ

tagħha ġiet imsebbħa b’safa li ħadd ma jista’ jimmaġina waħda akbar minnha, ħlief

f’Alla. Ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex Alla ma setax jagħti lir-ruħ ta’ persuna li

tiġi mnissla b’dan il-mod l-istess ġustizzja oriġinali li ġiet mogħtija lil Adam u Eva.

Il-Fidwa permezz ta’ Kristu

Jekk kien ikun att ta’ ġieħ li n-nisel ta’ Adam jerġa’ jakkwista l-ġustizzja oriġinali,

kien ikun ukoll att ta’ ġieħ li tingħata l-grazzja santifikanti lil Marija fil-mument tattnissil

tagħha. U dan minħabba Binha Ġesù. Jekk il-grazzja santifikanti mhijiex identika

mal-ġustizzja oriġinali, imma hi akbar minnha fil-perfezzjoni. Dak li Alla kellu jagħmel

kien li jagħti lir-ruħ ta’ Marija tant grazzja fil-mument li fih ir-ruħ daħlet fil-ġisem tagħha

li ġie mnissel b’mod naturali. Billi ġisimha kien tnissel b’mod naturali, kellu bżonn li jiġi

mifdi minn Kristu. Imma billi ruħha qatt ma kienet ittebbgħet bid-dnub oriġinali, Marija

xorta waħda kienet tiġi mifdija mill-merti ta’ Kristu b’mod aktar sublimi, għaliex hi ġiet

meħlusa milli taqa’ skjava tad-dnub minħabba t-tnissil tagħha mill-bnedmin. Għalkemm

id-dnub oriġinali mhux personali, imma kull wieħed minn ulied Adam għandu d-dejn ma’

Alla biex jiġi mifdi bil-merti ta’ Kristu ħalli jeħles mid-dnub tan-nisel.

Scotus juri kif il-fidwa ta’ Kristu ġiet mogħtija lil Marija ukoll, anke jekk hi

kienet ġiet imnissla bla ebda ħtija. Għaliex, bħala dixxendenti ta’ David, u permezz ta’

David bħala bint Adam, Marija kellha bżonn li tiġi mifdija. Dan għaliex Marija ma ġietx

imnissla fil-ġuf b’mod verġinali bħal Binha Ġesù. Fil-fatt il-bżonn li tiġi mifdija kien

ikun akbar milli kieku hi ġiet biss imqaddsa fil-ġuf bħal Ġwanni l-Battista. Hekk id-dejn

tal-ġieħ mogħti lill-ġustizzja oriġinali seta’ jitħallas minn qabel, b’tali mod li Binha Ġesù

36

seta’ jifdi lil Ommu Marija b’mod ħafna aktar perfett milli kieku hi ġiet imċappsa biddnub

oriġinali.

Imma kien hemm bżonn li Scotus jiddefendi pubblikament din id-duttrina tiegħu.

Fil-kapitlu li ġej naraw l-argumenti tiegħu favur il-privileġġ marjan ta’ l-Immakulata

Kunċizzjoni.

37

Kapitlu 4

JOHN DUNS SCOTUS

JIDDEFENDI L-IMMAKULATA

John Duns Scotus iddefenda għall-ewwel darba l-privileġġ ta’ Marija Immakulata

f’Marzu 1300, meta kellu 34 sena u kien qiegħed jgħallem f’Oxford il-kwestjoni: «Dwar

jekk il-Verġni Mbierka kienetx imnissla bla dnub oriġinali», fit-tielet distinzjoni tat-tielet

volum tal-«Liber Sententiarum».

Scotus kien jaf li t-tradizzjoni Kristjana sa dak iż-żmien kienet kollha favur it-teżi

li Marija ġiet imqaddsa fil-ġuf, imma li ċertament ma setgħetx kienet imnissla bla dnub

oriġinali, għaliex Hi wkoll bint Adam u kellha bżonn tiġi mifdija minn Kristu. Hekk

Scotus iqis b’attenzjoni u bir-reqqa l-argumenti kollha ta’ l-avversarji tat-tejorija

immakulista, u mbagħad joħroġ bl-argumenti tiegħu biex jipprova l-pożizzjoni tiegħu.

L-argument dwar Kristu bħala Feddej u Medjatur ta’ kulħadd

L-ewwel argument ta’ l-avversarji kellu x’jaqsam mad-dinjità ta’ Kristu bħala

Feddej u Medjatur universali. It-tejoloġi kienu jgħidu li din id-duttrina ma setgħetx

taqbel ma’ dik li riedet li Marija tiġi meħlusa mid-dnub oriġinali, ġaladarba kull bniedem

kellu bżonn jiġi mifdi minn Kristu u mħabbeb ma’ Alla l-Missier permezz ta’ Kristu. Lispjega

ta’ Scotus hi din:

«Ir-raġuni li tingħata għandha x’taqsam ma’ l-eċċellenza ta’ Binha, li bħala l-

Feddej universali fetaħ bieb is-sema lil kulħadd. Imma jekk il-Verġni Mbierka ma

kienetx imnissla bid-dnub oriġinali, ma kienx ikollha bżonn ta’ Feddej. U lanqas ma kien

jiftaħ għaliha bieb is-sema, għaliex dan ma kienx ikun magħluq għaliha. Għax dan ilbieb

fil-fatt jingħalaq biss bid-dnub, l-aktar dak oriġinali» (Ordinatio III, distinctio 3,

quaestio 1).

Aktar tard Scotus irritorna fuq dan l-istess agrument f’Pariġi, meta qal hekk:

«L-Iben ta’ Alla kien il-Feddej universali. Hu, mela, kien il-Feddej ta’ kulħadd

barra tiegħu nnifsu. Għaldaqstant, il-Verġni Mbierka kienet fid-dnub, għaliex hu biss

bniedem li hu fid-dnub li għandu bżonn il-fidwa. Għaliex inkella hi ma setgħetx tkun

mifdija. Jekk lill-Omm nagħtuha dan il-ġieħ, aħna nkunu qegħdin nonqsu mill-ġieħ lill-

Iben. Mhux biss, imma Kristu bil-mewt tiegħu fetaħ il-bieb tal-genna lil kulħadd. Imma

jekk il-Verġni Mbierka ma kienetx ittebbgħet bid-dnub, dan il-bieb qatt ma kien ikun

magħluq għaliha, u Kristu ma kienx jiftħu għaliha. Imma l-fidwa għandha bħala skop

speċjali tagħha, it-tneħħija tad-dnub oriġinali» (Reportata Parisiensia III, distinctio 3,

quaestio 1).

38

Dawn l-argumenti juru li Marija kellha bżonn tiġi mifdija, bħall-ulied kollha ta’

Adam. Imma hu l-mod kif ġiet mifdija li hu differenti għal Scotus. Fit-tweġiba tiegħu

Scotus joħroġ bin-nozzjoni ċelebri ta’ Marija li ġiet ippreservata minn qabel mid-dnub

oriġinali:

«Kien preċiżament minħabba l-eċċellenza ta’ Binha, bħala Feddej, Rikonċiljatur u

Medjatur li Hi ma ttebbgħetx bid-dnub oriġinali. Għaliex Medjatur l-aktar perfett

jagħmel l-aktar att perfett possibbli ta’ medjazzjoni favur il-persuna li Hu jidħol għaliha.

Għaldaqstant Kristu kellu l-ogħla grad ta’ medjazzjoni possibbli rigward l-istess persuna

li tagħha hu kien Medjatur. Issa Hu ma kellux grad aktar eċċellenti ta’ medjazzjoni lejn

l-ebda persuna ħlief lejn Marija. Imma dan kien ikun possibbli biss għaliex Hu

immeritalha li jippreservaha mid-dnub oriġinali» (Opus Oxoniense, III, distinctio 3,

quaestio 1) 1 .

Mela l-argument fundamentali hu dak tal-preservazzjoni, jew ħarsien minn qabel,

ta’ Marija, mid-dnub tan-nisel. Kif jgħid Scotus:

«Kristu ma jissoddisfax lit-Trinità b’mod aktar perfett għall-ħtija ta’ wlied Adam

jekk hu ma jippreservax lil xi ħadd minnhom milli jkollu din il-ħtija. Bħala konsegwenza

teżisti xi ruħ ta’ xi ħadd minn ulied Adam li ma għandhiex din il-ħtija, jew almenu hu

possibbli li din ir-ruħ ma għandhiex din il-ħtija».

Fuq kollox, għaliex Marija tingħata biss il-ġieħ tat-tqaddis fil-ġuf, l-istess kif

jingħata lill-profeta Ġeremija u lil San Ġwann Battista fl-Iskrittura? Hu possibbli li

Kristu, bħala Alla u bniedem, iwettaq xi ħaġa isbaħ minn hekk fil-każ ta’ Ommu Marija?

Scotus jgħid li iva:

«Il-persuna li hi rikonċiljata mhijiex obbligata lejn il-Medjatur bl-ogħla mod,

kemm il-darba hi ma rċevitx mingħandu l-ogħla ġid li l-Medjatur jista’ jagħti. Imma din

l-innoċenza jew preservazzjoni mill-ħtija li teżisti jew li tista’ ttebba’ tista’ sseħħ biss

permezz tal-Medjatur. Għaldaqstant l-ebda persuna ma għandha obbligu fl-ogħla grad

lejn Kristu bħala Medjatur jekk hi ma tiġix ippreservata mid-dnub oriġinali ... Tabilħaqq,

hu benefiċċju ħafna aktar eċċellenti li wieħed iħares minn qabel lil xi ħadd mid-deni milli

li jippermettilu li jaqa’ fih u mbagħad jeħilsu minnu. Jidher ukoll li billi Kristu immerita

l-grazzja u l-glorja għal bosta erwieħ, u dawn huma midjunin ma’ Kristu bħala l-Medjatur

tagħhom, għaliex ma għandux ikun hemm ruħ waħda li tkun midjuna miegħu minħabba linnoċenza?

Billi l-anġli kollha huma innoċenti, għaliex fis-sema ma hemmx ruħ oħra li

hi innoċenti ħlief ir-ruħ ta’ Kristu?»

L-argument dwar l-effetti tad-dnub orġinali fuq in-nisel kollu ta’ Adam

Scotus imbagħad ikompli juri l-oppożizzjoni li kienu urew it-tejoloġi ta’ qablu,

fosthom San Bonaventura, meta qalu li Marija bilfors kellha tiċċappas bid-dnub oriġinali

għax hi twieldet b’mod mill-aktar normali u hekk kellha d-dgħufija kollha tal-kundizzjoni

1 Minn issa ‘l quddiem ir-riferimenti kollha jkunu għal din il-parti ta’ l-Opus Oxoniense.

39

umana, li t-tejoloġi jgħidu li huma l-effett tad-dnub oriġinali. Scotus hekk jippreżenta lpożizzjoni

tagħhom:

«Fil-Verġni Mbierka l-prokrejazzjoni kienet tipika u komuni, u għalhekk il-ġisem

tagħha kien imnissel u ifformat miż-żerriegħa infettata, u għaldaqstant għall-istess raġuni

hi kienet mimsusa f’ġisimha bħalma jiġri fil-ġisem ta’ kull bniedem ieħor li jitnissel fiddnub

oriġinali. Billi ruħha ġiet mimsusa mill-ġisem infettat tagħha, l-istess bażi ta’

infezzjoni kienet teżisti għal ruħha bħalma teżisti għall-erwieħ kollha tal-bnedmin loħrajn

li jitnisslu b’dan il-mod komuni. Hi wkoll kienet taqsam fil-kastigi komuni għannatura

umana, bħalma huma l-għatx, il-ġuħ, u oħrajn bħalhom, u li aħna nġorru fuqna

minħabba d-dnub oriġinali. Għaldaqstant hi ma kienetx ħadet dawn kollha fuqha minn

jeddha, kif kien għamel Kristu, għaliex hi ma kienetx ir-redentirċi jew l-imperatriċi

tagħna, għax inkella Binha ma setax ikun il-Feddej universali ta’ kulħadd. Għaldaqstant,

dawn kienu mogħtija lilha minn Alla, u mhux b’inġustizzja; minn dan jiġi li kien kollu

minħabba d-dnub, u għalhekk hi ma kienetx innoċenti».

Scotus kellu l-kapaċità li jwaqqa’ din it-teżi medjevali taż-«żerriegħa infettata», li

kienet viżjoni negattiva tal-kobor u d-dinjità tal-bniedem kif ħalqu Alla. Scotus jgħid li

aħna ċertament ġejna maħluqin fix-xbieha u s-sura tat-Trinità minħabba l-fatt li r-ruħ

tagħna ma tmut qatt u minħabba li aħna ġejna maħbubin fin-natura divina tal-Persuni tat-

Trinità. L-ispirtu li għandna fina hu r-ruħ, li hi l-forma ta’ ġisem li ħiereġ mill-materja

bħal kull għamla oħra ta’ ħajja li Alla għamel fil-bidu tal-ħolqien, u ra li kienet tajba.

Mill-bidunett Alla ħalaqna mhux bħala anġli, imma bħala «annimali bir-raġuni» (iddefinizzjoni

ta’ Aristotli dwar x’inhu l-bniedem). U kien Alla nnifsu li ikkmanda lillewwel

bnedmin biex jitkattru u jimlew id-dinja (Ġenesi 1,27-28). Għalkemm bid-dnub

ta’ Adam aħna tlifna d-doni soprannaturali li suppost li kellna bħala uliedu, imma xorta

waħda bqajna nżommu l-istat naturali tagħna bħala annimali bir-raġuni. L-Iskrittura

kollha tgħolli u tfaħħar id-dinjità tal-bniedem bħala prinċep tal-ħolqien. Mela mhux veru

li n-natura umana hi infettata, jew imħassra.

Dan kollu hu riżultat tal-viżjoni Franġiskana li Scotus għandu dwar il-ħolqien, laktar

dwar dak li kiteb fuq il-predestinazzjoni u l-primat ta’ Kristu. Kristu hu l-Alfa u l-

Omega tal-ħolqien kollu, u l-ħolqien kollu jrid jerġa’ jmur lura lejn Alla billi jgħaddi

mill-umanità ta’ l-Iben ta’ Alla li fdieh. Bil-merti ta’ Kristu aħna nistgħu niġu

spiritwalment trasformati kif Marija ġiet mibdula meta għaqqdet il-merti tagħha ma’

dawk ta’ Kristu, b’mod li hi għandha kważi valur sekondarju għall-fidwa ta’ l-umanità

(għalkemm mhux korrett li wieħed isejjaħ lil Marija «korredentriċi»). L-espressjoni

«żerriegħa infettata» hi biss xbieha biex ngħidu li, fid-dnub ta’ Adam, aħna twelidna

b’mod naturali u mhux b’mod preternaturali jew soprannaturali. Hekk mela jikkonkludi

Scotus:

«It-tieni argument ukoll jidher li mhux konklużiv, meta nibbażawh fuq dak li

naraw f’Marija. Għax hemm min jgħid li l-ġisem tagħha kien frott ta’ żerriegħa infettata,

imma dan l-argument ma jżommx, skond l-ispjega li jagħti Anselmu dwar id-dnub

oriġinali, li jiena ippreżentajt fid-distinzjoni 30 tal-Ktieb II. Jew, ukoll jekk wieħed

jammetti li d-dnub oriġinali normalment jgħaddi b’dan il-mod, hekk li t-tniġġis tal-ġisem

40

jibqa’ jeżisti wkoll wara l-magħmudija, naturalment dan mhuwiex il-mezz neċessarju

għaliex id-dnub oriġinali jibqa’ fir-ruħ. Għaliex dan il-ġisem infettat jibqa’ ġaladarba ddnub

oriġinali jitneħħa bil-qawwa tal-grazzja li tiġi mogħtija. Għalhekk, Alla seta’

jħassar id-dnub oriġinali fl-ewwel mument tat-tnissil tal-Verġni sempliċement billi

jagħtiha l-grazzja f’dak il-mument, b’tali mod li l-ġisem infettat ma jikkawżax

neċessarjament it-tniġġis fir-ruħ; imma l-grazzja tneħħi kull ħtija ta’ ruħha. L-argument

l-ieħor, rigward it-tbatijiet ta’ Marija ma jippruvax il-konklużjoni. Għaliex il-Medjatur

jista’ jħabbeb lil xi ħadd b’tali mod li jneħħi minnu t-tbatijiet li ma għandux bżonnhom, u

jħallilu t-tbatijiet li għandu bżonnhom. Id-dnub oriġinali ma kienx meħtieġ għal Marija;

imma l-pwieni temporali kienu meħtieġa, għaliex permezz tagħhom hi kisbet il-mertu».

L-argument dwar Marija li kellha bżonn il-fidwa imma ġiet meħlusa mid-dnub oriġinali

Fl-Ittra tiegħu lir-Rumani 5,19, San Pawl jikteb: «Bid-diżubbidjenza ta’ bniedem

wieħed ilkoll saru midinbin». Dan kien l-argument tat-tejoloġi kollha li kienu jsostnu li

Adam ċappas lin-nisel kollu tiegħu bid-dnub oriġinali, bla ebda eċċezzjoni, u li għalhekk

Kristu kellu jifdi lin-nisel kollu ta’ Adam, bla ebda eċċezzjoni. Imma għal Scotus, Marija

Immakulata hi l-eċċezzjoni. Dawn huma l-argumenti tiegħu:

«It-tweġiba li għandha tingħata lil dawn l-awtoritajiet kollha hi li kull iben ta’

Adam li hu mnissel b’mod naturali hu midjun lejn il-ġustizzja oriġinali u ma għandux din

il-ġustizzja, minħabba li Adam tilef il-mertu tiegħu. Għaldaqstant kull iben li jiġi mnissel

b’mod naturali għandu bażi biex jiċċappas bid-dnub oriġinali. Imma jekk xi ħadd flewwel

waqtiet tal-ħolqien tar-ruħ jiġi mogħti l-grazzja, dik il-persuna qatt ma tonqosha lġustizzja

oriġinali – għalkemm dan mhux mertu tiegħu innifsu, imma hu mertu ta’ xi

ħadd ieħor, għaliex kien minħabba xi ħadd ieħor li l-grazzja tiġi mogħtija lil dik ilpersuna.

Għaldaqstant, kull bniedem bil-ħila tiegħu biss ikollu d-dnub oriġinali, ħlief

jekk jiġi meħlus minnu minn ħaddieħor li jkun il-medjatur tiegħu. U b’dan il-mod lawtoritajiet

jiġu spjegati, għaliex dawk kollha li jitnisslu minn Adam huma midinbin.

Dan ifisser li, mill-mod li bih huma jiksbu n-natura tagħhom minn Adam huma ma

għandhom l-ebda raġuni li jkollhom il-ġustizzja li suppost għandhom, ħlief jekk din

tingħatalhom b’xi mod ieħor. Imma kif il-grazzja setgħet tingħata wara, hekk ukoll

setgħet tingħata fl-ewwel mument li fih ir-ruħ tiġi maħluqa.

L-istess spjegazzjoni twieġeb l-argumenti mogħtija għall-ewwel opinjoni, għaliex

Marija aktar minn kulħadd kellha bżonn ta’ Kristu bħala Feddej tagħha. Hi, fil-fatt,

kienet tiċċappas bid-dnub oriġinali minħabba n-nisel komuni tagħha, kieku ma ġietx

meħlusa minnu bil-grazzja tal-Medjatur tagħha. U kif il-bnedmin l-oħrajn għandhom

bżonn ta’ Kristu sabiex bil-merti tiegħu jinħafrilhom id-dnub li jkunu iċċappsu bih, hekk

Hi kellha bżonn akbar ta’ Medjatur li ma tmurx tiċċappas bih f’xi ħin u biex hu jħarisha

milli tiċċappas bih».

Fl-Università ta’ Pariġi, imbagħad, Scotus ikompli jiżviluppa dan l-argument:

41

«Għalkemm f’Marija jinsabu kawżi suffiċjenti għad-dnub oriġinali, Alla minkejja

kollox seta’ jwaqqaf milli dan iseħħ, l-istess kif hu jista’ jevita li n-nar jaħraq xi ħaġa li

tista’ taqbad. Bħala konsegwenza, biex wieħed ikun iben naturali ta’ Adam, ma jfissirx

neċessarjament li d-dnub oriġinali jinsab f’dik il-persuna; inkella persuna tista’ żżomm

id-dnub oriġinali ukoll wara l-magħmudija, billi tibqa’ iben ta’ Adam ukoll wara lmagħmudija.

