19.07.2017 Views

Festa 2016 - Programm Tal-Gilju FINAL

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

WERREJ

Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju

Mqabba - Malta

Festa 2016

3-19 Messaġġi - Festa 2016

21 Kumitat Amministrattiv 2015-2017

22 Tifkiriet Matul is-Sena 2016

24 Messaġġi Mingħand il-Ħbieb Tagħna

31 Protagonisti Marbuta mas-snin bikrija tal-

Kummissjoni tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju

43 Ġanni Darmanin u l-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju

57 Poeżija: Kemm Sawwruk Sabiħa Missirijietna!

58 Kummissjoni Banda Madonna tal-Ġilju

76 Kanzunetta: O Madonna tal-Ġilju Ħanina

79 Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju

89 Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju

93 Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju

101 Raddiena Tri-Dimensjonali

103 Apprezzament: Peter Barbara

105 Attività Piroteknika

107 Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju

113 Junior Club

117 Il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni

121 Tal-Ġilju FM - 95.4

125 Kummissjoni Rikostruzzjoni tal-Każin

127 Programm Vokali u Strumentali 2016

129 Programm ta’ Ċelebrazzjonijiet – Festa 2016

135 Paniġierku Festa Madonna tal-Ġilju 2015

146 Preżentazzjonijiet mis-Soċjetà

148 Poeżija: Lil Ommna Marija, il-Ġilju tal-Qawmien

149 Preżentazzjonijiet lis-Soċjetà

153 L-Imqabba ta’ Mitt Sena Ilu

163 Bur Megħeż u tan-Naxxari

169 Il-Kult tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Isla

173 Mill-Album ta’ Żgħożiti

175 Żewġ Anniversarji

181 L-Immakulata Fil-Knisja ta’ Raħal Ġdid

183 Poeżija: 140 Sena Magħna

185 Kerry Ingram

187 Ir-Rabta Bejn il-Ħbieb Tagħna fl-Italja

193 Intervista ma’ Imigrant Imqabbi

197 Katalgu ta’ artikli u messaġġi

201 Il-Ġemellaġġ bejn Ascoli Piceno u l-Imqabba

202 Apprezzament: Mons. Ġużeppi Mercieca

204 Tislima lil Ħabib: Jeremy Boissevain

207 Rendikont Ċelebrazzjonijiet fil-Knisja 2015

207 Ringrazzjament

208 Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni

Il-faċċata ta’ quddiem:

Arranġament minn Joseph

Zammit li juri l-vara

tal-Madonna tal-Ġilju

Padruna tas-Soċjetà.

(Ritratt tal-Vara: Joe P. Borg)

Ritratti ta’ wara:

Festa tal-Madonna tal-Ġilju

ta’ mitt sena ilu, Mejju 1916.

Għal analiżi dettaljata ta’

dawn ir-ritratti ara paġni 431-7

tal-ktieb Sicut Lilium ippubblikat

mill-istess Soċjetà fl-2012.

Bord Editorjali

Teddy Farrugia

Michael Ghigo

Charles Farrugia

Riklamar

Benny Briffa

Gigliola Briffa

Tonio Facciol

Mario Cauchi

Lilian Bonnici

Qari tal-Provi

Joseph Spiteri

Bjorn Farrugia

Disinn u Issettjar

Fernando Dingli

Prepress & Printing - Best Print Co. Ltd., Qrendi . Tel: 21680789, 21649012 . bestprint@maltanet.net

© Copyright, Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju - Mqabba 2016

‘Palazz il-Ġilju’, Pjazza tal-Knisja, Mqabba - Malta MQB 1012 . info@talgilju.com . www.talgilju.com

Il-kontenut f’din il-pubblikazzjoni mhux neċessarjament jirrifletti l-fehma tal-Bord Editorjali

More branches…

same personalised

service

St. Joseph High Street, Hamrun

At Jesmond Mizzi Financial Advisors, we build upon a personal relationship and adopt a proactive

approach supported by a team of dedicated professionals. Through extensive research, we assist

you with advice to guide you to a tailor-made solution. This personalised service is what our clients

trust us to provide them with, a blend of wealth management services for their individual demands.

With an expanded branch network, you will find a branch in key towns across Malta closer to you.

Our latest expansion, the newly opened flagship office in Hamrun, boasts state-of-the-art facilities

making it even easier for clients to do business with us.

Our new premises are located at, 1/2 St. Joseph High Street, Hamrun.

Call us on 8007 2206 or visit our website for more information.

HAMRUN I VALLETTA I BIRKIRKARA I TA’ XBIEX I ST PAUL’S BAY

www.jesmondmizzi.com

This advert has been issued by “Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited (IS30176)” of 67/3, South

Street, Valletta. “Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited” is licensed to conduct Investment Services

Business by the Malta Financial Services Authority and is a member firm of the Malta Stock Exchange.

The value of investments may go up as well as down.

mill-President

140 Sena taħt ħarset Marija

Il-poplu Malti u Għawdxi huwa magħruf għaddevozzjoni

u l-imħabba li għandu lejn l-Verġni Marija.

Xhieda ta’ dan huma d-diversi festi li jsiru Ad Unur

tagħha taħt diversi titoli. Kienet hi li ħellsitna minn

diversi traġedji matul iż-żmien. Fost id-diversi titli

nsibu dak ta’ Marija Immakulata taħt it-titolu tal-

ĠILJU. Id-devozzjoni lejn l-Immakulata fl-Imqabba

tmur lura għas-sena 1772 bit-twaqqif tal-Fratellanza

tal-Immakulata Kunċizzjoni. Meta mbagħad fil-1876

saret ix-xbieha wisq għażiża u devota għalina tal-

Madonna tal-Ġilju li ħarġet min idejn Ġanni Darmanin.

Fil-fatt din is-sena qegħdin infakkru l-mija u erbgħin

sena fostna l-Imqabbin. Għal xi wħud id-devozzjoni

lejn il-Madonna tal-Ġilju nsibuha biss fl-Imqabba.

Iżda mhux il-każ għaliex mal-medda taż-żmien dejjem

niskopru kemm din d-devozzjoni hija mxerrda ma’

Malta u Għawdex u saħansitra f’ħafna pajjizi Ewropej,

fosthom l-Italja. Kif tafu għeżież qarrejja fil-festa tassena

l-oħra kellna fostna delegazzjoni min Anticoli

Corrado mmexxija mill-Viċi Sindku u l-Kappillan.

Fil-fatt fil-kunċert Annwali li sar it-Tlieta 16 ta’ Ġunju

giet inawgurata statwa tal-ġebel maqtugħha millbarriera

ta’ Charlie u l-aħwa Bondin u li tnaqqxet milliskultur

Imqabbi Antoine Farrugia. Din l-istatwa ġiet

irregalata mis-Soċjetà lill-poplu ta’ Anticoli Corrado.

F’Settembru, delegazzjoni mis-Soċjetà marret Anticoli

Corrado u assistejna għaċ-ċerimonja uffiċjali fejn

din l-istatwa tpoġġiet f’niċċa li hemm fil-faċċata talkappella

ddedikata lill-Madonna tal-Ġilju. Ta’ min

jgħid li din l-kappella ġġarfet kollha fil-gwerra għajr

l-inkwadru tal-Madonna tal-Ġilju.

Ta’ min jgħid ukoll li fl-inawgurazzjoni ta’ din

l-istatwa l-Banda ta’ Anticoli daqqet l-Innu tal-

Madonna tal-Ġilju ta’ Mro. Joseph Darmanin. Tħossok

kburi meta tisma’ l-innu tiegħek jindaqq barra minn

xtutna. Matul din iż-żjara fl-Italja kellna x-xorti nżuru

pajjiż ieħor iddedikat lill-Madonna tal-Ġilju. F’Affiele

l-Festa tiġi ċċelebrata nhar l-ewwel Ħadd ta’ Awwissu.

Hemmhekk ingħatajna merħba mis-Sindku u mill-

Kappillan, fejn fost il-postijiet ta’ interess ħaduna

ġewwa kappella ċkejkna fejn fis-sena 1759 kien sar

miraklu. Waħda mara kellha tifel mutu u li kienet tmur

titlob quddiem ix-xbieha tal-Madonna. Darba fost

l-oħrajn waqt li l-mara kienet hemm seħħ miraklu. Il-

Ġilju niexef li kien hemm quddiem il-Madonna beda

jwarrad u t-tifel meta ra hekk qal lil ommu x’kien qed

jiġri. U min dakinhar baqa’ jitkellem. Kemm int Kbira

Marija!

Qegħdin proprju ftit jiem biss qabel il-festa, wasalna

għall-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet f’gieħ Ommna Marija.

Is-Soċjetà kollha tkun ilha tahdem għaliha matul is-sena

kollha. Matul l-ġimgħa tal-festa nilħqu proprju l-iskop li

naqtgħu l-frott u nifirħu u nferrħu lil dawk kollha li jiġu

jgawdu l-Festa magħna. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja

lil sħabi membri fil-Kumitat Ċentrali li jikkordinaw

ix-xogħol flimkien mal-kummisjonijiet kollha fi ħdan

is-Soċjetà. Ilkoll jaħdmu għal għan wieħed komuni.

Għal dan ħaqqhom kull tifhir u ringrazzjament. Għax

trid tkun vera ddedikat f’din il-ħajja mgħaġġla li qed

ngħixu llum. Nirringrazzja lis-Supretendent u lill-korp

tal-Pulizija kollu li dejjem jikkollaboraw magħna.

Nirringrazzja wkoll lis-Sindku u l-Kunsilliera fi ħdan ilkunsill

lokali, lill-Kappilan u l-kleru u fuq kollox lilkom

għeżież Soċi u Partitarji li lkoll f’daqqa nagħmlu Festa

li tixraq tassew lil Ommna Marija.

Nippruvaw li nagħmlu mezz li nattendu għallfunzjonijiet

fil-Knisja speċjalment għall-quddiesa

tal-paniġierku f’jum il-Festa. Nieħdu sehem ukoll

fil-manifestazzjonijiet esterni. Nifirħu u nieħdu gost

mingħajr ma noffendu lil ħadd, ħalli nkunu ta’ eżempju

tajjeb għal dawk kollha li jżuruna u ngħoġbu tassew lil

Marija ħalli tkompli tberikna.

Nawgura l-Festa Tajba lil kulħadd.

TEDDY FARRUGIA

3

Julio: 9984 9299 • Charlie 9989 5112

mis-Sindku

Għeżież soċi u partitarji,

Il-festa reġgħet magħna, u dan ifisser li għaddiet

sena oħra. Spiss ngħidu li ż-żmien itir, u lkoll

nafu kemm dan huwa minnu, biss jiena nemmen

li jekk iż-żmien nagħrfu nużawh tajjeb, fih nistgħu

nagħmlu kisbiet importanti; kisbiet li jvarjaw

minn proġetti kbar sa affarijiet żgħar li aktarx ma

jibqgħux jissemmew matul is-snin, iżda li jkunu

għamlu differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd partikolari.

Dan qiegħdha ngħidu għaliex konvinta li bħalma

japplika għall-ħidma tal-Kunsill Lokali, japplika

wkoll għall-ħidma imprezzabbli li jwettqu fil-lokal

is-soċjetajiet mużikali.

Aħna l-Imqabbin għandna x-xorti illi fil-lokal

għandna soċjetajiet mużikali attivi, li minn sena

għall-oħra jħabirku sabiex jgħollu l-livell tajjeb

ħafna li diġà laħqu f’diversi aspetti. Soċjetajiet

mużikali li ma jaħlux żmien, anzi li jużaw kull

sekonda biex jorganizzaw attivitajiet u proġetti

għall-gosti ta’ kulħadd. F’dan il-messaġġ huwa

impossibbli għalija li nsemmi l-ħidma li għaddejja

f’kull sezzjoni fi ħdan is-Soċjetà Mużikali

Madonna tal-Ġilju, għalkemm bla dubju, ixxogħol

ta’ kulħadd huwa ferm apprezzat, iżda ser

nitkellem dwar żewġ inizjattivi riċenti li laqtuni

b’mod partikolari għaliex minnhom ibbenefika

r-raħal kollu.

Is-sena li għaddiet, il-Kunsill Lokali tal-

Imqabba kien avviċinat biex joffri spazju fl-Isptar

il-Qadim biex ikun jista’ jitwettaq il-proġett

intitolat ‘Kreattività Artistika fl-Armar tal-Festi

Maltin’. Dan il-proġett kien possibbli grazzi għallfinanzjament

taħt l-iskema ‘Komunitajiet Kreattivi’

u ttella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-

Arti u l-Kultura. Nistqarr li appena sirt naf b’dan

il-proġett, emmint minnufih li kien proġett fl-aħjar

interess tal-lokal, u dan is-sentiment kien espress

ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba, li b’mod

unanimu qabel li joffri spazju fl-Isptar il-Qadim

biex ikun jista’ jitwettaq. Dan il-proġett wassal biex

artisti mil-lokal, li għandhom esperjenza kbira fejn

jidħol l-armar li jlibbes it-toroq tagħna fi żmien ilfesta,

jaqsmu t-talent u l-esperjenza tagħhom maċċkejknin

tagħna. B’hekk, filwaqt li t-tfal ingħataw

iċ-ċans li jkunu kreattivi u li jiżviluppaw it-talenti

tagħhom, assigurajna ruħna li tkompli titrawwem

fihom l-imħabba għall-festi tal-lokal. Il-festi huma

parti integrali mill-identità tagħna bħala Mqabbin,

u għalhekk filwaqt li nrawwmu fiċ-ċkejknin tagħna

l-imħabba għall-festi nkunu qiegħdin ninvestu

wkoll fl-identità tagħna u fil-festi li tant huma għal

qalbna.

Il-proġett l-ieħor li laqatni b’mod partikolari

matul din is-sena kien Mater Dolorosa – il-wirja

ta’ fresco li ttellgħet fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.

Fit-twettiq ta’ dan il-proġett, li ttella’ permezz ta’

għajnuna finanzjarja taħt l-iskema għall-inizjattivi

ż-żgħar, rajt liż-żgħażagħ tagħna jkunu kreattivi u

jibdlu swali vojti fi sfond għall-arti - żgħażagħ li

għażlu l-pożittività fuq in-negattività. Ammirajthom

ukoll għaliex il-ħin u l-enerġija tagħhom ma

nvestewhomx biss fil-festa li tiġi ċċelebrata f’Ġunju

ad unur il-Madonna tal-Ġilju, iżda użawhom ukoll

biex jikber il-kult tal-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna.

Jiena nemmen bis-sħiħ li l-wirjiet li jittellgħu firraħal

fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa flimkien maddramm

tal-passjoni ‘L-Imsallab fi Triqatna’ jistgħu

5

jintużaw aħjar biex nattiraw aktar turisti lejn il-lokal,

u ser naħdem bis-sħiħ biex matul is-snin li ġejjin,

ir-raħal tagħna jsib ruħu fuq il-mappa kulturali ta’

pajjiżna anki fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.

Dawn l-inizjattivi u inzjattivi oħrajn li jittellgħu

mis-soċjetajiet mużikali tagħna matul is-sena

huma xhieda ta’ kemm jintuża tajjeb il-ħin fil-lokal

tagħna. Huma wkoll xhieda ta’ kemm huma attivi

l-Imqabbin, li għadhom jiddedikaw il-ħin tagħhom

lis-soċjetajiet mużikali li għandna fil-lokal. Minnaħa

tiegħi, filwaqt li nirringrazzja lil kull min huwa

involut b’xi mod jew ieħor f’xi waħda mill-fergħat

ta’ dawn is-soċjetajiet mużikali, inħeġġeġ aktar nies

biex jinvolvu ruħhom. Nappella wkoll lil dawk li

diġà huma involuti biex meta jaraw lil xi ħadd ġdid

jersaq lejn il-każin tal-banda, ma jarawhx bħala

theddida, iżda bħala nifs ġdid, u japprezzaw il-ħin

u l-ideat ġodda ta’ kull persuna, għax wara kollox,

hemm biżżejjed xogħol għal kulħadd u konvinta li

ħadd m’hu ser ikun qed jieħu post ħadd.

Ma nixtieqx nagħlaq dan il-messaġġ mingħajr

ma nsemmi l-maturità kbira li nara min-naħa

tar-rappreżentanti tas-soċjetajiet mużikali meta

niltaqgħu madwar mejda biex niddiskutu.

B’sodisfazzjon ninnota kemm imxejna ’l quddiem

u kemm hemm rieda tajba biex inkomplu nibnu

fuq dak li diġà għandna. Jalla din l-istess maturità

twassalna biex fil-futur, almenu f’Jum l-Imqabba,

naslu biex naraw lis-soċjetajiet mużikali u

lill-partitarji tagħhom f’kunċert wieħed fejn

niċċelebraw l-identità tagħna l-Imqabbin lil hinn

mill-jiem fejn niċċelebraw il-festi tal-lokal.

Nagħlaq dan il-messaġġ billi nieħu l-opportunità

sabiex f’ismi, f’isem il-familja tiegħi u f’isem

sħabi l-Kunsillieri, nawgura lis-soċi u lill-partitarji

kollha l-Festa t-Tajba. Nittamaw li anki din is-sena

jkollna festa mill-isbaħ li tagħti ġieħ lill-Madonna

tal-Ġilju, u għalhekk inħeġġiġkom biex filwaqt li

tgawdu l-attivitajiet esterni, tipparteċipaw ukoll

f’dawk interni. Fuq kollox, jalla din il-festa sservina

biex ningħaqdu aktar bejnietna bħala Imqabbin u

m’Ommna Marija li tħarisna mis-sema.

DR. CHARLENE ZAMMIT

BOV

MasterCard

Prepaid

Cards

A limited edition set of

BOV MasterCard Prepaid Cards

featuring Maltese Birds of Prey

is now available in denominations

of €50, €75, €100 and €150.

your success is our goal

5449

5449

5449

5449

Lesser Kestrel / Spanjulett Sekond

€50

VALID

THRU

€75

VALID

THRU

€100

VALID

THRU

€150

VALID

THRU

BOV CARDS

Prepaid MasterCard Artwork - Birds of Prey.indd 1 02/03/2016 15:20:19 Prepaid MasterCard Artwork - Birds of Prey.indd 2 02/03/2016 15:20:36 Prepaid MasterCard Artwork - Birds of Prey.indd 3 15/03/2016 08:44:22 Prepaid MasterCard Artwork - Birds of Prey.indd 4 02/03/2016 15:20:55

Visit any BOV Branch for more information.

Terms and conditions apply.

2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130

A5 landscape.indd 1 21/03/2016 11:43:58

7

DELIVERING

LANDMARK DEVELOPMENTS

AND CRITICAL INFRASTRUCTURE

FOR OVER 30 YEARS

www.polidano-group.com

info@polidano-group.com

mill-Kappillan

Marija turina lil Ġesù

Meta nħarsu lejn Marija, din tpoġġielna immedjatament

quddiemna lil Ġesù. Tridna narawh, tridna naċċettawh,

tridna nixxenqu għalih, tridna niftħu qalbna beraħ

għalih, tridna nħobbuh, tridna nimxu warajh, tridna

naċċettaw il-Kelma tiegħu u ngħixuha, tridna nobduh

u nservuh, tridna nwassluh u nuruh lil kulħadd bħalma

għamlet hi!

Fil-fatt din kienet is-sejħa u l-missjoni ta’ Marija.

Fil-bidu Marija kellha l-pjanijiet personali tagħha,

kellha l-ħolm personali tagħha. Xtaqet tiżżewweġ lil

Ġużeppi, kif fil-fatt għamlet, u xtaqet ikollha l-familja

numeruża tagħha. Iżda f’nofs din ir-realtà kollha, Alla

uriha triq oħra, ix-xewqa tiegħu, jiġifieri, li tinsa lilha

nnifisha u l-ħolma personali tagħha u minflok, issir omm

l-Iben tiegħu Ġesù. Din kienet u għadha l-missjoni ta’

Marija: li turi u tagħti lid-dinja lil Ġesù. Bl-iva tagħha

lill-Anġlu Gabriel, il-messaġġier ta’ Alla, il-qawwa ta’

Alla l-Għoli niżlet fuqha u l-Iben ta’ Alla tnissel fil-ġuf

tagħha. Minn dakinhar ’il quddiem xogħol Marija kien

li tagħtih u turih lill-bnedmin kollha.

• Marija wriet lil Ġesù lir-rgħajja ta’ Betlem li

jirrappreżentaw il-foqra fid-dinja; dawk li huma

bla vuċi u mċaħħda minn kull dinjità; dawk

illitterati u dawk li huma mwarrbin mis-soċjetà.

• Marija wriet lil Ġesù lit-tliet maġi,

rappreżentanti tan-nies sinjuri; setgħana; mexxejja;

intelletwallment edukati; f’pożizzjonijiet

imlaħħqa; il-kbarat tad-dinja.

• Marija wriet lil Ġesù lin-nies tal-Eġittu meta

kienu hemm fl-eżilju minħabba Erodi. L-Eġizzjani

jirrappreżentaw id-dinja li ma temminx; lil dawk li

għaddejjin mingħajr Alla għax ma jagħtux kasu u

jaħsbu li ma hemmx bżonnu!

• Marija wrietu u għadha turih imsallab massalib

lill-umanità midinba kollha, lili u lilek, biex

naraw l-imħabba tiegħu li wasslitu biex ixerred

demmu għalina biex jifdina u jsalvana!

Hekk trid ukoll tagħmel Marija llum aħna u nħarsu

aktar mis-soltu lejn ix-xbieha sabiħa tagħha taħt it-titlu

tal-Madonna tal-Ġilju.

Inti u tħares lejha ara wkoll lil Ġesù. Iftaħlu qalbek

u ħallih jidħol f’ħajtek u jmexxik. Din tkun l-akbar

festa għal Marija.

Minn qalbi nixtieq lil kulħadd festa sabiħa u qaddisa.

Ejjew ilkoll nersqu lejn Marija u nħalluha tlaqqagħna

ma’ Ġesù, speċjalment fil-qrar u fl-ewkaristija.

DUN JOHN P. CURMI

Opening Hours:

Mon -Tue - Thu - Fri:

4.00pm - 7.30pm

Sat:

8.00am - 1.00pm

Wed:

Closed

9

Tar-Robba l/o Kirkop KKP 9090, Malta

Tel: 2168 3558, 2168 5332 Fax: 2164 2834

John Ghigo : 9949 3311

Jurtin Ghigo : 9945 7162

E-mail: johnghig@maltanet.net

Web: www.tarrobbarecycling.com

For all types of

original, second

hand and imitation

autoparts with the

best prices found

locally!!!

• Ìarr tal-Konkos

• Blokki tal-Franka

• Blokki tas-Sejjie˙

• Torba

• Bricks

mis-Segretarju

“Id-dinja rota” jgħidu u fil-verità l-esperjenza hekk

tgħallimna! Filli qed inżarmaw r-raħal wara l-Festa

u filli tirrealizza li wasal ż-żmien li nerġgħu nibdew

narmaw għall-Festa oħra! Safrattant, il-ħidma b’risq

il-Festa u s-Soċjetà tibqa’ għaddejja bla waqfien.....u

forsi tkun din il-ħidma stess li taljena milli nirrealizaw

kemm qed igerbeb iż-żmien! U din ir-realtà qed tpoġġi

quddiemna sfidi ġodda!

Kultant tisma’ lil min jgħidlek: “mur ġib lil

missieri, Alla jaħfirlu, jara hekk!” jew “li Ommi, il-

Mulej jagħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem, tismagħha din!”.

Imma hekk hi l-ħajja u rridu naċċettaw is-sitwazzjoni

u nippruvaw naddattaw għaliha skond iċ-ċirkostanzi.

Dan anke fl-ambitu tal-Festa u l-Każin. Illum il-ġurnata

r-rwol tal-Għaqdiet Mużikali bħal tagħna nistgħu

ngħidu li nbidel radikalment! Dan qed iġib miegħu

responsabbiltajiet ġodda u aktar impenn regolari.

L-esiġenzi tal-lum jirrikjedu mill-membri tal-Kumitat

diversi laqgħat u b’mod kostanti dwar diversi materji,

li dawn ikompli jżidu t-tagħbija li diġà hija mgħobbija

biha sabiex jamministraw is-Soċjetà internament.

Imma la din hi s-sitwazzjoni, ma nistgħux ninjorawha,

anzi rridu nkunu proattivi u naħsbu għaliha għax

aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar ’l hemm mixjin!

U dan hu l-ispunt li dwaru xtaqt naqsam ftit ħsibijiet

magħkom fl-okkażjoni tal-Festa ad unur il-Padruna

tagħna l-Madonna tal-Ġilju 2016.

Is-Soċjetà tagħna evolviet matul is-snin, kibret u

ssaħħet f’diversi oqsma. Rajna titjieb f’diversi setturi.

Dan grazzi għal ħidma sfiqa u kollettiva ta’ dawk kollha

li ġew qabilna! Stinkaw fuq li stinkaw sabiex bl-għaraq

ta’ ġbinhom u bl-għaqal u l-ħsibijiet ta’ moħħhom,

sawru s-Soċjetà f’dik li hi llum. Stabbilew din il-Festa

bħala waħda mil-aktar festi imfittxija għax mogħnija

b’dak kollu li jsawwar festa tradizzjonali Maltija!

Imma dan mhux biżżejjed fis-sitwazzjoni tal-lum.

Irridu nassiguraw li dak li ħadmu għalih ta’ qabilna,

dak li akkwistaw b’tant dedikazzjoni u sagrifiċċji,

mhux biss ma jitnaqqarx iżda li jibqa jiġi aġġornat

għaċ-ċirkostanzi tal-lum; li aċċennajt għaliha fil-bidu

ta’ dan il-messaġġ. Biex dan iseħħ hemm bżonn li

aktar soċi u partitarji joffru l-ħin tagħhom għas-Soċjetà

f’kull qasam! Konxju li l-ħajja tal-lum ftit qed tagħti

spazju għal dan. Donnu kulħadd mimli bl-impenji u

għandu prijoritajiet oħra. Donnu ukoll li l-ħin aktar

qed jaħrab u inqas qed jibqgħalna ħin “liberu” biex

matulu nwettqu affarijiet li jagħtuna sodisfazzjon

interjuri! Imma din ir-realtà jeħtieġ li naffrontawha

b’konvinzjoni! Ma nixtieqx li b’xi mod inkun negattiv

f’dawn il-jiem tal-Festa iżda ma nistax ma nesprimix

id-diżappunt tiegħi għal-fatt li l-għajnuna naqset u

l-piż, li illum l-ġurnata qed jitqal, sfortunatament qed

jinqasam bejn numru anqas ta’ reffiegħa! Hemm bżonn

aktar għajnuna, imqar min jidħol “forċina” sabiex

“jirfed” ftit mit-tagħbija li preżentement l-Kumitat

Amministrattiv qed ikollu jġorr. Ser inkun espliċitu u

mhux se noqgħod indur mal-lewża: qed nirreferi b’mod

dirett lejn il-ħatra tal-Kumitat Amministrattiv li saret

f’Awwissu 2015: Kumitat li jrid jidderieġi s-Soċjetà

għas-sentejn li ġejjin. Sfortunatament, mhux talli ma

kien hemm l-ebda persuna ġdida li offriet li tifforma

parti mill-Kumitat, talli n-numru naqas b’persuna

tant li konsegwentement l-anqas kien hemm ħtieġa li

tissejjaħ elezzjoni! Qabel ma nissokta dan il-messaġġ

tiegħi nixtieq li nieħu l-opportunità biex pubblikament

nirringrazzja lis-Sur Keith Buhagiar li serva fil-Kumitat

preċedenti u li minħabba impenji oħra, ewlieni fosthom

fi ħdan l-Għaqda tal-Armar, ma setgħax ikompli jġorr

il-piż amministrattiv tal-Kumitat. Il-vojt tiegħu jinħass

u ma nteliex. Dan iġġgħalna nirrejalizzaw il-ħtieġa

li nifhmu li l-Kumitat hu l-“ġebla tax-xewka” ta’ kull

organizzazzjoni għax huwa hu li jrid ifassal il-pjanijiet

futuri b’viżjoni skont ir-riżorsi disponibbli u nsostni, li

r-riżors uman huwa l-aqwa riżors fi ħdan kull Soċjetà!