Għaliex wara l-magħmudija dawn iż-żewġ affarijiet jinsabu flimkien flistess

persuna, jiġifieri li hu kemm iben naturali ta’ Adam kif ukoll ma għandux aktar iddnub

oriġinali. Issa, billi ma hemmx l-ebda stmerrija ta’ l-ewwel waqt, kif ma hemmx

tat-tieni, minn dan naraw li persuna tista’ titnaddaf fl-ewwel waqt kif ukoll fit-tieni waqt,

u dan mid-dnub li jinsab fiha, kull meta n-natura titħalla għaliha nnifisha.

Marija, għalhekk, kellha bżonn il-fidwa aktar mill-bnedmin l-oħrajn kollha. Hi

kellha bżonnha aktar minnhom għaliex Hi kellha tirċievi fiha grazzja akbar. Billi linnoċenza

perfetta hi ġid akbar mill-maħfra tad-dnub wara l-waqgħa, Marija irċeviet ġid

ħafna akbar meta ġiet meħlusa mid-dnub oriġinali milli kieku kienet tiġi mnaddfa minnu

wara. Lanqas ma kien meħtieġ li minħabba f’hekk Kristu jbati qabel iż-żmien, għaliex

Abraham kien ġie mnaddaf mid-dnub oriġinali li kien fil-persuna tiegħu, bil-qawwa talpassjoni

li Kristu kellu jbati. B’dan il-mod Marija setgħet tiġi meħlusa mid-dnub

oriġinali li inkella bilfors kien ikollha tiċċappas bih».

Scotus kien konvint minn dawn l-argumenti kollha li kien ġab, imma fl-istess ħin

kien jagħraf li dawn kienu argumenti ġodda u rivoluzzjonarji, meta tqabbilhom mattradizzjoni

kollha tas-Santi Padri u t-tejoloġi sa żmienu. Hu ma setax jippretendi li loħrajn

jaċċettaw dak li hu kien qiegħed jipprova bħala tejorija tejoloġika. Għaldaqstant

hu kellu jqis il-possibilità li Marija ġiet, fil-fatt, imċappsa bid-dnub oriġinali, qabel ma

seta’ joħroġ bit-tweġiba definittiva tiegħu. Il-Verġni Marija kienet ġiet fil-fatt imnissla

mingħajr dnub oriġinali?

It-tweġiba definittiva ta’ Scotus

John Duns Scotus kien konvint li dawk li kienu ċaħdu l-possibilità li Marija tkun

Immakulata sa mill-ewwel waqtiet tat-tnissil tagħha kienu jinkludu tejoloġi qaddisin, li

kellhom awtorità u esperjenza kbira. Hu kien jaf li, fl-età żagħżugħa tiegħu, kellu juri

prudenza fl-argumenti tiegħu, ukoll jekk il-profondità tagħhom kienet għamlitu ċert minn

dak li kien qed jgħid.

Għal din ir-raġuni Scotus jipprova janalizza l-problema minn possibiltà oħra.

Jekk Marija kienet iċċapset bid-dnub oriġinali, kif kienu qegħdin isostnu t-tejoloġi ta’

qablu, u kienet ġiet santifikata fil-ġuf bħal Ġwanni l-Battista, kemm damet ruħha

mingħajr il-grazzja santifikanti? Ħafna tejoloġi kienu jaqblu li l-intervall kien qasir.

Imma Scotus jistaqsi: ma jistax ikun li dan l-intervall kien biss mument wieħed? Kien jaf

li William of Ware u Henry of Ghent kienu ippruvaw jgħidu li l-mument li fih Marija

kienet imċaħħda mill-grazzja santifikanti u mbagħad irċevietha kien l-istess wieħed, hekk

li kważi ma nistgħux nitkellmu fuq żmien li fih hi kienet mingħajr grazzja fit-tnissil

tagħha. Mill-punt filosofiku dan ir-raġunament kien imur kontra l-prinċipju tal-

42

kuntradizzjoni, għax ħaġa ma tistax tkun u ma tkunx fl-istess ħin. Imma, Scotus, ikompli

jistaqsi, Alla kapaċi li joħloq l-effetti f’daqqa waħda, mhux permezz ta’ proċess kif

nagħmlu aħna bir-raġunamenti tagħna. Billi Alla jista’ kollox, u jista’ jagħmel xi ħaġa li

ma tkunx kuntradizzjoni, mela hu seta’ ħoloq ir-ruħ ta’ Marija f’waqt wieħed u kważi flistess

ħin għaniha bil-grazzja santifikanti għall-kumplament ta’ ħajjitha. Marija setgħet

kienet għal ħakka ta’ għajn fi stat ta’ dnub oriġinali u għall-kumplament ta’ ħajjitha fi stat

ta’ grazzja. Jekk dan hu dak li Henry of Ghent kien għallem, skond Scotus, din l-opinjoni

kienet tajba.

Imma Scotus ma kienx kuntent b’dan, għax hu kellu r-raġunament tiegħu, billi

ried jipprova li Marija kienet għal kollox mingħajr dnub, u li d-dnub oriġinali ma setax

itebbagħlha ruħha, lanqas għal ħin ta’ ħakka ta’ għajn. It-teżi definittiva ta’ Scotus dwar

jekk il-Verġni Mbierka kienetx imnissla bid-dnub oriġinali hi din:

«Għal din il-mistoqsija jiena ngħid li Alla seta’ ried li sseħħ waħda minn dawn ilpossibilitajiet:

(1) li Marija qatt ma kienet fid-dnub oriġinali, jew (2) li kienet fid-dnub

biss għal waqt wieħed, jew (3) li kienet fid-dnub għal perjodu qasir ta’ żmien u fl-aħħar

mument ta’ dak iż-żmien ġiet imnaddfa minnu.

Jiena niddikjara li l-ewwel possibilità hi ta’ min isostniha, għaliex il-grazzja hi

ekwivalenti mal-ġustizzja oriġinali għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċettazzjoni

divina, sabiex minħabba din il-grazzja ma hemm l-ebda dnub oriġinali fir-ruħ li

tippossediha. Alla seta’ li fl-ewwel mument nefaħ f’din ir-ruħ il-grazzja fi grad hekk

għoli bl-istess mod kif jonfoħha fl-erwieħ l-oħrajn fil-mument taċ-ċirkonċiżjoni jew talmagħmudija.

Għaldaqstant fl-ewwel mument din ir-ruħ ma jkollhiex dnub oriġinali, blistess

mod kif il-persuna li tirċievi l-magħmudija ma jkollhiex id-dnub oriġinali wara lmagħmudija.

Liema waħda minn dawn it-tliet possibilitajiet fil-fatt seħħet, dan jafu biss Alla,

imma jekk l-awtorità tal-Knisja jew l-awtorità ta’ l-Iskrittura ma tmurx kontra din ilverità,

jiena jidhirli li hu aktar probabbli li għandna nattribwixxu lil Marija dak li aktar

eċċellenti».

Dan l-argument stupend ta’ Duns Scotus jimmarka punt ta’ svolta fl-istorja tattejoloġija,

għaliex solva l-akbar oġġezzjoni li kienu għamlu tejoloġi u dutturi tal-Knisja

bħal San Tumas t’Aquino u San Bonaventura meta ma setgħux jammettu l-possibiltà li

Marija kienet ġiet imnissla mingħajr ħtija. Dak li John Duns Scotus ġabar flimkien flargumenti

tiegħu hu mod ġdid kif inħarsu lejn il-fidwa li ġabilna Kristu. Hu l-mod li l-

Bulla «Ineffabilis Deus» tal-Beatu Piju IX, Papa, li iddefiniet l-Immakulata Kunċizzjoni

bħala Domma ta’ Fidi, issejħilna «sublimiori modo redempta», Marija, mifdija b’mod

aktar sublimi, proprju għaliex hi kienet ġiet imnissla bla ebda tebgħa ta’ dnub tan-nisel.

L-aħbar ta’ din id-difiża li għamel f’Oxford dwar dan il-privileġġ ta’ Marija

malajr xterrdet fl-Ordni Franġiskan. X’aktarx li kien il-kawża li għaliha l-aħwa tal-

Provinċja Franġiskana ta’ l-Ingilterra iddeċidew li jibgħatu lil Scotus f’Pariġi bħala

«magister regens» ta’ l-Iskola Franġiskana f’dik l-Università.

43

F’Pariġi Scotus kellu jagħmel id-difiża tiegħu dwar il-privileġġ ta’ l-Immakulata

x’aktarx f’Marzu 1303. Mid-diversi manuskritti li l-istudjużi jistudjaw jidher li hu

tkellem diversi drabi fuq dan il-privileġġ marjan, u x’aktarx li l-aħbar li twieldet fis-seklu

15 dwar John Duns Scotus li jagħmel disputa solenni u pubblika fl-Università ta’ Pariġi

dwar il-privileġġ ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni mhijiex mingħajr fundament storiku.

Jidher li fl-Università ta’ Pariġi l-istudjużi ma aċċettawx l-argumenti ta’ Scotus

mingħajr oppożizzjoni. Wieħed minnhom, li kien «magister» sekular mill-kleru djoċesan,

jismu Jean de Pouilly, sena wara li miet Scotus, fl-1309, attakka t-teżi tiegħu bħala

ereżija li tmur kontra dak kollu li nsibu fl-Iskrittura. X’aktarx li waħda mir-raġunijiet li

minħabba fihom il-Ministru Ġeneral Gonsalvo minn Spanja kien talab lil Scotus imur

Köln ftit qabel ma dan miet, kienet proprju l-oppożizzjoni ta’ dan Pouilly, imsaħħa millmibegħda

li kellu lejn Scotus ir-re ta’ Franza Filippu s-Sabiħ, li kien qiegħed jipprova

jġiegħel lill-Papa jirreżenja, u sab fi Scotus difensur tal-primat tal-Papa.

Sa nofs is-seklu 14 kienu biss il-Franġiskani li kienu jiddefendu t-tagħlim ta’

Scotus dwar l-Immakulata Kunċizzjoni. Imma min-nofs is-seklu 14, Ordnijiet

mendikanti oħrajn, fosthom il-Karmelitani u l-Agostinjani, ingħaqdu mal-Franġiskani fiddifiża

ta’ din id-duttrina u fit-tixrid tal-kult lejn il-Verġni Marija Immakulata. Sa tmiem

is-seklu 14 il-kulleġġ ta’ Sorbonne fl-Università ta’ Pariġi kien jitlob lil dawk kollha li

riedu jaslu għall-gradi akkademiċi li jaħilfu li jiddefendu d-duttrina ta’ l-Immakulata

Kunċizzjoni.

Minħabba l-mod analitiku tassew dettaljat u profond li bih John Duns Scotus

iddefenda d-duttrina dwar l-Immakulata Kunċizzjoni, hu sar magħruf bħala «Doctor

Subtilis», Duttur Sottili. Hu magħruf ukoll bħala Duttur Marjan. Imma ċertament l-isbaħ

titlu li jixraqlu hu dak li bih baqa’ magħruf: Duttur ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni.

44

Kapitlu 5

DOKUMENTI TAL-PAPIET

DWAR JOHN DUNS SCOTUS U L-IMMAKULATA

ITTRA APOSTOLIKA «ALMA PARENS» TAL-PAPA PAWLU VI 1

(14 ta‟ Lulju 1966)

Lill-Venerabbli Ħutna l-Emminenza Tiegħu John Carmel Kardinal Heenan,

Arċisqof ta‟ Westminster, u Gordon Joseph Gray, Arċisqof ta‟ Saint Andrew u Edinburgh,

flimkien ma‟ l-Arċisqfijiet u l-Isqfijiet l-oħrajn ta‟ l-Ingilterra, Wales u Skozja: flimkien

ma‟ dawk li qegħdin jiċċelebraw it-Tieni Kungress ta‟ l-Iskolatika f‟Oxford u Edinburgh,

fl-okkażjoni ta‟ għeluq is-VII ċentinarju mit-twelid ta‟ John Duns Scotus.

Pawlu PP. VI, jixtieq lil dawn il-Venerabbli Ħutna s-saħħa u l-barka Apostolika.

L-omm kbira ta‟ nies magħrufin, il-Gran Brittanja, flimkien ma‟ nisel glorjuż ta‟

fama kbira, iżżid unur ieħor, li jiddistingwiha mhux inqas, jiġifieri dak li għarfet tħares

b‟għira qaddisa it-tifkira tal-persunaġġi magħrufin tagħha, u tagħtihom ġieħ, skond iddrawwa

tradizzjonali li trid li jingħatalhom unur u ssirilhom tifkira solenni fit-tifkiriet

importanti tagħhom.

Dan kollu jiġi b‟mod spontanju f‟moħħna, u Aħna ħsibna b‟konvinzjoni dwaru,

meta irċevejna l-aħbar taċ-ċelebrazzjoni tat-II Kungress Internazzjonali ta‟ l-Iskolastika li

qiegħed jitħejja biex ifakkar is-VII Ċentinarju mit-twelid tal-Venerabbli John Duns

Scotus.

Ħutna Venerabbli, dan il-Kungress se jkun iċċelebrat f‟Oxford u Edinburgh, taħt

l-awspiċju tagħna, u b‟ħeġġa ħajja u kura mill-aktar kbira. Hu faċli li naraw minn qabel

li hu se jkun suċċess kbir u se jkollu importanza mhux żgħira, kemm minħabba t-temi li

se jitratta, kif ukoll minħabba l-parteċipazzjoni ta‟ ħafna personalitajiet kwalifikati. Luniversitajiet

ta‟ l-Ingilterra u ta‟ l-Iskozja, u, f‟pajjiżi oħrajn, dawk ta‟ Pariġi u ta‟ Köln,

fejn Scotus għallem, kif ukoll bosta universitajiet oħrajn, se jibgħatu rappreżentanti, u se

jkunu mistiedna mhux biss studjużi mill-Knisja Kattolika, imma wkoll mill-Komunjoni

Anglikana, mill-Knisja ta‟ l-Iskozja, u mill-Komunitajiet kristajni l-oħrajn tal-Gran

Brittanja, flimkien ma‟ studjużi ta‟ fama ġejjin mid-dinja kollha.

Il-Metodu storiku-kritiku applikat għall-opri ta’ Scotus

1 Acta Apostolicae Sedis LVIII,9 (30 septembris 1966) 609-614; L’Osservatore Romano (14 luglio 1966).

45

Filwaqt li diġà minn issa nawguraw lill-Kungress li jitwettaq b‟suċċess u jagħti

riżultati ta‟ tiġdid, ma nistgħux ma nifirħux bin-nota distintiva u bil-karattru partikulari li

hu jrid jistampa. Dak li se jkun propost fih, fil-fatt, hu li jixħet dawl fuq il-personalità ta‟

John Duns Scotus, fuq id-duttrina filosofika u tejoloġika tiegħu, u wkoll fuq xi aspetti talbixra

morali u axxetika tiegħu. Billi wieħed jevita d-diskussjonijiet li jnisslu kontroversja,

li mhux l-ewwel darba li tqajjmu fl-imgħoddi, wieħed issa jippreferi l-metodu storikukritiku,

li għandu jinżamm b‟ġieħ kbir, u li meta jiġi applikat b‟mod hieni minn studjużi

ta‟ ħila għall-għarfien ta‟ l-awtentitċità u għall-valutazzjoni sinċiera ta‟ l-opri tad-Duttur

Sottili, għandu jagħti riżultati eċċellenti.

Ma‟ dan kollu jingħaqdu l-isforzi biex jiġi mibni kwadu ta‟ linji kbar, jiġifieri

viżjoni integrali ta‟ l-Iskolastika, li minnha wieħed jista‟ jagħraf il-varjetà, ir-rikkezza u lħajja

li titnissel mill-ħsieb tejoloġiku u filosofiku tal-Medjuevu.

Ċertament li f‟din il-prospettiva San Tumas t‟Aquino u s-Summa Theologica

tiegħu jikkostitwixxu l-quċċata li taħkem fuq il-kumpless kollu tal-qċaċet tal-ħsieb

tejoloġiku tal-Medjuevu. Is-sintesi li hu ħoloq fil-formulazzjoni tiegħu tar-relazzjoni

bejn fidi u raġuni, bejn il-fidi li tfittex l-intellett – kif qablu kien qal il-qaddis tagħkom

Sant‟Anselmu 2 - u bejn l-intellett li jfittex il-fidi, irċeviet qbil unanimu li hu kellu fost listudjużi

Skolastiċi, hekk li t-tagħlim tiegħu jidher l-aktar wieħed ta‟ min ifaħħru u

b‟hekk jista‟ jiftaħar bit-titlu ta‟ «Doctor Communis». Imma maġenbu hemm

rappreżentanti kbar oħrajn ta‟ l-Iskolastika, li flimkien jikkomponu l-kostellazzjoni ta‟ lgħaġeb

tal-ħsieb medjevali.

Dak li ġarr l-istendard ta’ l-Iskola Franġiskana

Fl-Ittra Enċiklika Aeterni Patris tal-Predeċessur Tagħna Ljun XIII, ta‟ tifkira

hienja, li fiha jiġi irrikmandat ir-ritorn lejn l-Iskolastika, taħt it-tmexxija ta‟ San Tumas

t‟Aquino, kontra l-iżbalji moderni, wara li jingħad li «Tumas t‟Aquino jispikka b‟mod ċar

fuq l-oħrajn kollha» 3 , jiġu msemmijin wieħed wara l-ieħor id-dutturi Skolastiċi l-oħrajn,

u fosthom jissemma b‟mod partikulari San Bonaventura, li l-Papa Piju X iddefinih bħala

«it-tieni prinċep ta‟ l-Iskolastika» 4 . Kif kulħadd jaf, John Duns Scotus kien ilperfezzjonatur

ta‟ dan id-Duttur Serafiku.

Tajjeb ukoll li nuru li l-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, fid-digriet De Institutione

Sacerdotali jgħid: «Id-dixxiplini filosofiċi għandhom jiġu mgħallmin b‟mod li l-istudenti

qabel xejn jitmexxew ħalli jiksbu għarfien sħiħ u armoniku tal-bniedem, tad-dinja u ta‟

Alla, filwaqt li jiġi mibni fuq il-patrimonju filosofiku li jibqa‟ validu għal dejjem» 5 . L-

Iskola Franġiskana ċertament tagħmel parti minn dan il-patrimonju.

2 S. ANSELMU, Proslogion, prooemium 2 (Patrologia Latina 158, 225).

3 LJUN XIII, Ittra Enċiklika Aeterni Patris (Acta Leonis XIII, I, Toma 1881, 272).

4 S. PIJU X, Ittra Doctoris Seraphici (Acta Pii X, Roma 1905, 235).

5 Digriet De Institutione Sacerdotali, n. 15 (Tipografia Poliglotta Vaticana, 1965).

46

San Tumas t’Aquino u Duns Scotus

Maġenb il-kattedra majjestuża ta‟ San Tumas t‟Aquino, fost l-oħrajn hemm dik li

jixirqilha kull ġieħ – għalkemm hi differenti kemm fil-kobor kif ukoll fl-istruttura tagħha

– u li intrefgħet „il fuq lejn is-sema fuq pedamenti soda, u laħqet ponot għoljin flispekulazzjoni

mħeġġa ta‟ John Duns Scotus. Hu mexa fondamentalment fuq iddirezzjoni

plantonika-agostinjana, imma mhux mingħajr ma semma‟ u anke ikkritika xi

aspetti tal-filosofija ta‟ l-Istaġirita (Aristotli). Hu l-aħħar wieħed fost aktar minn ħamsin

dutturi Franġiskani, li fosthom insibu lil Sant‟Antnin ta‟ Padova, Alexander of Hales, San

Bonaventura, Matteo di Acquasparta, Richard of Middletown, Adam of Marsh, Roger

Bacon, William of Ware. Hu ħoloq sintesi u approfondiment tat-tiftix tagħhom, hekk li

sar l-aktar rappreżentant kwalifikat ta‟ l-Iskola Franġiskana.

Il-primat tal-ħajja tajba fuq l-għerf, tal-karità fuq ix-xjenza

L-ispirtu u l-idejal ta‟ San Franġisk t‟Assisi jinħbew u jbaqbqu fl-opra ta‟ John

Duns Scotus, fejn dan jagħtina n-nifs ta‟ l-ispirtu serafiku tal-Patrijarka ta‟ Assisi, billi

jqiegħed l-għerf taħt il-primat tal-ħajja tajba. Fuq kull xjenza oħra, hu jinsisti dwar ilprimat

universali ta‟ Kristu, kapolavur ta‟ Alla, glorifikatur tat-Trinità l-aktar Qaddisa u

Feddej ta‟ l-umanità, Sultan fl-ordni naturali u soprannaturali, li maġenbu tiddi bi sbuħija

oriġinali l-Verġni Immakulata, Sultana ta‟ l-univers. Hekk hu jogħla lejn l-idejiet li huma

fil-quċċata tar-Rivelazzjoni evanġelika, partikolarment lejn dak li San Ġwann Evanġelista

u San Pawl Appostlu raw li, fil-pjan divin tas-salvazzjoni, jispikka bl-ogħla mod.

Hi x-xewqa ta‟ kulħadd li dan il-frott jimmatura fil-Kungress li se jiġi iċċelebrat

fil-Gran Brittanja biex jagħti ġieħ lit-tifkira tad-Duttur Sottili u Marjan kemm għal dak li

għandu x‟jaqsam mat-triq spekulattiva, kif ukoll għal dak li jirrigwarda t-triq morali u

prattika. Aħna qabel kollox nixtiequ u nawguraw li jitnissel interess imġedded għallistorja

tat-tejoloġija u għal dik Skolastika b‟mod partikulari, b‟ħerqa mħeġġa li ssir

riċerka sistematika u kalma skond ir-regoli ta‟ l-arti tar-riċerka xjentifika.

Fejqan kontra l-ateiżmu

Hi persważjoni intima Tagħna, imbagħad, li speċjalment mit-teżor intellettwali ta‟

John Duns Scotus nistgħu noħorġu armi jiddu biex nikkumbattu u nbiegħdu l-isħaba

sewda ta‟ ateiżmu li ddallam iż-żminijiet tagħna. Ta‟ spiss, dawk li jiċħdu lil Alla b‟mod

tejoriku u prattiku mhumiex ħlief dawk li jaduraw l-idoli u l-fantażmi li huma stess

iffurmaw, meta intilfu fil-ħsibijiet tagħhom 6 .

Id-Duttur Sottili, li nissel id-diskors tiegħu dwar Alla miż-żewġ prinċipji ta‟ l-

Iskrittura, li jitkellmu dwar Alla: «Jien li jien» 7 u «Alla u mħabba» 8 , b‟mod ta‟ l-għaġeb u

6 Cfr. Rum 1,21-22.

7 Eż 3,14.

8 1 Ġw 4,16.

47

li jikkonvinċi, jiżviluppa d-duttrina dwar Dak li hu «verità infinita u tjieba infinita» 9 , li hu

«l-ewwel wieħed li hu l-kawża effiċjenti ta‟ kollox», «il-bidu u t-tmiem ta‟ kull ħaġa», «lewwel

wieħed f‟sens assolut, f‟sens eminenti», «l-oċejan ta‟ kull perfezzjoni», u «limħabba

per essenza» 10 .

Għal djalogu bejn il-Kattoliċi u l-Anglikani fuq bażi ta’ ftehim

Tama oħra titbissmilna. Fid-dikjarazzjoni komuni li, fl-12 ta‟ Marzu 1966 saret

fil-Bażilika ta‟ San Paolo fuori le Mura, għamilna ma‟ ħuna Michael Ramsey, arċisqof

Anglikan ta‟ Canterbury, aħna urejna x-xewqa tagħna li «bejn il-Knisja Kattolika

Rumana u l-Komunjoni Anglikana jinbena djalogu serju, li jkollu bħala bażi l-Evanġelju

u t-Tradizzjonijiet antiki komuni, u li jista‟ jwassal għal dik l-għaqda fil-verità li għaliha

talab Kristu» 11 .

Forsi biex ninsġu dan id-djalogu seren bejn il-Knisja Kattolika u l-Komunjoni

Anglikana u l-Komunitajiet kristjani l-oħrajn tal-Gran Brittanja, id-duttrina ta‟ Scotus

tista‟ toffrilna ħajta tad-deheb. Għal tliet sekli, fil-fatt, qabel ma seħħet il-firda, din idduttrina

kienet tiġi mgħallma b‟mod komuni fl-Iskejjel tal-Gran Brittanja. Hi ma kienetx

inġiebet minn barra, imma kienet warrdet fuq dik l-art bil-ħidma ta‟ wieħed li twieled u

ġie edukat fil-Gran Brittanja u li, bil-ġenju kollu ħeffa u jagħti l-ħajja kif ukoll bil-għerf

prattiku, juriha b‟mod tant nobbli. Għax hu kien tejologu li jibni għaliex iħobb, u li jħobb

b‟imħabba konkreta li ssir praxis (prassi), kif hu nnifsu iddefiniha: «Hu ippruvat li limħabba

hi verament prassi» 12 .

Karità fix-xewqa ħerqana għall-verità u għall-unità sħiħa

Scotus jista‟ jagħti lid-djalogu dawk l-elementi li jogħġbu liż-żewġ naħat, f‟dak lispirtu

serafiku li lill-karità jagħtiha l-funzjoni li tmexxi kollox. Hu jissuġġerixxi mixja li

ssir bil-mod: «Fost l-affarijiet li għandna nemmnu ma għandhomx jiddaħħlu elementi li

huma aktar numerużi minn dawk li jistgħu jintwerew mill-verità tal-ħwejjeġ li nemmnu

fihom» 13 . Xejn ma għandu jitqies li jappartjeni lis-sostanza tal-fidi, jekk mhux dak li

nistgħu espressament noħorġuh mill-Iskrittura, jew li ġie espressament iddikjarat mill-

Knisja, jew li joħroġ b‟evidenza minn xi verità, li tidher b‟mod ċar inkluża fl-Iskrittura

jew li hi determinata b‟mod ċar mill-Knisja 14 .

Il-Knisja hi l-mexxejja li għandha l-kariżma tal-verità

9

Ord. I, dist. 3, n. 59 (Ed. Vat., III, 41).

10

Ord. I, dist. 2, n. 57-59, 60-62, 41; dist. 8, n. 198-200 (Ed. Vat. II, 162-165, 165-167, 149-150; IV, 264-

266).

11

Declaratio Pauli VI et Archiepiscopi Cantuariensis (Acta Apostolicae Sedis, LVIII, 1966, 287).

12

Ord., prol., n. 303 (Ed. Vat., I, 200).

13

Ord. IV, dist. 11, q. 3, n. 3 (Ed. Vivès, XVII, 352a).

14

Ord. IV, dist. 11, q. 3, n. 5 (Ed. Vivès, XVII, 353a).

48

Il-preokkupazzjoni kontinwa tad-Duttur Sottili, fil-fatt, kienet l-attenzjoni delikata

u l-qima li qatt ma ċaħad lejn il-maġisteru tal-Knisja li jippossjiedi l-kariżma tal-verità:

«Jekk wieħed, li jħaddem l-uffiċċju ta‟ duttur, jipproponi xi tagħlim ġdid, ma aħniex

obbligati li nagħtuh il-qbil tagħna..., imma jeħtieġ qabel li nikkonsultaw lill-Knisja, u

b‟dan il-mod nevitaw l-iżball» 15 . Il-marka tiegħu, il-bandiera tiegħu kienet: «Taħt ilmaġisteru

tal-Knisja».

Hu jindaga u jeżamina l-iżviluppi ta‟ l-għarfien b‟mod kritiku mill-aktar attent,

b‟għajnejh iffissata fuq il-prinċipji li jiġġeneraw, u b‟ġudizzju kalm li bih jipproponi ddeduzzjonijiet

tiegħu, imqanqal, kif jgħid dwaru Giovanni de Gerson, «mhux missingularità

li tissielet biex tirbaħ, imma mill-umiltà li tipprova ssib il-qbil» 16 .

Imbagħad, kontra r-razzjonaliżmu hu jisħaq dwar il-limiti tar-raġuni fl-għarfien

tal-veritajiet rivelati u dwar il-ħtieġa li dawn ta‟ l-aħħar jgħinu biex il-bniedem jilħaq ilgħan

aħħari li għalih hu ġie iddestinat. Fit-tentattiv nobbli li jsib l-armonija bejn il-verità

naturali u dik soprannaturali, fiż-żwieġ bejn il-fidi u l-filosofija, hu jwissi dwar il-periklu

possibbli li wieħed jaqa‟ fl-iżbalji tal-filosofi pagani u, kif jgħid San Bonaventura – li

miegħu kellu qbil sħiħ – il-periklu li wieħed ixerred «tant ilma tax-xjenza filosofika flinbid

ta‟ l-Iskrittura Mqaddsa, li jbiddel l-inbid f‟ilma» 17 .

Il-verità li tant tisboqna

Ispirati minn dan it-tagħlim aħna niffurmaw ix-xewqa li minn dan il-kamp tarriċerka

joħroġ tagħlim tad-deheb, li min-natura tiegħu jagħti l-ħajja, u li minn dawn iddiskussjonijiet

bejn għorrief naslu għal qbil wiesgħa u armonjuż dwar il-verità «che tanto

ci sublima» 18 (li tant tisboqna).

U filwaqt li aħna nqisu l-valur ta‟ dawn ix-xewqat paterni tagħna, nitolbu fuq it-II

Kungress Internazzjonali ta‟ l-Iskotistika, li se jiġi iċċelebrat f‟ġieħ John Duns Scotus

f‟Oxford u Edinburgh, il-ħarsien ta‟ Alla li jisma‟ talbna, u li hu l-għajn tal-verità u ta‟ limħabba,

u li jridna «magħqudin fl-imħabba» fl-att uniku ta‟ l-imħabba tiegħu 19 , u

b‟dawn ix-xewqat tajba aħna nagħtu lilkom, bil-qalb kollha, Ħutna Venerabbli, il-Barka

Apostolika tagħna, kif ukoll lil dawk li jippromwovu l-Kungress innifsu u lil dawk li

jieħdu sehem fih.

Mogħtija f‟Ruma, f‟San Pietru, fl-14 il-jum tax-xahar ta‟ Lulju tas-sena 1966, irraba‟

sena tal-Pontifikat Tagħna.

Pawlu PP. VI

15

Report. III, dist. 25, q. un., n. 6 (Ed. Vivès, XXIII, 462a).

16

I. DE GERSON, Lectiones duae «Poenitemini»; lectio altera, consid. 5 (Opera, IV, Parigi 1521, f. 34rb).

17

S. BONAVENTURA, Collationes in Hexaëmeron, visio 3, coll. 7, n. 14 (Ed. Delorme F., Quaracchi

1934, 217).

18

DANTE ALIGHIERI, Paradiso, XXII, 42.

19

Ord. III, dist. 28, q. un., n. 2 (Ed. Vivès XV, 378b – 379a).

49

SINTESI TAD-DIGRIET TAL-KONFERMA TAL-KULT

TAL-BEATU JOHN DUNS SCOTUS 20

(Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin)

(6 ta‟ Lulju 1991)

John Duns Scotus, li l-Papa Ġwanni Pawlu II sejjaħlu «Torri tal-fidi», twieled

f‟Duns, fl-Iskozja, qrib tmiem is-sena 1265. Meta kien għadu żagħżugħ ġie milqugħ fl-

Ordni ta‟ San Franġisk t‟Assisi. Irċieva l-Ordinazzjoni saċerdotali fis-17 ta‟ Marzu 1291.

Minħabba l-intelliġenza fina u l-ħajja intensa spiritwali tiegħu, is-Superjuri

bagħtuh jistudja fl-Università ta‟ Sorbonne f‟Pariġi. Wara li akkwista l-gradi akkademiċi,

sar professur, l-ewwel fl-istess Università u, wara, fl-Universitajiet ta‟ Cambridge u ta‟

Oxford fil-Gran Brittanja. Fis-sena 1303 ġie eżiljat minn Pariġi għaliex kien ċaħad li

jiffirma libell kontra l-Papa maħruġ mir-Re ta‟ Franza kontra l-Papa Bonifaċju VIII.

F‟Köln, meta kien impenjat b‟mod attiv fit-tagħlim u fil-predikazzjoni, nhar it-8

ta‟ Novembru 1308, inħakem ħesrem mill-mewt.

Hu kien magħruf sewwa bħala filosfu u bħala tejologu. Fil-fatt hu għamel riċerka

bir-reqqa tar-Rivelazzjoni divina. Xandar bil-qawwa l-Verb ta‟ Alla. Iddefenda dduttrina

tal-Knisja u l-awtorità tal-Papa. Kien difensur qawwi ta‟ l-Immakulata

Kunċizzjoni tal-Verġni Marija. Kiteb bosta opri filosofiċi u tejoloġiċi.

Minħabba l-virtujiet kristjani eċċezzjonali tiegħu, malajr sar magħruf għal qdusitu.

Wara l-mewt ingħatalu kult pubbliku, mhux biss fi ħdan l-Ordni Franġiskan, imma wkoll

f‟postijiet oħrajn, l-aktar f‟Köln fil-Ġermanja, fejn hu midfun, u f‟Nola fl-Italja. Ilproċessi

kanoniċi biex is-Santa Sede tapprova l-kult tiegħu kienu ġew iċċelebrati f‟Köln,

f‟Nola, f‟Genova, mill-ġdid f‟Nola, u f‟Ruma. L-Atti ta‟ dawn il-proċessi ġew eżaminati,

b‟riżultat pożittiv, mill-Konsulturi storiċi, imbagħad mill-Konsulturi tejoloġiċi u flaħħarnett

mill-Kardinali u mill-Isqfijiet tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin.

Fil-jum tas-6 ta‟ Lulju 1991, il-Papa Ġwanni Pawlu II, quddiem l-istess

Kongregazzjoni, iddikjara: Jirriżultaw ippruvati l-fama tal-qdusija u l-virtujiet erojċi tal-

Qaddej ta‟ Alla John Duns Scotus, kif ukoll il-kult li dejjem ingħatalu minn dejjem.

Illum, waqt dawn il-Vespri solenni, b‟ferħ kbir, qiegħda tingħata lill-Knisja laħbar

solenni ta‟ din il-konferma tal-kult tat-tejologu kbir u tal-veru dixxiplu ta‟ Kristu l-

Beatu John Duns Scotus.

20 Id-digriet integru bit-titlu Qui docti fuerint (6 ta‟ Lulju 1991), jinsab fl-Acta Apostolicae Sedis LXXXIV,

1992, 396-399; Acta Ordinis Fratrum Minorum, An. CX, 1991, 203-205.

50

OMELIJA TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

FIĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-KONFERMA TAL-KULT

TAL-BEATU JOHN DUNS SCOTUS 21

(Bażilika Vatikana, 20 ta‟ Marzu 1993)

«Inħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja ta‟ Alla għal xejn» (2 Kor 6,1).

B‟dawn il-kelmiet, li għadna kemm smajna jixxandru, l-appostlu Pawlu kien

ifakkar lill-insara ta‟ Korintu fid-don kbir li huma rċevew bit-tħabbira ta‟ l-Evanġelju u,

fl-istess ħin, kien iqiegħdhom quddiem ir-responsabiltà serja tagħhom bħala persuni

ħielsa li kienu fi grad li jilqgħu jew li jagħmlu reżistenza lil din il-grazzja simili.

Kif fl-esperjenza umana l-offerta b‟xejn ta‟ rigal titlob stedina impliċita ta‟

rikonoxxenza, hekk ukoll fir-relazzjoni ma‟ Alla l-inizjattiva ħielsa tal-Missier tas-sema,

twajjeb u ġeneruż, tqiegħed lill-bniedem quddiem għażla: li jagħraf id-don li rċieva u

jilqgħu bi gratitudni jew inkella li jiċħdu billi jingħalaq fl-egoiżmu tiegħu li joqtlu. Dan

hu dak li l-Appostlu qiegħed jisħaq dwaru.

Hu jżid: «F‟kollox inqisu rwieħna bħala ministri ta‟ Alla, b‟qawwa kbira» (2 Kor

6,4). Għeżież Ħuti, kemm jidhru attwali dawn il-kelmiet għalina li nemmnu u li wasalna

fil-għatba tat-tielet Millennju ta‟ l-era kristjana! L-epoka tagħna għandha bżonn urġenti

ta‟ xhieda awtentiċi ta‟ l-Evanġelju; l-umanità tistenna, ukoll jekk ħafna drabi mingħajr

ma tintebaħ, li terġa‟ tixtered evanġelizzazzjoni mġedda u kuraġġuża. Ukoll għallbnedmin

tas-soċjetà ta‟ żmienna l-grazzja ta‟ Alla ma għandhiex tkun għalxejn. Jeħtieġ li

hi ġġib frott kotran ta‟ ħajja, ta‟ paċi u ta‟ progress spiritwali.

Iż-żmien tar-Randan, li diġà ilna niċċelebraw għal dawn l-aħħar ġimgħat, hu

tassew «żmien tajjeb» (2 Kor 6,2), li fih il-Knisja tistedinna biex nagħmlu esperjenza tad-

“deżert”. It-talb u l-penitenza jikkaratterizzaw din il-mixja ta‟ konverżjoni u ta‟ tiġdid,

fix-xewqa ħerqana li qatt ma nistgħu naqtgħuha għal kollox li niltaqgħu mal-Mulej. Din

hi laqgħa intima u personali, ħielsa mid-distrazzjonijiet tad-dinja u mill-kompromessi

egoistiċi. Hi laqgħa li tibdel ir-ritmu mgħaġġel tal-ħajja ta‟ kuljum fi tweġiba armonjuża

għas-sejħa kontinwa ta‟ Kristu permezz tal-ġrajjiet u ċ-ċirkustanzi tal-ħajja ta‟ kuljum.

Il-kliem ta‟ tħeġġiġ ta‟ l-Appostlu biex ma nilqgħux fil-fieragħ il-grazzja tal-

Feddej jiġġedded għalhekk il-lejla għal kull min jemmen, sabiex isir kapaċi, bl-għajnuna

tal-Feddej, li jġib frott ta‟ ġid u jħejji ruħu b‟mod xieraq biex jiċċelebra l-festi ta‟ l-Għid.

Jakkumpanjawna u jmexxuna „l quddiem f‟dan l-impenn ta‟ qbil mal-grazzja ta‟

Alla l-aħwa tagħna fil-fidi, li fittxew li jagħmlu frott mid-doni tan-natura u ta‟ grazzja li

huma irċevew mill-Providenza divina. Matul din il-liturġija, jiena se jkolli l-ferħ li

niddikjara r-rikonoxximent tal-Kult Liturġiku ta‟ John Duns Scotus, Franġiskan.

21 Acta Ordinis Fratrum Minorum, An. CXII, Januarius-Maius 1993, Fasc. I, 41-43.

51

Imwieled fl-Iskozja qrib l-1265, John Duns Scotus ġie msejjaħ «Beatu» kważi

mill-għada tal-mewt qaddisa tiegħu, li ġrat f‟Köln fit-8 ta‟ Novembru 1308. F‟dik iddjoċesi,

kif ukoll f‟dawk ta‟ Edinburgh u ta‟ Nola, kif ukoll fi ħdan l-Ordni Serafiku,

matul is-sekli ingħatalu kult pubbliku li l-Knisja irrikonoxxiet solennement fis-6 ta‟ Lulju

1991 22 u li llum tikkonferma.

Lil dawn il-Knejjes li semmejna b‟mod partikulari, li l-lejla huma preżenti

hawnhekk fil-Bażilika Vatikana flimkien mar-Ragħajja l-aktar denji tagħhom, kif ukoll

lill-Familja kbira Franġiskana, jiena nagħti t-tislima tiegħi, filwaqt li nistieden lil kulħadd

biex ibierek l-isem tal-Mulej li l-glorja tiegħu tiddi fid-duttrina u fil-qdusija ta‟ ħajja tal-

Beatu John, kantur tal-Verb Inkarnat u difensur ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟ Marija.

Fi żminijietna, li għalkemm huma għonja b‟tant riżorsi umani, tekniċi u xjentifiċi,

imma fihom bosta tilfu s-sens tal-fidi u jgħixu ħajja „l bogħod minn Kristu u mill-

Evanġelju tiegħu, il-Beatu Duns Scotus jippreżenta ruħu mhux biss fil-mod fin tal-ħsieb

tiegħu u fil-kapaċità straordinarja li kellu li jippenetra fil-misteru ta‟ Alla, imma wkoll filqawwa

li tikkonvinċi tal-qdusija ta‟ ħajtu li tagħmel minnu, għall-Knisja u għall-umanità

kollha, Mgħallem tal-ħsieb u tal-ħajja. Id-duttrina tiegħu, li minnha, kif afferma l-

Predeċessur tiegħi Pawlu VI, « nistgħu noħorġu armi jiddu biex nikkumbattu u nbiegħdu

l-isħaba sewda ta‟ ateiżmu li ddallam iż-żminijiet tagħna» 23 , tibni bil-qawwa u l-ħeġġa l-

Knisja, billi tweżinha fil-missjoni urġenti tagħha ta‟ evanġelizzazzjoni ġdida tal-popli

tad-dinja kollha.