11

Viri’s

Pizza •Pasta

Grills • Salads

Opening HOurs

Tuesday to Thursday

6.30pm - 10.30pm

Friday to sunday

6.30pm - 11.00pm

28, The strand, Kalkara

Tel: 2180 2993 • Mob: 9961 8728 / 9980 2763

Free deliveries from Tuesday to Sunday • Min order €8.00

Inħoss li nkun qed nonqos jekk din r-realtà ma

naqsamhiex pubblikament magħkom, sabiex, waqt

li wieħed ikun qed igawdi l-Festa, jirrealizza ftit

x’hemm madwarha: x’kien hemm bżonn biex din

kollettivament setgħet tiġi organizzata! Kemm

ħsibijiet, ħidma u taqtiegħ il-qalb u sagrifiċċji! Kemm

trid isseffaq wiċċek ma’ nies differenti, kemm trid

tkun determinat u jkollok il-volonta sabiex tasal

torganizza Festa! Nixtieq li f’dawn l-jiem naħsbu ftit

fuq dan kollu. Inġibu quddiem għajnejna s-sagrifiċċji

li jagħmlu d-dilettanti tan-nar, id-determinazzjoni ta’

dawk li jaħdmu l-armar, id-dedikazzjoni tal-bandisti

tal-post, l-impenn taż-żgħażagħ u dawk li jmexxu

r-radju komunitarju! Naħsbu ftit fuq il-Kummissjoni

Nisa li tirsisti s-sena kollha biex mhux biss iżżomm

s-Soċjetà ħajja u attiva b’attivitajiet soċjali varji imma

l-impenn tagħhom biex jiġbru l-fondi meħtieġa għas-

Soċjetà! Dawk li jum wara jum “iqumu u jorqdu”

l-każin sabiex jissoktaw ix-xogħol tar-rikostruzzjoni

ma jaqta’ xejn u dawk li jamministraw il-Fratellanza

tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dawn huma s-sinsla tas-

Soċjetà tagħna: il-pedamenti......l-għeruq tagħna! Meta

tagħmel hekk timtela b’kuraġġ għax tara l-impenn u

l-ħerqa li nkomplu nimxu ’il quddiem: tħossok kburi

li “int ma’ TAL-ĠILJU”.....tħossok kburi li inti parti

minn dan it-tim! Imma dan l-entużjażmu hemm bżonn

li jitkebbes b’aktar kontribut minn kull wieħed u waħda

li qed taqraw dan il-messaġġ, li ġo fikom għandkom

dik l-imħabba speċjali lejn Ommna l-Madonna tal-

Ġilju. Ejjew inħarsu lura biss biex nitkebbsu b’kuraġġ

għall-ġejjieni. Għandna viżjoni: nafu fejn irridu naslu

imma t-triq hi twila u ejja nammettu: mhijiex waħda

faċli u għalhekk hemm bżonn tal-għajnuna! Mhux

biżżejjed li dak li jkun joħroġ bi proposta. Tajba kemm

hi tajba jrid jieħu l-inizjattiva, ikun parteċipattiv, jagħti

kontribut biex iwettaqha. Dak li qed jipprova jagħmel

il-Kumitat Amministrattiv fil-preżent! Imma “l-passat

mhux garanzija tal-futur” u m’għandna nieħdu xejn

“forgranted” anzi rridu nkunu realistiċi u nintervjenu

fil-waqt! B’dan il-ħsieb riflessiv nixtieq li ntemm

il-messaġġ tiegħi għal din is-sena. Filwaqt li ntenni

r-radd ta’ ħajr tiegħi lil kull min b’xi mod jew ieħor

kien ta’ kontribut f’mixjet is-Soċjeta tul l-aħħar tnax

-il xahar, nawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd u ndawru

ħsibijietna lejn Ommna Marija, speċjalment fuq dawk

li għal xi raġuni jew oħra, ma jistgħux jaqsmu l-ferħ

tal-Festa bil-mod li jixtiequ u ntennulha:

“U għaliex inti Ommna taħt ħarstek iżżomna

U Aħna Madonna bħal Ommna nżommuk!

GRAZZI MADONNA

TA’ MĦABBTEK GĦALINA!

MICHAEL GHIGO B. Ed (Hons)

13

mit-Teżorier

Kif jaħrab iż-żmien. Għadna kif bdejna sena ġdida

u meta qed nikteb dan l-artiklu għall-Programm tal-

Festa, wasalna fil-festi sbieħ tal-Ġimgħa l-Kbira. Kos,

tliet xhur ilu bdiet is-sena l-ġdida u tliet xhur oħra

inkunu qed niċċelebraw il-Festa tant għażiża għalina

tal-Madonna tal-Ġilju.

Meta nibda naħseb fuq xhiex ser nibbaża dan

l-artiklu, f’moħħi jiġu ħsibijiet dwar fhiex waslu

l-preparamenti għall-Festa. Nibda ndur ma kull

kummissjoni tas-Soċjetà ħalli nara l-progress li sar

fit-twettieq tal-affarijiet li jridu jsiru biex jerġa’ jkollna

festa kbira u devota kif tixraq lill-Madonna.

Il-Kummissjonijiet tal-Armar, tal-Banda, kif ukoll

taż-Żgħażagħ u tan-Nisa jinsabu għaddejjin b’ħidma

sfiqa. L-Għaqda tan-Nar ukoll kompliet il-ħidma tagħha

u nixtieq hawn nirringrazzja kemm lill-Licencee ta’

qabel jiġifieri s-Sur Kevin Saliba, kif ukoll lis-Sur Benny

Dingli, li reġa’ aċċetta li jkun il-Licencee tal-post tan-Nar.

Il-Festa tibqa’ prijorità tas-Soċjetà, Soċi u Partitarji.

Għalkemm għandna ħafna spejjeż, il-Festa qatt ma

naqqasnilha xejn, anżi kull sena dejjem naraw kif

nagħmlu biex inżidu, kemm l-armar, in-nar, il-briju, eċċ.

Hawn nixtieq nirringrażżja lil dawk il-Kummissjonijiet

kollha fis-Soċjetà għall-għadd ta’ attivitajiet li jagħmlu

biex jinġabru l-fondi meħtieġa.

Matul is-sena il-Kumitat Amministrattiv jagħmel

sensiela ta’ ġabriet mid-djar tagħkom biex inkopru

parti mill-ispejjeż tal-festa. F’dawn il-jiem inkunu

qegħdin induru mar-raħal niġbru l-envelops tal-aħħar

ġabra u nappellalkom biex ma tonqsux li tkun ġenerużi.

Dawk li għal xi raġuni jew oħra ma nsibuhomx id-dar

fil-ġranet tal-ġbir ikunu jistgħu iwasslu l-envelops il-

Każin u tingħata irċevuta tad-donazzjoni tagħkom.

Kunu ġenerużi ukoll fl-albural li jsir fil-jiem tal-Festa

minn membri tal-Kumitat.

Barra l-ħidma fuq il-Festa, parti kbira tal-impenn

tal-Kumitat Amministrattiv huwa li jitlesta l-attrezzar

tal-Każin. Il-Kumitat irid jara li l-mezzi tad-dħul

jonfoqhom bil-għaqal u bl-eżatezza, għax barra

l-ispejjez ta’ kuljum li kull Soċjetà trid tħallas, irid

ikompli jinvesti fil-proġett tal-Każin. Matul is-sena

saret ħidma kontinwa b’għadd ta attivitajiet taħt forma

ta fund-raising. Jibqa’ l-fatt li llum kull ma tagħmel

jiswa l-eluf u għalhekk ix-xogħol ħafna drabi ftit li xejn

ikun jidher.

Ħafna soċi forsi jħossuhom iddiżżapuntati għax

ix-xogħol fl-erja tal-Bar għadu ma nbediex. L-erja tal-

Bar hija l-qalba tal-Każin u x-xogħol ma jistax isir bilbiċċiet,

iżda jrid jinbeda u jitlesta kollu fi żmien pjuttost

qasir, mentri l-Każin ikun bil-kemm kemm jiffunzjona.

Minħabba li s-somma involuta hija waħda kbira, qabel

jinbeda x-xogħol jeħtieġ li jkollna garanzija li l-flus

meħtieġa qegħdin hemm. Hawn nixtieq nirringrazzja

lis-Sur Lonzu Mifsud mhux biss tal-inizjativa li ħa biex

ġabar somma ta flus sabiħa għal pjan terran, iżda wkoll

għax-xogħol manwali li għamel fl-imħażen tal-Bar

ġewwa l-basement. Aktar dettalji fuq il-ħidma mwettqa

tistgħu tarawha fl-artiklu dwar ir-Refurbishing tal-Każin.

Il-Kumitat wara s-suċċess li kellu fl-akkwist ta’

fondi mill-Ewropa matul din is-sena, kompla jirsisti

u rnexxielu jakkwista fondi oħrajn. Dan kien kollu

mertu tal-Għaqda tal-Armar, il-Kummissjoni Banda u

s-Sezzjoni Żgħażagħ li permezz tal-inizjattivi ġodda

rnexielhom jakkwistaw fondi mingħand il-Gvern.

Kienu proġetti li ġibdu l-ammirazzjoni mill- evalwaturi

tal-proġetti. Prosit tassew lil kull min kellu sehem.

Biex nagħlaq dan l-artiklu nixtieq nappellalkom

biex il-konkorrenza tagħkom għall-attivitajiet li ser

jiġu organizzati tkun waħda kbira. Infakkarkom li dawn

isiru biex intom tipparteċipaw għax il-partiċipazzjoni

tagħkom, specjalment fil-marċi tkun għalina turija ta’

apprezzament tax-xogħol li nagħmlu. Nixtieq ukoll li

bħala devoti tal-Madonna matul din il-ġimgħa nersqu

aktar lejn il-Knisja għall-funzjonijiet biex din il-Festa

tkun ukoll aktar tixraq lil dik OMMNA VERĠNI taħt

it-titlu sabiħ tal-MADONNA tal-ĠILJU.

Qabel nagħlaq dan l-artiklu nixtieq nirringrazzja lil

sħabi kollha tal-Kumitat Amministrattiv, tal-għajnuna

li dejjem insib minn għandhom.

Nixtieq nawgura l-Festa t-tajba lill-Imqabbin kollha

u lill-barranin li jiġu l-Imqabba biex magħna jaqsmu

l-ferħ ta’ din il-Festa hekk kbira.

BENNY BRIFFA

15

34, Blue Grotto Avenue, Żurrieq

(Next to 3M Take Away)

Tel: 2164 2986

Mob: 9917 1435, 7947 3207

Opening Hours:

Monday’s Closed,

Tuesday to Sunday: 11am till late

FREE DELIVERY minimum order of €10

mid-Direttur Spiritwali

L-immakulata u l-Ħniena t’Alla

Dan l-aħħar kont qed nitkellem ma’ xi ħadd dwar

l-omelijji li jisma’ fil-quddies tal-Ħadd li jsiru minn

diversi saċerdoti. Fost il-kritika tiegħu xejn pożittiva

qalli ‘u din ir-repetizzjoni kollha dwar il-Ħniena t’Alla

issa dejqitni’. Emmnuni ma stajtx nemmen dak li smajt.

L-ewwel u qabel kollox għalkemm il-Papa kien

ħabbar li din is-sena għandha tkun is-sena tal-ħniena

ma jfissirx li hija suġġett fil-kelma t’Alla għal din issena

biss! Il-ħniena t’Alla hija l-qalba tal-Bxara t-tajba

jiġifieri li hija suġġett dejjem attwali. Kull ma ried il-

Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku jagħmilna aktar

konxji tal-proposta ta’ mħabba li dejjem għandu għalina.

L-istat hażin li d-dinja tinsab fiha llum għalkemm qed

isiru ħafna sforzi biex jippruvaw itejjbu l-qagħda imma

forsi mhumiex jindunaw bil-gwaj proprju minn fejn ġej.

Biex nuża espressjoni li tista’ tfisser il-moda ta’

kif qed jittrattaw is-sitwazzjoni ngħid li donnhom

qed jippruvaw jwaħħlu xi ħaġa bir-rieq. Dan jagħtik

x’tifhem li dik ix-xi ħaġa weħlet. Fil-fatt ma tkun weħlet

xejn għax wara ftit jinqala’ kollox. Biex wieħed igawdi

l-frott ta’ xi ħaga hemm bżonn l-ewwel ikollu l-għarfien

dwar is-suġġett. Hekk illum ħafna qed jitkellmu dwar

il-ħniena imma diżgrazzjatament ma jafux x’inhi

l-imħabba vera, għax il-ħniena tiġi mill-imħabba.

Biex nasal għal dak li xtaqt nirrifletti fuq

l-Immakulata u l-Ħniena t’Alla tajjeb li nfakkar li

l-Verġni Immakulata biex Alla seta’ joħloqha mingħajr

l-ebda dnub tan-nisel (għalhekk mela dan fit-tnissil

tagħha) xorta kellha bżonn il-pjan tal-fidwa. Xi ħadd

jista’ jargumenta kif seta’ jkun dan meta l-Feddej ġie

minnHa jiġifieri wara. Ir-risposta għaliex seta’ jagħmel

hekk, hija għax Hu applika minn qabel il-merti li

rebaħ Ġesù bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien Tiegħu.

Fi kliem teoloġiku dan hu dak li ngħidu ‘ante previsa

merita’. Iżda dan kollu seta’ jkun min-naħa t’Alla għax

Alla huwa Mħabba. Ma seta’ qatt juri ħniena ma’ Marija

li mill-ewwel u qabel kollox ma ħabbhiex bl-imħabba

kollha li seta’ Alla jħobb. Hawn wara kollox huwa dak li

l-Papa Franġisku ried li jfakkarna f’din sena tal-Ħniena

li qed niċċelebraw. Ejjew nagħrfu u nifhmu x’inhi l-vera

mħabba ħalli b’hekk nagħrfu iżjed il-Ħniena tiegħu

għalina biex nersqu aktar lejH u lejn xulxin.

Nixtieq nawgura lill-Imqabbin u d-devoti tal-

Immakulata li b’tant għożża nsejħulHa tal-Ġilju, ilfesta

t-tajba mimlija mħabba u ħniena.

PATRI ADRIJANU CACHIA

17

Misraħ il-Fidwa, Mqabba (ħdejn il-bandli)

Tel: 2164 7381

All you need in one stop shop

Free delivery

Great choices on delicatessen, beverages,

wines, detergents, etc.

Packaging Materials and Machines

Disposable Articles for Food Service

Hygienic and Protective Wear

DICK Professional Knives

Prince Albert Street, Albert Town, Marsa MRS 1045

Tel: 2122 7342, 2122 7344 • Fax: 2122 7345 • Mob: 7947 8222

e-mail: info@diroccotrading.com • www.diroccotrading.com

mis-Surmast Direttur

Insellem lill-qarrejja kollha ta’ dan il-ktejjeb

annwali maħruġ fl-okkażjoni tal-Festa, hekk kif inhu

d-dmir tiegħi li nelenka xi punti dwar l-andament tal-

Banda tagħna tul dawn l-aħħar tnax-il xahar!

Għall-okkażjoni tal-Festa 2015 kellna varjazzjoni

mill-aqwa ta’ selezzjonijiet mużikali b’sehem rekord

ta’ ħames kantanti femminili u li kollha għadhom rabta

mar-raħal tal-Imqabba. Tul is-snin konna pijunieri blintroduzjonijiet

u inklużjonijiet ġodda fir-repertorju

mużikali, u s-sena l-oħra ma kinitx eċċezzjoni fejn ilqofol

ta’ dan intlaħaq tul il-perjodu li magħna kellna

l-unur tal-preżenza tal-President ta’ Malta Eċċ. Tagħha

Marie-Louise Coleiro Preca.

F’Diċembru mbagħad kellna opportunità oħra

li nkomplu fejn ħallejna bi programm mużikali li

ittella’ fl-Arena ta’ Montekristo Estates. Il-ġeneru

ta’ mużika li ndaqqet tirrifletti kemm il-Banda qed

iżżomm ruħha aġġornata maż-żminijiet u li l-mixja li

bdejna hija kontinwa! Qed ngħid dan bl-akbar umilità:

b’rikonoxximent lejn kull min tul is-snin kollha ħadem u

ta’ sehmu sabiex il-Banda tagħna tibqa’ toffri esperjenzi

ġodda lill-alljievi tagħna u tippreżenta sfidi pożittivi lillbandisti

tal-post li tul is-sena kollha jagħmlu s-sagriċċji

sabiex jattendu b’mod regolari kemm għal-lezzjonijiet

kif ukoll għall-provi bejnietna, bl-għan aħħari li tkun

ta’ sodisfazzjon, togħġob u tpaxxi l-widna tal-udjenzi

li jsegwuna. Iżda dan ma ġiex mix-xejn! Ġie bi pjan

fit-tul u bi strateġija li implimentajna snin ilu u li

kontinwament nanalizzaw sabiex nevalwaw x’nistgħu

nirranġaw bil-għan li nsaħħu t-tagħlim mużikali

pprovdut fi ħdan l-iskola tal-mużika tas-Soċjetà. Illum,

grazzi anke għad-diversi skemi mnedija mill-Aġenzija

Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda, qed

nimplementaw sistemi innovattivi ta’ tagħlim fl-iskola

tal-mużika tagħna li qed iħallu l-frott! Ma nistax

nagħmel referenza għat-tagħlim mużikali mingħajr

pubblikament ma nirringrazzjax lis-Surmast Edwin

Pace li hu tant iddedikat f’xogħlu sabiex iħarreġ lilalljievi

tagħna u jkompli jrawwem fil-bandisti tagħna

livell u “sense of belonging”. Dan qed jinħass ferm

anke fl-attendenza regolari tal-bandisti, speċjalment

dawk ġodda, għall-provi li tista’ tgħid ma jaqtgħu xejn

tul is-sena kollha, inkluż fis-sajf!

Dan ifisser li kollox miexi ħarir? Ifisser li m’hemmx

sfidi li rridu negħlbu? U żgur li hemm! Imma persważ

li jekk nibqgħu naħdmu bħala tim wieħed magħqud:

Surmastrijiet, Kummissjoni Banda, Bandisti u Kumitat:

nemmen li l-isfidi kollha li niffaċċjaw inkunu nistgħu

negħlbuhom b’konvinzjoni u bl-aħjar riżultat għall-

Banda li hi l-fus ewlieni ta’ din is-Soċjetà Mużikali.

L-appell tiegħi hu dejjem wieħed indirizzat

direttament lejn il-ġenituri tat-tfal sabiex minn età

ċkejkna jħajruhom jibdew jitgħallmu xi strument

mużikali. Ma jfissirx li t-tagħlim tal-Banda hu biss

għal tfal ta’ età tenera. Anzi! L-esperjenza qed turina

li t-tagħlim tal-mużika fis-Soċjetà tagħna qed jattira

nukleu ta’ persuni ta’ etajiet differenti u dan huwa “vot

ta’ fiduċja” fit-tmexxija tagħna, li bħala tim; kif aċċenajt

qabel, qed nagħmlu ħilitna kollha sabiex nipprovdu

tagħlim ħolistiku, kemm fil-mużika, f’dik li hija prattika

u teorija, u anke fl-esekuzzjoni u l-interpretazzjoni, meta

qed inħeġġu lil dawk il-bandisti li jkunu ħarġu jdoqqu

sabiex jissoktaw fit-tagħlim tagħhom u jintensifikaw

fl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. Il-kredtu għal dan kollu

jmur għall-istess alljievi u bandisti tal-post li huma

l-protagonisti għax bis-saħħa tagħhom qed inżommu

l-Banda waħda ħajja u attiva tul is-sena kollha. Ta’

dan inroddilhom ħajr minn qalbi, anke tal-paċenzja li

kontinwament jieħdu bija, hekk kif il-karattru tiegħi

huwa dak li hu: hekk magħġun jien . . . . imma kif dejjem

ngħid waqt il-kunċerti ta’ bejnietna: aħna familja waħda

. . . . u huma parti minn ħajti!

Inrodd ħajr ukoll lil-Kumitat Amministrattiv, b’mod

speċjali lil-President Teddy Farrugia li dejjem ta’ widen

għall-bandisti u l-ġenituri tagħhom u jara kif jagħmel

biex imexxi ’il quddiem kull inizjattiva b’risq il-Banda.

Nixtieq nawgura l-Festa t-tajba lil kulħadd!

VIVA L-BANDA MADONNA TAL-ĠILJU!

Mro. ANDREW CALLEJA F.V.C.M

19

your

professional

dry cleaning

partner

It’s easier than ever to give your garments a SWAN quality clean.

All you have to do is call or email us and we will offer a

free of charge collection and delivery.

Call 2248 2200

Email: dryclean@swanlaundry.com.mt

www.swan.com.mt

Dry Cleaning of suits, dresses, trousers, coats, curtains & merino blankets • Wet washing of shirts, quilts, carpets & blankets

Kumitat Amministrattiv 2015-2017

Quddiem mix-xellug: Michael Ghigo, Teddy Farrugia, Benny Briffa, Marvin Sciberras.

Wara mix-xellug: Robert Aquilina, Charlie Grech, John Barbara, Gigliola Briffa, Alan Barbara, Fernando Dingli, Tonio Facciol.

Nieqsa mir-ritratt: Claudio Farrugia u Patri Adrijanu J. Cachia OFM

Surmastrijiet Onorarji Presidenti Onorarji Membri Onorarji

Julio Tanti A. Mus. L.C.M. Benny Baldacchino Julio Barbara

Joseph Tonna A. Mus. L.C.M. Charles Farrugia John Mary Ciantar

Salvu Magro

Joseph Farrugia

Charles Polidano

Annunziato Mifsud

Joseph Tanti

Segretarju President Teżorier

Michael Ghigo Teddy Farrugia Benny Briffa

Assistent Segretarju Viċi President Assistent Teżoriera

Fernando Dingli Claudio Farrugia Gigliola Briffa

Direttur tal-Każin Membri Relazzjonijiet Pubbliċi

Tonio Facciol Robert Aquilina, Alan Barbara, Marvin Sciberras

John Barbara, Charles Grech

Rettur tal-Fratellanza

Joe Gauci

Direttur Spiritwali

P. Adrijano J. Cachia OFM

Surmast Direttur Delegat Għaqda Każini tal-Banda Għalliem tal-Alljievi

Mro. Andrew Calleja FVCM Christopher Briffa Mro. Edwin Pace

Chairperson Kumm. Nisa Chairperson Kumm. Banda Chairperson Għaqda tal-Armar

Julie Abdilla Walter Farrugia John Barbara

Chairperson Sezzjoni Żgħażagħ Licencee Għaqda tan-Nar Chairman Kummissjoni Radju

Joseph Zammit Benny Dingli Tonio Facciol

Delegata Junior Club

Anna Grech

Konsulenti Legali

Dr. Michael Sciriha B.A. (Hons.) (Econ.), M.A. (Econ.), LL.D.

Dr. Lucio Sciriha LL.B. LL.D. M.A. Fin Serv

Delegat Kummissjoni Sport

Joe Farrugia

Konsulent Finanzjarju

Malcolm Bondin B. Com., B. Accty. (Hons.), F.I.A., C.P.A.

21

1911-2016

105 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà.

1946-2016

70 sena mill-Ewwel Marċ ta’ Nofs in-Nhar mill-Banda Lily.

1961-2016

55 sena mill-Inawgurazzjoni tal-Bandalora l-Antika tal-Banda.

1976-2016

40 sena mill-Festi Ċentinarji tal-Miġja tal-Vara.

1986-2016

30 sena mill-Inawgurazzjoni tal-Frontispizju tal-Każin u tal-Bandiera

fil-Festi tal-75 sena tas-Soċjetà

1996-2016

20 sena mill-Mawra tal-Banda Madonna tal-Ġilju fit-Tuneżija

1996-2016

20 sena mill-Inawgurazzjoni tal-Maħżen tal-Armar

2006-2016

10 Snin mill-Programm Mużikali ġewwa t-Teatru Manoel

2011-2016

5 snin mill-Guinness World Records bħala l-akbar reddiena fid-dinja

tal-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju.

22

23

MINN GIGLIO DI VEROLI - ITALJA

La festa della nostra Patrona quale segno di un cambiamento del cuore

Carissimi voglio raggiungervi con queste mie poche parole per augurarvi una vera festa in onore di Maria Madonna del Giglio,

che sia il segno di una rinascita interiore in questo anno giubilare della Misericordia, che il santo padre Francesco ha regalato al

mondo. Maria la invochiamo con tanti titoli, ma sul Calvario Lei unisce il Suo cuore a quello di Gesù, nell’unica preghiera al Padre

di richiesta: “Perdonali perché non sanno quello che fanno”. Li sperimentiamo come l’amore Misericordioso di Dio permette

ad ogni uomo di buona volontà, di inserirsi in questo fiume di una Misericordia ri-creativa, attiva e sempre alla ricerca di vite da

riabilitare e rimettere in movimento. Nessuno è il suo limite, e a tutti il Maestro, come all’adultera, ripete: “Va, e non peccare più”.

In questo tempo santo, di grazia eccezionale, ci ritroviamo a contemplare e adorare il Cuore di Cristo che palpita nell’Eucaristia.

La Sua presenza d’amore, posta sull’altare, attiri i nostri sguardi ed i nostri cuori e inviti a metterci in ascolto serio della Sua parola

perché, oggi la Sua voce ci scuota, provochi in noi il desiderio di un rinnovamento interiore, un uscire dal torpore della nostra fede

stanca e forse e insignificante, per non dire appiattita dentro delle tradizioni e nella ripetizione di parole e gesti che non dicono più la

creatività della nostra risposta generosa all’azione dello Spirito. Questo oggi è un grande rischio per troppi cristiani che rischiano

di non essere né più credenti, né più credibili.

Con Maria, disponiamoci “cuore a cuore” con il Signore Gesù presente nell’Eucaristia: Egli è l’epifania della Misericordia del

Padre! Abbiamo da poco celebrato e rivissuto i giorni di passione, di morte del Signore, che conducono alla Sua come alla nostra

Risurrezione. Giorni di grazia al termine della Quaresima, “segno sacramentale della nostra conversione” dove, abbiamo potuto

sperimentare, pellegrini con Lui, il perdono del Padre, il Suo abbraccio che riempie la nostra vita di quella gioia che salva e di cui

abbiamo infinito bisogno. Prepariamo adesso a celebrare l’annuale festeggiamento di Maria Madonna del Giglio, significa per tutti

noi, prolungare con la vita la gioia di quell’incontro che ci fa risentire figli prediletti e scelti per annunziare al mondo le meraviglie

della Sua Presenza: una presenza che da forza, che incoraggia, che esorta e che perdona i nostri tanti errori. Mi piace pensare la

nostra presenza nel mondo, di uomini e donne che vivono sotto la protezione di questa Mamma speciale, come un faro di speranza,

come un sostegno per quei fratelli che vivono ancora con il cuore avvolto dalle tenebre. Il cristiano è l’uomo della comunione, della

tenerezza, è il testimone della gioia e della carità gratuita, è colui che perché ha sperimentato in prima persona la Misericordia

di Dio, per le sue cadute e i suoi peccati, offre misericordia a coloro che gli camminano accanto. Celebriamo allora con profonda

gratitudine il dono di avere Maria come nostra patrona, Lei che ci ha suggerito come non smarrire mai la strada della gioia, Lei che

ci incoraggia ad avere fiducia e che ci ripete in questo Anno Santo, come a Cana di Galilea: “Fate tutto quello che Lui vi dirà”. Il

Signore è la nostra forza e sulla sua Parola vogliamo gettare le nostre reti per una vita abbondante e piena di soddisfazioni.

In comunione di preghiera e di affetto, con la speranza di poter partecipare con una delegazione ai vostri festeggiamenti in segno

di comunione tra le due comunità di Veroli e del vostro paese, auguro di vivere come un vero rinnovamento del cuore la festa annuali

in onore della nostra patrona Maria Madonna del Giglio.