B‟mod partikulari, għat-Tejoloġi, għas-Saċerdoti, għar-Ragħajja ta‟ l-erwieħ,

għar-Reliġjużi, u speċjalment għall-Franġiskani, il-Beatu Duns Scotus hu eżempju ta‟

fedeltà lejn il-verità rivelata, ta‟ ħidma saċerdotali li tagħti l-frott, ta‟ djalogu serju firriċerka

ta‟ l-għaqda, għaliex hu, kif afferma Giovanni de Gerson, kien dejjem imqanqal

fl-eżistenza tiegħu «mhux mis-singularità li tissielet biex tirbaħ, imma mill-umiltà li

tipprova ssib il-qbil» 24 .

Jalla l-ispirtu tiegħu u t-tifkira tiegħu jdawwlu bl-istess dawl ta‟ Kristu it-taħbit u

t-tama tas-soċjetà tagħna.

«Inħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja ta‟ Alla għal xejn». Ħuti għeżież, ejjew

immorru lura, immexxijin minn idejna minn dan il-Beatu 25 , għall-istedina li l-liturġija

tallum ittennilna b‟insistenza. Aħna lkoll imsejħin għall-qdusija; jeħtieġ li lkoll kemm

aħna nibnu fil-ħajja tagħna dak id-djalogu ta‟ mħabba u għaqda ma‟ Alla li jwassal għallferħ

veru u għat-twettieq sħiħ tax-xewqat l-aktar intimi tal-qalb tal-bniedem.

22 Acta Apostolicae Sedis 84 (1992), 396-399.

23 Ittra Apostolika «Alma Parens», Acta Apostolicae Sedis 58 (1966) 612.

24 Lectiones duae «Poenitemini», lect. alt. consid. 5.

25 Mal-Beatu John Duns Scotus, fl-istess ċelebrazzjoni l-Papa Ġwanni Pawlu II kien iddikjara Beata lil

Dina Bélanger (1897-1929). Qegħdin inħallu barra r-riferimenti għal din il-Beata waqt l-Omelija tal-Papa.

52

Il-mixja tagħna wara s-sejħa ta‟ l-Evanġelju tista‟ tieħu forom diversi, skond ilgħana

li ma tintemm qatt tal-grazzja soprannaturali. Imma wieħed hu l-post li fih irridu

naslu: li nerġgħu nipproduċu fl-eżistenza tagħna l-istess xbieha ta‟ l-Iben ta‟ Alla.

L-ispiritwalità awtentika tinbena fuq din il-kundizzjoni elementari u deċiżiva: li

nittaduċu b‟mod konkret it-tħabbira evanġelika billi nwieġbu bla ma nitnikkru għallħidma

tal-Mulej li jsalvana.

«Araw, issa hu ż-żmien it-tajjeb; araw, issa hu jum is-salvazzjoni!» John Duns

Scotus ifakkarna li l-imħabba attiva lejn l-aħwa titwieled mit-tfittxija tal-verità u millkontemplazzjoni

tagħha fis-skiet tat-talb u fix-xhieda bla ebda dell ta‟ għaqda sħiħa marrieda

tal-Mulej.

53

Kapitlu 6

IĊ-ĊELEBRAZZJONI LITURĠIKA

TA’ MARIJA IMMAKULATA

Storja taċ-ċelebrazzjoni liturġika

L-ewwel aċċenn għal festa liturġika tal-Kunċizzjoni ta’ Marija fl-Orjent insibuha

fil-kitbiet ta’ l-innogafu Andrija ta’ Kreta (+740), li nhar id-9 ta’ Diċembru jgħid li linsara

jiċċelebraw il-festa tal-«Kommemorazzjoni ta’ Sant’Anna, omm Dik li nisslet lil

Alla». Din il-festa l-insara ċertament ħaduha mir-rakkont li rajna fil-«Protovanġelu ta’

San Ġakbu», waħda mill-kitbiet Apokrifi. Il-festa kienet tiġi iċċelebrata f’Bisanzju, u

ċertament kienet tiddependi mill-festa l-oħra, eqdem minnha, tat-Twelid tal-Verġni

Marija nhar it-8 ta’ Settembru. Fis-seklu 9 din il-festa għaddiet fl-Italja, u mbagħad fisseklu

11 fl-Ingilterra, fejn kienet magħrufa għall-ewwel darba bħala l-festa tal-

«Kunċizzjoni tal-Verġni Marija». Mis-seklu 12 din il-festa kienet mifhuma li hi festa tal-

Kunċizzjoni «immakulata», kif kienu bdew jgħidu xi ekkeżjastiċi ingliżi, bħal Eadmer,

fit-trattat tiegħu «De conceptione beatae Mariae». Mill-Ingilterra l-festa xterrdet ukoll

fin-Normandija u fi Franza, qrib is-sena 1130, minkejja li għamel oppożizzjoni sħiħa

għaliha San Bernard ta’ Clairvaux. Fis-seklu 13 l-festa għaddiet minn perjodu ta’ prova u

ġiet imneħħija minn diversi kalendarji, x’aktarx taħt l-influss ta’ tejoloġi kbar li ma

riedux jammettu l-privileġġ marjan u kienu jittolleraw biss iċ-ċelebrazzjoni liturġika tas-

«santifikazzjoni ta’ Marija». Imma fis-seklu 14 il-festa reġgħet qamet, l-aktar bil-ħidma

siewja tal-Franġiskani, dixxipli tal-Beatu John Duns Scotus (1266-1308), id-duttur ta’ l-

Immakulata. Fis-seklu 12 kienu diġà ġew komposti diversi Uffiċċji tal-Kunċizzjoni ta’

Marija. Fl-1438 il-Konċilju ta’ Basilea talab lil Giovanni di Segovia biex jikkomponi

Uffiċċju liturġiku tal-festa. Imma kien fl-1476 li l-Papa Franġiskan Sistu IV, bil-

Kostituzzjoni «Cum praeexcelsa» approva l-Quddiesa u l-Uffiċċju tal-Kunċizzjoni ta’

Marija, li kien ġiet msawwar minn Bernardino da Bustis. Fl-1708 il-Papa Klement XI

iddikjara l-festa tal-Kunċizzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija Immakulata bħala festa

kmandata. Wara d-definizzjoni dommatika ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni mill-Papa Piju

IX (8 ta’ Diċembru 1854), l-istess Papa fl-1863 ippubblika Uffiċċju u Quddiesa ġdida

għall-festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni. Il-formularji liturġiċi li qegħdin nużaw illum

huma frott tal-liturġija restawrata minn Pawlu VI wara l-Konċilju Vatikan II. Fiha għad

hemm elementi li tħallew mil-liturġija komposta minn Piju IX, fosthom l-antifoni taddħul

u tat-tqarbin, u t-talbiet kollha tal-Quddiesa. Il-prefazju, iżda, jutilizza elementi

ġodda, li jnissilhom it-tejoloġija tal-«Lumen Gentium» dwar Marija xbieha tal-Knisja, u

jagħmel ukoll użu minn Efesin 5,27. Hekk il-liturġija attwali tipproponi flimkien

elementi tradizzjoni li huma fi qbil dottrinali mal-passat, u elementi ġodda li huma fi qbil

ma’ l-iżvilupp tat-tejoloġija ta’ żmienna. Ta’ l-ewwel nistgħu niddefinuhom bħala ddeskrizzjoni

tal-«privileġġ» ta’ Marija f’relazzjoni ma’ Kristu u tat-tieni jisħqu dwar lelementi

antropoloġiċi u ekkleżjoloġiċi tal-misteru li jiġi iċċelebrat.

Is-sens profond taċ-ċelebrazzjoni tas-Solennità tat-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni

Mqaddsa Marija tagħtihula l-Eżortazzjoni Apostolika «Marialis Cultus» tal-Papa Pawlu

54

VI, dwar il-Qima Liturġika li tingħata lill-Verġni Marija (2 ta’ Frar 1974), fin-numru 3:

«Fiż-żmien ta’ l-Avvent, il-liturġija, l-okkażjoni tas-solennità tat-8 ta’ Diċembru hi

ċelebrazzjoni tal-Kunċizzjoni Immakulata ta’ Marija, magħquda mal-preparazzjoni

radikali (cfr. Is 11,1.10) għall-miġja tal-Feddej, u tal-bidu ferrieħi tal-Knisja mingħajr

tebgħa jew tikmixa».

It-tejoloġija tat-testi liturġiċi

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Knisja għandhom bħala qofol tagħhom il-misteru

ta’ Kristu, u jsibu fih is-sens tagħhom. Dan ma jgħoddx biss fil-każ taċ-ċelebrazzjonijiet

ewlenin tal-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni u ta’ l-Għid, imma jrid jiġi applikat ukoll fiċċelebrazzjonijiet

li għandhom bħala oġġett tagħhom il-qima li tingħata lil Alla permezz

tal-Verġni Marija u tal-Qaddisin. Id-diversi festi marjani fil-kalendarju liturġiku jsibu ssens

profond tagħhom fir-riferiment lejn Kristu. Marija tidħol fl-istorja tas-salvazzjoni

bħala dik li tilqa’ u tnissel il-Verb divin bil-fidi tagħha, hekk li bosta mill-festi ta’ Marija

jintrabtu bis-sħiħ mal-misteri tal-ħajja ta’ Kristu.

Is-solennità ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni, mall-ewwel daqqa ta’ għajn, donnha

ma tidħolx f’din il-kategorija. Bħas-solennità l-oħra kbira marjana, dik ta’ l-Assunta, ma

għandha l-ebda riferiment espliċitu għal xi mument tal-ħajja ta’ Kristu li fih ħadet sehem

Marija (Annunċjazzjoni, Viżitazzjoni, Twelid, Preżentazzjoni, Kana, Kalvarju,

Pentekoste). Għaldaqstant hemm il-periklu li wieħed ma jifhimx il-bażi Kristoloġika ta’

din is-solennità, u jekk wieħed ma jifhimx il-bażi Kristoloġika, ikun bla sens li jiċċelebra

festa marjana bħal din ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni. Hu għalhekk importanti li, fit-testi

liturġiċi tas-solennità tat-8 ta’ Diċembru, insibu s-sens Kristoloġiku «moħbi», imma

preżenti, anzi li jipprovdi l-bażi li fuqha nistgħu nifhmu l-vera tifsira ta’ dan il-privileġġ

marjan fid-dawl tat-tejoloġija, tal-liturġija u ta’ l-ispiritwalità kristjana in ġenerali.

Waħda mill-oġġezzjonijiet li dejjem tqajjmu kontra l-festa liturġika ta’ l-

Immakulata Kunċizzjoni hi li ma nistgħux insibu l-ebda riferiment espliċitu għal dan ilmisteru

marjan fl-Iskrittura. Imma l-Knisja, għalkemm tagħraf li hi marbuta mill-

Iskrittura, qatt ma poġġiet f’dubju li din il-verità dwar Marija tista’ wkoll issib il-qofol

tagħha fix-xhieda tar-rivelazzjoni. Il-fatt li verità ta’ fidi jkollha l-bażi fl-Iskrittura ma

jfissirx li din għandha tkun preżenti b’mod espliċitu fil-Kotba Mqaddsa. Hu għalhekk li

l-Knisja dejjem rat il-misteru ta’ l-għażla ta’ Marija Immakulata fil-paġni ta’ l-hekk

imsejjaħ «Protovanġelu» tal-Ktieb tal-Ġenesi 3,15, li fih tidher il-gwerra li kellha tqum

bejn Eva u n-nisel tagħha u s-serp tal-qedem li qarraq bl-umanità. It-tejoloġija, sa minn

żmien il-Missirijiet tal-Knisja, dejjem indikat lil Marija li, flimkien ma’ Binha Ġesù,

rebbieħ fuq ix-xitan, u Adam il-ġdid, issir hi wkoll Eva l-ġdida li tingħaqad ma’ Binha

fir-rebħa definittiva fuq il-ħażen. Din ir-rebħa, li sseħħ b’mod sħiħ fuq is-salib, tiġi diġà

mħabbra u mwettqa minn qabel fil-misteru ta’ Marija Immakulata.

Hu għalhekk li l-Bulla «Ineffabilis Deus» tgħid: «Kif Kristu, Medjatur bejn Alla u

l-bnedmin, meta ħa fuqu n-natura umana, qered id-digriet tal-kundanna li kien hemm

kontrina, u waħħlu b’mod rebbieħ mas-Salib; hekk il-Verġni l-aktar qaddisa, magħquda

55

miegħu b’rabta mill-aktar intima u li ma tinħallx, kienet flimkien miegħu u permezz

tiegħu, l-għadu etern tas-serp velenuż, u saħqitlu rasu bir-riġel verġinali tagħha».

Dak li fit-Testment il-Qadim hu biss muri taħt xbihat, fit-Testment il-Ġdid

jitwassal għall-perfezzjoni tiegħu. Eva l-ġdida ssir Marija ta’ Nażaret, li l-anġlu Gabrijel

isellmilha bil-kliem «mimlija bil-grazzja» (Lq 1,26-38). Din l-espressjoni ma nistgħux

nifhumha bħala li tirreferi għal xi stat ta’ grazzja provviżorju, biss għall-ħin ta’ l-

Inkarnazzjoni. Din kienet il-grazzja li kienet tiddistingwi b’mod sħiħ il-karattru personali

ta’ Marija, li tiġi magħżula u maħtura Immakulata u rebbieħa fuq id-dnub tan-nisel. Sa

mill-ewwel sekli t-tejoloġi u Missirijiet il-Knisja dejjem fehmu din l-espressjoni «mimlija

bil-grazzja» f’sens speċifiku, jiġifieri li Marija kienet meħlusa mill-istat ta’ solidarjetà

fid-dnub ta’ l-ulied l-oħrajn ta’ Adam. Ukoll jekk huma jitkellmu minn «santifikazzjoni

fil-ġuf» u mhux minn konċepiment immakulat, xorta waħda jidher li Marija għandha

privileġġ speċjali u għal kollox partikulari, in vista tal-missjoni tagħha bħala Omm il-

Feddej.

Rajna kif it-tejoloġi li jiddefendu l-privileġġ ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni,

fosthom John Duns Scotus, isostnu li Marija kienet meħlusa mid-dnub oriġinali mhux

b’xi mertu personali tagħha, imma biss f’dipendenza assoluta minn Kristu l-Feddej, għax

Hi kellha bżonn tkun mifdija mill-uniku Medjatur aktar mill-bnedmin l-oħrajn kollha,

meta wieħed iqis x’missjoni nobbli kienet imsejħa għaliha. F’dan id-dawl hekk tkompli

titkellem il-Kostituzzjoni Dommatika «Ineffabilis Deus»: «bi grazzja singulari u

privileġġ ta’ Alla li jista’ kollox, li ra minn qabel il-merti ta’ Ġesù Kristu, Feddej talbnedmin

kollha». Għal din ir-raġuni dan il-misteru marjan ikompli jsaħħaħ u jqawwi

aktar il-misteru tal-Fidwa ta’ Kristu. Mhux talli ma jbiegħedx il-qawwa ta’ Kristu Feddej

fil-misteru tas-salvazzjoni, imma talli jressaqna aktar qrib tiegħu, kif jiġri fiċċelebrazzjonijiet

kollha tal-misteri marjani. B’dan il-att ta’ Fidwa antiċipata f’Marija,

Kristu ħejja l-ispazju matern fi ħdan l-umanità, u dan minħabba l-Inkarnazzjoni tiegħu.

F’dan id-dawl Marija tiddi bħala dik li hi mifdija b’mod perfett, bħala dik li hi

mifdija qabel kulħadd. Din hi r-raġuni għaliex fil-misteru ta’ Marija Immakulata nsibu

bażi ġdida u profonda li turi l-kollaborazzjoni sħiħa ta’ Marija fl-opra tal-Fidwa. Billi hi

kienet l-ewwel waħda li ġiet mifdija, Marija tista’ tieħu l-ewwel post ukoll filmedjazzjoni

tas-salvazzjoni li jħaddem Kristu. Din il-verità għandha tqarribna biex

naraw lil Marija bħala l-eqreb krejatura tal-Medjatur u tal-Feddej, għalkemm forsi jaqbel

li ma nużawx kunċetti tejoloġiċi li jistgħu jfixklu d-djalogu ekumeniku, bħalma huma

«medjatriċi» u «korredentriċi», li għal xi żmien kienu jintużaw b’ċerta frekwenza filqima

popolari ta’ l-insara. L-uniku Medjatur u l-uniku Feddej jibqa’ Ġesù Kristu,

għalkemm Marija ċertament ħadet sehem attiv f’din il-ħidma ta’ medjazzjoni u fidwa.

Riflessjoni mit-testi liturġiċi

L-aktar aspett importanti tal-liturġija tat-8 ta’ Diċembru hi t-tislima li l-anġlu

Gabrijel jagħti lil Marija, meta jsejħilha «mimlija bil-grazzja» (Lq 1,26-38). Il-ħelsien ta’

Marija mid-dnub u l-konsagrazzjoni tagħha bħala mimlija bil-grazzja ta’ l-Ispirtu li

56

jdellilha biex issir Omm il-Feddej mhux biss ma jnaqqas xejn mill-umanità ta’ Ġesù

Kristu li jsir bniedem bħalna f’kollox, barra d-dnub, imma jinsisti dejjem aktar fuq il-fatt

li Ġesù Kristu hu l-bniedem perfett, li fih tiddi s-sbuħija oriġinali tan-natura umana kif

riedha Alla fil-bidu tal-ħolqien. Issa Marija, li tilqgħu fil-ġuf safi tagħha bl-att ta’ fidi firrieda

ta’ Alla, issir hi wkoll xbieha ta’ din is-sbuħija oriġinali li tgħammar fiha, għaliex hi

l-Immakulata fit-tnissil tagħha.

Meta l-Knisja tħabbar l-Evanġelju ta’ San Luqa f’din is-solennità, hi tara b’mod

radikali u wiesgħa din il-milja tal-grazzja peżenti f’Marija, li tiġi iddikjarata bħala l-

«ippreservata» sa mill-ewwel mument ta’ l-eżistenza tagħha minn kull tebgħa ta’ dnub.

Din it-tejoloġija tidher b’mod stupend fil-Kolletta tal-Quddiesa tat-8 ta’ Diċembru, li fiha

tiġbor il-qofol ta’ l-argumenti tejoloġiċi kollha favur l-Immakulata Kunċizzjoni: «O Alla,

bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija, int hejjejt għamara xierqa għal Ibnek;

kif int qist minn qabel il-merti ta’ l-istess Ibnek, biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa

tad-dnub, agħmel li aħna bit-talb tagħha, naslu safja għandek».

Il-milja tal-grazzja f’Marija hi wkoll sinjal tal-milja tal-grazzja li għad tiddi filmembri

kollha tal-Knisja. Din hi r-raġuni li, fit-Tieni Qari tal-Quddiesa, jintagħżel il-

Kantiku Kristoloġiku ta’ Efesin 1,3-6.11-12: «Fi Kristu, il-Missier għażilna sa minn qabel

il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba; iddestinana

li nkunu għalih ulied adottivi permezz ta’ Ġesù Kristu, skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, li biha mliena fil-Maħbub tiegħu». Dawn ilkelmiet

juru l-pjan universali ta’ salvazzjoni li Alla l-Missier minn dejjem kellu, fi Kristu

Ġesù. U jekk din il-grazzja li tagħmilna qaddisa u bla tebgħa quddiem Alla fl-imħabba,

ġiet mogħtija lilna sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, mela kemm aktar nistgħu insostnu

li din il-grazzja ġiet mogħtija b’mod li kien xieraq lil Marija, Omm l-istess Alla u

Bniedem?

Il-kelma grazzja («charis» bil-Grieg u «gratia» bil-Latin) għandha wkoll is-sens

ta’ «xi ħaġa sabiħa, li tagħti pjaċir». Il-liturġija tuża dan is-sens b’mod abbundanti meta

tapplikah lill-misteru ta’ Marija Immakulata. Hekk insibu dawn it-testi fil-Liturġija tas-

Sigħat tat-8 ta’ Diċembru: «Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel» (1

Antifona tat-II Għasar); «Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx»

(3 Antifona tat-II Għasar); «Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru: il-fwejjaħ

tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq» (3 Antifona tat-Tifħir ta’ sbiħ il-jum). F’dawn lespressjonijiet

poetiċi nisimgħu tidwi t-tejoloġija mistika tal-Ktieb ta’ l-Għanja ta’ l-

Għanjiet. Marija tiġi ippreżentata bħala l-għarusa sabiħa u bla l-ebda tebgħa, li l-Ispirtu

ta’ Alla jnissel fil-ġuf tagħha lill-istess Awtur tal-ħajja.

Tema oħra importanti f’din is-solennità marjana hi dik li għandha x’taqsam ma’

Marija, Eva l-ġdida. Fl-Ewwel Qari tal-Quddiesa nsibu s-silta tal-«Protovanġelu»

(Ġenesi 3,9-15.20): «Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha.

Hu jgħaffiġlek rasek, u inti tgħattanlu għarqubu». Hi d-dehra ta’ Kristu, Adam il-ġdid,

imwieled minn Marija, Eva l-ġdida, li jisħaq ras is-serp. L-antifona tal-«Benedictus» tat-

8 ta’ Diċembru wkoll tagħti l-istess kliem, imma bid-differenza li tuża l-verżjoni

tradizzjonali tal-Vetus latina, li biddlet il-maskil ta’ «hu jgħaffiġlek rasek» fil-femminil

57

ta’ «hi tgħaffiġlek rasek»: «Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn ilmara,

bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah» 1 . Interessanti li anke

Piju IX, fil-Bulla «Ineffabilis Deus», juża l-femminil, skond tradizzjoni antika fil-Knisja:

«Kif Kristu, Medjatur bejn Alla u l-bnedmin, meta ħa fuqu n-natura umana, qered iddigriet

tal-kundanna li kien hemm kontrina, u waħħlu b’mod rebbieħ mas-Salib; hekk il-

Verġni l-aktar qaddisa, magħquda miegħu b’rabta mill-aktar intima u li ma tinħallx,

kienet flimkien miegħu u permezz tiegħu, l-għadu etern tas-serp velenuż, u saħqitlu rasu

bir-riġel verġinali tagħha».

Mil-lat eżeġetiku mhux faċli li wieħed jara fis-silta ta’ Ġenesi 3,15 profezija

Kristoloġika fis-sens sħiħ tal-kelma, u aktar u aktar fis-sens Marjoloġiku. Imma fl-istess

ħin hu ċar li l-kelmiet: «innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha. Hu

jgħaffiġlek rasek u inti tgħattanlu għarqubu», għandhom prospettiva storika-salvifika, li

fiha nistgħu naraw il-pjan ta’ fidwa li Alla wettaq fit-Testment il-Ġdid permezz tal-figura

u l-ħidma ta’ Ġesù Kristu. Mhux faċli li wieħed joqgħod jiddiskuti sa fejn il-versett ta’

Ġenesi 3,15 juri l-verità ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija. Wara kollox, illiturġija

ma għandhiex l-iskop li toqgħod tipprova veritajiet ta’ fidi, imma li twassal

għall-kontemplazzjoni tal-misteru. U hu f’din il-kontemplazzjoni li l-Knisja tagħraf

f’Marija l-kontrofigura ta’ Eva. Eva ċediet għall-kelmiet tas-serp billi tat widen għal dak

li qalilha, u hekk in-nisel tagħha kollu baqa’ jaqa’ taħt l-attakki tas-serp infernali u jkun

suġġett għall-mewt. Marija obdiet għall-Kelma ta’ Alla u hekk nisslet u welldet lill-

Awtur tal-ħajja nnifsu, dik il-ħajja li setgħet tirbaħ darba għal dejjem il-qawwa tas-serp.

Dan il-paralleliżmu bejn Eva tal-Ġenesi u Marija, Eva l-ġdida, jinbena fuq l-istess

paralleliżmu ta’ Adam u Kristu kif jidher f’Rumani 5,17: «Għax jekk minħabba fil-ħtija

ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed li hu Ġesù Kristu, aktar u

aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja għad isaltnu fil-ħajja

permezz ta’ wieħed li hu ta’ Alla, Kristu».

San Ġustinu, fid-«Djalogu ma’ Trifone», jikteb: «Aħna nafu li Hu sar bniedem

permezz tal-Verġni, sabiex id-dnub jitħassar bl-istess mod li bih kien ingħata bidu għalih

bil-ħidma tas-serp. Għaliex Eva, li kienet verġni mhix mittiefsa, wara li laqgħet il-kelma

tas-serp, nisslet id-dnub u l-mewt. Imma bil-maqlub, il-Verġni Marija kienet mimlija bilfidi

u bil-ferħ meta l-anġlu Gabrijel wasslilha l-aħbar ta’ ferħ, u wieġbet: Ħa jsir minni

skond kelmtek. Ġesù twieled mill-Verġni Marija. Permezz tiegħu Alla saħaq lis-serp,

filwaqt li ħeles mill-mewt lil dawk li jindmu minn dnubiethom u jemmnu fih».

Fl-aħħarnett, il-liturġija tat-8 ta’ Diċembru turi lil Marija Immakulata bħala dik li

hi l-bidu u x-xbieha tal-Knisja. Il-prefazju tal-Quddiesa, li jesprimi din it-tejoloġija, hu

riflessjoni post-konċiljari fuq ir-rwol ekkleżjoloġiku ta’ Marija: «Int ħarist lill-Verġni

Mqaddsa Marija minn kull tebgħa tad-dnub tan-nisel, u żejjintha bil-milja tal-grazzja

tiegħek; b’hekk hejjejtha bħala Omm xierqa għal Ibnek, u fiha wrejt il-bidu tal-Knisja, il-

1 Din kienet ukoll it-tema ta’ l-antifona tal-«Magnificat» fl-Uffiċċju tat-8 ta’ Diċembru qabel ir-riforma

liturġika: Hodie egressa est Virgo de radice Iesse. Hodie sine ulla peccati labe concepta est Maria. Hodie

contritum est ab ea caput serpentis antiqui. Hallelujah (Illum ħarġet Verġni mill-għerq ta’ Ġesse. Illum

mingħajr l-ebda tebgħa ta’ dnub ġiet imnissla Marija. Illum ġiet mgħaffġa minnha ras is-serp tal-qedem.

Hallelujah).

58

Għarusa tiegħu kollha sbuħija, bla ebda tikmixa jew tebgħa. Hi, bħala l-Verġni l-aktar

safja, kellha ġġib fid-dinja lil Ibnek, il-Ħaruf bla tebgħa li jħassar ħtijietna; u inti ħtartha

fost kulħadd biex tkun għall-poplu tiegħek avukata tal-grazzja u mera ta’ qdusija».

Marija Immakulata, xbieha perfetta tal-Knisja-Omm, hi dik li San Franġisk ta’

Assisi, fit-«Tislima lill-Verġni Mbierka» jsellmilha bit-titlu «Virgo ecclesia facta»

(Verġni li sirt Knisja). B’din it-tislima sempliċi, imma qawwija, li tipprovdi l-bażi tattejoloġija

Franġiskana dwar l-Immakulata Kunċizzjoni, nagħalqu dawn ir-riflessjonijiet

tagħna:

«Sliem għalik, O Sinjura qaddisa, u Sultana, Omm imqaddsa ta’ Alla, Verġni li

sirt Knisja! Magħżula mill-Missier l-aktar qaddis tas-sema, u minnu ikkonsagrata,

flimkien ma’ Ibnu l-Għażiż u l-aktar Qaddis, u ma’ l-Ispirtu s-Santu, id-Difensur. Fik

kien hemm, u hemm, il-milja tal-grazzja u ta’ kull ġid.

Sliem għalik, palazz tiegħu.

Sliem għalik, tabernaklu tiegħu.

Sliem għalik, dar tiegħu.

Sliem għalik, ilbies tiegħu.

Sliem għalik, qaddejja tiegħu.

Sliem għalik, Omm tiegħu!»

59

ŻJIEDA

ITTRA APOSTOLIKA «INEFFABILIS DEUS»

TAL-BEATU PIJU IX, PAPA

8 ta‟ Diċembru 1854

INTRODUZZJONI

Meta Giovanni Maria Mastai-Ferretti tela‟ fuq il-Kattedra ta‟ San Pietru nhar il-15

ta‟ Ġunju 1846, u ħa l-isem ta‟ Piju IX, hu wiegħed lill-Verġni Marija li jtemm darba

għal dejjem l-istennija ta‟ sekli sħaħ tal-Knisja u jiddefinixxi d-duttrina dwar l-

Immakulata Kunċizzjoni tagħha. B‟dan l-att hu ried juri li jmidd għonqu għal din l-opra;

billi ried jaqra l-ittra profetika li kien kiteb il-predikatur Franġiskan San Leonardu minn

Porto Maurizio (1676-1751) u jkollu kopja tagħha. Għal dan l-iskop, flimkien ma‟ bosta

oħrajn, mar fil-kunvent ta‟ San Bonaventura al Palatino ta‟ Ruma, fejn kien jgħix għal xi

żmien dan il-qaddis Franġiskan tal-familja tar-Riformati.

Sadanittant fil-15 ta‟ Novembru 1848 faqqgħet ir-rivoluzzjoni f‟Ruma u fl-24 ta‟

Novembru Piju IX kellu jaħrab u jsib kenn f‟Gaeta. Ir-re ta‟ Sqallija, Ferdinando II,

offrielu ospitalità bil-qima kollha, imma fuq suġġeriment tal-Franġiskani Alkantarini ta‟

Napli, permezz ta‟ l-ambaxxatur tiegħu, id-duka ta‟ Serracapriola, sindku apostoliku talpatrijiet,

talbu bħala turija ta‟ rikonoxxenza li hu jiddefinixxi d-domma ta‟ l-Immakulata

Kunċizzjoni. Fit-tweġiba tiegħu għall-istedina rjali Piju IX iddikjara li l-kelmiet ta‟ San

Leonardu u t-talbiet tad-dinja kristjana ma ħallewhx aktar jistrieħ u li hu kien deċiż li

jagħmel dan il-pass. Fit-2 ta‟ Frar 1849, minn Gaeta hu ippubblika l-Enċiklika «Ubi

primum», li fiha talab lill-episkopat tad-dinja kollha li jiktbulu dwar il-fehma tagħhom u

dik tal-fidili rigward l-Immakulata Kunċizzjoni. Dan ir-rikors lejn l-Isqfijiet talkristjanità

hu preċiżament dak il-«Konċilju bil-miktub u mingħajr l-ebda spiża» li kien

ħabbar San Leonardu lill-Papa Klement XII u lill-Papa Benedettu XIV. Ir-riżultat ta‟ linkjesta

kien pożittiv, u fit-8 ta‟ Diċembru 1854 il-Papa iddefinixxa d-domma ta‟ fidi ta‟

l-Immakulata.

Ukoll wara dan l-att solenni, Piju IX ma waqafx milli jixhed għar-rikonoxxenza

tiegħu lejn dan il-ħabbâr kbir tal-Verġni Marija Immakulata. Fit-12 ta‟ Ottubru 1856 il-

Papa approva l-mirakli mitlubin għall-kanonizzazzjoni ta‟ Leonardu, u fid-29 ta‟ Ġunju

1867 iddikjarah qaddis. B‟hekk ingħalqet l-era tad-deheb tal-ħidma glorjuża tal-

Franġiskani biex tiġi definita l-verità tal-fidi ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni.

60

IL-BULLA «INEFFABILIS DEUS» 1

Marija u l-għażla privileġġjata tagħha fil-pjan ta’ Alla

Alla, li hu hekk sabiħ li ma nistgħux niddiskrevuh, u li dak kollu li jagħmel hu

kollu tjieba u fedeltà, li r-rieda tiegħu tista‟ kollox, li l-għerf tiegħu jixterred bil-qawwa

min-naħa għall-oħra tad-dinja, u jmexxi kollox bit-tjieba, wara li kien ra mill-eternità

kollha l-waqgħa mill-aktar imnikkta tal-ġens tal-bnedmin, li tnisslet mid-dnub ta‟ Adam,

iddikjara, bi pjan li kien ilu moħbi minn dejjem, li jwettaq l-ewwel opra tat-tjieba tiegħu

b‟misteru aktar profond, permezz ta‟ l-Inkarnazzjoni tal-Verb. Il-bniedem, li kontra lpjan

tal-ħniena divina, kien tkaxkar lejn id-dnub bil-qerq u l-ħażen tax-xitan, ma kellux

jintilef; mhux biss, imma l-waqgħa tan-natura ta‟ l-ewwel Adam kellha tissewwa b‟xorti

aħjar fit-tieni Adam. Alla mela, sa mill-bidu u qabel ma bdew iż-żminijiet, għażel u ħatar

minn qabel Omm għal Ibnu, li fiha hu kellu jsir bniedem u li minnha imbagħad, fil-milja

ferħana taż-żminijiet, kellu jitwieled. Bi preferenza fuq kull krejatura oħra, Alla

għamilha sinjal ta‟ tant imħabba li hu kien jitgħaxxaq fiha biss bi tjubija mill-aktar

singulari. Għalhekk hu imlieha, aktar mill-Anġli u mill-Qaddisin kollha, bl-abbundanza

tad-doni tas-sema, li hu ħa mit-teżor tad-Divinità tiegħu. Hekk hi, dejjem ħielsa għal

kollox minn kull tebgħa ta‟ dnub, kollha sabiħa u perfetta, għandha tant milja ta‟

innoċenza u ta‟ qdusija, li fihom, wara Alla, ma nistgħux nimmaġinaw xi ħadd akbar, u li

fihom, barra Alla, l-ebda moħħ ma jista‟ jirnexxilu jifhem il-profondità. Għax tassew

kien għal kollox xieraq li Omm hekk miqjuma bħal din tkun tiddi dejjem u tkun imżejna

bid-dija tal-qdusija l-aktar perfetta u, ħielsa għal kollox minn kull tebgħa ta‟ dnub

oriġinali, kellha ġġib ir-rebħa sħiħa fuq is-serp tal-qedem; għaliex għaliha Alla l-Missier

kien iddispona li kellha twelled lill-Iben Waħdieni tiegħu, imnissel minn ħdanu, ugwali

daqsu u maħbub bħalu nnifsu, b‟tali mod li hu, min-natura tiegħu, kellu jkun l-Iben ilwaħdieni

tal-Missier Alla u tal-Verġni. Għax kien l-istess Iben li kien ried li hi tkun

Ommu b‟mod sostanzjali: għaliex l-Ispirtu s-Santu kien ried li jseħħ li minnha jitnissel u

jitwieled dak, li minnu hu nnifsu jipproċedi.

It-Tradizzjoni tal-Knisja dwar l-Immakulata Kunċizzjoni

Il-Knisja Kattolika, li mgħallma mill-Ispirtu ta‟ Alla, hi l-kolonna u l-bażi talverità,

dejjem qieset bħala divinament rivelata u bħala li tagħmel parti mill-ħażna tarrivelazzjoni

divina din id-duttrina dwar l-innoċenza oriġinali tal-Verġni l-aktar glorjuża,

għaliex din taqbel b‟mod perfett mal-qdusija ta‟ l-għaġeb tagħha u mad-dinjità eminenti

tagħha ta‟ Omm Alla. Hekk il-Knisja qatt ma naqset li tispjegaha, tgħallimha u

tiffavoriha ta‟ kull jum, b‟ħafna modi, u b‟atti solenni. Imma din l-istess duttrina, li

kienet milqugħa sa minn żminijiet antiki, u li kienet sabet għeruq profondi fir-ruħ talfidili

u li kienet xterred b‟mod ta‟ l-għaġeb mad-dinja kattolika bil-kura u l-ħeġġa ta‟ lisqfijiet,

ġiet b‟mod ċar professata mill-Knisja, meta hi ma ħasbithiex darbtejn li

tipproponi l-Kunċizzjoni tal-Verġni għall-kult pubbliku u għall-venerazzjoni ta‟ l-insara.

1 Test Latin oriġinali: PIUS IX, Bulla «Ineffabilis Deus», 8 dec. 1854, Acta Pii IX, 1,I,616; Denzinger,

Enchiridion Symbolorum, 1641 (2803).

61

B‟dan l-għemil mimli tifsir hi, fil-fatt, kienet turi li l-Kunċizzjoni ta‟ Marija kellha tkun

miqjuma bħala singulari, ta‟ l-għaġeb, u għal kollox differenti minn dik tal-bnedmin loħrajn

kollha u għal kollox qaddisa; għaliex il-Knisja tiċċelebra biss il-festi tal-Qaddisin.

U għalhekk hi drawwa tal-Knisja, kemm fl-uffiċċji ekkleżjastiċi, kif ukoll fil-Liturġija

mqaddsa, li tuża u tapplika lill-oriġini tal-Verġni Marija l-istess espressjonijiet, li bihom

l-Iskrittura Mqaddsa titkellem dwar il-Għerf mhux maħluq u tirrappreżenta l-bidu etern

tiegħu. Għaliex Alla kien ħatar minn qabel bl-istess digriet l-oriġini ta‟ Marija u linkarnazzjoni

ta‟ l-Għerf divin. Dawn id-duttrini u dawn l-għemejjel, li ġew milqugħin

b‟mod ġenerali mill-insara kullimkien, juru b‟liema kura l-istess Knisja Rumana, omm u

mgħallma tal-Knejjes kollha, iffavoriet id-duttrina dwar l-Immakulata Kunċizzjoni tal-

Verġni. Jidher iżda li jaqbel li nfakkru b‟mod partikulari dawk l-atti l-aktar importanti

tal-Knisja f‟din il-materja; għaliex tant hi kbira d-dinjità u l-awtorità, li għandhom

jingħataw b‟mod assolut lill-Knisja, li hi għandha titqjies bħala ċ-ċentru tal-verità u ta‟ lgħaqda

kattolika. Hi waħedha ħarset ir-reliġjon b‟mod li ma jinkisirx, u minnha l-

Knejjes l-oħrajn kollha għandhom jirċievu t-tradizzjoni tal-fidi. Din il-Knisja Rumana,

mela, ma kellha xejn aktar għal qalbha ħlief li tipprofessa, twieżen, ixxandar u ixxerred

bl-aktar modi li fihom tifsir l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni, il-kult u d-duttrina

tagħha.

Il-Papiet favur il-kult lejn l-Immakulata

Din il-ħeġġa tidher b‟mod ċar minn barra u tingħata xhieda għaliha mill-atti

insinji bla għadd tal-Papiet Predeċessuri Tagħna, li lilhom, fil-persuna tal-Kap ta‟ l-

Appostli, l-istess Kristu l-Mulej ħalla d-dmir u l-awtorità suprema biex jirgħu n-ngħaġ u

l-ħrief, biex iwieżnu lill-aħwa u biex imexxu u jiggvernaw il-Knisja. Fil-fatt, il-

Predeċessuri Tagħna dejjem qiesuha glorja tagħhom li, bl-awtorità Apostolika tagħhom,

iwaqqfu fil-Knisja Rumana l-festa tal-Kunċizzjoni, u jżejnuha u jagħtuha ġieħ b‟Uffiċċju

u Quddiesa proprji, li fihom bl-aktar mod ċar jiġi affermat il-privileġġ ta‟ l-immunità

minn kull tebgħa tan-nisel. Mhux biss, imma b‟kull kura huma ġabu „l quddiem u kabbru

l-kult diġà stabilit, billi żejnuh b‟Indulġenzi. Huma taw lill-ibliet, provinċji u saltniet ilfakultà

li jagħżlu bħala Patruna lil Omm Alla taħt it-titlu ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni;

huma approvaw konfraternitajiet, kongregazzjonijiet u familji reliġjużi, imwaqqfin għallġieħ

ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni; huma imlew bit-tifħir il-qima ta‟ dawk li waqqfu

monasteri, ospizji, altari, tempji, taħt it-titlu ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni, jew inkella li

impenjaw ruħhom b‟ġurament li jiddefendi a kwalunkwe kost l-Immakulata Kunċizzjoni

ta‟ Omm Alla. Mhux biss, imma bl-ogħla ferħ huma ordnaw li l-festa tal-Kunċizzjoni

tkun iċċelebrata fil-Knisja bl-istess solennità tal-festa tat-Twelid ta‟ Marija; li kellha tiġi

iċċelebrata fil-Knisja universali bl-ottava, u tkun imħarsa bir-reqqa mill-fidili kollha

bħala festa kmandata; li ta‟ kull sena, fil-jum tal-festa ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟

Marija, fil-bażilika Patrijarkali Tagħna Liberjana, tinżamm Kappella Papali. Billi

imbagħad xtaqu jikkonfermaw dejjem iżjed fil-qlub ta‟ l-insara din id-duttrina ta‟ l-

Immakulata Kunċizzjoni ta‟ Omm Alla u jqanqlu d-devozzjoni tagħhom lejn il-kult u lvenerazzjoni

tal-Verġni mnissla mingħajr dnub oriġinali, kienu mill-aktar ferħana li

jikkonċedu l-fakultà li jsemmu l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟ l-istess Verġni fil-Litaniji

Lauretane u fl-istess Prefazju tal-Quddiesa. B‟dan il-mod in-norma tal-fidi setgħet

62

tingħata valur mill-forma tat-talb. Aħna, għaldaqstant, li ninsabu mqiegħda fuq il-passi

tal-Predeċessuri hekk illustri Tagħna, mhux biss approvajna u lqajna d-dispożizzjonijiet

mill-aktar miqjumin u għorrief tagħhom, imma filwaqt li ftakarna f‟dak li kien waqqaf

Sistu IV, ridna bil-qalb kollha nikkonfermaw bl-awtorità Tagħna l-Uffiċċju proprju ta‟ l-

Immakulata Kunċizzjoni u tajna l-fakultà lill-Knisja kollha biex tużah.