Buona festa vostro in Cristo don Stefano

Il-festa tal-Patruna tagħna bħala sinjal ta’ bidla tal-qalb

Nixtieq inkun qrib tagħkom b’dawn il-ftit kliem tiegħi biex nawguralkom festa vera ad unur Marija Madonna

tal-Ġilju, u li tkun tfisser sinjal ta’ twelid ġewwieni mill-ġdid f’din is-sena tal-Ġublew tal-Ħniena, li l-Papa

Franġisku rregala lid-dinja (proprju f’Jum il-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata nhar it-8 ta’ Diċembru 2015).

Aħna nsejħu lil Marija b’ħafna titli, imma fuq il-Kalvarju Hi tgħaqqad Qalbha ma’ dik ta’ Ġesù, fit-talba unika

lill-Missier: “Aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu”. Aħna ngħixuha, bħall-imħabba kollha Ħniena ta’

Alla li tippermetti lil kull bniedem ta’ rieda tajba li jagħmel parti minn dix-xmara ta’ Ħniena li terġa’ toħloq, ma

taqta’ xejn u dejjem tfittex li terġa’ tagħti ħajja sħiħa lil ħafna ħajjiet oħra. Ħadd ma huwa eskluż, u lil kulħadd

l-Imgħallem, bħal lill-adultera, jirrepeti: “Mur, u tidnibx aktar”.

F’dan iż-żmien qaddis, ta’ grazzja eċċezzjonali, insibu rwieħna nikkontemplaw u naduraw il-Qalb ta’ Kristu li

tħeġġeġ fl-Ewkaristija. Il-preżenza Tiegħu, fuq l-altar, tiġbed il-ħars tagħna u l-qalb tagħna u tistidinna li nisimgħu

sewwa l-Kelma Tiegħu sabiex illum il-Vuċi Tiegħu tmissilna qalbna, iġġagħlna nixxenqu għal tiġdid ġewwieni,

noħorġu mir-raqda tal-fidi tagħna bierda u aktarx mitfija għal kollox, mitlufa fit-tradizzjonijiet u fir-ripetizzjonijiet

ta’ kliem u ġesti li ma tħalliniex ngħixu b’mod ġeneruż is-sejħa all-azzjoni tal-Ispirtu. Illum dan huwa riskju għallħafna

nsara li b’hekk jispiċċaw li ma jemmnux, u ħaddieħor ma jemminx fihom u f’dak li jgħidu.

Ma’ Marija, nintelqu “qalb ma’ qalb” mas-Sinjur Tagħna Ġesù fl-Ewkaristija: Huwa l-ħabbar tal-Ħniena tal-

Missier! Ftit tal-ġranet ilu ċċelebrajna u għixna mill-ġdid il-Passjoni Tiegħu, il-mewt Tiegħu, li twassal għall-

Qawmien Tiegħu kif ukoll tagħna. Dawk kienu ġranet ta’ grazzja fl-aħħar tar-Randan, “sinjal sagramentali talkonverżjoni

tagħna” fejn, stajna nħossu, aħna pellegrini bħalu, il-maħfra tal-Missier, it-tgħanniqa Tiegħu li timla

ħajjitna b’dak il-ferħ li ssalva u li tagħha għandna tant bżonn. Nippreparaw issa biex niċċelebraw il-festa ta’ kull

sena ta’ Marija, Madonna tal-Ġilju, li tfisser li għalina lkoll nerġgħu ngħixu mill-ġdid il-ferħ ta’ dik il-laqgħa, li

tagħmilna nħossu li aħna t-tfal maħbuba u magħżula minnu biex inxandru lid-dinja l-kobor tal-Preżenza Tiegħu:

preżenza li tagħti saħħa, tinkoraġġina, tħeġġiġna u taħfer il-ħafna nuqqasijiet tagħna. Jiena nara l-preżenza tagħna

fid-dinja, ta’ rġiel u nisa, li ngħixu taħt il-protezzjoni ta’ dina l-Omm speċjali, bħal dawl ta’ tama, bħal għajnuna

lil dawk ħutna li jgħixu b’qalbhom mgħaffġa fid-dlam. In-nisrani huwa bniedem li jiddjagola, li jħenn, huwa xhud

ta’ ferħ u karità li tingħata b’xejn, huwa dak li jgħix huwa nnifsu l-Ħniena t’Alla, minħabba l-waqgħat u d-dnubiet

tiegħu, joffri l-ħniena lil dawk li jimxu miegħu. Nirringrazzjawh minn qalbna għal dan id-don li għandna Marija

bħala patruna tagħna: Hi li tatna parir kif m’għandniex nitilfu t-triq tal-ferħ, Hi li tinkuraġġina ikollna fiduċja u li

tirripeti f’dan l’Anno Santo, bħal f’Cana fil-Galilea: “Agħmlu dak kollu li jgħidilkom Hu”. Il-Mulej huwa l-qawwa

tagħna u fuq il-Kelma Tiegħu irridu nitfgħu x-xbieki tagħna għal ħajja abbundanti u mimlija soddisfazzjonijiet.

Aħna magħkom magħqudin fit-talb u fi ħsibijietna, bit-tama li nkunu nistgħu nieħdu sehem b’delegazzjoni

fiċ-ċelebrazzjonijiet tagħkom bħala sinjal ta’ għaqda bejn iż-żewġ komunitajiet ta’ Veroli u tal-lokalità tagħkom

– Imqabba - , nawgura li lkoll ngħixu b’tiġdid veru tal-qalb dil-festa annwali ad unur tal-patruna tagħna Marija

Madonna tal-Ġilju.

Il-festa t-tajba,

DON STEFANO DI MARIO

25

BALDACCHINO BROS.

Għal kull tip ta’ bini irrikorru għand

Ġilju u Dennis Baldacchino

jew ċemplu fuq 99865128

L-aħwa Baldacchino jixtiequ jawguraw

il-Festa t-Tajba lill-Imqabbin kollha

MINN ANTICOLI CORRADO - ITALJA

Voglio ringraziare la società Madonna del Giglio di Mqabba “ Malta” per il dono fatto dal Sig. Antoin Farugìa della bellissima Madonna

Immacolata che è stata posta all’entrata del Santuario della Madonna del Giglio che domina la vallata. E’ stata una bellissima celebrazione che

passerà nella storia di Anticoli Corrado, presieduta dal Vescovo di Tivoli Mons. Mauro Parmeggiani alle presenza: della delegazione della Soicietà

Madonna del Giglio di Mqabba Malta presieduta dal suo presidente Teddy Farugia, dalla intera Confraternita della Madonna del Giglio di Anticoli

Corrado e delle autorità cittadine. Con il suono degli inni della Madonna del Giglio di Mqubba e di Anticoli Corrado il vescovo ha benedetto la statua

della Madonna, affinchè benedica e protegga le comunità di Anticoli e Mqabba. Quei pochi giorni passati insieme hanno rafforzato ancora di più la

nostra amicizia che legata dalla Madonna del Giglio specialmente quanto siamo andati a fare visita in quel Santuario in mezzo ai monti dedicato alla

SS. Trinità. E in questo anno Santo della Misericordia dobbiamo di più pregare la nostra Madonna perche nel mondo porti pace, fraternità e Amore.

Ella ci deve guidare verso quella strada che ci porta verso il Cristo Risorto che ci ha fatto conoscere attraverso quelle bellissime pagine del Vangelo

questo amore grande per l’umanità sofferente, poveri, storpi, peccatori, pubblicani ha risanato e perdonato. Il Perdono e la misericordia di Dio e

infinita e noi con l’intercessione della Madonna

Madre del Perdono e della Misericordia

dobbiamo seguire l’esempio di Gesù che

nonostante la sofferenza e il dolore sulla croce

esprime il massimo della sua misericordia e del

suo amore, perdonando il suoi crocifissori e il

ladro pentito lo porta con se in paradiso ecco la

misericordia di Dio attraverso Gesù Cristo. Vi

auguro un buona festa della Madonna del Giglio

vi ricordo sempre nella mia preghiera perché

nella preghiera che si sperimenta la presenza

di Maria in mezzo a Noi e poi la Madonna che

si raccomanda di pregare perche la preghiera

rafforza la vicinanza di Gesù in noi rafforza

l’amore e l’amicizia. Sperando di vederci presto

e se volete siete sempre i benvenuti nella nostra

comunità parrocchiale di Anticoli Corrado

Auguri a Tutti che la Madonna vi benedica, e

vi dia la forza e il coraggio per festeggiarla E’

VIVA LA MADONNA DEL GIGLIO

Don Anacleto Giagnori

Parroco – Santa Vittoria VM

Anticoli Corrado

Messaġġ mill-Kappillan ta’ Anticoli Corrado fejn issir il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

Nixtieq nirringrazzja lis-Soċjetà tal-Ġilju tal-Imqabba, Malta għar-rigal tal-Madonna Immakulata ferm sabiħa,

opra tas-Sur Antoine Farrugia, li tpoġġiet fl-intrata tas-Santwarju tal-Madonna tal-Ġilju li tagħti għal fuq il-wied.

Kienet ċelebrazzjoni sabiħa ħafna li tibqa’ mniżżla fl-istorja ta’ Anticoli Corrado, ppreseduta mill-Isqof ta’ Tivoli

Mons. Mauro Parmeggiani fil-preżenza tad-Delegazzjoni tas-Soċjetà Madonna tal-Ġilju ta’ Anticoli Corrado u

tal-awtoritajiet ċivili. Bid-daqq tal-innijiet tal-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba u ta’ Anticoli Corrado l-Isqof bierek

l-istatwa tal-Madonna, sabiex hija tbierek u tipproteġi lill-Komunità ta’ Anticoli u tal-Imqabba. Dawk il-ftit ġranet

li għaddejna flimkien saħħew aktar il-ħbiberija tagħna li marbuta mal-Madonna tal-Ġilju speċjalment meta morna

nżuru s-Santwarju qalb il-muntanji ddedikat lis-Santissima Trinità. U f’din is-sena Qaddisa tal-Ħniena għandna

nitolbu aktar lill-Madonna tagħna sabiex iġġib is-sliem, l-għaqda u l-Imħabba. Hi għandha tmexxina lejn dik ittriq

li twassalna lejn Kristu Rxoxt li mmanifestha permezz tal-paġni sbieħ tal-Evanġelju, permezz tal-imħabba

kbira lejn l-umanità li qed tbati, il-fqar, il-morda, il-midinbin, li Hu fejjaq u ħafer. Il-Maħfra u l-Ħniena t’Alla

hija bla qies u bla tarf, u aħna bl-interċessjoni tal-Madonna, Omm il-Maħfra u tal-Ħniena għandna nimxu fuq

l-eżempju ta’ Ġesù li, minkejja t-tbatija u l-uġigħ fuq is-salib, juri l-Ħniena u l-Imħabba tiegħu fil-milja u l-qawwa

kollha tagħhom għaliex ħafer lil min kien qed isallbu u ħa miegħu fil-Ġenna lill-ħalliel li nidem; hawnhekk taraw

tabilħaqq il-Ħniena t’Alla permezz ta’ Ġesù Kristu. Nawguralkom festa sabiħa tal-Madonna tal-Ġilju u niftakar

fikom dejjem fit-talb tiegħi għaliex huwa fit-talb li wieħed jesperjenza u jħoss il-preżenza ta’ Marija fostna,

u wara kollox hija l-Madonna stess li tirrikmandana biex nitolbu għaliex it-talb iqarribna lejn Ġesù u jsaħħaħ

fina l-imħabba u l-għaqda. Waqt li nittama li naraw lil xulxin dalwaqt, jekk tridu tiġu, għalikom il-bieb dejjem

miftuħ għax tkunu milqugħa mill-komunità parrokkjali ta’ Anticoli Corrado. Lilkom ilkoll nawgura li l-Madonna

tberikkom, u tagħtikom il-qawwa u l-kuraġġ biex niċċelebrawha: EVVIVA L-MADONNA TAL-ĠILJU .

DON ANACLETO GIAGNORI

Kappillan – Santa Vittoria VM – Anticoli Corrado

27

MINN AFFILE (Ruma) - ITALJA

Parrocchia S. Felicita Martire

Carissimi,

Ancora una volta ci avviciniamo ad onorare la Madonna del Giglio, come punto culminante della nostra devozione antica e

sempre nuova.

Una devozione che ci aiuta a contemplare, amare, imitare e pregare la Vergine Santissima che con cura Materna ci avvicina al

figlio suo Gesù, perché non si può pensare a Gesù senza la sua Madre e nemmeno alla Madre senza il proprio Figlio.

Maria e colei che prima di tutto ci fa conoscere il suo Gesù, poi ci insegna la strada per andare verso di Lui; ci indica la vera

strada con tutte le sue esigenze: l’ascolto della Parola, la fedeltà agli

insegnamenti, l’amorosa meditazione di tutti i suoi voleri.

Noi amiamo chiamare Maria di Nazareth con il titolo di Madonna

del Giglio per gli avvenimenti accaduti in mezzo al popolo, senza

dimenticare però che la Madonna ha collaborato direttamente con

Dio alla nostra salvezza e alla redenzione del mondo.

Sono certo che la Vergine Maria occupi nella nostra vita una

posizione di prestigio del tutto singolare sia come Madre di Dio e

primizia della Chiesa, sia come modello della nostra·vita cristiana e

sostegno sicuro dell’umanità intera.

È bene puntualizzare che, se vogliamo raggiungere l’unione con

Dio, dobbiamo essere uniti a Maria e affidarci totalmente a Lei.

Questa è la-più profonda ragione della devozione che la Chiesa

Cattolica ha verso la Madonna: Lei fece crescere Gesù nel suo grembo

e cosi oggi deve formare Cristo in ognuno dei battezzati. Lei ce ne dà

un immagine perfetta.

Per questo la preghiamo così:

0 Maria, noi ti invochiamo

con il dolce nome di Madonna del Giglio.

Tu che hai lo sguardo sempre rivolto

al tuo Gesù, prendici per mano e lascia

che camminiamo con Te,

sollevaci fino al tuo cuore per attingervi

un po’ di quell’ amore che rivolgi al tuo Figlio

Ammettici nell’intimità della tua.casa,

in quel sacrario di virtù.umane e cristiane

che fu la tua benedetta famiglia

con Gesù e Giuseppe.

Donaci il gusto della vita semplice

fatta di· lavoro e di preghiera,

arricchita di affetti puri,

consolata dalle intime gioie

della comunione d’amore.

Rendi le nostre famiglie come la tua,

benedici il nostro impegno quotidiano,

sostienici nelle difficoltà e can il tuo Giglio,

o Maria, spargi nelle nostre famiglie

il profumo del .tuo Gesù. Amen.

Il Parroco

Don Tancredi Ciancarella

28

Messaġġ mill-Kappillan tal-Parroċċa Santa Felicita, Martri, f’Affile (RUMA) fejn issir

il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

Għeżież,

Għal darb’oħra qegħdin noqorbu biex nagħtu ġieħ lill-Madonna tal-Ġilju, bħala l-qofol tal-qima u d-devozzjoni

tagħna. Devozzjoni li tgħinna nikkontemplaw, inħobbu, nimitaw u nitolbu lill-Verġni Mqaddsa li b’imħabba ta’

Omm tressaqna lejn binHa Ġesù, għaliex wieħed ma jistax jaħseb f’Ġesù mingħajr Ommu u lanqas f’Ommu

mingħajr BinHa.

Marija hija dik li l-ewwelnett turina nkunu nafu lil Ġesù tagħHa, imbagħad tgħallimna t-triq li twassalna

s’għandu; turina t-triq vera b’dak kollu li jinħtieġ; is-smigħ tal-Kelma Tiegħu, il-fedeltà lejn it-tagħlim Tiegħu, ilmeditazzjoni

kollha mħabba tar-rieda Tiegħu.

Aħna nħobbu nsejħu lil Marija ta’ Nazaret bit-titlu tal-Madonna tal-Ġilju minħabba l-ġrajjiet li seħħew fost

il-poplu, mingħajr ma ninsew li l-Madonna kkollaborat direttament m’Alla għas-salvazzjoni tagħna u għall-fidwa

tagħna. Jiena ċert li l-Verġni Marija tieħu fil-ħajja tagħna l-ewwel post ta’ prestiġju uniku kemm bħala Omm ta’

Alla u l-ewwel Qaddisa tal-Knisja, kif ukoll bħala xempju tal-ħajja nisranija tagħna u għajnuna tal-umanità kollha.

Tajjeb li niftakru dejjem li, jekk irridu l-għaqda m’Alla, jeħtieġ li nkunu magħquda ma’ Marija u nafdaw lilna

nfusna b’mod sħiħ fiha.

Din hija r-raġuni profonda tad-devozzjoni li l-Knisja Kattolika għandha lejn il-Madonna: Hi kabbret lil Ġesù

fil-ġuf tagħha u hekk hija ssawwar lil Kristu f’kull min hu mgħammed. Hi ttina dehra perfetta tiegħu.

Għalhekk nitolbuha b’dan il-mod;

Aħna nsejħulek,

O Marija,

b’ dan il-ħlejju titlu

tal-Madonna tal-Ġilju.

Inti li ħarstek mixħuta dejjem

lejn Ġesù Tiegħek, aqbdilna jdejna,

u mexxina miegħek, indokrana,

u erfagħna

sa fejn qalbek, biex induqu wkoll aħna

ftit minn dik l-imħabba li biha marbuta Int ma’ Ibnek,

u hekk Ibnek jibqa’ magħna.

Fid-dar Tiegħek ilqagħna, daħħalna ġewwa

O xi ħlewwa;

darek b’kull barka tabilħaqq mimlija

familtek tabilħaqq mogħnija

B’kull xorta ta’ virtù

Li kont tgħix u għadek,

Ma’ Ġużeppi u Ġesù.

Dewwaqna l-ħajja sempliċi

Kollha ħidma u talb,

Ħierġa mil-qalb

Bi ħsus ġewwinija mżejna,

Mehdija bil-ferħ ta’ veru

tal-vera mħabba fl-għaqda,

O Marija,

ara li tibqa’ dejjem ħdejna.

Il-familji tagħna sawwar fuq Tiegħek,

il-ħidma tagħna ta’ kuljum bierek,

fil-hemm u l-ġrieħi għinna, u bil-Ġilju Tiegħek,

O Marija,

xerred fil-familji tagħna

il-fwieħa ta’ Ġesù Tiegħek

biex Hu u Int tibqgħu dejjem magħna.

Ammen.

Il-kappillan - DON TANCREDI CIANCARELLA

NOTA EDITORJALI: It-traduzzjonijiet mit-Taljan saru minn Dott. Gerald Bugeja.

29

RepaiRs on all tYpes of caRs • tuRbo fitting

• full caR seRvicing • pRe test foR vRt

• Replacement of petRol engine to diesel • batteRies

Christian Mifsud

Owner

1, Sejba Road, Mqabba ZRQ 09

Tel: 21 640684 • Mob: 79 444 420

Joanne’s Unisex Hairstylist

Hair by Joanne

Triq il-Mit˙na exactly corner with Triq ix-Xriek

Offering all the professional service

for your hairstyles

Opening hours

Monday

Closed

Tuesday To Friday 9.00am - 2.00pm

3.00pm - 6.00pm

saTurday

Open all day till 7pm

For an appointment

call on 7920 1390

MARBUTA MAS-SNIN BIKRIJA TAL-KUMMISSJONI

TAL-VARA TAL-MADONNA TAL-ĠILJU

Il-Vara tal-Madonna tal-Ġilju bil-pedestall u l-induratura l-antika qabel l-1902 meta saret il-ġiljuwa tal-fidda.

31

Fil-programm tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju tal-2001

kont ktibt artiklu bl-isem ‘L-Istatwa tal-Madonna tal-

Ġilju fl-Imqabba: Misjub id-Dokument tat-Talba ta’

Innocenzio Zammit’. 1 Meta nħares lura ngħid li dak

l-artiklu kien fundamentali fl-istudju tal-kult lejn tal-

Ġilju fl-Imqabba. Dan peress li fin-nuqqas tal-petizzjoni

kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar din l-istatwa. Dan

inqata’ kollu bis-sejba ta’ dak id-dokument. Kultant

l-istorja fiha l-iskerzi tagħha. Wara xhur sħaħ ta’

Sibtijiet inqalleb il-petizzjonijiet fil-Kurja li ma wasslu

għall-ebda riżultat, tgħarraft il-frustrazzjoni tiegħi lil

ħabib riċerkatur li dak iż-żmien kien qed jirriċerka fil-

Kurja – is-Sur Henry Bonanno. Hu wegħedni li ser

iżomm attenzjoni partikolari għal dan id-dokument firriċerka

tiegħu. Bħallikieku d-destin ried jgħin għaliex

ftit ġimgħat wara infurmani li sab dik il-petizzjoni u li

kienet proprju fil-wiċċ ta’ kaxxa li fetaħ.

F’dan l-artiklu mhux ser nirrepeti dak li għidt

fl-2001, għaliex nemmen bis-sħiħ li kull spazju ta’

pubblikazzjoni għandu jintuża għal riċerka ġdida

aktar milli għar-riċiklaġġ ta’ tagħrif li diġà jkun

inħareġ. Minflok, ser inħarsu biss lejn il-protagonisti

li wasslu biex din l-istatwa tiġi kummissjonata,

maħduma, imdaħħla fil-knisja tal-Imqabba u mogħnija

b’dekorazzjonijiet li jagħmluha aktar solenni u devota.

Ser niffukaw fuq il-benefattur Innocenzio Zammit

(in-Naxxari), l-istatwarju Giovanni Darmanin, ilbenefattur

tal-istellarju l-Kanonku Paolo Pullicino, u

l-benefattriċi tal-ġiljuwa tal-fidda s-Sinjura Giovanna

Manché. Ir-rabta ma’ Pullicino u Manché huma

konferma tal-istatus għoli li kienet tgawdi l-festa tal-

Madonna tal-Ġilju. Dwar ir-rabta ma’ Manché għandi

wkoll sodisfazzjoni personali. Fis-siegħat li kont

inqatta ma’ missieri Ġużeppi (magħruf bħala Peppi

s-Sagristan) kont ta’ kull sena nara l-ġiljuwa tal-fidda.

Il-kitba minquxa fuq iz-zokk tagħha wassalni għallisem

‘Giovanna Manché 1902’ u minn hemm bdejt irriċerka.

Iżda hawn kienu l-kumbinazzjonijiet storiċi

wkoll li wasslu għall-istorja kollha. Kien ir-rakkont

tan-nanna Dejdi li tgħid li dik kienet Sinjura li tat ilwarda

b’wegħda wara l-fejqan ta’ bintha. Dan konna

ppublikajnieh bħala novella, għaliex riċerkatur serju

jista’ jikteb biss fuq il-fatti u mhux fuq il-leġġendi. 2 Iddestin

ried iżda li niltaqa’ mar-riċerkatur Dr Richard

Manché li kkonferma minn storja bil-fomm fil-familja

Manché kif ukoll minn dokumenti tal-familja. Qabel

mewtu hu niseġ din l-istorja u ddokumentaha filprogramm

tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju tal-1998. 3

Il-Benefattur Innocenzio Zammit

Pass kruċjali f’din l-istorja kien il-kummissjoni talistatwa

tal-Madonna tal-Ġilju fl-1876. Minkejja li

l-Fratellanza tal-Kunċizzjoni kienet ilha 104 snin

taħdem, u minkejja li ‘n-Naxxari’ kellu devozzjoni

qawwija lejn il-Kunċizzjoni tant li mal-faċċata taddar

tiegħu kellu statwa tal-Kunċizzjoni, 4 hu għażel

Innocenzio Zammit

li jikkummissjona statwa tal-Madonna tal-Ġilju u

mhux tal-Kunċizzjoni. Dan hu ċar daqs il-kristall

mid-dokumentazzjoni u ma jħalli l-ebda dubju ta’

spekulazzjoni jew interpretazzjoni. Wieħed jista’

jispekula l-kif u l-għaliex però żgur mhux it-titlu talistatwa.

Li hu dokumentat ukoll kien li din l-istatwa

saret meta l-festa tal-Madonna tal-Ġilju kienet tiġi

ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Mejju u b’purċissjoni

organizzata mill-Fratellanza tal-Kunċizzjoni u li kienet

ilha ssir mill-anqas sa mill-1772. Naraw ftit il-proċess

li wassal l-istatwa fil-knisja parrokkjali.

Joħroġ ċar li Innocenzio kien speċjalist tal-ġebla

u anke kien jesporta l-istess ġebla. Kellu l-kumpanija

tiegħu bl-isem ta’ Messrs Innocenzio Zammit and Sons

reġistrata fuq indirizz fi Strada Stretta l-Belt. Kellu

wkoll biċċa art fil-Marsa mikrija mill-Gvern fejn kien

jaħżen il-blokok tal-ġebel sabiex jiġu esportati barra

minn Malta. Aktar ’il quddiem trawwmu uliedu Mikiel

u Nikola f’dan il-qasam u anke sibt każ ta’ tilwim dwar

min kien is-suċċessur biex jieħu din il-konċessjoni

mill-Gvern.

It-talba ta’ Innocenzio Zammit ‘in-Naxxari’ lill-

Kurja saret qrib il-wasla tal-istatwa għaliex hu jgħid li

l-istatwa li kkummissjona kienet waslet biex titlesta u

t-talba li għamel kienet aktar biex tiddaħħal fil-knisja

parrokkjali tal-Imqabba u titqiegħed fil-kappellun tal-

Kunċizzjoni milli biex tinħadem. Il-petizzjoni tradotta

għal Malti tgħid hekk:

33

• Facials (pigmentation, wrinkles, acne…)

• Body massages (aromatherapy, stone therapy, indian head…)

• Gym massage for face (lifting)

• Reflexology treatment

• Manicure/Pedicure (removing of corns & calluses)

• Waxing

• Electrolysis

• Nail extensions (acrylic, gels & wraps)

• Nail art

• Eyelash/Eyebrow tinting

• Professional makeup for all occasions (weddings, theatre…)

Mob: 7909 1799

For your

Wedding Flowers, Holy Communion,

Head Dresses, Engagement Parties,

Funerals, Bouquets for feasts,

Wedding Invitations, Souvenirs,

Tulle & Accessories for all occasions

Cassar Florist

(taz-zizzu)

Triq ÌuΩeppi Mattew Callus, Ûurrieq

(near Aida Hall)

Tel: 2164 0501 / 9946 7457 / 9989 7385

Il-petizzjoni sabiex l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tiddaħħal fil-knisja tal-Imqabba

Lill-Eċċ. Reverendissimu

Innocenzio Zammit qaddej umli tal-Eċċ.

Reverendissimu jesponi: - Wara li ħadt ilpermess

tagħkom, u anke tal-kappillan

ordnajt li tinħadem statwa li tirrapreżenta

lill-Verġni taħt it-titlu tal-Ġilju, liema statwa

tinsab kważi lesta – il-flus għal din l-istatwa

ser jiġu mill-istess kummissjonant u rikorrent

u parti mill-kontribuzzjoni tal-pubbliku.

Għalhekk ir-rikorrent jitlob bl-umiltà

kollha lill-Eċċ. Rev. Tagħkom sabiex tagħtu

l-permess sabiex din l-istatwa titpoġġa fil-

Knisja Parrokkjali tal-Imqabba ġo kaxxa talħġieġ

[niċċa] fil-kappellun tal-Kunċizzjoni

fejn ma toħloq l-ebda skomdu.

Il-Kappillan tal-Imqabba u

Innocenzio Zammit

l-firma ta’ Innocenzio Zammit fuq il-petizzjoni

Fl-ebda parti ta’ din it-talba ma ssir referenza

għall-istatwa bħala tal-Kunċizzjoni u lanqas il-

Fratellanza tal-Kunċizzjoni ma hi involuta. L-uniku

referenza hi għall-kappellun tal-Kunċizzjoni fejn hu

jgħid din għandha titpoġġa u fejn skont hu ma toħloq

inkonvenjent għal ħadd. B’hekk wieħed ma jistax

jifhem kif mas-snin kien hemm min ħareġ b’teoriji

li din hi statwa tal-Kunċizzjoni. Barra minn hekk

insibu l-konferma li l-ħlas kien ser isir parti mill-istess

benefattur u parti minn ġbir pubbliku. Il-permessi għal

dak kollu kienu diġà nġabu mingħand il-kappillan

ta’dak iż-żmien Dun Franġisk Vella. Dan il-proċess

wassal sabiex tinħadem l-istatwa li nġabet l-Imqabba

fil-21 ta’ Mejju 1876.