Il-Papiet jippreċiżaw l-oġġett tal-Kult ta’ l-Immakulata

Imma billi dan kollu li għandu x‟jaqsam mal-kult hu marbut b‟rabta intima ma‟ loġġett

tiegħu u ma jistax ikun sħiħ u lanqas idum fiż-żmien, jekk dak l-oġġett ma jkunx

definit sew jew jibqa‟ inċert, il-Papiet Predeċessuri Tagħna, filwaqt li studjaw bir-reqqa

kollha biex ikabbru l-kult tal-Kunċizzjoni, ħasbu wkoll bis-serjetà biex jispjegaw u

jsostnu b‟kull qawwa l-oġġett u d-duttrina ta‟ dan il-kult. Fil-fatt, huma għallmu b‟mod

ċar u miftuħ li, fil-festi li huma waqqfu, kienet tiġi iċċelebrata l-Kunċizzjoni tal-Verġni; u

iddikjaraw bħala falza u kontra l-ħsieb tal-Knisja, l-opinjoni ta‟ dawk li kienu jqisu u

jaffermaw li l-Knisja kienet tagħti ġieħ mhux lill-Kunċizzjoni ta‟ Marija, imma ssantifikazzjoni

tagħha. Il-Papiet lanqas ma urew simpatija akbar lejn dawk li, biex jheżżu

d-duttrina ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni, ivvintaw distinzjoni bejn l-ewwel u t-tieni waqt

tal-Kunċizzjoni, u ippretendew li l-Kunċizzjoni kellha tiċċelebra t-tieni, u mhux l-ewwel

waqt. U fir-rejaltà l-istess Predeċessuri Tagħna qiesu li kien id-dmir preciż tagħhom

mhux biss li jsostnu b‟kull impenn il-festa tal-Kunċizzjoni tal-Verġni l-aktar qaddisa,

imma wkoll li jasserixxu li l-veru oġġett tal-kult kien il-Kunċizzjoni, meqjusa mill-ewwel

mument tagħha. Minn hawn il-kelmiet assolutament ta‟ min jobdihom mall-ewwel li

bihom il-Predeċessur Tagħna Alessandru VII, esprima l-ħsieb veru tal-Knisja. Għaliex

hu iddikjara li «sa mill-qedem, id-devozzjoni tal-fidili lejn l-Omm l-aktar qaddisa l-

Verġni Marija kienet emmnet li r-ruħ tagħha, sa mill-ewwel waqt tal-ħolqien tagħha u

tad-dħul tagħha fil-ġisem, bi grazzja speċjali u privileġġ ta‟ Alla, li ra minn qabel il-merti

ta‟ Ġesù Kristu, Ibnu u Feddej tal-bnedmin kollha, kienet ippreservata ħielsa minn kull

tebgħa ta‟ dnub oriġinali; u kienet iċċelebrat, f‟dan is-sens, il-festa tal-Kunċizzjoni

tagħha» 2 .

Imma fuq kollox il-Predeċessuri Tagħna ħadmu b‟kull kura, ħeġġa u sforz biex

iżommu bla mittiefsa d-duttrina ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟ Omm Alla. Fil-fatt,

huma mhux biss assolutament ma‟ ittollerawx li xi ħadd jiċħadha jew jipprova jrażżanha,

imma marru aktar „il hemm, u ipproklamaw b‟dikjarazzjonijiet ċari u imtennija

kontinwament li d-duttrina, li biha aħna nipprofessaw l-Immakulata Kunċizzjoni tal-

Verġni, hi u għandha tkun meqjusa bi dritt bħala li taqbel għal kollox mal-kult tal-Knisja;

li hi antika u kważi universali; li jistħoqqilha għal kollox li jkollha post fl-istess Liturġija

mqaddsa u fit-talb l-aktar solenni.

Il-Papiet jipprojbixxu d-duttrina kuntrarja

2 ALEXANDER VII, Const. «Sollicitudo omnium Ecclesiarum», 8 decembris 1661.

63

Mhux kuntenti b‟dan, sabiex id-duttrina dwar l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟

Marija tibqa‟ mħarsa b‟mod integru, huma ipprojbew b‟mod mill-aktar iebes li wieħed

iżomm, kemm fil-pubbliku kif ukoll fil-privat, l-opinjoni kuntrarja għal din id-duttrina, li

huma riedu b‟kull mod iferuha għall-mewt. U biex dawn id-dikjarazzjonijiet imtennija u

mill-aktar ċari ma jkunux fiergħa, żjiedu magħhom ukoll sanzjonijiet. Dan kollu ġie

mtenni mill-Predeċessur Tagħna li fakkarna, Alessandru VII, b‟dawn il-kelmiet:

«Aħna nafu sewwa li l-Knisja Mqaddsa Rumana tiċċelebra solennement il-festa

tal-Kunċizzjoni ta‟ Marija, bla tebgħa u dejjem Verġni, u li ilha żmien li approvat uffiċċju

speċjali u proprju għal din il-festa, skond id-dispożizzjonijiet li kienu ingħataw minn

Sistu IV, il-Predeċessur Tagħna. Nixtiequ għaldaqstant niffavorixxu din id-devozzjoni

twajba u ta‟ min ifaħħarha, għax il-festa u l-kult mogħti lilha baqgħu mhux mibdulin fil-

Knisja Rumana sa mit-twaqqif tagħha; u, wara l-eżempju tal-Papiet Predeċessuri Tagħna,

irridu niddefendu dan il-mod devot biex nivveneraw u nagħtu ġieħ lill-Verġni wisq

qaddisa, meħlusa mid-dnub oriġinali, bil-qawwa tal-grazzja li ġejja mill-Ispirtu s-Santu.

Hi wkoll preokkupazzjoni ħajja tagħna li nħarsu fil-merħla ta‟ Kristu l-għaqda ta‟ lispirtu

fir-rabta tas-sliem, billi nneħħu l-offiżi u l-ġlied, u nwarrbu l-iskandli.

Għaldaqstant, filwaqt li nilqgħu it-talbiet u x-xewqat ippreżentati Lilna minn dawn lisqfijiet

imsemmija, mill-Kapitli tal-knejjes tagħhom, mir-re Filippu u mis-saltniet tiegħu,

inġeddu l-Kostituzzjonijiet u d-Digrieti maħruġin mill-Papiet Predeċessuri Tagħna, u

speċjalment minn Sistu IV, Pawlu V u Girgor XV, għad-difiża tas-sentenza li żżomm li rruħ

ta‟ l-Imqaddsa Verġni Marija, fil-ħolqien tagħha u fid-dħul tagħha fil-ġisem, kellha ddon

tal-grazzja ta‟ l-Ispirtu s-Santu u kienet ippreservata mid-dnub oriġinali; u favur din

il-festa u l-kult tal-Kunċizzjoni ta‟ l-istess Omm ta‟ Alla Marija, mifhumin skond din issentenza

devota li għadna kemm urejna; u nordnaw li dawn il-Kostituzzjonijiet u Digrieti

għandhom jiġu mħarsin għal kollox, taħt piena li wieħed jidħol fiċ-ċensuri u fissanzjonijiet

l-oħrajn previsti mill-Kostituzzjonijiet infushom.

«Niddikjaraw ukoll li dawk kollha li jkomplu jinterpretaw il-Kostituzzjonijiet u d-

Digrieti li fakkarna aktar „il fuq, b‟mod li jrendu fieragħ il-favur attribwit mill-

Kostituzzjonijiet u d-Digrieti għal dik is-sentenza, għall-festa u għall-kult; li jmorru

kontra din is-sentenza, din il-festa jew dan il-kult b‟diskussjonijiet; jew li b‟kull mod –

direttament u indirettament – jew taħt kull pretest hu liema hu – li jeżaminaw il-mod kif

jiġi definit, li jinterpretaw l-Iskrittura Mqaddsa jew is-Santi Padri, jew li jikkummentaw

lid-Dutturi – bil-kitba jew bil-fomm, li jażżardaw jitkellmu, jippriedkaw, jitrattaw,

jiddiskutu, jippreċiżaw, jaffermaw, joħolqu argumenti – li mbagħad iħalluhom bla

soluzzjoni – jew b‟xi mod ieħor immaġinabbli, barra milli jaqgħu fil-pwieni u ċ-ċensuri li

huma miġburin fil-Kostituzzjonijiet ta‟ Sistu IV – li għalihom aħna rridu li huma

joqogħdu u li, b‟din il-Kostituzzjoni, fil-fatt, aħna nqiegħduhom taħthom – ikunu Minna

mċaħħdin mill-fakultà li jippriedkaw, li jagħtu lezzjonijiet pubbliċi, li jgħallmu, li

jinterpretaw; huma mċaħħdin mill-vuċi attiva u passiva f‟kull tip ta‟ elezzjonijiet; jaqgħu,

“ipso facto”, mingħajr bżonn ta‟ l-ebda dikjarazzjoni, fil-piena ta‟ inabilità perpetwa li

jippriedkaw, li jagħtu lezzjonijiet pubbliċi, li jgħallmu u li jinterpretaw. Minn dawn ilpwieni

mbagħad ma jkunux jistgħu jiġu assolti jew iddispensati jekk mhux Minna jew

mill-Papiet, Suċċessuri Tagħna. Barra minn dawn il-pwieni, Aħna nqiegħduhom – u

b‟din il-Kostituzzjoni preżenti niddikjarawhom suġġetti – taħt dawk il-pwieni l-oħrajn

64

kollha li jistgħu jiġu mogħtija b‟għażla Tagħna jew tal-Papiet Suċċessuri Tagħna; u għal

dan ir-rigward, nikkonfermaw il-Kostituzzjonijiet ta‟ Pawlu V u Girgor XV, li diġà

fakkarna.

«Fl-aħħarnett nipprojbixxu u niddikjaraw suġġetti għall-pwieni u għaċ-ċensuri li

huma inklużi fl-Indiċi tal-kotba projbiti, u nordnaw li jkunu, “ipso facto” u mingħajr lebda

bżonn ta‟ dikjarazzjoni, meqjusin projbiti l-kotba, il-priedki, it-trattati, iddiskwiżizzjonijiet,

ippubblikati jew li għad iridu jiġu pubblikati, wara d-digriet imsemmi

ta‟ Pawlu V, li fihom jitqiegħdu fid-dubju, jew jintwerew f‟dawl kuntrarju din is-sentenza,

din il-festa u dan il-kult».

Kunsens ta’ l-għorrief, ta’ l-isqfijiet u tal-familji reliġjużi

Mill-banda l-oħra kulħadd jaf b‟liema ħeġġa d-duttrina dwar l-Immakulata

Kunċizzjoni tal-Verġni Omm Alla ġiet mgħoddija, imwieżna u difiża mill-aktar Familji

reliġjużi famużi, mill-aktar Akkademji ċelebri tat-tejoloġi u mid-Dutturi l-aktar profondi

tax-xjenza tal-ħwejjeġ divini. Ilkoll bl-istess mod jagħrafu kemm kienu pronti l-isqfijiet

biex isostnu bil-miftuħ, ukoll f‟laqgħat ekkleżjastiċi, li l-Verġni l-aktar qaddisa Marija,

Omm Alla, biex jitħarsu minn qabel il-merti tal-Feddej Ġesù Kristu, ma kienet qatt

suġġetta għad-dnub oriġinali u għalhekk ġiet mifdija b‟mod aktar sublimi.

Il-Konċilju ta’ Trento fi qbil mat-Tradizzjoni

Ma‟ dan kollu nżidu l-fatt ta‟ importanza u awtorità mill-aktar kbira li l-istess

Konċilju ta‟ Trento, meta ippromulga d-digriet drammatiku dwar id-dnub oriġinali, li fih,

skond ix-xhieda tal-Kotba Mqaddsa, tas-Santi Padri u ta‟ l-aktar konċilji awtorevoli,

stabilixxa u iddefinixxa li l-bnedmin kollha jitwieldu imċappsin bid-dnub oriġinali,

iddikjara, iżda, b‟mod solenni li ma kellux intenzjoni li f‟dak id-Digriet jiġbor u jagħti flestensjoni

ta‟ definizzjoni hekk ġenerali, l-imqaddsa u Immakulata Verġni Marija, Omm

Alla. B‟din id-dikjarazzjoni, fil-fatt, il-Padri tal-Konċilju Tridentin għamluha ċara

biżżejjed, f‟dawk iċ-ċirkustanzi, li l-aktar qaddisa Verġni Marija kienet meħlusa millħtija

oriġinali; u urew għaldaqstant b‟mod miftuħ li la fl-Iskrittura divina, u lanqas millawtorità

tas-Santi Padri ma nistgħu innisslu l-ebda argument li b‟xi mod ikun

f‟kuntradizzjoni ma‟ dan il-privileġġ tal-Verġni.

U tassew, il-monumenti famużi u venerandi tal-Knisja antika fil-lvant u fil-punent

qiegħdin hemm biex jixhdu li din id-duttrina ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni laktar

qaddisa, dejjem aktar spjegata b‟mod mill-isbaħ, u iċċarata u ikkonfermata minn

sentiment ta‟ l-akbar awtorità, mill-maġisteru, mill-ħeġġa, mix-xjenza u mill-għerf talġnus

kollha tad-dinja kattolika, kienet teżisti minn dejjem fil-Knisja nnifisha, kif din

irċevietha mit-tradizzjoni, u li kienet dejjem imlibbsa bil-karattru ta‟ duttrina rivelata.

Fil-fatt, il-Knisja ta‟ Kristu, ħarriesa u difensura tad-duttrini li jiġu afdati lilha,

qatt ma bidlithom, la b‟żjiediet u lanqas bi tnaqqis; imma dejjem titratta bl-attenzjoni u l-

65

għerf dawk li fil-qedem hi uriet fil-linji essenzjali tagħhom, u li s-Santi Padri żergħu bittagħlim

tagħhom. Hi tfittex li tillima u tirfina dawk id-duttrini tal-qedem tar-rivelazzjoni

divina, b‟mod li jkunu aktar ċari, li jiddu b‟dawl akbar u bi preċiżjoni. Hekk, filwaqt li

jħarsu l-milja tagħhom, l-integrità u l-karattru tagħhom, huma jiġu żviluppati biss skond

in-natura proprja tagħhom, jiġifieri, fl-istess ħsieb, u fl-istess sens.

Il-ħsieb tas-Santi Padri u tal-Kittieba Ekkleżjatiċi

Issa, is-Santi Padri u l-kittieba ekkleżjastiċi, li kienu mgħallmin mit-tagħlim divin,

fil-kotba li huma kitbu biex jispjegaw l-Iskrittura, biex jiddefendu d-dommi u biex

jgħallmu lill-insara, kellhom fuq kollox għal qalbhom li jippriedkaw u jfaħħru, b‟diversi

modi meraviljużi wieħed isbaħ mill-ieħor, l-ogħla qdusija, id-dinjità u l-immunità tal-

Verġni minn kull tebgħa ta‟ dnub, u r-rebħa sħiħa tagħha fuq il-għadu mill-aktar kiefer

tal-bnedmin.

Il-Protovanġelu

Għal din ir-raġuni, meta spjegaw il-kliem li bihom Alla, sa mill-bidunett tad-dinja,

ħabbar ir-rimedji imħejjija mill-ħniena tiegħu għat-tnissil il-ġdid tal-bnedmin, meta

ħawwad il-kburija tas-serp qarrieq u refa‟ b‟mod ta‟ l-għaġeb it-tamiet tal-bnedmin:

“Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha”, dawn l-għorrief tal-

Knisja għallmu li ma‟ din il-profezija divina kien indikat b‟mod ċar u miftuħ il-Feddej

kollu ħniena tal-bnedmin kollha, jiġifieri l-Iben Waħdieni ta‟ Alla, Ġesù Kristu; kienet

indikata wkoll l-Omm l-aktar qaddisa tiegħu, il-Verġni Marija; u fl-istess ħin kienet

indikata u spjegata l-ġlieda tal-wieħed u ta‟ l-oħra kontra x-xitan. Bħala konsegwenza ta‟

dan, kif Kristu, Medjatur bejn Alla u l-bnedmin, meta ħa fuqu n-natura umana, qered iddigriet

tal-kundanna li kien hemm kontrina, u waħħlu glorjuż mas-Salib; hekk il-Verġni laktar

qaddisa, magħquda miegħu b‟rabta mill-aktar intima u li ma tinħallx, kienet

flimkien miegħu u permezz tiegħu, l-għadu eterna tas-serp velenuż, u saħqitlu rasu birriġel

verġinali tagħha.

Figuri Bibliċi tal-Verġni Marija

Minn din ir-rebħa nobbli u singulari tal-Verġni, mill-innoċenza l-aktar eċċellenti,

mis-safa u l-qdusija tagħha, mill-immunità tagħha mid-dnub oriġinali u mill-abbundanza

li ma titfissirx u mill-kobor tal-grazzji kollha tagħha, mill-virtujiet u l-privileġġi tagħha, listess

Santi Padri kienu jaraw il-figura tagħha fl-arka ta‟ Noè li, mibnija b‟ordni ta‟ Alla,

baqgħet għal kollox salvata u ħielsa min-nawfraġju komuni tal-bnedmin; fis-sellum, li

Ġakobb ra tiela‟ mill-art u jilħaq is-sema: sellum li minnu l-Anġli kienu telgħin u neżlin,

u li fil-quċċata tiegħu kien hemm il-Mulej innifsu; fis-siġra ta‟ l-għollieq, li għalkemm

Mosè raħ jaqbad f‟post qaddis, u jinħaraq fost nirien iċaqċqu, imma ma kienx qiegħed

jintemm u lanqas isofri l-ebda ħsara, imma kompla jidher iħaddar u jwarrad fi sbuħitu;

f‟dak it-torri li ma jintrebaħx, imqiegħed quddiem l-għedewwa, li minnu hemm

66

imdendlin eluf ta‟ tarki u l-armatura kollha tal-qawwijin; f‟dak il-ġnien magħluq, li ma

jistax jiġi vjolentat jew imħassar minn ebda qerq jew nasba; f‟dik il-belt tiddi ta‟ Alla, li

għandha l-pedamenti tagħha fuq il-muntanji mqaddsa; f‟dak it-tempju sabiħ ta‟ Alla li

jiddi bi glorja divina, u li hu mimli bil-glorja tal-Mulej; u fl-aħħarnett, f‟dawk il-ħafna

figuri oħrajn li ma jingħaddux, li fihom is-Santi Padri kienu jaraw u jikkomunikaw ittagħlim

tagħhom dwar it-tħabbira ċara minn qabel tad-dinjità mill-aktar għolja ta‟ l-Omm

ta‟ Alla, ta‟ l-innoċenza bla tebgħa tagħha u tal-qdusija tagħha, li qatt ma kienet suġġetta

għal ebda tebgħa.