35

Tal-Bazzi

Joseph & Julian Farrugia

Ìarr ta’

©ebel, ramel u torba,

Ωrar u xog˙ol bil-gafef u tractor,

˙sad u ˙art

12, Warda tal-Ìilju,

Triq in-Nazzarenu, Mqabba

mob: 9988 7021

mob: 9987 7175

tel: 2168 3409

L-istatwarju Giovanni Darmanin

Mhux l-iskop li nidħol fil-bijografija ta’ Darmanin

għaliex dan diġà sar b’tant reqqa mill-Professur Horace

Vella f’pubblikazzjoni oħra tas-Soċjetà Mużikali

Madonna tal-Ġilju. 5 Għal dawk li jridu sommarju

ta’ dik il-pubblikazzjoni, id-direzzjoni tal-dan il-

Programm tal-Festa ħasbet biex ikun hemm din ilfaċilità

f’artiklu ieħor miktub mill-istess awtur li qed

jidher f’dan il-programm. 6

Il-Kanonku Pullicino jorbot ismu

mal-istatwa tal-Ġilju

Il-Kanonku Pawlu Pullicino kien figura nazzjonali li

ddistingwa ruħu fil-kamp edukattiv li fih kien speċjalista

kif ukoll Direttur tas-settur. Minbarra dan il-qasam, hu

kien ukoll ekkleżjastiku distint, kif ukoll benefattur talarti

sagra f’diversi knejjes Maltin.

Paolo Pullicino twieled fil-15 ta’ Awwissu tal-

1815 iben is-Sinjura Marianna xebba Schembri u Dr

Arcangelo Pullicino. Ġie mgħammed jum wara ġewwa

l-knisja tal-Portu Salvu, fil-belt Valletta. Il-parrini

kienu n-nannu Dr Gabriele Pullicino u s-Sinjura Maria

Pullicino, iz-zija tat-tarbija. Ingħata l-ismijiet ta’ Paolo,

Antonio, Giovanni Maria, Filippo, Rocco u Gabriele. 7

Ir-rabta tal-familja Pullicino mal-Imqabba bdiet

meta fl-1814 l-Isqof Ferdinando Mattei ta l-kappella

tad-Duluri (dak iż-żmien bl-isem tal-Assunta) bħala

Jus Patronatus lil Dr Giovanni Schembri, Assessur

fil-Kurja tal-Isqof. 8 Kien hu li biddel l-isem għal ‘tad-

Duluri’ u bena zuntier imdawwar bil-balavostri. Flistess

żmien inżergħu s-siġar taż-żebbuġ li sas-snin

tmenin kienu sinonimi ma’ din il-kappella. 9

Iżda din il-knisja kellha storja ferm aktar antika

minn hekk. Dettalji dwar il-knisja l-antika jinstabu

fil-Viżti Pastorali tal-Isqof Cagliares fl-1615 u l-Isqof

Balaguer fl-1658.

...si celebrano in essa chiesa altre 6 messe

lette nelle altre sei festivita’ della B.V in detto

altare, invece nella Colezione che si slea

distribuire nei primi Vesperi dell’ Assunta, alli

quali sono tenuti Dn Francesco e Don Rocco

Agius, Fratelli della Micabiba, come possessori

d’uno luogo di Case presso detta Chiesa. Sub ie

IV Maii 1679 nella Visita del Vescovo Molina

comparve Dn. Francesco Agius e s’obbligo’ di

pagare ? 40 in contanti per la rifabbricazione di

detta Chiesa che e’ assai angusta...

F’manuskritt bid-data tal-1680 il-knisja li kienet

diġà bl-isem tad-Duluri tiġi deskritta bħala waħda

miżmuma tajba mill-Prokuratur tagħha. Hu kien

jorganizza l-festa kif ukoll iqassam l-ikel li joħroġ minn

obbligu fuq għadd ta’ djar imħollija minn Giovanni

Agius mill-Imqabba. Dawn id-djar fl-1658 kienu

L-istatwarju Giovanni Darmanin

Il-Kanonku Paolo Pullicino

jappartjenu għal Don Francesco Agius, iben Giovanni

u l-werriet, kif wkoll ibnu l-ieħor Don Rocco Agius, u

Marija ommhom. Il-knisja hi deskritta bħala tletin pass

bogħod minn dik parrokkjali. 10

Ir-relazzjoni tal-Kononku Pullicino mal-Imqabbin

ma kinitx waħda tas-Sinjur li jagħmel żjara xi kultant.

Jidher li kien hemm interazzjoni qawwija mal-

Imqabbin, għalkemm wieħed irid jammetti li ħafna

drabi t-transazzjonijiet kellhom natura ta’ negozju. 11

Kien fl-1874 meta Pullicino ħallas għal-lampier

għal quddiem l-altar tal-kor tal-knisja parrokkjali tal-

Imqabba. 12 Hu stess jirrakkonta wkoll żjara lill-fdalijiet

37

tat-torri tal-Wilġa akkumpanjat mill-qassis Imqabbi

Dun Vinċenz Caruana. 13 Fl-istess volum jitkellem dwar

il-kwadru ta’ San Pawl fil-knisja tal-Imqabba kif ukoll

dwar brevjar li nstab fil-knisja parrokkjali. 14 Fis-17 ta’

Marzu 1873 Dr Salvatore Farrugia minn Corfu kiteb

biex isaqsi dwar binja ta’ djar li jmissu mal-proprjetà

ta’ Pullicino fl-Imqabba, u li Farrugia kien qed jgħid li

huma tiegħu. 15 Il-Kanonku Pullicino kien devot kbir tal-

Immakulata Kunċizzjoni u kien jippriedka wkoll favur

dan il-privileġġ. Dan jixhduh id-diversi priedki tiegħu. 16

Proprju ftit aktar minn ġimagħtejn qabel ma l-vara

tal-Madonna tal-Ġilju maħduma minn Ġiovanni

Darmanin twasslet l-Imqabba, l-Kanonku Pullicino

ffirma kuntratt mal-Gvern sabiex biċċa art li tmiss

mal-kappella tad-Duluri tinxtara minnu. Il-kuntratt

sar fit-3 ta’ Mejju 1876 quddiem in-Nutar tal-Gvern

Dr Saverio Camilleri u l-Kollettur ta’ Erarju Pubbliku

Dr Gio Batta. Trapani. 17 Din kienet biċċa art biswit

id-dar li llum tospita l-Kunsill Lokali tal-Imqabba kif

ukoll l-Għassa tal-Pulizija. Kien fl-istess dar li kienet

tinżamm l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni li llum

hi proprjetà tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.

Id-dokument li jikkonferma li l-istatwa tal-

Kunċizzjoni tal-injam li x’aktarx tmur lura għas-seklu

sittax kienet tal-Kanonku Paolo Pullicino hu l-volum

506 tal-ACM mill-Arkivju tal-Kattidral. Il-volum li

semmejna jiġbor fih id-deskrizzjoni tad-dar li fiha

kienet l-istatwa u f’paġna 56 tgħid hekk:

… balcone di pietra scoperto nella detta

piazza, nicchia con una Statua della B. Vergine

dell Concezione e camera su quella che procede

l’ alcovo del ..... , gabinett e scale sulla... 18

M’hemmx dubju li l-istatwa kkonċernata hija l-istess

waħda li llum hija proprjetà tas-Soċjetà Mużikali tal-

Ġilju għaliex baqgħet fl-istess niċċa sakemm fl-1992

ġiet rilaxxata mill-werrieta kif ukoll mill-Awtoritajiet

tal-Pulizija li dak iż-żmien kienu l-kerrejja ġewwa

l-istess għassa tal-pulizija.

Devozzjoni oħra ferm għal qalb il-Kanonku

Pullicino kienet dik ta’ San Ġużepp. Fost ir-renti li

kienu jappartjenu lilu kien hemm dik minn biċċa art ta’

Landar li minnhom kellu sehem / benefizzju l-artal ta’

San Ġużepp fil-Parroċċa tal-Imqabba. 19

Ir-rabta tal-Kanonku Pullicino mal-vara tal-

Madonna tal-Ġilju hi dokumentata fl-ittra fil-ġurnal La

Rigenerazione tat-8 ta’ Ġunju 1876. 20 Minn din l-ittra

joħroġ li għal festa ta’ dik is-sena Pullicino ħallas iddijadema

tal-fidda tal-istatwa, lampier sabiħ maħdum

f’Ruma, ventaltar u leġiju tal-fidda u affarijiet oħra.

Din hi prova ċara tar-rabta ta’ dan il-persunaġġ ta’

statura nazzjonali mal-vara tal-Madonna tal-Ġilju tal-

Imqabba.

Giovanna Manchè

Giovanna Manchè

tirregala l-ġiljuwa tal-fidda

Giovanna twieldet nhar is-7 ta’ Settembru 1845, bint

il-Kaptan Vincenzo Micallef u Teresa née Inglott.

Twieldet u għexet f’Bormla sal-1863 u ma jeskludix li

dan nissel fiha minn ċkunitha mħabba lejn l-Immakulata

u mhux eskluż ukoll it-titlu Madonna tal-Ġilju peress li

hu dokumentat li l-Bormliżi wkoll kienu jiċċelebraw

il-Madonna tal-Ġilju. Fl-età ta’ 18-il sena żżewġet

lill-Kurunell Engerer li kien Postmaster General.

Minn dan iż-żwieġ li minnhu romlot fl-1871, kella

tifel Henry (1871-1920). F’dan il-perjodu Giovanna

kienet toqgħod f’numru 33 Strada Alessandro fil-Belt

Valletta (fejn illum il-ġurnata hemm Burger King

biswit il-Parlament ta’ Renzo Piano). Minn hawn

innamrat mar-tieni raġel tagħha, Lorenzo Manché li

kien joqgħod f’numru 112, Triq l-Ifran, flimkien ma’

missieru Giovanni (1816-1886), li kien arġentier u

ommu Euphemia nèe Calleja. Kienet l-istess Giovanna

li kitbet lil Lorenzo u pproponietlu li jiżżewġu. Dan fih

innifsu juri l-istatus soċjali għoli li kellha din il-mara. 21

Lorenzo kien ħabib tal-Professur Salvatore Pisani

li kien jiġi l-kuġin ta’ Giovanna. Pisani kien jammira

ferm lil Lorenzo tant li fl-1870 ħallaslu l-vjaġġi lejn

Londra u Pariġi sabiex jispeċjaliżża fl-Oftalmoloġija.

Dan il-kuntatt għen mhux ftit sabiex iseħħ iż-żwieġ

bejn Giovanna u Lorenzo fil-21 ta’ Novembru 1872,

ġewwa l-knisja tal-Vitorja fil-Belt Valletta. Hi kellha

27 sena u hu kellu 25 sena.

Minn dan iż-żwieġ Giovanna kellha sebat itfal kif

ukoll rabbiet lil Henry Engerer li wara sar Post Master

General. Mit-tfal li għexu kien hemm Ellen mart Ignazio

Psaila MD, Charles li laħaq tabib u kompla fuq il-passi

ta’ missieru bħala speċjalista tal-għajnejn u surġent fl-

Armata. Kien hemm ukoll Maria li żżewġet lil George

39

Konklużjoni

L-istorja tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju issa hi magħrufa

kollha u nafu li ma’ kinitx xi statwa tal-Kunċizzjoni

mlaqqma tal-Ġilju. Nafu li saret b’inizjattiva mil-lajċi

u mhux mill-intern tal-knisja. Nafu wkoll li ntlaqgħet

b’ferħ u pompa kbira fir-raħal. Ġibdet mill-ewwel

ġranet l-ammirazzjoni ta’ nies ta’ livell għoli u ta’

speċjalizazzjoni artistika kbira. L-ismijiet ta’ Pullicino

u Manchè huma ċerifikat ċar għal kwalitajiet artistiċi

kbar li tippossjedi din l-istatwa.

Il-ġiljuwa tal-fidda

regalata minn

Giovanna Manchè

Falzon LP, avukat tat-tajjeb u Eleonora li żżewġet lil

Ġużeppi Attard, impjegat promettenti fiċ-Ċivil.

Huwa impressjonanti l-kultura u ħiliet ta’ din ilpersuna.

Bdiet titgħallem il-pittura għand Girolamo

Gianno fi Triq Franco l-Belt u kienet kemm tiskultura

kif ukoll kollezzjonista ta’ bolli u postcards. Kienet

tikkoltiva l-ġnien u xxettel il-pjanti. Kienet dilettanta

tat-tisjir u wkoll l-ibbalzmar tal-għasafar. Dan iddelizzju

wassal sabiex għallmet lil neputiha jimmonta

l-iskeletru ta’ pappagall li permezz tiegħu rebaħ premju

fl-Empire Exhibition fl-1924. Il-ġibda li kellha għallivvjaġġar

wassalha sabiex takkumpanja lil żewġha

għal diversi kungressi mediċi f’diversi bliet Ewropej

għan-nom tal-British Ophthalmic Society.

L-akbar ħidma li għamlet Giovanna fil-qasam

karetatevoli kien it-twaqqif tal-Istituto Oftalmico fil-

Ħamrun flimkien ma’ żewġha Lorenzo u binha Charles.

Hi ħallset l-ispejjeż kollha sabiex jitmexxa dan iċċentru

li kien joffri trattament lill-pazjenti mingħajr

l-ebda ħlas.

Kien fl-1902 li ġara avveniment li rabat lil din ilfamilja

mal-vara tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba.

Waħda mit-tfal ta’ Giovanna, Eleonora, intlaqtet mis-

Sandfly Fever. Is-seftura li dak iż-żmien kienet taħdem

mas-Sinjura Manchè nzertat mill-Imqabba u ħeġġet

lil Giovanna sabiex tagħmel wegħda mal-Madonna

tal-Ġilju u bħala rigal tagħti ġiljuwa tal-fidda peress

li dik li kienet tintuża mal-istatwa kienet tkun waħda

naturali. It-tifla fil-fatt fieqet u l-ġiljuwa ngħatat. Mhux

magħruf jekk is-Sinjura Manchè għandhom jirreferu

għall-persuna involuta bħala ‘Aunt Lily’. Sa fejn jidher

din kienet l-uniku konnessjoni tal-familja Manchè malparroċċa

tal-Imqabba.

Meta fl-1910, żewġha xtara dar fi Strada Marina

l-Gżira hi marret toqgħod hemm. Hu miet fl-1921 u

Giovanna ħalliet din id-dinja fit-28 t’April 1921 fl-età ta’

75 sena. Tinsab midfuna fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata

u fuq il-qabar wieħed isib monument b’bust tal-bronż

ta’ Lorenzo li jfakkar għal dejjem din il-familja nobbli

fil-ġid iżda aktar fl-opri ta’ benevolenza tagħhom.

CHARLES J. FARRUGIA

BA(Hons), PG. Dip. Rec. Mgmt. (N’Castle), MA(Melit), MA(Lond)

1 Charles J. Farrugia, ‘L-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba: Misjub

id-Dokument tat-Talba ta’ Innocenzio Zammit’, fil-Programm tal-Festa tal-

Madonna tal-Ġilju, 2001, L-Imqabba, Malta, pp. 57-61.

2 Anthony Grech, Novella: Il-Ġiljuwa tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju, fil-

Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, 1992, Soċjetà Mużikali Madonna

tal-Ġilju, l-Imqabba

3 Richard Manché, ‘Giovanna Manché (1845-1921): Il-Benefattriċi tal-Ġiljuwa

tal-Fidda għall-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju’, fil-Programm tal-Festa tal-

Madonna tal-Ġilju, 1998, pp. 61-63.

4 Ara Charles Farrugia (ed.), Sicut Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli,

Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, l-Imqabba, Malta, 2012, p. 91.

5 Horace Vella, Gianni Darmanin u l-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba,

Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, Soċjetà Mużikali Madonna

tal-Ġilju, l-Imqabba, 2016.

6 Ibid.

7 ACM, Misc vol. 507.

8 Giovanni Schembri miet fl-10 ta’ Marzu 1820 fil-Belt Valletta iżda ndifen

fl-Imqabba proprju fil-kripta tal-istess kappella tad-Duluri.

9 Dwar l-istorja sħiħa tal-kappella tad-Duluri fl-Imqabba mill-oriġini tagħha

qabel l-1500 sa meta saret l-istatwa mill-Imqabbi Ġlormu Dingli fl-1977 ara

Charles Farrugia, ‘Il-kappella tad-Duluri fl-Imqabba’, fil-Mument, 6 ta’ April

1997, p. 22.

10 Arkivju tal-Katidral, Mdina. ACM, 509, p. 128.

11 ACM, Misc vol. 508. Insibu transazzjoni bid-data tal-21 ta’ Mejju 1808 li

fiha kienu involuti Giovanni Ghigo iben Gio Maria u Catarina bint il-mejjet

Lorenzo Balzan. Pullicino jgħid kif fl-1 ta’ Diċembru kien xtara b’kuntratt

quddiem Corrado Azzopardi mingħand Antonio Galea ta’ Tereż mill-Imqabba

un tumuno di terreno u li għalih fl-4 Maggio 1847 irċieva il saldo. Fis-27 ta’

Jannar 1853 Pullicino reġa’ kkonkluda kuntratt quddiem Antonio Azzopardi

li permezz tiegħu xtara un tumuno della clausura ta’ Scintin (illum ix-Xantin)

għal 250 skont l-istima. Fit-22 ta’ Ġunju 1875 b’att quddiem in Nutar Frendo

l-Kanonku Pullicino kera għalqa għal erba’ snin lil Innocenzo Bondin mill-

Imqabba, bi ħlas li ried isir mill-1 ta’ Lulju 1875.

12 Arkivju tal-Università, Fondo Pullicino, Ms 87, f. 90v. Il-petizzjoni li saret

fis-27 ta’ Novembru 1874 tibda hekk: Siccome era pervenuto a mia notizea

che l’Altare della B.V. Assunta in cielo, posto nel coro della Chiesa Parroc. Di

questo casale non sia provveduto nei giorni solenni di un decente lampadaro;

e disideroso io di promovoree al miglor modo che posso l’accresiamento

del culto della Verg. Ssma mi sono fatto premura, trovandomi ultimamente

in Parigi, di procurare da una delle migliore fabbriche di questa Capitale un

lampadaro di metallo argentato in parte, ed in parte dorato, per presnetarlo e

donarlo alla detta chiesa ... Ir-rikors hu ffirmat ukoll minn Dun Ġużepp Galea,

Viċi Kurat tal-knisja tal-Imqabba u approvat fit-8 ta’ Diċembru 1874, propjrju

jum il-Kunċizzjoni.

13 Ibid., Ms. 67, f. 95 v, r.

14 Ibid., Ms 67, fo. 154 v. Trovato nella Chiesa parrochiale di micabiba un

antico breviario stampata a qual che sembra verso il 1719 nel quale rinviers.

Tra le appendic l’ufficio. Advento S. Pauli in Insulam Melitan...

15 Ibid., Ms. 87, f. 52v.

16 Ibid., Ms.32. F’wieħed minn dawn li għamel fl-okkażjoni tal-Beata Vergine

dele Grazie protettriċi taż-żgħażagħ fil-knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesù fil-Belt

Valletta fl-1844 hu jgħid hekk: Maria e’ senza peccato originale, e’ concepita

senza. Fuorvi (e’ vero) un tempo, in cui da molti erasi voluto creder che non

prima, ma qualche istante dopo il di Lei concepimento?, Maria fosse rimasta

libera dalla macchia del nostro comune peccato. Pero’ questo tempo non e’ piu’.

17 ACM, Misc. 510.

18 ACM, 506, 56. Nixtieq inrodd ħajr lis-Sur Mario Gauci, responsabbli fl-

Arkivju tal-Kattidral tal-Imdina għall-għajnuna tiegħu.

19 ACM Vol 506 f.753 -754 r.

20 ‘Festività Religiosa’ fl-La Rigenerazione, 8 ta’ Ġunu 1876, p. 2.

21 Richard Manché, ‘Giovanna Manché (1845-1921): Il-Benefattriċi tal-Ġiljuwa

tal-Fidda għall-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju’, fil-Programm tal-Festa tal-

Madonna tal-Ġilju, 1998, p. 63.

41

Blue Creek Restaurant

Għar Lapsi, L/O Siġġiewi, Malta

T: (+356) 2146 2800 | (+356) 2146 2786 • E: info@bluecreekmalta.com

Under new Management

www.bluecreekmalta.com

U L-ISTATWA TAL-MADONNA TAL-ĠILJU TAL-IMQABBA

Daħla

F’dan l-artikolu ser ngħidu xi ħaġa dwar Ġanni

Darmanin, l-iskultur tal-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju

tal-Imqabba, niesu, u xi xogħlijiet li għamel. Ġa nkiteb

fuq ħajjet dan l-iskultur u marmista, 1 kif ukoll fuq meta

u kif inġiebet l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa

l-Imqabba. 2 F’dan l-artiklu ser nagħmel sommarju ta’

dak li nkiteb fuq dan is-suġġett importanti għall-festa

tal-Madonna tal-Ġilju.

L-Introduzzjoni tal-Istatwa tal-

Madonna tal-Ġilju ġewwa

l-Imqabba

L-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju nġiebet fl-Imqabba

fil-21 ta’ Mejju, 1876, xogħol Ġanni Darmanin, blinizzjattiva

ta’ Innoċenz Zammit. It-titlu tagħha kien

dak tal-Madonna tal-Ġilju, u mhux tal-Kunċizzjoni.

Il-ħidma biex tkun akkwistata din l-istatwa bdiet

madwar l-1874 skont petizzjoni li kien għamel l-istess

Innoċenz Zammit. L-istatwa ttieħdet l-ewwel fid-dar

tal-istess benefattur, u saret mill-kartapesta. Innoċenz

Zammit kellu kumpanija tal-esportazzjoni tal-ġebla

Maltija li kien iżomm fil-maħżen mikri lilu mill-Gvern

fil-Marsa. Il-petizzjoni ta’ Innoċenz Zammit lill-Kurja

instabet fl-Arkivju tal-Kurja minn Henry Bonanno

fuq l-inizzjattiva tal-Arkivista Charles J. Farrugia, li

ppubblikaha, kif jidher fuq, fl-2001. Fiha Innoċenz

jgħid li kellu l-permess kemm tal-Kurja kif ukoll tal-

Kappillan tal-Imqabba li jikkummissjona x-xogħol

fuq vara espressament taħt it-titlu tal-Madonna tal-

Ġilju. Hu jgħid ukoll li kien qed iħallas parti millispejjeż

biex issir il-vara. It-talba tiegħu kienet biex din

l-istatwa, meta titlesta, titqiegħed f’niċċa fil-Kappellun

tal-Kunċizzjoni. Il-petizzjoni ma tagħti la d-data ta’

meta nkitbet, u lanqas isem l-iskultur. Nafu, però, li

għamilha Ġanni Darmanin kemm mir-rapport li deher

fil-Corriere mercantile maltese (8.5.1876), 2, u f’La

generazione (8.6.1876), u kemm minn studju li sar

bejn l-istatwa tal-Madonna tal-Karità, iffirmata minnu,

ġewwa Vittoriosa u dik tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa

l-Imqabba, liema studju jiddistingwi dawn iż-żewġ

statwi minn statwi oħra tal-Madonna magħmula minn

ħuh, Karlu Darmanin. 3

1 H.C.R. Vella (2009).

2 L. Zahra (1997), 107-109; Ch.J. Farrugia (2001), 55-61; M. Sciberras (2006);

79-85; Ch.J. Farrugia (2012a), 92; S. Mercieca (2012), 183; Ch.J. Farrugia

(2012b), 315-319, u S. Debono (2012), 466-470.

3 H.C.R. Vella (2009), 31-35. Ara wkoll isfel nett.

Il-Familja ta’ Ġużeppi u Marija

Darmanin, Missier u Omm Ġanni

Darmanin

Ġanni Darmanin twieled minn Ġużeppi u Marija

Cumbo fil-Belt Valletta fit-3 ta’ April, 1817, u tgħammed

l-għada bl-isem ta’ Ġwanni Pawlu, Wiġi, Pietru, Paskal

u Rożarju fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu

fil-Belt Valletta: il-parrini tiegħu kienu Antonju

Schembri, bin Alessandru, u Ġwanna Farrugia, mart

Mikiel, minn Valletta. 4 Missieru u ommu żżewġu fl-

4 Ġanni Darmanin ma twelidx fl-1816, kif jingħad f’A. Bonnici (1998), 122.

Barra minn hekk, huwa ma kienx l-ewwel wild tal-familja Darmanin, kif

ser jiġi muri iktar ’l isfel, u ismu ma kienx Ġwanni, imma Ġwanni Pawlu,

għaliex bejn Ġwanni u Pawlu ma hemmx sinjal ta’ punteġġatura: ara A(rkivju)

P(arrokkjali) S(an) P(awl) V(alletta), Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

43

istess Kolleġġjata fit-13 ta’ Lulju, 1807. 5 Għal xi żmien

huma kienu jgħixu fil-Belt: tant hu hekk, li l-ewwel tfal

ta’ Ġużeppi u Marija Darmanin, missier u omm Ġanni,

twieldu fil-Belt u tgħammdu fl-istess parroċċa:

1. Emanuela, li twieldet f’c.1806, u żżewġet lil

Ġwanni Bonnici, bin Ġwakkin u Ewfemja

Grabele, minn Senglea, fil-5 ta’ Ottubru, 1828,

fil-Knisja Parrokkjali ta’ Senglea; 6

2. Vinċenz, li twieled fis-7 ta’ Ġunju, 1808, u

tgħammed l-għada: il-parrini kienu Ġwanni

Marija Darmanin, missier missieru, u Anna

, bint Filippu, ħu missieru, u

għalhekk il-kuġina tat-tarbija, minn Senglea; 7

Vinċenz iżżewweġ lil Marija Vinċenza, u kienu

joqogħdu f’Senglea, tant li martu mietet hemm

fl-20 ta’ Novembru, 1839, u ndifnet fil-Knisja

Parrokkjali ta’ Senglea; 8

3. Salvu, li twieled f’c.1808, u żżewweġ lil Marija

Anna Frendo, bint Ġlormu u Marija Anna

Rossi, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Senglea fil-21

ta’ Awwissu, 1833; 9

4. Marija, imsemmija għal omm missierha, li

twieldet fl-4 ta’ Marzu, 1810, u tgħammdet

l-għada: il-parrini kienu Ġużeppi Dimech, bin

Filippu, u Marija Degiorgio, mart Beninju,

minn Valletta; 10

5. Mikiel, li twieled fil-15 ta’ Frar, 1812, u

tgħammed l-għada, imsemmi għal missier

ommu: il-parrini kienu Salvu Darmanin, bin

Ġwanni , ħu missieru, u Madalena

Darmanin, mart Ġwanni , omm

missieru, minn Senglea; 11 Mikiel iżżewweġ lil

Marija Grima. Dawn kellhom minn tal-inqas

tifel wieħed, imwieled f’Senglea u mgħammed

fil-Knisja Parrokkjali: Ġużeppi, li twieled fit-

3 ta’ Frar, 1836, u tgħammed fl-istess jum: ilparrini

kienu Marija Darmanin, omm missieru; 12

6. Karmela, li twieldet u tgħammdet fis-16 ta’

Ġunju, 1814: il-parrini kienu Emanuel Lanzon,

bin Salvu, minn Valletta, u Karmela Bellia, mart

Vinċenz, minn Senglea; 13 din mietet fil-Belt

Valletta ta’ għaxar xhur fit-8 ta’ April, 1815, u

ndifnet fil-qabar tal-antenati tagħha fil-Knisja

Parrokkjali ta’ Senglea dakinhar stess; 14

7. Ġwanni Pawlu, l-iskultur tagħna, imsemmi fuq

u iktar ’l isfel, u

8. Beatriċe, li twieldet fit-12 ta’ Lulju, 1819, u

tgħammdet l-għada, 15 imsemmija għal omm

5 A.P.S.P.V., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

6 A(rkivju) P(arrokkjali) S(englea), Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

7 A.P.S.P.V., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

8 A.P.S., Liber defunctorum, sub die mortis.

9 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

10 A.P.S.P.V., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

11 A.P.S.P.V., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

12 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

13 A.P.S.P.V., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

14 A.P.S., Liber defunctorum, sub die mortis.

15 A.P.S.P.V., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

ommha: din iżżewġet lil Franġisku Saverju

Cachia, bin Franġisku u Marija Sciriha, fit-

3 ta’ Mejju, 1840, fil-Knisja Parrokkjali ta’

Senglea. 16 Beatriċe Cachia mietet ta’ 75 sena

fl-4 ta’ Marzu, 1895. 17

Meta marru joqogħdu f’Senglea, f’numri 174-176, Triq

il-Vitorja, li fil-gwerra waqgħu u llum hemm pjazza fejn

jiltaqgħu l-karozzi tal-linja, 18 Ġużeppi u Marija Cumbo

kellhom dawn it-tfal, li twieldu f’Senglea u tgħammdu

fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina kif ġej:

9. Filippu, li twieled fis-6 ta’ Marzu, 1822, u

tgħammed fl-istess jum, imsemmi għal ħu

missieru: il-parrini kienu Pawlu Buhagiar, bin

Rajmundu, u Marija Cumbo, bint Vinċenz,

it-tnejn minn Valletta. 19 Din Marija Cumbo

kienet il-kuġina tiegħu, bint ħu ommu. Filippu

żżewweġ lil Marija Karmela Caruana;

10. Pietru Pawlu, magħruf ukoll bħala “Pawlu”,

li twieled fl-1823, imsemmi għal ħu missieru,

u li fis-26 ta’ Novembru, 1843, iżżewweġ

lil Karolina De Domenico, bint Mikiel (bin

Ġużeppi) u Saverja De Pares, minn Valletta:

berikhom fiż-żwieġ il-Kanonku Dun Ġużepp De

Domenico, tal-Knisja Kolleġġjata ta’ Senglea,

iz-ziju tal-għarusa, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San

Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta; 20 Pietru Pawlu

kien joqgħod ma’ missieru u ommu fl-età ta’ 23

sena. 21 Fil-fatt, l-ewwel tifla li kellu twieldet fl-

1844. Wara xi żmien, Pietru Pawlu u Karolina

marru joqogħdu fiż-Żejtun. Pietru Pawlu miet

ta’ 81 sena fit-12 ta’ Diċembru, 1903; 22

11. Marija Karmela oħra li twieldet fl-4 ta’ Ġunju,

1824, u tgħammdet jumejn wara, 23 u mietet ta’

tlett xhur f’Senglea fl-24 ta’ Awwissu, 1824, u

ndifnet fil-Knisja Parrokkjali fl-istess jum; 24

12. Karlu, li twieled fit-30 ta’ Awwissu, 1825, u

tgħammed l-għada, 25 u żżewweġ lil Annetta

Ready, bint John u Eleonore Byrne, fil-Knisja

Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq fis-27 ta’ Frar,

1848, 26 u

13. Madalena, li twieldet fl-14 ta’ Ġunju, 1829, u

tgħammdet l-għada, 27 imsemmija għal omm

missierha.

16 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

17 Santa tal-mewt, kollezzjoni privata.

18 Dan nafuh minn tradizzjoni tal-familja tal-mara tiegħi, Vivienne née Caruana,

li Karlu Darmanin kien il-bużbużnannu tagħha. Din it-tradizzjoni hija

f’konflitt mat-twaħħil tal-plakka ftit tas-snin ilu fuq dar fil-ġenb tal-pjazza

maħsuba li kienet ta’ Karlu Darmanin mill-Kunsill Lokali ta’ Senglea.

19 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

20 A.P.S.P.V., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

21 A.P.S., Status animarum 1848, s.v. “Strada Vittoria”.

22 Santa tal-mewt, kollezzjoni privata.

23 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

24 A.P.S., Liber defunctorum, sub die mortis.

25 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

26 A(rkivju) P(arrokkjali) Għ(axaq), Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

27 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

45

Carmen Lia

36, St Catherine Street, Mqabba

Mob: 9947 8088

Email: carmenlia3@gmail.com

Salvu Darmanin

Pietru Pawl Darmanin Ġanni Darmanin Annetta Darmanin Ċesare Darmanin,

bin Karlu

Luċija Darmanin,

bint Karlu

Ġużeppi Cachia,

bin Beatrice, oħt Ġanni

Beatrice Cachia

Id-Dar ta’ Ġużeppi u Marija

Darmanin f’Senglea

Fl-1846, fid-dar tal-familja Darmanin fi Triq il-Vitorja

f’Senglea, barra Ġużeppi u Marija u uliedhom Ġanni,

Pietru Pawlu, Karlu u Madalena, kienu jgħixu wkoll

Emanuela ta’ 6 snin, Stiefnu ta’ 5 snin, Marija Karmela

ta’ sentejn u Franġiska Saverja ta’ sentejn. 28 Dawn

l-erbgħa tal-aħħar ma kinux ulied Ġużeppi u Marija

Darmanin, imma l-ewwel tlieta kienu ulied Ġanni,

waqt li Franġiska Saverja kienet bint Pietru Pawlu.

Karlu żżewweġ wara, fi Frar tal-1848. 29 Ftit wara

ċ-ċensiment tal-1848, twieldet Emanuela, bint Pietru

Pawlu u Karolina, li mietet f’Senglea b’ta’ 25 xhur u

17-il jum fit-13 ta’ Ġunju, 1848, u ndifnet fil-Knisja

Parrokkjali ta’ Senglea. 30 Fi żmien sentejn, dawn

l-individwi baqgħu jgħixu fl-istess dar. 31 Sa l-1862,

il-familja Darmanin ma baqgħetx tgħix f’dik id-dar,

għaliex f’dik is-sena nsibu jgħixu fiha lill-familji

Panzavecchia u Costù. 32 Fil-fatt, l-omm, Marija, mietet

f’Senglea fil-25 ta’ Novembru, 1853, fl-età ta’ 65 sena,

waqt li l-missier, Ġużeppi, miet fl-istess belt fid-29

ta’ Jannar, 1863, fl-età ta’ 84 sena, sena wara li daħlu

f’dik id-dar ta’ Panzavecchia u ta’ Costù. 33 Dan ifisser

li jekk Ġużeppi Darmanin miet f’Senglea, huwa kien

qed jgħix f’xi dar oħra, probabbilment f’waħda minn

tat-tfal, jew miet barra minn Senglea u ndifen fil-Knisja

Parrokkjali ta’ Senglea.

28 A.P.S., Status animarum 1846, s.v. “Strada Vittoria”.

29 A.P.Għ., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

30 A.P.S., Liber defunctorum, sub die mortis.

31 A.P.S., Status animarum 1848, s.v. “Strada Vittoria”. Franġiska Saverja

tħalliet barra bi żvista: insibuha parrina iktar ’l quddiem ta’ Marija, bint Karlu.

32 A.P.S., Status Animarum 1862, s.v. “Stada Vittoria”.

33 A.P.S., Liber defunctorum, sub diebus mortis.

L-Antenati ta’ Ġanni Darmanin

Sejjer nagħti issa l-arblu tar-razza tal-familja

Darmanin minn Ġanni Darmanin ’l fuq sa fejn

jippermettu r-reġistri tal-Knisja, kif ġej:

Ġanni Darmanin, bin Ġużeppi u Marija Cumbo,

iżżewweġ lil Marija Tereża Fleri,

bint Stiefnu u Evanġelista Ellul,

fil-Knisja ta’ San Lawrenz, Vittoriosa. 34

Ġużeppi Darmanin, bin Ġwanni Marija u

Madalena Durante, iżżewweġ lil Marija Cumbo,

bint Mikiel Anġlu u Beatriċe Caruana, 35

fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta,

fit-13 ta’ Lulju, 1807. 36

Ġwanni Marija Darmanin, bin Franġisku u

Marija Vassallo, iżżewweġ lil Madalena Durante,

bint Filippu u Marija Darmanin,

fil-Knisja ta’ Marija Bambina, Senglea,

fit-18 ta’ Jannar, 1778. 37

Franġisku Darmanin, bin Salvu u Polissena

Axiaq, iżżewweġ lil Marija Vassallo,

bint Ġużeppi u Elena Moven sive Moreau,

fil-Knisja ta’ San Publiju, il-Furjana,

Viċi-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta,

fis-17 ta’ Ottubru, 1756. 38

Salvu Darmanin, bin Silvestru u Anna Mizzi,

iżżewweġ lil Polissena Axiaq,

bint Lawrenz u Caterina Agius,

fil-Knisja ta’ Marija Bambina, Senglea,

fl-14 ta’ Jannar, 1725. 39

34 A.P.V(ictoriosa), Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

35 Beatriċe Cumbo, armla ta’ Mikiel Anġlu, mietet fil-Belt Valletta fis-27 ta’

Awwissu, 1810, ta’ 66 sena, u ndifnet fil-Knisja ta’ San Duminku, Valletta. Ara

A.P.San Duminku, Valletta, Liber defunctorum, sub die mortis.

36 A.P.S.P.V., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

37 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

38 A.P.S.P.V., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

39 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

47

Panel Beating

Spray Painting

Lawrence Grixti

DemSweet

Garage

Sejba Road, Mob: 9945 5636

Mqabba Tel: 2164 2992

demsweetgarage@gmail.com

Silvestru Darmanin, bin Filippu u Evanġelista

Gafa’, iżżewweġ lil Anna Mizzi,

bint Duminku u Marija Azzopardi,

fil-Knisja ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ,

fis-16 ta’ Ġunju, 1686. 40

Filippu Darmanin, bin Pawlu, iżżewweġ lil

Evanġelista Gafa’,

bint Marju u Pawlina Buhagiar,

fil-Knisja ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ,

fit-12 ta’ Jannar, 1659. 41

Sekondi Kuġini

Ġwanni Marija Darmanin, bin Franġisku u martu

Madalena Durante, in-nanniet ta’ Ġanni Darmanin,

kienu sekondi kuġini. Dan għaliex Silvestru Darmanin

u martu Anna Mizzi kienu l-bużnanniet ta’ kemm

Ġwanni Marija Darmanin u kemm ta’ martu Madalena,

bint Filippu Durante u Marija Darmanin, tal-aħħar bint

Filippu Darmanin u Skolastika, bin l-istess Silvestru

Darmanin u Anna Mizzi. 42 Ġwanni Marija Darmanin

miet f’Senglea fis-26 ta’ Jannar, 1831, ta’ madwar 70

sena, waqt li martu Madalena mietet warajh fl-istess

belt fit-3 ta’ April, 1834, ta’ madwar 75 sena. 43

Iz-Zijiet ta’ Ġanni Darmanin

Ġużeppi Darmanin u ħutu, jiġifieri, iz-zijiet ta’ Ġanni

Darmanin, twieldu f’Senglea u tgħammdu fil-Knisja

Parrokkjali kif ġej:

1. Ġużeppi, li twieled fl-1777;

2. Leonardu, li twieled fis-6 ta’ Novembru, 1778

(jum San Leonardu), u tgħammed l-għada; 44

3. Wiġi li twieled fis-6 ta’ Awwissu, 1781, u

tgħammed l-għada; 45 huwa żżewweġ lil Tereża

Scerri, bint Ġużeppi u Marija Antonja Caruana,

minn Senglea, fit-12 ta’ Frar, 1832, fil-Knisja

Parrokkjali ta’ Senglea; 46

4. Mattija, li twieled fil-25 ta’ Frar, 1784, u

tgħammed l-għada; 47

5. Katerina, li twieldet fit-3 ta’ Ottubru,1786, u

tgħammdet fl-istess jum; 48

6. Skolastika, li twieldet fil-5 ta’ Marzu, 1789,

u tgħammdet fl-istess jum, imsemmija għal

nannet ommha; 49

7. Lawrenz, li twieled fil-25 ta’ Lulju, 1791, u

tgħammed fl-istess jum; 50 huwa żżewweġ lil

Battistina Chircop, bint Pawlu u Franġiska

Quiglio, minn Senglea, fit-23 ta’ Lulju, 1811,

40 A(rkivju) P(arrokkjali) Ż(ebbuġ), Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

41 A.P.Ż., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

42 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub diebus matrimonii.

43 A.P.S., Liber defunctorum, sub diebus mortis.

44 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

45 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

46 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

47 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

48 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

49 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

50 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

fil-Knisja Parrokkjali ta’ Senglea; 51

8. Fortunatu, li żżewweġ lil Tereża Gelfo, bint

Ġużeppi u Vinċenza Vella, minn Senglea, fit-8

ta’ Novembru, 1818, fil-Knisja Parrokkjali ta’

Senglea; 52

9. Karmela, li żżewġet lil Vinċenz Bellia, bin Wistin

u Persja Maniscalco, minn Senglea, fit-22 ta’

Mejju, 1814, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Senglea; 53

10. Paskal, li twieled fl-20 ta’ April, 1794, u

tgħammed fl-istess jum; 54

11. Pietru Pawlu, li twieled fil-11 ta’ Ottubru,

1798, u tgħammed l-għada, 55 u li żżewweġ lil

Grazzja Gemma, bint Salvu u Tereża Darmanin,

fil-Knisja Parrokkjali ta’ Senglea fil-15 ta’

Awwissu, 1819; 56

12. Vinċenz, li twieled fil-15 ta’ Jannar, 1802, u

tgħammed l-għada; 57

13. Franġisku, li twieled fid-19 ta’ Ottubru, 1804, u

tgħammed l-għada; 58

14. Salvu, li żżewweġ lil Marija Pavia, bint

Ġużeppi u Tereża Lanzon, fil-Knisja Parrokkjali

ta’ Senglea fis-7 ta’ Frar, 1830, 52 sena wara

ż-żwieġ ta’ missieru u ommu, 59 u

15. Filippu, li żżewweġ lil Marija Karmela Caruana,

bint Paskal u Franġiska Bellia, fil-Knisja

Parrokkjali ta’ Senglea fil-31 ta’ Jannar, 1841,

63 sena wara ż-żwieġ ta’ missieru u ommu. 60

Huwa miet ta’ 69 sena f’Senglea fl-14 ta’ Mejju,

1874, u ndifen l-għada fil-Knisja tal-Kapuċċini,

f’Vittoriosa; ibnu Franġisku miet ta’ 29 sena

f’Senglea fl-1 ta’ Jannar, 1876, u ndifen l-għada

fl-istess Knisja tal-Kapuċċini, f’Vittoriosa; 61

Il-Familja ta’ Ġanni Darmanin

Ġanni Darmanin iżżewweġ lil Marija Tereża Fleri,

bint Stiefnu u Evanġelista Ellul, minn Vittoriosa, fil-5

ta’ Mejju, 1839, fil-Knisja Arċipretali ta’ Vittoriosa, 62

u kien joqgħod l-ewwel fid-dar ta’ missieru u ommu

f’Senglea meta kellu 30 sena, 63 u mbagħad mar

joqgħod f’Vittoriosa, u wara fi 83, Triq Borg Olivier

(Triq il-Buskett), fir-Rabat, viċin il-Knisja ta’ San

Duminku. Marija Tereża Anġla Fleri kienet tewmija ma’

Eliżabbetta, u twieldet f’Vittoriosa fit-13 ta’ Jannar, 1824,

u tgħammdet l-għada mill-Arċipriet Salvu Fenech fil-

Knisja Arċipretali ta’ Vittoriosa: il-parrina tagħha kienet

il-Markiża Eliżabbetta Dorell Muscati, minn Vittoriosa. 64

51 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

52 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

53 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub diebus matrimonii.

54 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

55 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

56 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

57 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

58 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

59 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

60 A.P.S., Liber matrimoniorum, sub diebus matrimonii.

61 A.P.V., Liber defunctorum, sub diebus mortis.

62 A.P.V., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

63 A.P.S., Status Animarum 1848, s.v. “Strada Vittoria”.

64 A.P.V., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

49

L-aħwa Darmanin. Mix-xellug għal-lemin: Mikiel, Pawlu, Salvu,

Karlu, Ġanni.

Tfal imweldin minn Ġanni u Marija Tereża Darmanin

f’Senglea u mgħammda fil-Knisja Parrokkjali ta’

Senglea kienu dawn:

1. Emanuela, li twieldet fil-5 ta’ Marzu, 1840,

u tgħammdet fl-istess jum: il-parrini kienu

Ġużeppi Darmanin, missier missierha, u

Evanġelista Fleri, omm ommha, armla ta’

Stiefnu, minn Vittoriosa; 65 Emanuela mietet

xebba ta’ 52 sena f’Vittoriosa fit-23 ta’ Jannar,

1892, fit-3.00p.m., u ndifnet fiċ-Ċimiterju ta’

Sidtna Marija Addolorata; 66

2. Stiefnu, li twieled fl-24 ta’ Frar, 1842, u

tgħammed fis-27 ta’ Frar: il-parrini kienu

Mikiel Darmanin, ħu missieru, u martu Marija,

minn Senglea; 67 Stiefnu żżewweġ lil Vinċenza

Isouard, bint Mikiel u Ewġenja Demarco,

minn Valletta, fit-23 ta’ Ġunju, 1861, fil-Knisja

Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta, 68 u

kien residenti f’Senglea; binhom, Alfredu, miet

ta’ 12-il sena u xahrejn f’Vittoriosa fis-16 ta’

Settembru, 1876, u ndifen l-għada fiċ-Ċimiterju

ta’ Sidtna Marija Addolorata; 69

3. Marija Karmela, li twieldet fis-6 ta’ April,

1844, u tgħammdet l-għada: il-parrini kienu

Karlu Darmanin, ħu missierha, u Madalena, oħt

missierha, minn Senglea; 70

4. Ġużeppi, li twieled fl-14 ta’ Settembru, 1846,

u tgħammed l-għada: il-parrini kienu Pietru

Pawl Darmanin, ħu missieru, u martu Karolina,

minn Senglea; 71 Ġużeppi miet ta’ 18-il sena

f’Vittoriosa fil-31 ta’ Awwissu, 1864, u ndifen

l-għada fil-Knisja Parrokkjali ta’ Vittoriosa; 72

65 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

66 A.P.V., Liber defunctorum, sub die mortis.

67 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

68 A.P.S.P.V., Liber matrimoniorum, sub die matrimonii.

69 A.P.V., Liber defunctorum, sub die mortis.

70 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

71 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

72 A.P.V., Liber defunctorum, sub die mortis.

5. Mikiel Anġlu, li twieled fit-22 ta’ Diċembru,

1848, u tgħammed fl-24 ta’ Diċembru: il-parrini

kienu Ġużeppi Camilleri, bin Mikiel, u martu

Rożolea, oħt ommu, minn Vittoriosa; 73

6. Marija Anna, li twieldet fl-24 ta’ Jannar, 1851, u

tgħammdet fl-istess jum: il-parrini kienu Mikiel

Darmanin, ħu missierha, u martu Marija, minn

Senglea; 74

7. Marija, li twieldet fit-22 ta’ Mejju, 1853, u

tgħammdet l-għada, u mietet ta’ ftit xhur: ilparrini

kienu Ġużeppi Fleri, u oħtu Eliżabbetta,

ħut ommha, minn Vittoriosa; 75

8. Marija oħra, li twieldet fl-14 ta’ Awwissu, 1854,

u tgħammdet fl-istess jum: il-parrini kienu Karlu

Darmanin, ħu missierha, u martu Annetta, minn

Senglea. 76

Tfal imweldin u mgħammdin f’Vittoriosa kienu dawn:

9. Lawrenz, li twieled fit-30 ta’ April, 1856, u

tgħammed l-għada: il-parrini tiegħu kienu Wiġi

Fleri, bin Stiefnu, u Marija Karmela, martu, li

kienu joqogħdu f’Senglea. Dan Wiġi Fleri kien

ħu ommu. Għal xi raġuni, floku deher bħala

parrinu ibnu Stiefnu; 77 Lawrenz miet ta’ 19-il

sena f’Vittoriosa fit-2 ta’ Settembru, 1875, u

ndifen l-għada fiċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija

Addolorata; 78

10. Marija Konċetta, li twieldet fit-2 ta’ Jannar,

1859, u tgħammdet l-għada: il-parrini tagħha

kienu Ġużeppi Camilleri, bin Ġużeppi, u Marija

Tereża, oħtu xebba, minn Vittoriosa; 79

11. Alfons Marija, li twieled fl-24 ta’ Ottubru, 1863,

u tgħammed l-għada: il-parrini kienu Mikiel

Darmanin, bin Ġużeppi, u Beatriċe Cachia,

mart Franġisu Saverju, minn Senglea, it-tnejn

ħut missieru. 80

Il-Mewt ta’ Ġanni u Marija

Tereża Darmanin

Ġanni Darmanin kien membru tal-Fratellanza tat-

Trinità f’Senglea, u tar-Rużarju fil-Knisja ta’ San

Duminku fir-Rabat. 81 Huwa miet ta’ 92 sena fl-4 ta’

Diċembru, 1908, f’daru fir-Rabat, u ndifen fil-qabar

numru 6 tal-Fratellanza tar-Rużarju fil-Knisja ta’ San

Duminku fir-Rabat. 82 Martu, Marija Tereża, mietet

qablu ta’ 75 sena f’Vittoriosa fl-14 ta’ Marzu, 1893,

fl-4.00p.m., u ndifnet fiċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija

Addolorata. 83

73 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

74 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

75 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

76 A.P.S., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

77 A.P.V., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

78 A.P.V., Liber defunctorum, sub die mortis.

79 A.P.V., Liber baptizzatorum, sub die baptismi.

80 A.P.V., Liber baptizzatorum, sub diebus baptismi.

81 A. Bonnici (1998), 125.

82 A.P.Rabat, Liber defunctorum, sub die mortis. Skont is-santa tal-mewt, kollezzjoni

privata, Ġanni Darmanin miet fil-5 ta’ Diċembru, 1908.

83 A.P.V., Liber defunctorum, sub die mortis.

51

Ix-Xogħol ta’ Ġanni Darmanin

L-istatwi tal-kartapesta tista’ tgħid li twieldu malfamilja

ta’ Darmanin ta’ Senglea, bil-kumpanija li beda

Ġużeppi missierhom, u li kienet tissejjaħ Giuseppe

Darmanin e Figli. Fost il-vantaġġi li l-kartapesta ġabet

kien ir-roħs tal-istatwi. Minn din il-kumpanija, Karlu

Darmanin kien l-aktar li ħadem u li ismu spikka, u

kien ukoll dak li influenza lil ħutu u lil neputu, Ġlormu

Darmanin. 84

Anke l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba

saret mill-familja Darmanin, kif jingħad, minn Ġanni

Darmanin, u tlestiet fis-sena 1876, f’Vittoriosa, u

żżanżnet dik is-sena stess għall-festa. 85 L-ispejjeż

tħallsu mill-ġbir li kien organizza Innoċenz Zammit.

Id-diadema tal-fidda u oġġetti oħra tħallsu mill-

Kanonku Pawlu Pullicino, li għamel żmien joqgħod

fl-Imqabba. 86 Oriġinalment, l-anġlu kien ħaġa waħda

mal-istatwa; wara nqala’ minn mal-istatwa minħabba

l-ispazju fin-niċċa. 87

Din l-istatwa ntlaqtet ħafif fil-gwerra meta sar attakk

fuq il-Knisja tal-Imqabba. Wara dan ir-restawr, sar

restawr ieħor fl-1984 minn Ġlormu Dingli fir-Rabat, u

ġiet indurata minn Horace Farrugia fl-Imdina. 88

Niltaqgħu ma’ ftit statwi li kritiċi moderni

jattribwixxu lil Ġanni Darmanin; 89 iżda sa minn

żmienu (c.1888) bosta statwi ngħidu li għamilhom hu.

Fost dawn insibu l-istatwa tar-Redentur ta’ Vittoriosa;

l-istatwa tal-Anġlu quddiem Kristu fl-Ort f’Vittoriosa:

imma wara li tkissret bil-gwerra, din ma għamilhiex

Ġużeppi Caruana, kif intqal, imma Abram Gatt; 90 Ġanni

Darmanin għamel ukoll l-istatwi ta’ Santu Rokku, San

Duminku u tal-Madonna tal-Karità f’Vittoriosa. Ħdejn

saqajn din l-istatwa wieħed għadu jara l-firma ta’ Ġanni

Darmanin. Għamel ukoll l-istatwa tal-Kalvarju fiż-

Żejtun, u statwi oħra ta’ mat-triq, jiġifieri, San Lawrenz

mal-Papa Sistu II u suldat, San Orenzju u Santa

Paċenzja, San Duminku, San Tumas ta’ Akwinu, San

Vinċenz Ferreri, il-Beata Ġovanna D’Aza, San Pietru

Martri, Dumnikan, San Ġwann Martri, Dumnikan,

Santa Katerina (minn Siena), Santa Marija Madalena,

statwi tal-Karità u tat-Tama, San Piju V, La Vallette,

u l-Beatu Alvaru, kollha f’Vittoriosa. Statwi ta’ mattriq

barra minn Vittoriosa jinkludu lil Ġuditta u Ester

fil-Gudja, il-Papa Innoċenz XI u San Bernard f’Ħaż-

Żabbar, San Filep, ommu Awġja u missieru Teodożju

f’Ħaż-Żebbuġ, reġina (Santa Klotilda) f’Ħal Kirkop,

il-Prinċipessa Alessandra, Martri, f’Ħal Qormi, l-Erba’

Evanġelisti f’Santa Tereża ta’ Cospicua, l-Appostli fil-

Lunzjata ta’ Vittoriosa, barra slaleb u statwi oħrajn. 91

84 J. Grech (1998a), 13.

85 Corriere mercantile maltese, 8.v.1876, 2, kif ikkwotat minn A. Bonnici

(1998),125.

86 M. Galea (1991).

87 J. Grech (1998a), 104. Fuq il-vara tal-Madonna tal-Ġilju, ara wkoll Ch. Farrugia

(2001) u J. Farrugia (2004).

88 A. Bonnici (1998), 127-129.

89 J. Grech (1998a) u J. Grech (1998b).

90 A. Bonnici (1998), 123, imma ara J. Grech (1998b), 27.

91 P.P. Castagna (1888), 2.212.

Statwa tal-Kunċizzjoni,

Knisja San Pawl, Rabat.

Statwa tal-Kunċizzjoni,

Knisja Lunzjata, Ħal Tarxien.

Statwa tal-Kunċizzjoni,

Knisja San Ġorġ, Ħal Qormi.

Statwa tal-Madonna tal-Karità,

Knisja San Lawrenz, Vittoriosa.

Dik ta’ Ħal Kirkop, skont

l-informazzjoni li għandi,

m’għadhiex teżisti,

iżda flokha hemm oħra

magħmul minn Wistin

Camilleri li ġabar għalija

ċertu “Santa Liena” £8. 92

Fil-fatt, hemm xebh tajjeb Ritratt tal-firma.

bejn dik l-istatwa preżenti

ta’ Santa Klotilda,

miżmuma mis-Soċjetà tal-Banda San Leonardu Abbati

f’Ħal Kirkop, u dik tad-Duluri magħmula mill-istess

Wistin Camilleri u li tinsab fil-Knisja Parrokkjali, filbidu

tal-knisja, fuq ix-xellug, int u dieħel.

Ġanni Darmanin kien ukoll mixħut fuq xogħol talirħam.

93 Bħala marmista nsibuh jaħdem l-Altar Maġġur

(ta’ qabel) tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa. 94 Huwa

ddiżinja u mexxa x-xogħol fuq il-bust tat-Tabib Wiġi

Pisani fil-Mall fil-Furjana, l-armi reali fil-Palazz tal-

Belt, l-armi f’Porte-des-Bombes fil-Furjana, l-armi

fil-barrakka u fis-suq tal-Belt, il-pavimenti fil-Palazz

tal-Belt, fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt, fil-

Knejjes ta’ San Lawrenz, il-Lunzjata u Santa Skolastika

92 Ħajr lis-Sur Kenneth Cassar, minn Ħal Kirkop, espert tal-Istorja tal-Arti, li

tani din l-informazzjoni.