Espressjonijiet tal-Profeti

L-istess Santi Padri, biex jiddeskrivu dan il-kumpless meraviljuż ta‟ doni divini u

l-innoċenza verġinali tal-Verġni, Omm ta‟ Ġesù, kienu jagħmlu wkoll riferiment għallkitbiet

tal-Profeti, u kienu jiċċelebraw l-istess Verġni mill-isbaħ bħala ħamiema l-aktar

safja; bħala Ġerusalem qaddisa; bħala t-tron tas-sema ta‟ Alla; bħala arka imqaddsa;

bħala d-dar, li l-għerf etern bena għalih innifsu; u bħala dik is-Sultana, li mimlija b‟kull

ħlewwa u sserraħ fuq il-Maħbub tagħha, ħarġet minn fomm l-Aktar Għoli għal kollox

perfetta, sabiħa, l-aktar għażiża għal Alla, u qatt imħammġa bit-tebgħa tal-ħtija.

L-«Ave Maria» u l-«Magnificat»

Billi mbagħad l-istess Santi Padri u l-kittieba ekkleżjastiċi kienu jqisu li l-Anġlu

Gabrijel, meta ta lill-imqaddsa Verġni t-tħabbira ta‟ l-ogħla dinjità ta‟ Omm Alla, kien

sejħilha, bil-kmand ta‟ Alla nnifsu, mimlija bil-grazzja, kienu jgħallmu li b‟din it-tislima

singulari u solenni, li qatt ma nstemgħet oħra bħalha qabel, kien jintwera li l-Omm ta‟

Alla kienet dik li fuqha kienu jinżlu joqgħodu l-grazzji kollha ta‟ Alla; kienet imżejna bilkariżmi

kollha ta‟ l-Ispirtu Divin; mhux biss, imma kienet teżor kważi infinit u abbiss li

ma jintemmx ta‟ l-istess kariżmi; hekk li, mhux biss qatt ma kienet taqa‟ taħt is-saħta,

imma flimkien ma‟ Binha, kellha wkoll sehem minn barka dejjiema: hi kienet

jistħoqqilha li tkun imsejħa minn Eliżabetta, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu: “Imbierka inti

fost in-nisa u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek”.

Minn dawn l-interpretazzjonijiet nistgħu naraw ħierġa, ċara u fi qbil, il-fehma tas-

Santi Padri. Il-Verġni l-aktar glorjuża, li għaliha “is-Setgħani għamel ħwejjeġ kbar”,

kienet tiddi b‟tant abbundanza ta‟ doni tas-sema, b‟tant milja ta‟ grazzja u b‟tant

innoċenza li kienet saret bħall-miraklu ta‟ Alla b‟mod eċċellenti, u saħansitra l-quċċata

tal-mirakli kollha tiegħu, kif ukoll Omm xierqa ta‟ Alla. Hekk, imqiegħda, għal kemm

hu possibbli għal krejatura, l-aktar qrib lejn Alla, hi tpoġġiet „il fuq mit-tifħir kollu talbnedmin

u ta‟ l-Anġli.

Imxebbħa ma’ Eva

67

Bħala konsegwenza, biex juru l-innoċenza u l-ġustizzja oriġinali ta‟ Omm Alla,

mhux biss iqabbluha ta‟ spiss ma‟ Eva meta kienet għadha verġni, meta kienet għadha

innoċenti, meta kienet għadha bla tebgħa u mhix imqarrqa min-nasba tal-mewt li

għamlilha s-serp giddieb, imma talli jaraw kif Marija hi l-maqlub ta‟ Eva b‟ħafna kliem u

espressjonijiet. Għaliex Eva kienet semgħet lis-serp għan-niket tagħha u hekk waqgħet

mill-innoċenza oriġinali u saret skjava; filwaqt li l-Verġni wisq qaddisa kabbret

kontinwament id-don li irċeviet fit-tnissil tagħha, u, mhux biss kienet „il bogħod milli

tagħti widen għas-serp, imma bl-għajnuna divina farrket għal kollox il-vjolenza u lqawwa

tiegħu.

Espressjonijiet ta’ tifħir

Għaldaqstant huma qatt ma waqfu li jattribwixxu lil Omm Alla l-ismijet l-aktar

sbieħ: ġilju qalb ix-xewk; art assolutament mhix mimsusa, verġinali, mingħajr tebgħa,

immakulata, dejjem imbierka u ħielsa minn kull tebgħa ta‟ ħtija, li minnha ġie iffurmat

Adam il-ġdid; ġnien mill-aktar ordnat, ileqq, mimli ħajja, ta‟ innoċenza u immortalità,

mimli ħlewwiet, imħawwel minn Alla nnifsu u mħares mill-qerq kollu tas-serp velenuż;

għuda li ma tissewwisx, li s-susa tad-dnub qatt ma kielitha; għajn dejjem nadifa u

immarkata bil-qawwa ta‟ l-Ispirtu s-Santu; tempju mill-aktar divin; teżor tal-ħajja bla

tmiem; bint unika u waħdanija, mhux tal-mewt, imma tal-ħajja; fergħa mhux ta‟ għadab,

imma ta‟ grazzja, li, għalkemm warrdet minn għerq imħassar u mniġġeż, b‟eċċezzjoni

divina u providenzjali għal-liġi ġenerali, kienet dejjem tħaddar u twarrad. Imma, dawn ilmodi

kollha ta‟ espressjoni, għalkemm huma mill-aktar sbieħ, ma kienux biżżejjed, u

huma jkomplu jaffermaw, b‟espressjonijiet aktar ċari u preċiżi, li, meta nitkellmu dwar

id-dnubiet, il-Verġni Marija lanqas biss għandna nsemmuha; għaliex lilha ġiet mogħtija

grazzja superjuri għal dik li tingħata lill-oħrajn, sabiex hi tkun tista‟ tirbaħ għal kollox

kull tip ta‟ dnubiet. Huma kienu jsostnu wkoll li l-Verġni l-aktar glorjuża kienet dik li

sewwiet il-ħtija ta‟ l-ewwel ġenituri tagħha; kienet dik li tat il-ħajja lil dawk li ġew

warajha; kienet dik li l-Aktar Għoli, mis-sekli kollha, kien għażilha u ħejjiha; li kienet

imħabbra minn qabel minn Alla, meta Hu qal lis-serp: “Innissel mibegħda bejnek u bejn

il-mara”; li mingħajr l-ebda dubju hi saħqet ras is-serp velenuż. Huma għaldaqstant

jaffermaw li l-istess Verġni l-aktar qaddisa kienet bi grazzja speċjali mħarsa minn kull

tebgħa ta‟ dnub u ħielsa minn kull tinġiż fil-ġisem, fir-ruħ u fl-intellett; li, billi kienet

magħquda ħaġa waħda ma‟ Alla permezz ta‟ patt għal dejjem, qatt ma kienet fid-dlamijiet,

imma dejjem f‟dawl etern; u li għalhekk kienet minn dejjem jistħoqqilha li ssir post li fih

jgħammar Kristu, mhux minħabba xi merti li kellha fil-ġisem, imma bi grazzja oriġinali.

Ma‟ dawn imbagħad huma żiedu espressjonijiet oħrajn mill-aktar nobbli. Meta

kienu jitkellmu mill-Kunċizzjoni tal-Verġni, kienu jixhdu li n-natura kienet iċċedi

quddiem il-grazzja: in-natura waqfet kollha mriegħda u ma ażżardatx tiċċaqlaq. Il-

Verġni Omm ta‟ Alla ma kellhiex titnissel minn Anna, qabel ma l-grazzja tafferma lqawwa

tagħha: għaliex hi kellha tiġi mnissla bħala l-bint ewlenija, li fiha mbagħad kellu

jitnissel l-ewwel imwieled fost il-ħlejjaq kollha.

68

Immakulata!

Huma kienu jistqarru li l-ġisem tal-Verġni, għalkemm kien imnissel minn Adam,

ma ntmessx mit-tbajja‟ tiegħu; li, għaldaqstant, il-Verġni l-aktar qaddisa kienet dak ittabernaklu

maħdum minn Alla, iffurmat mill-Ispirtu s-Santu, u tassew imlibbes bil-porpra,

li dik Besalel il-ġdid kien niseġ bid-deheb u bi ħjut ta‟ bosta lwien; li hi kienet ġustament

iċċelebrata, għaliex kienet kapolavur ta‟ Alla, għaliex hi ħarbet mill-vleġeġ jaħarqu talħażin,

u għaliex, sabiħa fin-natura u għal kollox meħlusa minn kull tebgħa, fil-

Kunċizzjoni Immakulata tagħha hi dehret fid-dinja bħala żernieq ta‟ dija mill-aktar

perfetta. Fil-fatt, ma kienx jixraq li dik l-għamara magħżula minn Alla tkun imċajpra

mid-difett li bih l-oħrajn kollha huma mċajprin, għaliex hi kienet għal kollox differenti

mill-oħrajn, u jekk kellha n-natura tagħha komuni ma‟ tagħhom, imma ma kellhiex ilħtija

komuni magħhom; mhux biss, imma kien jixraq li l-Iben Waħdieni, kif kellu Missier

fis-sema, li s-Serafini jfaħħruh bħala Qaddis għal tliet darbiet, hekk ikollu Omm fuq din

l-art, li lilha qatt ma kellha tonqosha d-dija tal-qdusija.

Din id-duttrina kienet hekk rabbiet għeruq fil-moħħ u fil-qalb ta‟ l-għorrief talqedem

li, meta jitkellmu dwar Omm Alla, huma kellhom id-drawwa li jużaw kliem

tassew straordinarju u singulari. Ta‟ spiss kienu jsejħulha: Immakulata, f‟kollox u għal

kollox Immakulata; innoċenzi, mhux biss, imma mera ta‟ l-innoċenza; bla ebda ħtija, u

bla tebgħa f‟kull sens; qaddisa u l-aktar imbiegħda minn kull tebgħa ta‟ dnub; kollha safja

u kollha nadifa, mhux biss, imma l-eżempju tas-safa u ta‟ l-innoċenza; aktar sabiħa missbuħija

nnifisha, aktar mimlija ħlewwa mill-grazzja, aktar qaddisa mill-qdusija; waħedha

qaddisa; mill-aktar safja fir-ruħ u fil-ġisem, li tisboq kull integrità u kull verġinità; l-unika

li saret it-tron tal-grazzji kollha ta‟ l-Ispirtu s-Santu; hekk għolja li, wara Alla waħdu,

kienet „il fuq minn kulħadd; fin-natura tagħha l-aktar sabiħa, l-aktar ħelwa u l-aktar

qaddisa mill-istess Kerubini u Serafini u mill-kori kollha ta‟ l-Anġli; aktar għolja minn

kull tifħir fis-sema u fl-art. U ħadd ma jista‟ jinsa li dan il-lingwaġġ kien imdaħħal kważi

b‟mod spontanju wkoll fil-paġni tal-Liturġija mqaddsa u ta‟ l-uffiċċji ekkleżjastiċi, li

fihom insibuh ta‟ spiss b‟ton li jiddomina. F‟dawk il-paġni, fil-fatt, l-Omm ta‟ Alla tiġi

msejħa u mfaħħra bħala l-unika ħamiema ta‟ sbuħija li ma titħassarx, u bħal warda li hi

dejjem friska. Hi msejħa u mfaħħra bħala l-aktar safja, dejjem Immakulata u dejjem

hienja; mhux biss, imma bħall-innoċenza nnifisha li qatt ma ġiet mimsusa, u bħala t-tieni

Eva, li tat id-dawl lil Għimmanu-El.

Kunsens unanimi u petizzjonijiet għad-Definizzjoni tad-Domma

Ma għandu jkollna l-ebda stagħġib, għalhekk, jekk ir-Ragħajja tal-Knisja u lpoplu

fidil dejjem kien jogħġobhom li jipprofessaw b‟tant devozzjoni u mħabba dduttrina

ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Omm Alla, li, fil-ġudizzju tas-Santi

Padri, tinsab miġbura fl-Iskrittura Mqaddsa, li ġiet mgħoddija mix-xhieda mill-aktar

importanti tagħhom, li tiġi murija u iċċelebrata mill-maġisteru l-aktar għoli u awtorevoli

tal-Knisja. Ma għandniex nistagħġbu, għalhekk, jekk ir-Ragħajja u l-fidili dejjem urew li

ma għandhom xejn aktar ħelu u aktar għażiż milli jqimu, jivveneraw, jitolbu u jfaħħru

għal kollox bl-aktar affett imħeġġeġ lill-Verġni Omm Alla, imnissla mingħajr dnub

69

oriġinali. Għaldaqstant, sa mill-eqdem żminijiet, l-isqfijiet, l-ekkleżjastiċi, l-Ordnijiet

regolari kif ukoll imperaturi u slaten ippreżentaw suppliki lil din is-Sede Apostolika,

sabiex tiġi definita bħala domma ta‟ fidi kattolika l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟ l-Omm laktar

qaddisa ta‟ Alla. Dawn kienu suppliki li ġew imtennija wkoll fi żminijietna u

ippreżentati l-aktar lill-Predeċessur Tagħna, Girgor XVI, ta‟ tifkira hienja, u Lilna wkoll

mill-isqfijiet, mill-kleru sekulari, mill-Familji reliġjużi, kif ukoll mis-slaten u mill-poplu

tal-fidili. Aħna, għaldaqstant, billi sirna nafu u qisna bir-reqqa dawn il-ħwejjeġ kollha

b‟ferħ singulari tal-qalb Tagħna, malli ġejna mgħollijin, bid-dispożizzjoni li ma nistgħux

nifhmuha tal-Providenza divina, għal din il-Kattedra għolja ta‟ Pietru, u, għalkemm ma

jistħoqqilniex, ħadna f‟idejna t-tmexxija tal-Knisja kollha, ma għandna ċertament xejn

aktar għal qalbna – meta nqisu l-venerazzjoni mimlija ħlewwa, id-devozzjoni u l-affett li

sa mill-ewwel snin dejjem ikkultivajna lejn il-Verġni l-aktar qaddisa Marija Omm Alla –

ħlief li nwasslu għat-twettieq dak kollu li seta‟ jkun fix-xewqat tal-Knisja, sabiex hekk

jitkabbar il-ġieħ tal-wisq qaddisa Verġni u jiddu b‟dawl ġdid il-privileġġi tagħha.

Il-ħidma ta’ preparazzjoni

Billi aħna ridna nipproċedu bil-prudenza kollha, waqqafna Kummissjoni speċjali

ta‟ l-Aħwa Venerabbli tagħna l-Kardinali tal-Knisja Mqaddsa Rumana, li huma

magħrufin għall-pjetà, għall-ġudizzju imwieżen tajjeb u għall-għarfien tal-ħwejjeġ divini,

u għażilna fost il-kleru sekulari u dak regolari irġiel li huma partikolarment imħarrġin fiddixxiplini

tejoloġiċi, bl-inkarigu li neżaminaw b‟reqqa akbar dak kollu li għandu

x‟jaqsam ma‟ l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni, u irreferejna ruħna għall-pariri

tagħhom. U għalkemm it-talbiet li ġew diretti Lilna bl-iskop li nitolbu d-definizzjoni ta‟

l-Immakulata Kunċizzjoni, kienu urewna diġà biżżejjed liema kien il-ħsieb ta‟ bosta millisqfijiet,

nhar it-2 ta‟ Frar 1849 bagħatna minn Gaeta Enċiklika lill-Aħwa Venerabbli

tagħna tad-dinja kattolika sabiex, wara li jitolbu lil Alla, jgħarrfuna, ukoll bil-kitba, liema

hi l-pjetà u d-devozzjoni tal-fidili tagħhom lejn l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟ l-Omm ta‟

Alla; dwar x‟jaħsbu, l-aktar huma – l-isqfijiet – rigward id-definizzjoni li kellna

f‟moħħna li nagħmlu; u, fl-aħħarnett, dwar liema xewqat kellhom x‟jesprimu, sabiex ilġudizzju

suprem Tagħna jkun jista‟ jidher bl-akbar solennità possibbli.

U tassew kbir ħafna kien il-faraġ li aħna ħassejna, meta waslu għandna t-tweġibiet

ta‟ l-istess Venerabbli Ħutna. Huma, fil-fatt, permezz ta‟ ittri, li fihom jidher entużjażmu

li ma jitwemminx u mimli ferħ, mhux biss reġgħu ikkonfermawlna mill-ġdid l-opinjoni

personali tagħhom u d-devozzjoni tagħhom u dik tal-kleru u tal-fidili tagħhom, imma

wkoll talbuna b‟vot, li nistgħu insejħulu unanimi, li, bil-ġudizzju suprem u bl-awtorità

Tagħna niddefinixxu l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟ l-istess Verġni. Lanqas ma kienet

inqas il-hena tagħna meta l-Venerabbli Ħutna Kardinali tal-Knisja Mqaddsa Rumana,

membri tal-Kummissjoni imsemmija b‟mod partikulari, flimkien mat-tejoloġi konsulturi

li Aħna għażilna, wara eżami mimli reqqa tal-kwestjoni, talbuna bl-istess ħerqa u ħeġġa

huma wkoll li niddefinixxu l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟ l-Omm ta‟ Alla.

Wara dan kollu, aħna li mxejna fuq l-eżempji ċari tal-Predeċessuri Tagħna, u li

xtaqna nimxu skond in-normi tradizzjonali, sejjaħna u għamilna Konċistorju, li fih aħna

70

tajna diskors lill-Venerabbli Ħutna l-Kardinali tal-Knisja Mqaddsa Rumana, u b‟faraġ

mill-aktar kbir tar-ruħ Tagħna smajniehom jitolbuna li jogħġobna nlissnu d-definizzjoni

dommatika ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Omm ta‟ Alla.

Aħna bil-qawwa kollha persważi fil-Mulej li issa wasal iż-żmien it-tajjeb biex

niddefinixxu l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Omm ta‟ Alla, li l-Iskrittura Mqaddsa,

it-tradizzjoni miqjuma, is-sentiment kostanti tal-Knisja, il-kunsens singulari ta‟ l-isqfijiet

kattoliċi u tal-fidili, u l-atti memorabbli u l-kostituzzjonijiet tal-Predeċessuri Tagħna juru

u jispjegaw b‟mod ta‟ l-għaġeb. Għaldaqstant, wara li qisna bl-akbar reqqa kull ħaġa u

wara li għamilna talb kontinwu u ħerqan lil Alla, aħna qisna li ma għandniex inħallu aktar

fit-tul biex niddefinixxu bil-ġudizzju suprem Tagħna l-Immakulata Kunċizzjoni ta‟ listess

Verġni; u hekk nissoddisfaw ix-xewqat mill-aktar twajba tad-dinja kattolika u ddevozzjoni

Tagħna lejn l-istess Verġni l-aktar qaddisa, u flimkien nagħtu ġieħ dejjem

aktar fiha lill-Iben il-Waħdieni tagħha, il-Mulej Tagħna Ġesù Kristu; għaliex aħna lkoll

konvinti li l-ġieħ u l-glorja kollha li nagħtu lill-Omm, jerġgħu jmorru lura għand Binha.

Id-Definizzjoni tad-Domma

Għaldaqstant, wara li offrejna bla ma naqtgħu, fl-umiltà u fis-sawm, it-talb privat

Tagħna u dak pubbliku tal-Knisja ta‟ Alla l-Missier, permezz ta‟ Ibnu, sabiex hu jogħġbu

jmexxi lil moħħ Tagħna bil-qawwa ta‟ l-Ispirtu s-Santu; wara li aħna tlabna l-għajnuna

tal-Qtajjiet kollha tas-sema, u wara li tlabna bl-ilfiq lill-Ispirtu difensur, bl-ispirazzjoni

tiegħu, għall-ġieħ tat-Trinità qaddisa u mhux mifruda, għas-sbuħija u l-ġmiel tal-Verġni

Omm Alla, għall-eżaltazzjoni tal-fidi kattolika, u għat-tkabbir tar-reliġjon nisranija, blawtorità

tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu, tal-qaddisin Appostli Pietru u Pawlu u bl-awtorità

Tagħna, niddikjaraw, inlissnu u niddefinixxu: Id-duttrina, li żżomm li l-Verġni wisq

qaddisa Marija mill-ewwel mument tal-Kunċizzjoni tagħha, bi grazzja singulari u

privileġġ ta’ Alla li jista’ kollox, li ra minn qabel il-merti ta’ Ġesù Kristu, Feddej

tal-bnedmin kollha, ġiet ippreservata u mhix mimsusa minn kull tebgħa ta’ dnub

oriġinali, hi rivelata minn Alla u għaldaqstant hi ta’ min jemminha bil-qawwa u

mingħajr ma jmissha, u dan mill-fidili kollha. Għaldaqstant, hekk xi ħadd (Alla ħares

qatt!) b‟rieda proprja jfettillu li jaħseb b‟mod ieħor minn dak li Aħna iddefinejna, għandu

jagħraf u jkun jaf li hu ikkundannat mill-ġudizzju tiegħu stess, li jkun għamel nawfraġju

fil-fidi, li jkun infired mill-għaqda mal-Knisja, u li jkun daħal hu nnifsu, “ipso facto”, filpwieni

stabiliti mil-liġi kontra min jażżarda juri bil-fomm jew bil-kitba, jew b‟xi mod

ieħor li jidher minn barra, l-iżbalji li hu jaħseb fil-qalb tiegħu 3 .