93 A. Bonnici (1998), 122.

94 G. Micallef (1975), 249.

53

Garage No.8

Triq L-Imqabba

Sqaq il-Mitħna

Qrendi

Seabreeze Hotel

Pretty Bay, BirΩebbu©a - Malta

Tel: 24 Hours (+356) 21 651256, 21 651499 - 21 651493

Fax: (+356) 21 653898 • E-mail: seahotel@maltanet.net

OPEN TO

NON-RESIDENTS

FULLY

AIRCONDITIONED

Pet Care

Kull ma trid g˙all-©nien u g˙ar-raba’, sustanzi eçç.

G˙all-Pets, Mediçini g˙all-annimali kollha.

ÌwieΩ u affarijiet g˙all-kaçça, insib u sajd,

˙niex ta’ l-imperjal ta’ barra u reels,

qasab, snanar u swivels u kaxxi tal-plastic tas-sajd eçç,

lenza, spag tan-nar, nases u dqiq tal-ful eçç.

Qrendi Road, Ûurrieq – Tel: 2164 9727

f’Vittoriosa, fil-Knisja Parrokkjali u f’dik ta’ San

Filippu f’Senglea, fl-Oratorju tal-Katidral ta’ Malta,

fil-Katidral ta’ Għawdex, u f’ħafna djar privati, barra

altari u lapidi. 95

Meta wieħed jikkunsidra s-suċċess li Ġanni

Darmanin kellu bħala marmista, u n-numru kemmxejn

limitat ta’ statwi li llum jissemmew li huma tiegħu,

wieħed ma jagħmilx ħażin isaqsi x’hinuma s-sorsi,

barra dak li l-Corriere mercantile maltese ħabbar

fl-1876, 96 li jiżgurawna li l-Istatwa tal-Madonna tal-

Ġilju fl-Imqabba għamilha Ġanni Darmanin, u mhux

ħuh Karlu Darmanin li, kif nafu, għamel tliet statwi

tal-Kunċizzjoni: dik fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal

Qormi, dik ta’ Ħal Tarxien u dik ta’ San Pawl fir-Rabat.

Wieħed għandu jistudja x-xebħ li jeżisti bejn dawn ittliet

statwi ta’ Karlu Darmanin, u d-differenza bejnhom

minn dik tal-Madonna tal-Ġilju, kif ukoll ix-xebħ bejn

l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilja ma’ statwi oħra ta’

persunaġġi nisa tal-istess Ġanni Darmanin, bħal dik

tal-Madonna tal-Karità u ta’ Santa Marija Maddalena

f’Vittoriosa, Ġuditta u Ester fil-Gudja, il-Prinċipessa

Alessandra, Martri, ta’ Ħal Qormi, u ta’ Santa Klotilda

f’Ħal Kirkop.

Irid jingħad li l-istatwi ta’ Karlu Darmanin kollha

jixtiebhu. Dan għaliex, minn sorsi orali li ilhom ġejjin

għandna mill-familja Darmanin, Karlu Darmanin kien

iqiegħed lill-istess uliedu bħala mudelli għall-istatwi

li kien jagħmel; u billi martu, Annetta née Ready,

għalkemm imwielda f’Ħal Għaxaq, kellha missierha u

ommha t-tnejn mir-Renju Unit, uliedu kienu addattati

ħafna biex jimmudellaw saħansitra bħala anġli! 97

Min-naħa l-oħra, ħarsa lejn il-Madonna tal-Karità ta’

Vittoriosa u dik tal-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba

turi xebh bejniethom u differenza minn dawk ta’ Karlu

Darmanin. Dawk ta’ Ġanni Darmanin it-tnejn iħarsu

ftit lejn il-lemin; għandhom spazju prominenti bejn

l-għajnejn u l-ħuġbejn; għandhom il-wardiet tal-wiċċ

mimlija sew, u xuftejn u geddum żgħar; fl-aħħar nett,

l-uċuħ tal-idejn huma t-tnejn ftit imqabbżin, bit-tielet

u r-raba’ subgħa jmissu ma’ xulxin. Min-naħa l-oħra,

it-tliet Kunċizzjonijiet ta’ Karlu Darmanin għandhom

l-uċuħ iżgħar u iktar bjondi; tnejn minnhom, tar-Rabat

u ta’ Ħal Qormi, iħarsu ftit lejn ix-xellug, dik ta’ Ħal

Tarxien lejn il-lemin. Waħda biss minn dawn il-ħames

statwi titbissem, dik tar-Rabat ta’ Karlu Darmanin.

HORATIO CAESAR ROGER VELLA 98

95 P.P. Castagna (1888), 2.211-212.

96 8 ta’ Mejju, 1876, 2; ara Ch. Farrugia (2001), 59.

97 Il-konnessjoni tagħna mal-familja Darmanin għenet biex dan it-tagħrif jiġi

għandi minn omm il-mara, li mbagħad hi kienet ħaditu min-nanna tagħha,

Franġiska Darmanin, bint Karlu Darmanin.

98 Horatio Caesar Roger Vella huwa Professur tal-Latin u tal-Grieg fl-Università

ta’ Malta.

Referenzi

Bonnici, A. (1998). Santa Marija Assunta u l-Madonna

tal-Ġilju: iż-żewġ statwi ewlenin ta’ l-Imqabba.

F’Ch. Farrugia, ed. L-Imqabba mal-medda taż-żmien.

Imqabba, Malta, Kunsill Lokali ta’ l-Imqabba u l-Knisja

Parrokkjali ta’ l-Imqabba, 106-130.

Castagna, P.P. (1888). Lis storia ta Malta bil gzejjer

tahha. Vol.II. Malta.

Debono, S. (2012). L-arti u l-ħtieġa għaliha: il-kult

tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba u l-opri tal-arti li

jixhdu għalih, f’Ch.J. Farrugia (2012), 455-492.

Farrugia, Ch. (2001). “L-istatwa tal-Madonna tal-

Ġilju fl-Imqabba”:125 sena fostna –90 sena ta’ ħidma”

Programm tal-Festa Madonna tal-Ġilju, Imqabba, 55-61.

Farrugia, Ch. J. ed. (2012). Sicut Lilium: devozzjoni u

ritwal tul is-sekli. Imqabba, Malta, Soċjetà Mużikali

Madonna tal-Ġilju.

Farrugia, Ch. J. (2012a). Id-devozzjoni lejn il-Madonna

tal-Ġilju f’Malta. F’Ch.J. Farrugia ed. (2012), 83-101.

Farrugia, Ch. J. (2012b). L-Imqabba fis-sekli dsatax

u għoxrin u t-twaqqif tal-partiti. F’Ch.J. Farrugia ed.

(2012), 299-349.

Farrugia, J. (2004). “Il-Madonna tal-Ġilju –

devozzjoni partikulari lejn l-Immakulata fl-Imqabba”,

Tota pulchra: Festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni,

Franġiskani Konventwali, Victoria, 63-71.

Galea, M. (1991). Mons. Dr Paolo Pullicino (1815-

1890). Malta.

Grech, J. (1998a). Vari ta’ Malta u Għawdex. San

Ġwann, Malta, Publishers Enterprises Group (PEG) Ltd.

Grech, J. (1998b). Il-vari tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Malta

u Għawdex. San Ġwann, Malta, Publishers Enterprises

Group (PEG) Ltd.

Mercieca, S. (2012). L-altar u l-Konfraternità tal-

Immakulata Kunċizzjoni ġewwa l-Imqabba: l-ewwel

tliet mitt sena ta’ storja. F’Ch.J. Farrugia (2012), 147-188.

Micallef, G. (1975). Ħal Luqa: niesha u ġrajjietha.

Malta.

Sciberras, M. (2006)“130 sena (1876-2006) mill-miġja

ta’ l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Imqabba.

95 sena (1911-2006) mit-twaqqif tas-Soċjetà”, Festa

Madonna tal-Ġilju, 2006, 79-85.

Vella, H.C.R. (2009). Ġanni Darmanin u l-istatwa tal-

Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba wara mitt sena minn

mewtu (1908-2008). Imqabba, Malta, Soċjetà Mużikali

Madonna tal-Ġilju Mqabba A.D. 1911.

Vella, H.C.R. (2015). Katalgu. Kitbiet fil-Programmi

tal-Festa Madonna tal-Ġilju. L-Imqabba, Malta.

Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba.

Zahra, L. (1997) “Il-miġja ta’ l-istatwa tal-Madonna

tal-Ġilju fl-Imqabba fil-21 ta’ Mejju, 1876”, Festa

Madonna tal-Ġilju, 1997, 107-109.

55

Covers for

cars, boats, trucks,

jeeps & dutch canopies, awnings,

umbrellas, hasira, etc.

1876 - 2016: 140 SENA FOSTNA

Mija w erbgħin sena ilu,

Mejju wieħed u għoxrin

elf tmien mija sitta w sebgħin

jum għażiż għall-Imqabbin.

F’dan il-jum waslet il-vara

biha kienu imsaħħrin

lilha tawha merħba kbira

folol kbar magħha mdawrin.

Kemm ħabbewk missirijietna

għax int Omm l-Iben Divin

illum ngħożżu dak li writna

u nħarsuh matul is-snin.

Innocenz Zammit irsista

u għamel petizzjoni

sabiex f’kappellun titpoġġa

ġo dak tal-Kunċizzjoni.

Waqt daż-żmien ta’ tant stennija

issuktat il-pressjoni;

kemm il-kappillan u l-kurja

ħarġu l-approvazzjoni

Bħal sajjetta l-aħbar xterdet

li fil-knisja ngħatat post

kull devot u partitarju

qalbu ħassha tfur bil-gost.

F’kappellun tal-Kunċizzjoni

ta’ dil-knisja hawn naraw

dil-vara li tassew tgħaxxqek

“Tal-Ġilju” żgur jammiraw.

Xogħol sabiħ fil-kartapesta

tħares lejh titpaxxa żgur

Ganni Darmanin l-imgħallem

wettaq dal-kapulavur.

X’wiċċ sabiħ għandha l-Madonna

b’tant ħlewwa w devozzjoni

din tiġbdek tħares lejha

tassew ta’ attrazzjoni.

Kanonku Pawl Pullicino

ried iżejjen dan il-ġmiel

b’dijadema w bost’ oġġetti

fir-rikezza jagħtu l-ħjiel.

S-Sinjura Giovanna Manche`

lill-Madonna rregalat

ġiljuwa sbejħa tal-fidda

kif ta’ bintha l-fejqan rat.

Żgur xtaqet tkun bħal dak l-anġlu

biex f’kull hin hi toqgħod ħdejk

għax Madonna inti thenni

w tħaddan kull min jersaq lejk.

Waqt attakk li sar fil-gwerra

il-vara ġarbet ħsarat żgħar

iżda din ġiet irranġata

b’reqqa kbira w mill-aħjar.

Fis-sen’ elf u disa’ mija

magħhom żid erba` w tmenin

restawr ieħor sar f’dil-vara

għax hekk xtaqu l-Imqabbin.

Il-magħżul kien Ġlormu Dingli

l-Imqabbi restawratur

magħruf sew għal dax-xogħol tiegħu

għal ħidmietu tawh unur.

Imbagħad fittxew mgħallem ieħor

riedu gwapp induratur

malajr marru sal-Imdina

w hemm sabuh mal-vari jdur.

Il-Magħruf Horace Farrugia

f’dax-xogħol ilu mħarreg snin

f’dal-gżejjer wieħed mill-aqwa

għaqlin kienu l-Imqabbin.

Hekk narawk illum sabiħa

b’dax-xogħol kollu li kien sar

xhieda kemm qlub Imqabbija

fihom tħeġġeġ dak in-nar.

Kemm jixraqlek dan it-titlu

“Int il-Ġilju l-aktar pur”

inti l-għaxqa ta’ dar-raħal

dmugħ f’għajnejna bl-hena jfur.

Għad kbir jiġu ta’ devoti

bil-fiduċja jersqu lejk

jitolbu l-għajnuna tiegħek

b’ħarsa fissa lejn għajnejk.

Kompli bierek lil raħalna

fuqna xerred barka w sliem

ferħanin inħollu fommna

biex ifaħħrek bl-isbaħ kliem.

Ibqa` fewwaħ ġilju safi

fuqna wliedek Imqabbin

inti l-għaxqa w l-għożża tagħna

bik tassew aħna kburin.

Festa kbira nagħmlu f’gieħek

imħabbitna b’hekk nuruk

dan int tafu O Madonna

ħafna lilek inħobbuk.

Kav. CARMEL BIANCHI K.C.

57

Il-membri tal-Kummissjoni Banda Madonna tal-Ġilju. Quddiem mix-xellug:

Bjorn Farrugia, Walter Farrugia (Chairman), John Cassar, Michael Ghigo.

Wara mix-xellug: Christian Ghigo, Raoul Cassar, Redianne Zammit Ghigo.

Sitt Bandisti ser jiddebuttaw għall-ewwel darba mall-Banda

Madonna tal-Ġilju fil-Festa 2016.

Quddiem: Mix-xellug għal-lemin: Ailie Zammit (Clarino), Nathan Bonnici

(French Horn), Mro. Edwin Pace, għalliem, Giulio Spiteri (Trumpet) u

Roberta Polidano (Clarino).

Fuq wara: Fiona Micallef (Flugel Horn) u Maya Micallef (Clarino).

Hekk kif tibda toqrob ir-Rebbiegħa u l-jiem

sbieħ tagħna jwassluna għaċ-ċelebrazzjoni

tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir, nistgħu

ngħidu li l-Festa tant għażiża għalina tkun wara

l-kantuniera! Il-Festa hi l-iskop tal-ħidma

kollha ta’ kull fergħa fi ħdan is-Soċjetà, u dak li

nagħmlu tul is-sena fl-aħħar mill-aħħar, jilħaq ilmilja

tiegħu proprju fil-ġranet taċ-ċelebrazzjoni

tal-Festa. U ħidmet il-Banda mhux eċċezzjoni!

Veru li ħidmet il-Banda huma mifruxa tul ilġimgħat

kollha tas-sena iżda bla dubju l-qofol

ta’ ħidmietna tiġi inkurunata proprju bis-sehem

tagħna matul din il-ġimgħa li tant inkunu qed

nistennew b’ħerqa! Ta’ kull sena hu d-dover

tagħna li nelenkaw il-ħidma li tkun saret u b’dan

ir-rapport mhux biss nispjegaw l-andament

ta’ ħidmet il-Kummissjoni Banda imma ukoll

nanalizzaw flimkien fejn wasalna filwaqt li

nħarsu ’l quddiem lejn fejn qed naspiraw li

naslu tul ix-xhur li ġejjin.

Bħal ma hi l-konswetudni, nibdew billi

nagħtu ħarsa ħafifa u nġeddu l-memorji ta’

sehem il-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Festa

2015. Żammejna bit-tradizzjoni li tkun proprju

l-Banda tagħna li tiftaħ il-Ġimgħa tal-Festa

u s-sena l-oħra l-Banda għamlet dan il-Ħadd

ta’ qabel, fil-Jum tal-ħruġ tal-Vara min-niċċa,

fejn filgħaxija pparteċipat f’attività mużikoletterarja

imtellgħa mil-Kummissjoni Nisa

b’kollaborazzjoni mal-Junior Club. L-għada

t-Tnejn imbagħad il-Banda kienet impenjata bi

prova ġenerali li saret fil-Pjazza fuq l-Planċier

Meravilja bi preparazzjoni għall-Kunċert

Annwali tal-għada t-Tlieta 16 ta’ Ġunju. Dan

kien meħtieġ minħabba l-kumplessità tal-

Programm Speċjali li kellna mħejji s-sena li

għaddiet b’rabta mat-tifkira tas-70 sena mittwaqqif

ta’ din l-Ewwel Banda Imqabbija u

Ritratt Storiku meħud fi tmiem il-Kunċert ta’ Tifkira

esegwit mill-Banda Madonna tal-Ġilju fl-Arena ta’

Montekristo Estates: it-Tlieta 8 ta’ Diċembru 2015 –

Jum is-solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Proprju

l-Kunċert Mużikali intemm bl-Innu tal-Banda Lily li proprju

kien ġie inawgurat 70 sena qabel, eżattament fl-ewwel

programm tal-Banda: Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 1945. Is-

Surmast Fundatur Mro. Joseph Darmanin, li kien hu li nissel

din l-Ewwel Banda Imqabbija, ikkompona dan l-Innu

u li bih il-Banda Madonna tal-Ġilju, kif inhi magħrufa

illum, ittemm kull impenn mużikali li jkollha! Innu li hu

monument ħaj tas-Surmast Fundatur Mro. Joseph

Darmanin: “omaggio” mil-Pinna tal-Ewwel Surmast tal-

Banda! Din is-sena jaħbat l-għaxar anniversarju millmewt

ta’ Mro. Joseph Darmanin li kien ħalla din id-dinja

fit-23 ta’ Settembru 2006 fl-età ta’ 88 sena.

58

PROGRAMM VOKALI U STRUMENTALI

FESTA 2015

Kerry Ingram

Danica Cutajar

Marisa D’Amato

Federica Falzon

Chrystal Bugeja

Story of an Island Show

“Trofew Pacifico Ghigo” - Preżentazzjoni lill-Bandisti tas-Sena

2014/2015 – Is-Sur John Cassar u ibnu Raoul. Bħala 2nd runner

up ġiet Isabelle Caruana filwaqt li Jasmine Cassar u Andre’

Cassar klassifikaw 3rd runners up.

l-20 Anniversarju mill-Inawgurazzjoni tal-Planċier

Meravilja u l-Bandalora Artisitika, liema programm

kien taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta l-Eċċ.

Tagħha Marie Louise Coleiro Preca. Infatti, għal din

l-okkażjoni l-Kummissjoni Banda ħasbet li tieħu spunt

mit-tifkira Nazzjonali tal-450 Sena mill-Assedju l-Kbir

b’silta oriġinali miktuba għal l-okkażżjoni mis-Surmast

Direttur Mro. Andrew Calleja b’animazzjoni kontinwa

li ġiet ipprovduta mill-cast ta’ Story of an Island Show-

Montekristo Estates; ikkumplimentata b’xeni multiviżivi

u narrazzjoni pprovduti b’mod mill-aktar abbli

mis-Sur Michael Sciortino, relatati mal-ħames temi li

sawru din is-silta. Din il-kompożizzjoni flimkien ma’

dak kollu li sawwarha ġabet lejha kliem ta’ tifħir u

ammirazzjoni mill-President ta’ Malta li kellna l-unur li

taqsam magħna din il-kommemorazzjoni. Il-mod li bih

intlaqat din is-silta kien sinifikanti għalina, l-għaliex

mhux biss dakinhar tal-Programm, imma anke għal

bosta jiem u ġimgħat wara, din l-esekuzzjoni kienet

fuq fomm bosta dilettanti Maltin! Tajjeb li nfakkru li

f’dan il-Programm Annwali kellna l-parteċipazzjoni

ta’ ħames kantanti femminili li kollha, b’xi mod jew

ieħor għandhom rabta mas-Soċjetà u r-raħal tagħna tal-

Imqabba.

Sehem il-Banda kompla bil-marċ tant mistenni

tal-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju filwaqt li f’Jum il-Festa, il-

Ħadd 21 ta’ Ġunju, il-Banda Madonna tal-Ġilju ħadet

sehem fil-marċ tradizzjonali “ta’ nofsinhar” filwaqt li

filgħaxija, wara d-dħul tal-Purċissjoni, għamlet il-marċ

“tal-aħħar”.

Immedjatament wara l-festa, il-Banda għamlet

l-aħħar preparamenti bit-tħejjija għas-servizz f’Ħal-

Luqa fejn flimkien mal-vuċijiet tal-Baritonu Alfred

Camilleri u t-Tenur Joseph Aquilina, għaddiet

varjazzjoni ta’ innijiet ta’ tifħir lill-Appostlu

Sant’Andrija filwaqt li ġimgħa wara, eżattament it-

Ritratt Fuq: Mro. Edwin Pace jagħti deskrizzjoni fuq il-Base Clarinet

waqt sessjoni ta’ Music Appreciation li saret fl-Iskola Primarja tal-

Imqabba f’April 2016.

Ritratt tan-nofs: Waħda mill-bandisti tal-Banda Madonna tal-Ġilju

tesegwixxi silta mużikali solo quddiem l-istudenti waqt l-istess

sessjoni ta’ apprezzament tal-mużika fl-Iskola Primarja Mqabba.

Ritratt Isfel: Studenta mill-Iskola Primarja tal-Imqabba

takkumpanja vokalment lil Ensemble magħmula mill-alljievi u

bandisiti, akkumpanjati miż-żewġ Surmastrijiet waqt waħda

mis-siltiet esegwiti tul l-istess attività.

Ritratt partikolari bejn il-kollabolaturi kollha fis-Silta mużikali

“L-Assedju” li fakkret l-450 Sena tal-Vittorja tal-Maltin (1565-2015)

esegwita għall-ewwel darba waqt il-Kunċert Vokali u Strumentali

fuq l-Planċier Meravilja tat-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2015.

Il-President tas-Soċjetà, is-Sur Teddy Farrugia, flimkien mal-President

Onorarju s-Sur Charles Polidano għas-sehem tal-cast Story of

an Island show – MonteKristo Estates flimkien mas-Sur Michael

Sciortino li ħa ħsieb in-Narrazjoni Storika, is-Sur Sebastian Psaila li

kien inkarigat mill-animazzjoni flimkien ma’ Mro. Andrew Calleja,

Surmast Direttur, li kkompona din is-silta.

60

Tnejn 13 ta’ Lulju, għall-ewwel darba, ipparteċipat

f’marċ brijjuż fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tal-

Madonna tal-Karmnu. Servizzi oħra kienu f’Awwissu

f’Ħal-Kirkop, lejlet il-Festa ta’ San Leonardu kif ukoll

f’Settembru f’ Ħaż-Żabbar f’jum il-Festa tal-Madonna

tal-Grazzja. Hawnhekk, esperjenzajna innovazzjoni

fis-servizz, fejn fuq inizjattiva tal-Arċipriet il-Kan.

Evan Caruana, il-Banda interpretat l-Ave Maria bissehem

tal-Baritonu Joseph Lia waqt ħruġ il-vara

filwaqt li mad-dħul ħadu sehem ukoll tal-kantanti

Żabbarin Doris Camilleri u Lawrence Darmanin.

Għal din is-sena l-Banda żammet l-istess servizzi,

bl-ewwel wieħed ikun proprju f’Ħal-Tarxien, it-Tlieta

24 ta’ Mejju. Aktar qabel, fil-jum tal-Ġimgħa 13 ta’

Mejju, il-Banda għas-sitt sena konsekuttiva, ser tieħu

sehem fil-Festa Komunità organizzata mill-iskola

sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal-

Kirkop, din id-darba bil-għan nobbli li jinġabru fondi

b’risq is-Sorijiet Franġiskani ta’ Londra li tant huma ta’

għajnuna għall-pazjenti u qrabathom li jkollhom bżonn

kura hemmhekk. Il-Kummissjoni Banda hija kburija

bis-sehem kostanti tagħha f’din l-inizjattiva imnedija

fl-2011 u li matulha Festa Komunità ġabret eluf ta’ ewro

b’risq diversi organizzazzjonijiet filantropiċi. Ħajr lis-

Surmast ta’ din l-iskola, is-Sur Michael Bondin, li bissaħħa

ta’ din l-attività, iżomm ħajja l-kommunikazzjoni

bejn id-diriġenti tad-diversi baned tan-naħat tagħna u flistess

ħin, inkunu ta’ kontribut f’din il-kawża fejjieda!

EASTER CONCERT 2015

61

BIMBI BABY SHOP

Main Street, Siġġiewi

(Pjazza San Nikola)

From Mum To Mums.

For mother to be, newborns and toddlers.

All Brands under one roof.

Tel: 2146 4152

Mob: 9922 3963

mail.bimbibaby@gmail.com

Opening hrs:

Monday to Friday 9.00pm – 12.30pm

4.00pm – 7.00pm

Saturday: 9.00am – 14.00pm

Il-Kumitat Amministrattiv 2013/2015 akkumpanjat mid-Direttur

Spiritwali f’ritratt tal-okkażjoni mal-President ta’ Malta, l-Eċċ. Tagħha

Marie Louise Coleiro Preca.

l-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President

ta’ Malta tiffirma l-ktieb tal-viżitaturi fl-okkażjoni tal-Patroċinju

distint tagħna għal-Programm Vokali u Strumentali mill-Banda

Madonna tal-Ġilju : It-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2015.

Matul ix-xhur tas-Sajf tkompla t-tagħlim mużikali

speċjalizzat skond il-pjanijiet anke sottomessi flapplikazzjoni

tagħna marbuta mar-raba’ skema

imnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni

mal-Għaqda Każini tal-Banda u li l-approvazzjoni

tagħna ġiet ikkomunikata lilna fix-xhur Sajfin bilpreżentazzjoni

uffiċjali ssir lis-Sur John Cassar,

membru tal-Kummissjoni Banda, mis-Segretarju

Parlamentari, l-Onor. Chris Agius l-Erbgħa 9 ta’

Settembru. Fl-istess perjodu, il-Kummissjoni Banda

ħasbet li torganizza s-solitu attività fil-Park ta’ Għar

Lapsi għal l-alljievi, bandisti, helpers u ħbieb, fejn

qattajna ftit ħin ta’ rilassament f’atmosfera familjari.

Ħajr lill-Kummissjoni Nisa li tawna l-għajnuna sħiħa

tagħhom sabiex din l-attività setgħat tkun sodisfaċenti!

L-aħħar jiem tas-sajf 2015 u l-bidu tal-ġranet talħarifa

rawna nibdew it-tħejjijiet finali għal impenn

ieħor speċjali li l-Banda tagħna kellha s-sena li

għaddiet: il-Kunċert Mużikali b’tifkira tas-70 Sena

mit-tnissil tal-Banda Lily mis-Surmast Fundatur Mro.

Joseph Darmanin. Kien proprju l-Ħadd 9 ta’ Diċembru

1945 li l-Banda tagħna għamlet l-ewwel dehra

pubblika u esegwit l-ewwel programm mużikali tagħha

fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata

Kunċizzjoni. B’hekk bla dubju naqqxet isimha bħala

l-Ewwel Banda fir-raħal tagħna tal-Imqabba. Kien

altru milli bix-xieraq li dan l-avveniment jiġi mfakkar

kif suppost u għal dan il-għan tfassal programm

mużikali varjat li ġie esegwit fl-Arena ta’ Montekristo

Estates, proprju f’Jum il-Kunċizzjoni, it-Tlieta 8 ta’

Diċembru 2015, liema serata kienet taħt il-Patroċinju

tal-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, Dr. Noel

KUNĊERT TA’ TIFKIRA: 70 SENA BANDA (1945 - 2015)

8 ta’ Diċembru fl-Arena ta’ Montekristo Estates.

63

Dr. Noel Camilleri,

il-President tal-

Għaqda Każini

tal-Banda, jiġi

ppreżentat

b’momento tal-

Patroċinju tiegħu

għal-Kunċert

Mużikali li fakkar

is-70 Sena mittnissil

tal-Banda Lily

f’Diċembru tassena

1945.

Is-Sur Michael Sciortino flimkien mas-Sinjura Marthese Tanti

waqt is-serata ġewwa l-Arena ta’ Montekristo Estates , it-Tlieta

8 ta’ Diċembru 2015: Jum il-Kunċizzjoni: li matulha tfakkar is-70

Anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

Ritratt

kommemorattiv

taż-Żeffiena ta’

Tony Lawrence

Dance School li

animaw is-serata

tat-8 ta’ Diċembru

2015. Ħajr lis-Sur

Sandro u s-Sinjura

Marianne Spiteri

Cremona, lis-

Sur Charles u

s-Sinjura Carmen

Azzopardi u lis-Sur

Michael u s-Sinjura

Josephine Agius.

Il-Kantanta żagħżugħa Rachel Lowell tinterpretat s-silta mill-film

‘The Sound of Music’ fil-Kunċert tat-Tlieta 8 ta’ Diċembru 2015.

Camilleri. Mal-Banda ħadet sehem għall-ewwel

darba l-Kantanta Żagħżugħa Rachel Lowell kif ukoll

tliet koppji ta’ żeffiena minn Tony Lawrence Dance

School. Is-serata kellha preżentazzjoni mis-Sur

Michael Sciortino flimkien mas-Sinjura Marthese

Tanti. Ta’ min jgħid ukoll li fl-istess serata saret ilpreżentazzjoni

konklussiva tal-Proġett “Komunitajiet

Kreattivi” mniedi mill-Kunsill Malti għall-Arti b’wirja

intitolata “Kreattività Artistika fl-Armar tal-Festi

Maltin” organizzata mill-Għaqda tal-Armar Madonna

tal-Ġilju u li minn qalbna irridu nirringrazzjawhom

għall-kollaborazzjoni sħiħa tagħhom f’din l-attività li

kkordinajna flimkien ma’ diversi fergħat oħra fosthom

dik tar-Radju fit-tħejjija tad-diversi “features” multi

viżivi li sawru s-serata f’waħda partikolari addattata

għal-post li fih itellgħet. Żgur li t-tifkira li ħejjejna

kienet denja sabiex jiġi mfakkar dan l-avveniment tant

sinifikanti għall-Banda tagħna. Naturalment, issa hu

d-dmir tagħna li inħarsu ’il quddiem lejn attività akbar

fejn jekk Alla jrid, fis-Sena 2020 inkunu mhux biss qed

infakkru l-75 sena mit-twaqqif tal-Banda iżda ukoll il-

25 sena tal-Planċier Meravilja u l-Bandalora Artistika!

Nitolbu l-Madonna tkompli tħarisna u tgħina fil-mixja

tagħna tul it-triq sabiex naslu nwettqu dak li noħolmu!

Matul Diċembru ukoll kellna s-solitu servizz

li nagħmlu fil-Festa Liturġika tal-Kunċizzjoni li

ġiet iċċelebrata l-Ħadd 6 ta’ Diċembru, fejn wara

l-Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju mattoroq

tar-raħal, il-Banda tfakkar jum il-fondazzjoni

tagħha bi programm qsajjar quddiem is-sede tas-

Soċjetà. F’Diċembru wkoll il-Banda Madonna tal-

Ġilju ħadet sehem fil-Maratona tar-Radju “Tal-Ġilju

95.4FM” li saret fi tmiem il-ġimgħa ta’ bejn il-11 u t-13

ta’ Diċembru 2015. Impenn ieħor li l-kellha l-Banda

fl-istess tmiem il-ġimgħa kien is-sehem tal-Ensemble

f’attività organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ waqt

Christmas Market li ttellgħet fil-Youth Village f’Santa

Venera, bi programm mużikali qasir ta’ siltiet marbutin

ma’ żmien il-Milied.

Hawnhekk nixtieq nieqaf ftit u nagħmel kjarifika,

mhux biss f’isem il-Kummissjoni Banda li jien

membru tagħha, iżda wkoll għan-nom tal-Kumitat

Amministrattiv li fih għandi l-irwol ta’ Segretarju.

Il-formazzjoni ta’ din l-Ensemble tmur lura għassena

2012; proprju l-Proġett sottomess u approvat

mill-Aġenzija Żgħażagħ fl-ewwel edizzjoni tal-iskema

“It-Tagħlim tal-Mużika għaż-Żgħażagħ fil-Każini tal-

Banda”. Għaldaqstant, kull referenza li qed issir għat-

65

Xatt Juan B. Azopardo

Senglea

Tel: 2180 7734

Mob: 9924 909

Enchanté

L-erba’ bandisti ġodda li ngħaqdu mal-Banda Madonna tal-Ġilju

fl-okkażjoni tal-Festa 2015. Mix-xellug għal-lemin: Is-Sinjura Doris

Tesi, flimkien ma’ Osbert Zammit u Clint Cachia (Trombones) u

s-Sinjorina Mireya Falzon (Saxphone Alto) flimkien mal-President

Teddy Farrugia u s-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja.

Il-kantanta Imqabbija Danica, li iddebutat fil-Kunċert Mużikali

2015, b’interpretazjoni s-silta Zombie ta’ The Cranberries, fejn

kienet akkumpanjata bil-kitarra min Kyle Cucciardi.

twaqqif tal-ewwel Youth Band fl-Imqabba hu kollu

frivolu l-għaliex il-fatti juru mod ieħor. Fejn jidħol

tagħlim mużikali s-Soċjetà tagħna qatt ma fittxet li

tiftaħar li kienet l-ewwel li ħadet din l-inizjattiva: iżda

jekk ħaddieħor qed ifittex dan, allura, il-fatti juri li

bil-provi s-Soċjetà tagħna kienet hi li nidiet l-Ewwel

Banda magħmulha min aljievi u studenti żgħażagħ

(Ensemble: Chamber Band) fl-Imqabba. Dan hu kollu

dokumentat, anke b’diversi ritratti li ġew ippubblikati

f’edizzjonijiet passati ta’ dan il-ktieb tal-Festa, sa missena

2013 (ritratt f’paġna 39 u deskrizzjoni f’paġna

43 fost l-oħrajn). Is-sehem attiv ta’ din l-Ensemble

baqa’ dejjem wieħed kostanti tant li ħadet sehem

fl-edizzjonijiet konsekuttivi kollha mnedija mill-

Aġenzija Żgħażagħ, (bl-aktar riċenti tkun proprju

dik li għadna kemm elenkajna aktar qabel: apparti

l-parteċipazzjoni attiva tagħha f’diversi okkażjonijiet

matul dawn is-snin. Assolutament mhux l-għan tiegħi

li nidħol f’polemika, iżda għas-saħħa tal-argument,

kien neċessarju li dan l-punt jiġi ċċarat f’din l-ewwel

okkażjoni, sabiex b’mod pubbliku u formali, nagħmlu

l-affarijiet ċari ħalli nevitaw li tinħoloq kontroversja

meta ma hemmx lok għaliha!

Intant, ma setax jonqos iżda li f’nofs dawn it-tħejjijiet

kollha, ma nsibux ħin għal waqfa ta’ rilassament, fejn il-

Ħadd 8 ta’ Novembru organizzajna l-Ikla Annwali lill-

Bandisti filwaqt li s-Sibt 14 ta’ Novembru, delegazzjoni

mill-Kummissjoni Banda attendiet għal-Quddiesa

solenni ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u wara

akkumpanjat il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun bl-

Istandard tal-Banda fil-marċ li sar fit-toroq prinċipali

tal-Belt Valletta bħala parti mill-attivitajiet organizzati

mill-Għaqda Każini tal-Banda fl-okkażjoni tal-Festa

ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-Mużiċisti. F’Diċembru

attendejna għal “Jum iċ-Ċelebrazzjoni” imtellgħa

mill-iskola Primarja tal-Imqabba fejn matulha alljieva

tagħna Sarah Grima ingħatat għarfien għall-impenn

tagħha fl-istudju mużikali.

Wara waqfa qasira għall-perjodu tal-vaganzi tal-

Milied u l-Ewwel tas-Sena, ħidmet il-Banda kompla

b’mod regolari fejn jidħol il-provediment tat-tagħlim

mużikali filwaqt li sar ħafna xogħol amministrattiv

rigward l-organizzazzjoni tal-Banda għas-servizzi

2016. Fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar issejħet laqgħa ġenerali

għall-bandisti tal-post li nistgħu ngħidu li kienet ferm

effettiva fejn matulha l-bandisti kellhom l-opportunità

L-Ensemble fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju li pparteċipat fl-attività organizzata mil-Aġenzija Żgħażagħ

fil-Youth Village f’Santa Venera. (Diċembru 2015).

67

Misraħ ir-Repubblika, Żurrieq (fil-pjazza)

Mobile: 9987 6494

Telephone: 2702 8883

tower ironmongery

FASTENERS

INTERIOR & EXTERIOR PAINT

POWER TOOLS

POWER TOOLS

LED BULBS & TUBES

SECURITY LOCKS

WOOD TREATMENT

HAND TOOLS

POWER TOOLS RESIN OUTDOOR FITITNGS ELECTRICAL SUPPLIES

AIR TOOLS

LOCKS SUN SHADING

HAND TOOLS

Tower Street, Żurrieq, ZRQ 2360

Tel: 2164 0196 • E-mail: towiro@maltanet.net

li jressqu ’l quddiem l-ideat tagħhom dwar kif il-Banda

tagħna tista’ tkompli tittejjeb. Tul l-imsemmija laqgħa

ġiet ukoll approvata l-ħatra tal-Kummissjoni Banda

l-ġdida li ser tikkordina ħidmet il-Banda għas-sentejn li

ġejjin. B’sodisfazzjon ninnutaw li issa l-Kummissjoni

ġiet imsaħħa bis-sehem ta’ tliet membri oħra li offrew

d-disponibilità tagħhom li jservu sabiex ix-xogħol

relatat mal-Banda jiġi ikkordinat aħjar. Qed nirreferi

għall-inklużjoni ta’ Raoul Cassar u Christian Ghigo kif

ukoll dak ta’ oħti Redianne Zammit Ghigo, li reġgħet

ingħaqdet magħna, wara li serviet għal diversi snin

fl-imgħoddi. Ftit ftit ukoll bdejna nagħmlu użu millkamra

l-ġdida tal-Banda li issa toffri l-aqwa faċilitajiet

sabiex l-organizzazzjoni rikjesta tkun tista’ tiġi mfassla

bl-aktar mod effettiv filwaqt li qed nikkoordinaw ittagħlim

mużikali li ukoll mexa għall-post il-ġdid,

għalkemm nistqarru li minħabba diversi ċirkostanzi,

għad fadal bosta xogħol xi jsir sabiex finalment inkunu

nistgħu ngħidu li dak kollu ppjanat qed jiġi implimentat.

Imma, inħarsu ’il quddiem sabiex nissoktaw mixjin,

bil-ħarsa tagħna lura tkun biss biex nagħmlu kuraġġ

meta niftakru minn fejn tlaqna u fejn wasalna!

Fi Frar kien imiss li jinħatar Eżekuttiv ġdid għall-

Għaqda Każini tal-Banda u għal darba oħra nħossuna

onorati li hemm rappreżentanza mis-Soċjetà tagħna

hekk kif il-Kumitat Amministrattiv, b’konsultazzjoni

mall-Kummissjoni Banda, għal darba oħra innomina

lis-Sur Christopher Briffa sabiex iservi fl-Eżekuttiv.

Filwaqt li ntennu r-radd ta’ ħajr tagħna lejn l-impenn

ta’ Chris b’risq il-Banda tagħna, nawguraw aktar snin

ta’ ħidma fejjieda b’risq l-Baned Maltin u Għawdxin

fi ħdan l-Eżekuttiv. Sfortunatament, minħabba

raġunijiet personali, is-Sur Antoine Pace, li serva

fl-istess Eżekuttiv għal dawn l-aħħar erba’ snin, ma

kienx f’pożizzjoni li jkompli joffri servizz tiegħu iżda

wiegħed li se jibqa’ jkun ta’ spalla mal-Kummissjoni

Banda fl-andament tagħha tul is-sena. Ta’ dan

nirringrazzjawh mill-qalb għal-għajnuna valida tiegħu.

Apparti dawn l-attivitajiet, il-Kummissjoni Banda

ipparteċipat f’diversi laqgħat organizzati mill-Għaqda

Każini tal-Banda fosthom dik għad-delegati tal-banda

u l-Laqgħa Ġenerali Annwali kif ukoll riċentement fillaqgħa

li saret sabiex tanalizza l-kwestjonarju mniedi

mill-Għaqda s-sena li għaddiet u l-attivitajiet marbuta

mal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropeja u dawk

tal-Belt bħala l-Kapitali tal-Kultura (V18).

Attività partikolari oħra li esperjenzajna tul ilġimgħat

li għaddew kien il-Kunċert ta’ mużika sagra

esegwit fil-Kappella ta’ San Bażilju l-Erbgħa 16 ta’

Marzu 2016. Dan bħala parti mill-programm tal-ftuħ

uffiċjali tal-Wirja “Mater Dolorosa” imtellgħa mis-

Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà. Kienet serata

li tirrikjedi impenn, speċjalment għal-fatt li n-numru

Il-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt il-bakketta ta’ Mro. Andrew

Calleja waqt is-serata mużiko-letterarja fil-Kappella ta’ San

Bażilju fil-ftuħ tal-wirja “Mater Dolorosa”.

L-Istandard tal-Banda Madonna tal-Ġilju flimkien mal-istandardi

tat-tmin Baned oħra li flimkien ingħaqdu b’għan nobbli li jinġabru

fondi b’risq is-Sorijiet Franġiskani ta’ Londra f’Festa Komunità 2016.

Sehem il-Banda Madonna tal-Ġilju mal-Banda Re Ġorġ V waqt

l-massed band bħala parti miċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Imqabba

(Ottubru 2015).

Delegazzjoni tal-Kummissjoni Banda waqt il-manifestazzjoni fil-

Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja.

(Novembru 2015)

69

ta’ bandisti barranin ried bilfors jinżamm baxx ħafna

minħabba l-limitazzjonijiet tal-Post, tant li nistgħu

ngħidu li tliet kwarti tal-bandisti kienu tal-post! Kien

programm riflessiv, maħsub sabiex verament idaħħal

lill-udjenza f’dak li kienet ser issegwi aktar tard fil-wirja

ġewwa s-Sede tas-Soċjetà. Inqraw diversi ħsibijiet

meħuda minn omeliji varji tal-Arċisqof Emeritus Mons.

Pawl Cremona O.P. li taħt il-Patroċinju tiegħu itella’ dan

il-Kunċert mużiko-letterarju, li n-narazzjoni tiegħu saru

mis-Sur Michael Sciortino waqt li xi siltiet ġew animati

vokalment mill-Kantanta Marthese Tanti. Is-serata

kellha preżentazzjoni tas-Sinjorina Anthea Sacco.

F’Ħadd il-Għid imbagħad nistgħu ngħidu li

żammejna l-appuntament annwali tagħna, fejn għal

11-il sena konsekuttiva, reġa’ ġie organizzat dak li issa

stabbilixxa ruħu bħala l-Kunċert tal-Għid. Għall-ewwel

darba din is-sena inżamm fis-sala prinċipali tal-każin

il-ġdid, dik li issa hija magħrufa bħal l-Multipurpose

Hall li sservi sabiex fiha jittellgħu diversi attivitajiet

differenti: bħala banda qed nużaw din is-sala għallprovi

ġenerali meta nkunu banda kbira kif ukoll għal

attivitajiet bħal din! Nistgħu ngħidu li dan il-kunċert

qed jikber minn edizzjoni għal oħra u l-konkorrenza

għalih ta’ kull sena tiżdied tant li nistgħu ngħidu li

minkejja li tlajna fis-sala ta’ fuq nett, din irnexxielna

nimlewha fl-ewwel okkażjoni li kellna! Dan hu ta’

kuraġġ kbira għalina l-għaliex napprezzaw ferm li

dak li aħna qed nagħmlu mat-tfal u żgħażagħ, alljievi

u bandisti, qed jiġi rikonoxxut mill-ġenituri u l-qraba

tagħhom. Ħajr speċjali lis-Surmast Edwin Pace li

jikkordina l-organizzazzjoni rikjesta b’mod individwali

ma’ kull alljiev u bandist u b’mod kollettiv iħarreġ

l-Ensemble li finalment tagħlaq is-serata; apparti dik

“iċ-ċajta” żgħira....sorpriża ħelwa....li tinżel għasel

mal-udjenza preżenti daqs il-figolla żgħira li nqassmu

fl-aħħar tal-kunċert!!

F’April għal darba oħra l-Kummissjoni Banda

żammet l-appuntament tagħha mat-tfal li jattendu

l-iskola primarja tar-raħal b’sessjoni interattiva ta’

‘Music Appreciation’ li nistgħu ngħidu li reġgħet

intlaqgħet tajjeb ferm, u dan grazzi għall-impenn tażżewġ

Surmastrijiet li f’idejhom hu fdat il-proċess kollu

tat-tagħlim mużikali. Ħajr lill-Kap il-ġdid tal-iskola,

is-Sur Wilfred Cassar, li flimkien mal-Assistent Kap u

l-istaff tagħhom, għamlu din is-serata waħda effettiva.

Waqt li qed niktbu dan ir-rapport ta’ ħidma, il-

Kummissjoni Banda tinsab fl-għeqqel tat-tħejjijiet

tagħha b’rabta mal-Programm Annwali tat-Tlieta tal-

Festa. Wara li l-bandisti jkunu qed jitħejjew b’mod

individwali waqt il-lezzjoni ta’ kull ġimgħa fid-diversi

siltiet mużikali li jkunu ser jiġu esegwiti, issa hu

ż-żmien li kollettivament ninġabru flimkien u nibdew

it-tħejjijiet f’dawk li aħna nsejħulhom kunċerti ta’

bejnietna. Dan sabiex kollettivament nitħarrġu indoqqu

flimkien sabiex eventwalment, f’Mejju jingħaqdu

magħna l-bandisti barranin u flimkien nitħejjew sew

L-Ensemble tal-Banda Madonna tal-Ġilju tiftaħ il-Festa tal-

Madonna tal-Ġilju 2015 b’ċerimonja qasira mtellgħa bilkollaborazzjoni

tal-Kummissjoni Nisa u bis-sehem tal-Junior Club.

Il-Banda Madonna tal-Ġilju tesegwixxi s-solitu servizz tagħha fi

tmiem iċ-ċelebrazzjoni fil-Knisja fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’

Marija Immakulata Kunċizzjoni (Diċembru 2015)

għal dan l-appuntament annwali. Nistgħu ngħidu

li din is-sena l-Programm tat-Tlieta mhux ser ikun

eċċezzjoni, hekk kif hemm imħejjija varjazzjoni ta’

siltiet varji magħżula sabiex jolqtu l-gosti ta’ kulħadd

(irreferi għal-programm iddettaljat f’paġna 127).

L-appell tagħna huwa sabiex bħas-snin l-imgħoddija,

tippatroċinizaw dan il-programm għax il-preżenza

tagħkom huwa s-sodisfazzjon tagħna u l-kuraġġ

sabiex minn sena għall-oħra nkomplu nistinkaw

sabiex intejbu l-prestazzjoni tagħna u l-livell ta’ dan

il-Kunċert Annwali imtella’ fuq il-Planċier Meravilja,

ikkumplimentat bil-Bandalora Artistika, armati filpjazza

ewlenija tar-raħal tagħna!

B’sodisfazzjon kbir ukoll din is-sena se nkomplu

b’ħolqa oħra fil-katina ta’ bandisti ġodda bl-inklużjoni

ta’ sitt bandisti ġodda li se jkollhom l-opportunità li

jdoqqu għall-ewwel darba fil-Festa 2016. Filwaqt

li nifirħulhom ta’ dan, nawgurawlhom snin twal

ta’ servizz fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju.

Nappellaw li żgħażagħ oħra jieħdu l-eżempju ta’

dawn u jitħajru jibdew jitgħallmu strument mużikali.

Il-Mużika hija arti li ġġib armonija u paċi f’minn

jipprattikaha! Apparti dan, il-mużika tgħin fl-iżvilupp

tal-persuna u tagħmlu aktar soċjevoli u kapaċi jiffaċċja

sitwazzjonijiet ta’ sfida fil-ħajja! Għall-grazzja ta’

71

Noffru servizzi b˙al:

• Fumigazzjoni

• Kontroll tal-insetti li jtiru, cockroach u

wirdien

• Kontroll ta’ ©rieden

• Kontroll ta’ termites u mites

• Trattament tas-susa tal-injam

• Prodotti g˙all-pest control

Çempel jew ibg˙at e-mail g˙al aktar

informazzjoni

PO Box 6, Ûurrieq ZRQ 01

Telephone: (+356) 2164 1432 / 2164 0660

Mobile: (+356) 9945 5015

e-mail: jsphgauci@yahoo.co.uk

Some services we offer are:

• Fumigation

• Flying & Crawling Vermin

• Rodent Control

• Termite and Mite Contol

• Woodworm Treatment

• Pest Control Products

Call or e-mail us for further

information

Alla, is-Soċjetà tagħna tagħti importanza assoluta lillproċess

tat-tagħlim mużikali u ma hemmx kliem biex

jiddeskrivi dan! Jistgħu jitkellmu għalina dawk kollha

li tul is-snin ibbenefikaw mis-servizz b’xejn li aħna

noffru mhux biss lit-tfal u l-adolexxenti iżda ukoll li

dawk ta’ età żagħżugħa u oħrajn ta’ età aktar matura.

It-tagħlim jiġi pprovdut kull nhar ta’ Sibt filgħodu mit-

8 am ’l quddiem u saħansitra jsiru arranġamenti għal

dawk li ma jistgħux jattendu s-sibtijiet billi nippruvaw

insibu ġranet u ħinijiet alternattivi. Mhux biss, iżda

sa fejn ikun possibbli s-Soċjetà tipprovdi ukoll li

strument tal-għażla tal-individwu. Dan kollu jiġi

pprovdut f’ambjent san taħt is-superviżjoni ta’ nies

kompetenti sabiex nassiguraw l-aqwa servizz u serħan

il-moħħ għall-ġenituri u kustodji tat-tfal. Saħansitra

b’mod regolari inżommu kuntatt dirett mal-ġenituri

u kustodji tat-tfal sabiex inżommuhom aġġornati

dwar il-progress ta’ uliedhom. Il-pjan tagħna huwa li

nkomplu nibbenefikaw minn skemi futuri tant ta’ fejda

mnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni

tal-Għaqda Każini tal-Banda, sabiex insaħħu aktar

l-istrutturi tat-tagħlim tagħna u ntejbu l-ambjent li fih

jiġi pprovdut dan it-tagħlim.

Il-ħasra tkun dejjem meta ħabta u sabta xi bandisti

jitilfu l-interess u jieqfu jagħtu s-servizz regolari

tagħhom għaliex aħna familja waħda u n-nuqqas ta’ min

jieqaf jagħti sehmu jinħass ħafna, u dan speċjalment

għaliex it-tagħlim hu intensiv u speċjalizzat bil-għan

li kemm jista’ jkun il-Banda jkollha element tal-post

f’kull sezzjoni. Konsegwentement, meta bandist jew

bandista tieqaf, tħalli vojt li jkun irid jerġa’ jiġi mħarreġ

mill-ġdid sabiex jimtela! Imma rridu nifhmu li bħal

ma siġra tagħmel il-frott, dan maż-żmien jispiċċa u

jiġi sostitwit b’żahar li biż-żmien jerġa’ jsir frott.......u

d-dinja tibqa’ ddur u aħna, dment li Alla l-Imbierek

jagħtina s-saħħa, kommessi li nibqgħu nagħmlu ħilitna

sabiex din “is-siġra” li nisslu nannietna u missirijietna

70 sena ilu, aħna nkomplu nħarsuha u nassiguraw li

tkompli tikber u tagħti l-frott.

Finalment, ma nistgħux intemmu dan ir-rapport ta’

ħidmet il-Banda tagħna mingħajr ma nirringrazzjaw

lil dawk li kienu ta’ sostenn tul dawn it-tnax-il xahar

li għaddew. Ħajr speċjali lis-Surmast Direttur, Mro.

Andrew Calleja li huwa l-mutur fi ħdan il-Banda.

Apparti li jipprovdi t-tagħlim mużikali fuq strumenti

tar-ram, jieħu ħsieb il-kunċerti regolari bejnietna

l-bandisti tal-post li jibqgħu għaddejjin tista’ tgħid

kważi tul ix-xhur kollha tas-sena. Mhux biss, imma

jieħu ħsieb jagħmel l-arranġamenti mużikali kollha

li jkun hemm bżonn għal kull okkażjoni. Dan apparti

d-diversi kompożizzjonijiet li jikteb għal-okkażjonijiet

speċjali, fosthom dik li ser tiġi mżanżna din is-sena

fil-Programm tat-Tlieta 14 ta’ Ġunju sabiex timmarka

l-140 Sena mill-miġja tal-Istatwa tal-Madonna tal-

Ġilju. L-impatt tiegħu fuq l-istorja tal-Banda tagħna tul

l-24 sena li ilu jservi bħala Surmast Direttur huwa ta’

min jammirah u ħerqana għas-sena d-dieħla, fejn jekk

Attività Soċjali għall-

Bandisti tal-Post

(Novembru 2015).

L-istudenta Sarah

Grima, alljieva fi

ħdan l-iskola tal-

Mużika tas-Soċjetà,

tiġi ippreżentata

b’tifkira waqt Jum

iċ-Ċelebrazzjoni

tal-Iskola Primarja

tal-Imqabba.

Alla jrid, inkunu qed niffestiġjaw l-Ġublew tal-Fidda

minn meta ħa t-treġija tal-Banda f’idu.

L-istess radd il-ħajr inwasluh lil-Mro. Edwin Pace,

għalliem tal-alljievi, li d-dedikazzjoni tiegħu f’dan

il-qasam ma tafx limiti. Nhar ta’ Sibtijiet ma jieqafx

jgħallem u aktar kemm l-alljievi juru interess aktar

jiddedika ħin għalihom! L-alljievi u l-bandisti żgħażagħ

huma xxurtjati li għandhom għalliem bħal Mro. Edwin

għax verament jieħu interess ġenwin f’kull wieħed u

waħda minnhom!

Intennu l-gratitudni dejjiema tagħna lejn iż-żewġ

Surmastrijiet Onorarji Mqabbin, Mro. Giulio Tanti u

Mro. Joseph Tonna, li minkejja l-età tagħhom, dejjem

jappoġġjaw dak li tagħmel il-Banda u jattendu għallattivitajiet

prinċipali li fihom aħna nipparteċipaw. Dan

għalina hu l-aqwa ċertifikat lejn ħidmietna li naraw

73

li dak li bdew huma 70 sena ilu, flimkien mal-mibki

surmast fundatur, Mro. Joseph Darmanin: konxji li

l-preżenza attiva tagħhom hija l-prova li jirrikonoxxu

ħidmietna sabiex inkattru dak miksub s’issa!

Ringrazzjament partikolari jmur ukoll lill-Kumitat

Amministrattiv, speċjalment lill-President u l-Kaxxier

tas-Soċjetà li jattendu b’mod regolari sew waqt il-

Kunċerti kif ukoll jakkumpanjaw lill-banda fid-diversi

servizzi li jkollha barra l-lokal. Grati ukoll lejn isservizz

li jipprovdu s-Sinjuri Salvu Galea u Raymond

Cachia li jġorru l-istandard tal-banda f’kull okkażjoni u

liż-żagħżugħ Daniel Farrugia li beda jipprovdi s-sehem

tiegħu ukoll fil-ġarr tal-katuba kif ukoll lis-Sinjura

Marlene Farrugia li tkun minn tal-ewwel sabiex tgħin

f’dak kollu li jkun hemm bżonn, speċjalment f’dak li

jirrigwarda l-uniformi tal-bandisti.

Fuq kollox, l-akbar apprezzament idur lejn sħabna

l-Bandisti tal-Post kollha, li flimkien mal-helpers dejjem

ikunu ta’ għajnuna fis-servizzi kollha li l-Banda tkun

mistiedna tagħti sehemha. Hawn ma nixtieqx insemmi

ismijiet imma kieku ma nsibux għajnuna u naħdmu

bħala “team” kieku ma teżistix din l-armonija bejnietna.

Dan jagħtina l-volontà li nibqgħu mexijin f’din

it-triq b’entużjażmu li naraw aktar tfal Imqabbin

jingħaqdu mal-Banda tagħna sabiex inħallu l-Banda

tagħna fi stat aħjar milli sibniha u fl-istess ħin ngħaddu

r-responsabbiltà tat-tmexxija tagħha lil dawk iżgħar

minna, li bid-dinamiżmu u l-enerġija friska tagħhom

żgur li jistgħu jkomplu jibnu fuq dak li għamilna

aħna tul is snin! Dan kollu iżda ma seta’ qatt jinkiteb

mingħajr l-għajnuna t’Alla l-Imbierek u Ommna Marija

tas-Sema! Ta’ dan inroddulhom ħajr minn qalbna

u nitolbuhom dejjem iżommu jdejhom fuqna ilkoll!