3 H. DENZINGER, Enchiridion Symbolorum, 1641: «Quare postquam numquam intermisimus in

humilitate et ieiunio privates Nostras et publicas Ecclesiae preces Deo Patri per Filium eius offerre, ut

Spiritus Sancti virtute mentem Nostram dirigere, et confirmare dignaretur, implorato universae caelestis

Curiae praesidio, et advocato cum gemitibus Paraclito Spiritu, eoque sic adspirante, ad honorem sanctae et

individuae Trinitatis, ac decus et ornamentum Virginis Deiparae, ad exaltationem fidei catholicae, et

christianae religionis augmentum, auctoritate Domini Nostri Iesu Christi, beatorum Apostolorum Petri et

Pauli, ac Nostra declaramus, pronuntiamus et definimus doctrinam, quae tenet, beatissimam Virginem

Mariam in primo instanti suae Conceptionis fuisse singulari omnipotentis Dei gratia et privilegio, intuitu

meritorum Christi Iesu Salvatoris humani generis, ab omni originalis culpae labe praeservatam immunem,

esse a Deo revelatam, atque idcirco ab omnibus fidelibus firmiter constanterque credendam. Quapropter si

71

Sentimenti ta’ tama u eżortazzjoni finali

Il-fomm Tagħna hu mimli bil-ferħ u xofftejna bit-tifħir, u nroddu dejjem ħajr

mill-aktar umli u ħaj lill-Mulej Tagħna Ġesù Kristu, talli tana l-grazzja singulari li

nistgħu, minkejja li ma jistħoqqilniex, noffru u niddekretaw dan il-ġieħ, din il-glorja u

dan it-tifħir lill-Ommu wisq qaddisa. U mbagħad nerġgħu naffermaw it-tama l-aktar

fiduċjuża Tagħna fil-Verġni l-aktar qaddisa, li, kollha sabiħa u immakulata, saħqet ir-ras

velenuża tas-serp mill-aktar kiefer, u ġiebet is-salvazzjoni lid-dinja; fiha li hi l-glorja tal-

Profeti u ta‟ l-Appostli, li hi l-ġieħ tal-Martri, il-ferħ u l-kuruna tal-Qaddisin kollha; li hi

kenn l-aktar żgur u għajnuna mill-aktar fidila ta‟ dawk kollha li jinsabu fil-periklu;

medjatriċi mill-aktar qawwija u rikonċiljatriċi tad-dinja kollha quddiem l-Iben Waħdieni

tagħha; li hi sbuħija mill-aktar tiddi u tiżjin tal-Knisja u difiża mill-aktar qawwija tagħha.

Nerġgħu naffermaw it-tama Tagħna fiha li dejjem qerdet l-ereżiji kollha, li salvat lillpopli

fidili minn kull ħsara mill-aktar gravi u ta‟ kull tip, u li ħelset Lilna wkoll minn tant

perikli, li bħalissa jagħafsu fuqna. Aħna għandna fiduċja li hi trid, bil-protezzjoni millaktar

qawwija tagħha, tagħmel li Ommna, il-Knisja Kattolika, wara li tirbaħ iddiffikultajiet

u t-telfiet u l-iżbalji kollha, timxi „l quddiem u twarrad ta‟ kull jum dejjem

aktar fost il-popli u fil-postijiet kollha, “minn baħar sa baħar, mix-xmara sat-trufijiet ta‟ lart”;

u jkollha l-paċi, il-kalma u l-libertà sħiħa; li dawk li huma ħatja jaqilgħu l-maħfra,

il-morda jaqilgħu s-saħħa, id-dgħajfin jaqilgħu l-qawwa, l-imnikktin jaqilgħu l-faraġ,

dawk li huma fil-periklu jaqilgħu l-għajnuna; li dawk kollha li huma fl-iżball, jgħib iċċpar

li għandhom f‟moħħhom, jerġgħu lura fit-triq tal-verità u tal-ġutizzja, u jkun hemm

merħla waħda taħt Ragħaj wieħed.

Jalla jisimgħu l-kliem Tagħna l-ulied l-aktar għeżież Tagħna u tal-Knisja

Kattolika, u dejjem aktar imqanqlin bil-ħeġġa tad-devozzjoni, tal-pjetà u ta‟ l-imħabba,

ikomplu jqimu, jsejħu u jitolbu lill-wisq qaddisa Verġni Marija Omm ta‟ Alla, imnissla

mingħajr dnub oriġinali, u jimxu bil-fiduċja kollha wara din l-Omm mill-aktar ħelwa talħniena

u tal-grazzja, fil-perikli kollha, fid-dwejjaq kollha, fil-ħtiġijiet kollha, fid-dubji

kollha u fl-inċertezzi kollha. Għaliex ma hemmx aktar post għall-biża‟ u għaddisperazzjoni

meta hi tkun il-mexxejja tagħna u meta turina t-triq, meta hi tkun qrib

tagħna biex tħarisna; għaliex hi għandha qalb ta‟ omm għalina u, filwaqt li tieħu ħsieb ta‟

dak kollu li għandu x‟jaqsam mas-salvazzjoni ta‟ kull wieħed u waħda minna, hi tieħu

ħsieb bil-ħerqa tal-bnedmin kollha. Hi ġiet maħtura minn Alla Sultana tas-Sema u ta‟ lart,

u ġiet mgħollija fuq il-kori kollha ta‟ l-Anġli u fuq il-qtajjiet kollha tal-Qaddisin, u

tinsab fil-lemin tal-Iben Waħdieni tagħha, il-Mulej Tagħna Ġesù Kristu, u bit-talb l-aktar

qawwi tagħha ta‟ Omm tidħol għalina; hi ssib dak li tfittex, u ma tistax tibqa‟ mhux

mismugħa t-talba tagħha.

qui secus ac a Nobis definitum est, quod Deus avertat, praesumpserint corde sentire, ii noverint, ac porro

sciant se proprio iudicio condemnatos, naufragium circa fidem passos esse, et ab unitate Ecclesiae

defecisse, ac praeterea facto ipso suo semet poenis a iure statutis subicere si quod corde sentiunt, verbo aut

scripto, vel alio quovis externo modo significare ausi fuerint».

72

Fl-aħħarnett, sabiex din id-definizzjoni Tagħna ta‟ l-Immakulata Kunċizzjoni talwisq

qaddisa Verġni Marija tkun tista‟ titwassal għall-għarfien tal-Knisja universali,

nistabilixxu li bħala tifkira dejjiema tad-definizzjoni għandha tibqa‟ din l-Ittra Apostolika

Tagħna, u nordnaw li fit-traskrizzjonijiet jew kopji, ukoll dawk stampati, sakemm dawn

ikunu jġibu l-firma ta‟ xi nutar pubbliku u jkollhom is-siġill ta‟ xi dinjitarju ekkleżjastiku,

wieħed jibqa‟ assolutament fidil għall-kontenut tagħha bħalma hu fidil għal din l-Ittra

preżenti, jekk hi tiġi murija.

Ħadd għalhekk ma għandu jażżarda li jmur kontra din id-dikjarazzjoni,

proklamazzjoni u definizzjoni Tagħna, jew li jfettillu jieqfilha jew ikun kontriha. U jekk

xi ħadd ikollu l-ardir li jipprova jagħmel dan, ħa jkun jaf li jaqa‟ taħt il-qilla ta‟ Alla li

jista‟ kollox, u tal-qaddisin Pietru u Pawlu, Appostli tiegħu.

Mogħtija f‟Ruma, f‟San Pietru, fis-sena elf tmien mija u erba‟ u ħamsin ta‟ l-

Inkaranazzjoni tal-Mulej, fit-8 ta‟ Diċembru tas-sena 1854, id-disa‟ sena tal-Pontifikat

Tagħna.

73

FONTES

BIBLJOGRAFIJA

L-opri awtentiċi ta’ John Duns Scotus huma dawn li ġejjin:

Kummentarji għall-4 Volumi tal-«Liber Sententiarum» ta’ Pietro Lombardo:

Ordinatio, jew Opus Oxoniense

Lectura

Reportationes Parisiensia.

Kummentarji filosofiċi:

Quaestiones super Metaphysicam Aristotelis, Super De Anima, Super De Praedicamentis,

Super I et II Perihermeneias, Super librum Elenchorum, Super Porphyrium.

Disputationes, Collationes u Quodlibeta li Scotus għamel quddiem letturi u studenti

f’Oxford u Pariġi.

Tractatus de Primo Principio u Theoremata.

L-edizzjoni kritika ta’ l-Opri ta’ Scotus għadha qegħda tiġi ippubblikata mill-

Kummissjoni Scotista Internazzjonali, b’sede fil-Pontificio Ateneo Antonianum tal-

Patrijiet Minuri, f’Ruma.

Doctoris subtilis et mariani Iohannis Duns Scoti Ordinis Fratrum Minorum Opera

Omnia. Studio et cura Commissionis Scotisticae. Tipografia Poliglotta Vaticana, Civitas

Vaticana 1950ss. Vol. XX, 2004. Dan il-volum jitratta dwar id-duttrina ta’ Scotus fuq l-

Immakulata Kunċizzjoni. Qiegħed fil-fażi ta’ l-istampa fit-tipografija poliglotta Vatikana,

u se jiġi ippubblikat din is-sena fl-okkażjoni tal-150 anniversarju tad-Domma ta’ l-

Immakulata, u jkun iddedikata lill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-25 anniversarju tal-

Pontifikat tiegħu.

STUDJI

A.G. LITTLE., «The Franciscan School at Oxford in the thirteenth century», Archivum

Franciscanum Historicum 19 (1926) 803-874.

G.M. ABATE OFM Conv., «La tomba del venerabile Giovanni Duns Scoto, O.Min.,

nella chiesa di S. Francesco a Colonia. Note e documenti», Miscellanea Francescana 45

(1945) 29-79.

C. BALIC OFM, «Duns Scoto, Giovanni», Enciclopedia Cattolica Italiana 4 (1950),

1982-1990.

74

C. BALIC OFM, «Il reale contributo di Giovanni Scoto nella questione dell’Immacolata

Concezione», Antonianum 29 (1954) 475-496.

Iohannes Duns Scotus, Doctor Immaculatae Conceptionis, Ed. C. BALIC, Accademia

Mariana Internazionale, Roma 1954.

C. BALIC OFM, «Ioannes Duns Scotus et historia Immaculatae Conceptionis»,

Antonianum 30 (1955) 349-488.

C. BALIC OFM, «Duns Scot, Jean (sa vie, ses oeuvres et sa doctrine espirituelle)»,

Dictionnaire de Spiritualité 3 (1957) 1801-1818; Versione italiana di GHINATO A., Vita

Minorum 32 (1961) 36-58.108-118.

CAROL J.B., The absolute primacy and predestination of Jesus and his Virgin Mother,

Franciscan Herald Press, Chicago (Illinois) 1981.

W. BEINERT, Il Culto di Maria Oggi. Teologia – Liturgia – Pastorale, Edizioni

Paoline, Roma 1984, 142-158.

G.M. ALLEGRA OFM, «Memorie» autobiografiche del p. Gabriele M. Allegra OFM,

Missionario in Cina, a cura di M. Gozzo, Roma 1986. Reċensjoni ta’ P. G. Aquilina

OFM, Spirtu u Ħajja 3 (1986) 36.

L. CIGNELLI OFM, La Mariologia di Giovanni Duns Scoto e il suo influsso nella

spiritualità francescana. La vita spirituale nel pensiero di Giovanni Duns Scoto, Assisi,

S. Maria degli Angeli 1986.

S. DE FIORES – A. SERRA, «Immacolata», Nuovo Dizionario di Mariologia, a cura di

S. De Fiores e S. Meo, Edizioni San Paolo, Torino 1986, 611-637.

R. ZAVALLONI OFM – E. MARIANI OFM (a cura di), La Dottrina Mariologica di

Giovanni Duns Scoto (Spicilegium Pontificii Athenaei Antoniani), Edizioni Antonianum,

Roma 1987.

G. AQUILINA OFM, «Iwiegħdu li jiddefendu l-Immakulata», Spirtu u Ħajja. Rivista ta’

Kultura Franġiskana, Edizzjoni TAU, Patrijiet Franġiskani, Malta, 18 (Ottubru 1990),

209-212.

R. ZAVALLONI OFM, Giovanni Duns Scoto. Maestro di Vita e Pensiero, Edizioni

Francescane Bologna 1992.

KONGREGAZZJONI GĦALL-KAWŻI TAL-QADDISIN, «Digriet tal-Beatifikazzjoni

ta’ Ġwann Duns Scotus (1265c.-1308)», Spirtu u Ħajja, 25 (Lulju 1992), 298-299.

N. MUSCAT OFM, «Beatu Ġwann Duns Scotus», Spirtu u Ħajja, 26 (Ottubru 1992),

309-310.

75

Gli Apocrifi. L’altra Bibbia che non fu scritta da Dio, a cura di E. WEIDINGER,

Edizione italiana e traduzione a cura di I. Jucci, Edizioni Piemme, Casale Monferrato

(Alessandria) 1992, 7a edizione 1997, 531-549.

A.B. WOLTER OFM – B. O’NEILL OFM, John Duns Scotus Mary’s Architect,

Franciscan Press, Quincy University, Quincy, Illinois 1993.

N. MUSCAT OFM, «Beatu Franġiskan ġdid: Ġwann Duns Scotus (1265c.- 1308)»,

Spirtu u Ħajja, 27 (Jannar 1993), 316-318.

«Ittra tal-Ministri Ġenerali Franġiskani dwar il-Konferiment ta’ l-Unuri Liturġiċi lill-

Beatu John Duns Scotus», Spirtu u Ħajja, 28 (April 1993), 325-328.

A.M. CAMILLERI OFM, «P. Carlo Balic OFM u l-“Opera Omnia” ta’ John Duns

Scotus», Spirtu u Ħajja 28 (1993), 328-330.

N. ELLUL VINCENTI OFM, «Il-Poeta Hopkins isib lil Scotus», Spirtu u Ħajja 28

(1993), 334-335.

I. TONNA OFM, «Kungress Internazzjonali Skostistiku», Spirtu u Ħajja, 29 (Lulju

1993) 341-342.

G. AQUILINA OFM, «John Duns Scotus, Għalliem fil-Ħajja Spiritwali», Spirtu u Ħajja,

29 (Lulju 1993) 343-345.

S.M. CECCHIN OFM, Maria Signora Santa e Immacolata nel Pensiero Francescano.

Per una storia del contributo Francescano alla Mariologia, Città del Vaticano 2001.

76

TOTA PULCHRA ES, MARIA

Hi tradizzjoni qaddisa u antika li, fil-kunventi Franġiskani, kull nhar ta’ Sibt, quddiem listatwa

tal-Verġni Marija Immakulata fir-refettorju, jitkanta dan ir-Responsorju f’ġieħ

Marija Immakulata. It-titlu tiegħu hu «Tota pulchra» (Int kollok sabiħa), u hu mibni

minn titli meħudin mill-Iskrittura (Għanja ta’ l-Għanjiet u Ġuditta) u mil-Litanija tal-

Verġni Marija. B’dan ir-Responsorju rridu nsellmu lil Marija Immakulata u nitolbuha

tidħol għalina quddiem Binha Ġesù, u fl-istess ħin niftakru b’għożża u mħabba fil-ħidma

u t-tbatijiet tal-Beatu John Duns Scotus u l-aħwa Franġiskani l-oħrajn li ħadmu u batew

biex jaraw id-duttrina dwar Marija Immakulata tiġi uffiċjalment proklamata minn

Ommna l-Knisja Mqaddsa.

Tota pulchra es, Maria.

Et macula originalis non est in te.

Tu gloria Ierusalem.

Tu laetitia Israel.

To honorificientia populi nostri.

Tu advocata peccatorum.

O Maria!

Virgo prudentissima.

Mater clementissima.

Ora pro nobis.

Intercede pro nobis ad Dominum Iesum Christum.

Int kollok sabiħa (Għan 6,4), Marija

U ma hemm fik l-ebda tebgħa tad-dnub tan-nisel.

Inti l-glorja ta’ Ġerusalem.

Inti l-ferħ ta’ Israel.

Inti l-ġieħ tal-poplu tagħna (Ġdt 15,9).

Inti avukata tal-midinbin.

O Marija!

Verġni kollok għaqal.

Omm kollok ħniena.

Itlob għalina.

Idħol għalina quddiem il-Mulej Ġesù Kristu.

76

WERREJ

Preżentazzjoni

Introduzzjoni 1

Kapitlu 1: L-Istorja tal-Festa u d-Domma ta’

l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija 5

Riferimenti għat-tnissil ta’ Marija fit-TQ 5

Il-bidu tat-tejoloġija dwar l-Immakulata Kunċizzjoni 7

L-argumenti tat-tejoloġi dwar l-Immakulata Kunċizzjoni 9

John Duns Scotus u t-tejoloġija tiegħu dwar l-Immakulata 11

Franġiskani li mxew fuq il-passi ta’ Duns Scotus 11

Id-duttrina aċċettata u proklamata mill-Maġisteru tal-Knisja 13

Żjieda: Il-Protovanġelu ta’ Ġakbu 16

Kapitlu 2: Il-Ħajja tal-Beatu John Duns Scotus 19

Twelid u tfulija 19

Oxford 19

L-Ordni Franġiskan fl-Ingilterra 20

Fl-Ordni Franġiskan 20

Ordnat saċerdot 21

Lettur tal-«Liber Sententiarum» 21

L-aħħar snin f’Oxford 22

Maħtur lettur f’Pariġi u l-ministeru pastorali tiegħu 23

Scotus jgħallem f’Cambridge 24

L-ewwel snin ta’ Scotus f’Pariġi 24

Scotus «magister regens» f’Pariġi 25

Il-«Quodlibeta» 26

Scotus jgħallem f’Köln 26

Il-mewt ta’ Scotus f’Köln u l-kult tiegħu bħala Beatu 27

Kapitlu 3: John Duns Scotus u d-duttrina dwar l-Immakulata 29

Il-prinċipju ta’ l-individwazzjoni 29

Id-duttrina dwar Alla 29

Ir-rieda ħielsa 30

Il-Kristoloġija ta’ John Duns Scotus 30

John Duns Scotus u d-Duttrina ta’ l-Immakulata 31

Il-festa ta’ Marija Immakulata fi żmien John Duns Scotus 31

Tejoloġi li kienu kontra d-duttrina ta’ l-Immakulata 32

Il-pożizzjoni ta’ San Bonaventura 34

Il-problema tejoloġiku kif kien jarah Scotus 34

Id-dnub oriġinali skond Sant’Anselmu 35

Id-dnub oriġinali skond Scotus 35

It-twelid ta’ Kristu mill-Verġni Marija 36

Il-Fidwa permezz ta’ Kristu 36

Kapitlu 4: John Duns Scotus jiddefendi l-Immakulata 38

L-argument dwar Kristu Feddej u Medjatur ta’ kulħadd 38

L-argument dwar l-effetti tad-dnub oriġinali fuq nisel Adam 39

78

L-argument dwar Marija li kellha bżonn il-fidwa

imma ġiet meħlusa mid-dnub oriġinali 41

It-tweġiba definittiva ta’ Scotus 42

Kapitlu 5: Dokumenti tal-Papiet dwar John Duns Scotus

u l-Immakulata Kunċizzjoni 45

Ittra Apostolika «Alma Parens» tal-Papa Pawlu VI 45

Sintesi tad-digriet tal-konferma tal-kult tal-Beatu Duns Scotus 50

Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II fiċ-ċelebrazzjoni tal-konferma

tal-kult tal-Beatu John Duns Scotus 51

Kapitlu 6: Iċ-ċelebrazzjoni liturġika ta’ Marija Immakulata 54

Storja taċ-ċelebrazzjoni liturġika 54

It-tejoloġija tat-testi liturġiċi 55

Riflessjoni mit-testi liturġiċi 56

Kapitlu 7: Ittra Apostolika «Ineffabilis Deus» tal-Beatu Piju IX, Papa 60

Bibljografija 74

79

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!