Nieħu din l-opportunità sabiex f’isem sħabi kollha

tal-Kummissjoni Banda, nawguraw il-Festa t-Tajba lil

kulħadd u finalment, hekk kif din is-sena qed infakkru

l-140 Sena mill-miġja tal-Istatwa tal-Madonna tal-

Ġilju nagħlaq bil-versi tant mirquma, minsuġa millpinna

tas-Sur Sunny Aquilina u bil-mużika tas-Surmast

Direttur fl-Innu taċ-Ċentinarju “Lill-Madonna tal-Ġilju

– Omm is-Soċjetà”:

Ħares dejjem lilna wliedek

Banda, nisa, kbar u żgħar,

U liż-Żgħażagħ, kull minn jaħdem

Fil-Każin, fl-armar u n-nar

Ritratt tal-okkażjoni li d-delegazzjoni minn Anticoli Carrado ħadet

mal-President ta’ Malta fl-okkażjoni taż-żjara tagħhom f’Pajjiżna.

Ritratt memorabli hekk kif l-Eċċ. Tagħha l-President ta’ Malta,

Marie Louise Coleiro Preca kixfet l-istatwa tal-Madonna

del Giglio maħduma minn ġebla maqtugħa minn barriera

Imqabbija u skolpita min id l-iskultur Imqabbi u membru tal-istess

Soċjetà, is-sur Antoine Farrugia.

Is-Sur Walter Farrugia, Chairperson tal-Kummissjoni Banda

flimkien mal-Arkivista s-Sur Michael Ghigo, jippreżentaw strument

ġdid (Saxphone Tenore) lill-President tas-Soċjetà fl-okkażjoni

tal-Kunċert Mużikali tat-8 ta’ Diċembru 2015.

Int Madonna Ommna tal-Ġilju

L-Għaxqa tagħna l-Imqabbin;

Nagħtuk l-akbar ġieħ u qima

Int għażiża wisq għalina!

MICHAEL GHIGO B.Ed. (Hons)

Arkivista

Ċertifikat ta’ Tifkira fl-okkażjoni tas-70 Sena mit-tnissil ta’

din l-Ewwel Banda fl-Imqabba, ippreżentat lil dawk kollha

li f’Diċembru 2015 kienu qed isegwu kors mużikali fi ħdan l-iskola

tal-Mużika tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

75

KANZUNETTA B’ĠIEĦ LIS-SOĊJETÀ MUŻIKALI MADONNA TAL-ĠILJU

FIS-SENA LI QED TIKKOMMEMORA L-140 SENA MILL-MIĠJA

TAL-ISTATWA TAL-MADONNA TAL-ĠILJU FL-IMQABBA (1876-2016)

Okkażjonijiet speċjali jitolbu tifkiriet speċjali . .

. . . . .u proprju dak li ispirana din is-sena fejn matulha

qed infakkru l-140 sena mill-wasla tal-Istatwa tant

devota tal-Madonna tal-Ġilju fir-Raħal tagħna.

Ħsibna li nfakkru dan l-anniversarju b’kanzunetta

li fiha tiġbor kull fergħa fi ħdan is-Soċjetà filwaqt

li tfakkar l-għeruq tagħna li jmorru ferm u ferm

aktar ’il bogħod sa mit-twaqqif tal-Fratellanza. Ma

kienx hemm dubju fuq minn jista’ jinterpreta din ilkanzunetta.

L-għażla naturali kienet il-kantanta li

tant qed tagħmel ġieħ lil-Gżiritna, Federica Falzon,

u dan l-għaliex Federica mhux biss għandha

dixxendenza Imqabbija iżda hija partitarja ta’ din

is-Soċjetà u li tant għandha għal-qalba l-Festa

tal-Madonna tal-Ġilju. Il-lirika ġiet minsuġa mis-

Sur Sunny Aquilina, personalità magħrufa f’dan

il-qasam li għandu mħabba speċjali lejn Marija

Immakulata u li tul is-snin niseġ diversi xogħlijiet

relatati għas-Soċjetà. Fejn tidħol kompożizzjoni

mużikali, xtaqna li jkollha stil modern, li jappella

b’mod speċjali għal-ġenerazzjoni żagħżugħa u

ma stajniex ma nirrikorrux għand persuna aħjar

fil-mument, hekk kif ġie kkummissjonat s-Sur

Elton Zarb, li hu kompożitur tant magħruf f’dan ilqasam

fix-xena mużikali Maltija. Ir-recording sar

fl-Istudio Lito’s Place imexxi mis-sound engineer

Manolito Galea. Ir-riżultat finali hu wieħed millaktar

sodisfaċenti, hekk kif jekk Alla jrid, ser ikollna

l-opportunità li nesperjenzaw nhar it-Tlieta 14 ta’

Ġunju 2016 meta din l-kanzunetta ‘O Madonna tal-

Ġilju Ħanina’ ser tiġi mnedija uffiċjalment waqt

l-Kunċert Mużikali annwali esegwit fil-Pjazza

ewlenija tar-raħal tagħna. Żgur li din il-kanzunetta

ser tibqa’ tifkira dejjiema ta’ din l-okkażjoni u li ser

iġġedded l-impenn tagħna li inżommu magħquda

kull fergħa fi ħdan is-Soċjetà, li fil-qasam tagħha

taħdem sabiex nibqgħu niffestiġjaw il-Festa ad

unur l-Patruna tagħna l-Madonna tal-Ġilju tul issnin

u li bil-ħidma kollettiva jissoktaw isostnu din

is-Soċjetà li ġġib isimha!

Din il-kanzunetta hija ħolqa oħra minn sensiela

ta’ kanzunetti li ġew imnedija tul is-snin u interpretati

Il-Kantanta Federica Falzon flimkien mal-kompożitur Elton Zarb

(xellug) u l-awtur Sunny Aquilina.

Federica dak in-nhar tar-recording ġewwa l-istudios Lito’s

Place immexxi mis-sound engineer Manolito Galea (lemin) u

l-kompożitur Elton Zarb.

minn diversi kantanti stabbiliti fil-gżejjer tagħna,

proprju bl-ewwel waħda tkun dik imnedija 18 ilsena

ilu, fl-okkażjoni tal-Festi Speċjali tas-sena

1998 li fakkru l-400 sena Parroċċa ; inċidentalment

fuq versi tal-istess awtur ta’ din il-kanzunetta, is-

Sur Sunny Aquilina b’mużika ta’ Jason Cassar u

interpretazzjoni tal-kantanta Għawdxija Adelina

Attard: il-kanzunetta imortali “Isimhom bħal

kwiekeb fis-Sema”. Hekk inħarsu ’l quddiem li

din l-kanzunetta tidħol fil-qlub tas-soċi, partitarji

u benefatturi “Tal-Ġilju” u li permezz tar-radju

komunitarju tagħna “Tal-Ġilju FM 95.4” tiqba, tiġi

mitluba u tindaqq minn skeda għall-oħra tul is-snin

bħala tifkira tal-miġja tal-Istatwa tal-Madonna tal-

Ġilju fl-Imqabba nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju 1876.

76

Soċjetà tal-Madonna tal-Ġilju

Mill-ewliena fil-gżejjer Maltin

Ilha mwaqqfa hekk kotrot u kibret

B’ħidma kbira u każin mill-ħajjin.

Għandna l-Banda li ġġib l-istess isem

Tal-Madonna tal-Ġilju, għażiż;

Aħna l-membri din l-għaqda nsostnuha

Hija tagħmel unur lill-pajjiż.

O Madonna tal-Ġilju ħanina

Inti Ommna nsellmulek b’dal-kliem

Nitolbuk, dejjem lejk aħna nduru;

Inħobbuk, Int tħarisna f’kull żmien.

Minn qiegħ qlubna għalik din l-imħabba

Hekk maħbuba u meqjuma fl-Imqabba.

B’għeruq sodi hawn il-Fratellanza,

Għadha hekk ħajja u miexja ’l quddiem

U fil-festa sabiħa li nagħmlu

Devozzjoni mal-ferħ u s-sliem.

Tiġbed folol kull sena fl-Imqabba

B’dak il-briju l-armar u n-nar

Ħajr liż-żgħażagħ ħabrieka u n-nisa,

Partitarji b’kull xogħol mill-aħjar!

O Madonna tal-Ġilju ħanina...

Il-planċier hu tassew meravilja

Jixirqilha lil Banda bħal din

Il-bandisti jagħtuha l-ħajja,

Kumitati li jmexxu mas-snin.

Ħajr lil dawk li jirsistu għall-festa

Bla nteressi mill-qalb għall-każin,

Lil tan-nar, tal-armar, kull min jaħdem,

Fl-għaqda s-saħħa hekk nibqgħu mexjin.

O Madonna tal-Ġilju ħanina...

Kliem: Sunny Aquilina

Mużika: Elton Zarb

Kantanta: Federica Falzon

77

if you can dream it

we can build it

As one of Malta’s leading construction

companies, we have been building dreams

for decades. This is why we are trusted with

landmark projects from start to finish.

Elbros - Triq l-Industrija, Kirkop KKP 9042 - Malta

T (+356) 2124 9999 E info@elbros.com.mt

www.elbros.com.mt

construction | marine works | landscaping | restoration | building materials | plant equipment hire | real estate

Il-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ 2015/ 2016.

Membri mix-xellug għal-lemin: Falzon Julian, Zammit Julian,

Farrugia Julie (Kaxxiera), Zammit Joseph (Chairman), Farrugia

Omar (Segretarju), Briffa Jeremy u Sacco Anthea.

Nieqsa mir-ritratt: Abdilla Petra u Falzon Wayne.

3 ta’ Frar 2016: Joseph Zammit, f’isem is-Sezzjoni Żgħażagħ,

jirċievi fondi massimi tal-iskema SIS 2016 għall-wirja: ‘Mater

Dolorosa: Wirja Unika ta’ Fresco’ mill-Ministru għad-Djalogu

Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli u

l-Kunsill Nazzjonali għas-Settur tal-Volontarjat.

Pubblikazzjonijiet: ‘Il-Fjur’ Ħarġa Numru 46, 47 u 48

għas-sena 2015/ 2016.

Għeżież soċi, partitarji u ħbieb,

Ma nħossx li għandi nkun

jien li nieħu post il-kalendarju

biex navżakom li x-xahar ta’

Ġunju reġa’ magħna. Dan

għaliex nemmen li f’dan iżżmien

tant mistenni tas-sena,

kull min vera jżomm u jgħożż

qrib qalbu l-festa tal-Madonna

Tal-Ġilju, bħal donnu jħoss

l-atmosfera ta’ madwaru tlellex

b’sentimenti ta’ antiċipazzjoni

u ferħ, u dan bil-wisq aktar

jinħass minn min, bħażżgħażagħ

fi ħdan il-Kumitat

tas-Sezzjoni Żgħażagħ, investa

sena ta’ impenn u sagrifiċċju

għall-istess għan.

Iva l-aħwa, il-festa reġgħet magħna, u b’wiċċna

minn quddiem nistgħu ngħidu li ż-żerriegħa żagħżugħa

li nżergħet matul is-sena f’katina ta’ attivitajiet,

proġetti u skemi, ħalliet il-frott tant mistħoqq f’suċċessi

konsekuttivi. Kif kien evidenti tul din is-sena ta’ ħidma

kontinwa, is-Sezzjoni Żgħażagħ kompliet tesperimenta

b’attivitajiet ġodda sabiex issib postha fost iż-żgħażagħ

preżenti, filwaqt li f’bilanċ tibqa’ żżomm qrib tagħha

ż-żgħażagħ li sena wara oħra poġġewha fuq pedestall

tal-komunita’ żagħżugħa Mqabbija. Minkejja l-ostakli

affaċċjati, is-Sezzjoni Żgħażagħ reġgħet esibixxiet

li fejn hemm l-għaqda vera hemm is-saħħa u li

d-determinazzjoni hija nofs battalja mirbuħa.

Intant, f’isem il-Kumitat preżenti u għal ġieħ ilkumitati

futuri, nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex

nagħmel appell aħħari għal żieda fil-konkorrenza;

bħalma sostnejt sena ilu, ma ninsewx li ninsabu fi

żmien fejn l-att volontarju f’pajjiżna kulma jmur jidher

li qiegħed jonqos ġmielu, b’hekk il-kuraġġ u l-għajnuna

tagħkom il-partitarji, b’mod speċjali dawk żgħażagħ,

huma essenzjali fil-mixja komunitarja tagħna. Fl-aħħar

mill-aħħar, is-Sezzjoni Żgħażagħ hija biss nukleu qalb

is-Soċjetà mwaqqfa ad unur il-Madonna Tal-Ġilju, u

meta tistgħana l-għaqda tagħna tikber ilkoll magħha

s-Soċjetà li tinkorporaha. Nibqgħu nemmnu li kull

qatra tgħodd.

Is-sena tal-Kumitat 2015-2016 bdiet bil-barka ta’

quddiesa kkonċelebrata minn Fr. John Curmi sewwa

sew nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju, u l-ewwel pass immedjat

ikkonsista fl-iskema imnedija mill-ġdid: ‘Il-Ftit, miż-

Żgħażagħ għaż-Żgħażagħ’; skema xhieda tal-għaqal

żagħżugħ minn ġewwa l-kumitat kif ukoll minn fost il-

79

Fantasy

Flowers

Your fantasy into reality

Aldo Ritchie

Madonna ta’ Pinu,

Triq il-Ħarriġiet,

Mqabba MQB 1480, Malta

tel: 2164 1032

Mob: 9946 5963 / 7960 2432

E-mail: fantasyflowersmt@gmail.com

Ic-Chairperson tas-Sezzjoni, is-Sur Joseph Zammit jippreżenta

tifkira tal-okkażjoni tal-Patroċinju lil-Arċisqof Emeritu Mons.

Pawlu Cremona fl-okkażjoni taċ-ċerimonja marbuta malinawgurazzjoni

tal-wirja ‘Mater Dolorosa’.

Preżentazzjoni ta’ tifkira lis-Sur Mauro Pace Parascandolo, li

attenda għal l-inawgurazzjoni tal-Wirja ‘Mater Dolorosa’ f’isem

il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.

membri msieħba minn barra. Biss, l-ewwel attivitajiet

uffiċjali kkonsistew f’Boat Party u Afternoon Get-

Together speċifikament imtella’ għaż-żgħażagħ tul

l-istaġun tas-sajf u Pasta Night f’Novembru li rat ilkażin

mimli partitarji ta’ kull età f’atmosfera ferriħija

ta’ tiżjin ġdid.

Ix-xahar ta’ Diċembru ġab miegħu ġimgħat twal

ta’ preparamenti permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet

li lkoll daħħlu l-partitarji kollha fl-atmosfera tal-

Milied. Primarjament, insemmu l-organizzazzjoni

tal-‘Christmas Weekender’ bis-sehem tal-fergħat

kollha fi ħdan is-Soċjetà: Pjazza Christmas Bazaar,

Playstation Tournament, Pjazza Car Wash, Morning

Blood Donation, Afternoon Tea ġewwa l-każin u

Snooker Tournament fl-isfond ta’ Maratona ta’ ġbir ta’

fondi u xandir b’risq ir-rikostruzzjoni tal-każin fuq Tal-

Ġilju FM u proġett ġdid ta’ ħdim ta’ liedna. Fl-istess

żmien ħelu tal-Milied, saru donazzjonijiet għall-Istrina

u għad-Dar tal-Providenza, fl-istess waqt li tlissnet

tbissima fuq fomm it-tfal Mqabbin bit-Tqassim tar-

Rigali fl-isfond ta’ Lotterija kbira bi tliet premji u talpubbikazzjoni

tal-itwal edizzjoni qatt maħruġa tal-Fjur.

Is-sena 2016 ġiet miftuħa permezz talorganizzazzjoni

ta’ Pizza, Wine & Karoke Night ġewwa

l-każin f’Jannar, hekk kif tul ix-xahar ta’ Frar ittellgħet

preżentazzjoni ta’ drama mxenqa u mfaħħra minn

kulħadd: Serata li nfetħet b’żifna mad-diska ‘Roar’

segwita minn musical bl-isem ta’ ‘Peprina’ li għalihom

ħadu sehem madwar tletin tifel u tifla. ‘Kamillu

Jitlef Rasu’, farsa fuq żewġ atti, temmet din is-serata

divertenti b’udjenza massima ġewwa s-sala tal-iskola

primarja tal-Imqabba.

Marzu mbagħad ġab miegħu proġett ambizzjuż li

bħalu qatt ma deher f’raħalna jew pajjiżna, xhur sħaħ

It-tliet protagonisti li kienu fundamentali sabiex il-wirja ‘Mater

Dolorosa’ tkun suċċess mill-bidu sal-aħħar: Joseph Zammit,

Maria Tonna u Edwin Gatt.

6 ta’ Diċembru 2015: Quddiesa tal-Immakulata Kunċizzjoni bissehem

ta’ membri tal-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ flimkien

ma’ diversi fergħat tas-Soċjetà Mużikali Madonna Tal-Ġilju.

23 ta’ April 2016: Kollaborazzjoni ta’ Drama tas-Sezzjoni

Żgħażagħ mal-Kumpanija Teatrali Aniċi –

‘Il-Kappillan Reġa’ Għamilha!’

81

PEPRINA

KAMILLU

JITLEF RASU

IL-KAPPILLAN

REĠA’ GĦAMILHA

Carabott Jewellers

Dun ÌuΩepp Zammit Street

Ûurrieq - Malta. Tel: 2168 0760

Business Hours:

Monday to Friday: 9.00a.m. - 12.00p.m.

4.00p.m. - 7.00p.m.

Wednesdays & Saturdays : Half Days

ta’ ħsieb u preparamenti: Wirja unika ta’ fresco u xogħol

mirqum fl-injam bl-isem ta’ ‘Mater Dolorosa’, li ġiet

esegwita fis-sala tal-każin tul il-Ġimgħa Mqaddsa.

Immexxi mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna Tal-Ġilju u

b’fondi mill-iskema Small Initiatives Support, il-proġett

inkluda kunċert ta’ inawgurazzjoni ta’ mużika sagra

mill-Banda Madonna Tal-Ġilju li sar taħt il-patroċinju

tal-Arċisqof Emeritus Paul Cremona O.P., xogħol minn

membri tal-Junior Club b’appoġġ mill-Kummissjoni

Nisa, flimkien ma’ xogħol awdjo-viżiv b’appoġġ mill-

Kummissjoni Radju, u fuq kollox għajnuna minn

diversi membri żgħażagħ partitarji. L-istess perjodu ra

l-pubblikazzjoni ta’ edizzjoni speċjali tal-Fjur.

F’April ittellgħet farsa fuq tliet atti b’kollaborazzjoni

mal-Kumpanija Teatrali Aniċi intitolata: ‘Il-Kappillan

Reġa’ Għamilha!’, li kellha tkun it-tieni kollaborazzjoni

ta’ drama f’raħalna, u ġimgħa wara biss sar il-Picnic

annwali b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Nisa, li

ta’ kull sena jinżel għasel mal-familji partitarji. Iżewqu

s-sena kien hemm il-Gatherings lokali li jżommu

l-adrenalina lejn il-festa ħajja tul ix-xhur imbiegħda

mill-festa. Apparti minn dan kollu, il-Kumitat preżenti

tas-Sezzjoni Żgħażagħ ħass ukoll li għandu jieħu

f’idejh proġett ta’ armar għall-festa li jinvolvi fistuni

ġodda u liedna fuq disinn ġdid għat-toroq fil-periferija

ta’ Triq il-Madonna Tal-Ġilju, kif ukoll manutenzjoni

mill-ġdid tal-proġett tal-Bypass.

U bi dħul ix-xahar ta’ Mejju, jintemm il-vjaġġ

kommemorattiv li wassalna sal-preżent, hekk kif issa

ninsabu fil-quċċata tal-attività żagħżugħa permezz talpreparamenti

tal-ġimgħa tal-festa, mill-Blue Costume

Party sa jum ix-Xalata, u fuq kollox, l-organizzazzjoni

tal-Marċ tal-Ġimgħa, li sena wara oħra kulma jmur

ikompli jerfa’ l-piż taċ-ċelebrazzjonijiet ad unur il-

Madonna Tal-Ġilju. Bħas-snin passati, f’isem is-

Sezzjoni Żgħażagħ, il-leħen żagħżugħ għas-Soċjetà

tagħna, nixtieq nawguralkom mumenti mill-isbaħ tul

din l-isbaħ festa Mqabbija, filwaqt li b’idejn miftuħa

nistedinkom testendu dawn il-mumenti festivi tagħkom

magħna tul is-sena kollha permezz ta’ aktar konsistenza

fil-parteċipazzjoni tagħkom.

Intemm il-messaġġ tiegħi billi nirringrazzja millqalb

lit-tmien membri l-oħra tal-Kumitat tas-Sezzjoni

Żgħażagħ: Anthea Sacco, Jeremy Briffa, Julian Falzon,

Julian Zammit, Julie Farrugia, Omar Farrugia, Petra

Abdilla u Wayne Falzon – Minkejja t-tlajja’ u l-inżul

tat-triq, kull ostakolu ġie affrontat u ssuperat bil-barka

tal-patruna li żammitna mexjin id f’id tul sena oħra ta’

ħidma ħabrieka, u li issa nittamaw li tiffjorixxi f’suċċess

assolut tant mistħoqq...

12/ 13 ta’ Diċembru 2015: ‘Christmas Weekender’ – Numru kbir

ta’ attivitajiet imtellgħa mis-Sezzjoni Żgħażagħ bis-sehem ta’

diversi fergħat tas-Soċjetà Mużikali Madonna Tal-Ġilju.

L-altruiżmu

tas-Sezzjoni Żgħażagħ

li tiddedika parti

mill-attivitajiet tagħha

għal istituzzjonijiet u

għanijiet filantropiċi.

JOSEPH ZAMMIT - Chairman

Ftit mid-diversi attivitajiet ġewwa l-każin li ġew organizzati

mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju.

85

PINKISHLINE

(From Bestprint)

Tal-Paradise

Gas Fixed Point & Distributors

Opening Hours:

6.00am - 5.00pm

Delivery Hours

(right to your door):

6.00am - 4.00pm

Suppliers for Gas Cylinders

Tal-Paradise Gas Fixed Point / Distributors

20, Triq L-iSkola, Ħal Safi

Tel: 21682125 • Mob: 99269375 • e-mail: paradise_nick@hotmail.com

FESTA 2015

MATER DOLOROSA

16 ta’ Marzu 2016: L-inawgurazzjoni tal-wirja: ‘Mater Dolorosa: Wirja Unika

ta’ Fresco’, b’kunċert ta’ mużika sagra mill-Banda Madonna Tal-Ġilju

taħt il-patroċinju tal-Arċisqof Emeritus Paul Cremona O.P., fil-preżenza

ta’ membri parlamentari u membri tal-Kunsill Nazzjonali għas-Settur tal-

Volontarjat. Dan kien segwit mill-ftuħ uffiċċjali tal-eżebizzjoni ġewwa

Palazz il-Ġilju bi promozzjoni estensiva fuq media lokali – Attività unika

għal raħalna u pajjiżna b’tim kbir ta’ membri volontarji warajha!

Ray’s Hardware Ltd.

“St Joseph Stores”

142, Marsa Road,

Marsa HMR 14

Tel/Fax: 21222552

E-mail:

rayborg@maltanet.net

Il-Kumitat tal-Kummissjoni Nisa

Madonna tal-Ġilju 2015/2016.

Mix-xellug - Romina Galea, Beatrice

Farrugia , Maria Muscat, Sharon

Falzon, Anna Grech, Julie Abdilla

(Chairperson), Lyndsey O’Reilly,

Analise Falzon, Lilian Bonnici,

Josephine Simbeye, Gigliola Briffa.

Diversi attivitajiet imtellgħa fil-Pjazza tal-Imqabba b’rabta mal-attività bit-titlu “Do the Right Mix” li l-Kummissjoni Nisa

organizzat nhar il-31 ta’ Ottubru 2015 fl-okkażjoni tal-European Mobility Week.

89

Ftira Night - 04.09.2015

Ġurnata Għawdex - 20.03.2016

Serata ta’ Talb Quddiem il-Madonna - 25.09.2015

BBQ fuq il-Bejt tal-Każin - 19.07.2015

Pastanight - 13.06.2015

Sa mill-bidu taż-żminijiet, mit-Testment il-Qadim

sat-Testment il-Ġdid, minn profeti sa qaddisin, minn

teologi sa filosofi, il-Verġni Mqaddsa dejjem kienet

mogħnija bl-isbaħ fost it-titli. Dawn huma kollha

xhieda tad-devozzjoni u l-imħabba lejn l-Unika

Kreatura li Alla sa mit-twelid tagħHa lliberaha minn

kull tebgħa ta’ dnub.

Huma proprju d-devozzjoni u l-imħabba lejn il-

Verġni Mqaddsa li dan li dan ir-raħal tal-Imqabba

ilu jkattar fost in-nies tal-lokal u dawk kollha li jżuru

dan ir-raħal; id-devozzjoni lejn dik diskritta bħala

‘Sicut Lilium Interspinas’ – Inti l-Ġilju fost ix-Xewk.

Kien proprju 140 sena ilu meta din il-vara artistika

tal-Madonna tal-Ġilju ta’ Giovanni Darmanin waslet

f’dan ir-raħal. U min qatt ma sabx ruħu jirrikorri taħt

din ix-xbieha artistika fit-talb jew fir-ringrazzjament?

Sa mit-twaqqif tagħha, din is-Soċjetà Mużikali

kemm fit-titlu tagħha bħala Soċjetà Mużikali Madonna

tal-Ġilju kif ukoll fir-ritwali u l-attivitajiet organizzati

dejjem kompliet testendi d-devozzjoni mhux biss lejn

din ix-xbieha artistika ġimagħtejn fis-sena; matul ilfesta

tal-Madonna tal-Ġilju f’Ġunju u matul il-festa tal-

Immakulata Kunċizzjoni f’Diċembru iżda wisq aktar

lejn id-devozzjoni fil-ħajja tagħna ta’ kuljum filwaqt

li nfittxu li ngħixu fuq il-passi tagħHa fil-ħajja tagħna.

Fost il-modi kif is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-

Ġilju kattret id-devozzjoni, insibu l-inawgurazzjoni

tax-xbieha tal-Madonna tal-Ġilju fil-ġnien ta’ ħdejn

il-ġibjun, xogħol l-iskultur Imqabbi Antoine Farrugia

f’Ġunju 2012. Ta’ kull sena, fil-bidu tax-xahar ta’

Ottubru, il-Kummissjoni Nisa torganizza Lejla Marjana

quddiem din ix-xbieha fejn tagħti bidu għal-laqgħat ta’

talb tar-Rużarju matul dan ix-xahar. Ġurnata Marjana

oħra tiġi organizzata barra mil-lokal fejn ta’ kull sena

nżuru siti bħal knejjes, kappelli jew kwadri li huma

relatati mal-Verġni Mqaddsa. Attività oħra fuq nota

reliġjuza hija l-attività tas-Seba’ Viżti fil-lejl ta’ Ħamis

ix-Xirka fejn din is-sena żorna knejjes u kappelli fit-

Tlett Ibliet tal-Kottonera.

Apparti minn dan, il-Kummissjoni Nisa tfittex ukoll

li timxi maż-żminijiet u torganizza attivitajiet mixtieqa

mill-membri tagħha u minn dawk li jattendu. Dawn

l-attivitajiet jinkludu ikliet soċjali bħal mhuma l-Ftira

Nights fl-iljieli Sajfin, mawriet kulturali f’Għawdex,

picnics fil-kampanja fost l-oħrajn. Appuntament

annwali hija żjara lill-Imqabbin ġewwa r-residenza

f’San Vinċenz de Paule fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara.

B’din l-attività l-Kummissjoni Nisa tixtieq li tkun ta’

eżempju għal għaqdiet oħra sabiex jifirxu l-attivitajiet

tagħhom fuq dimensjoni filantropika wkoll. Filħajja

li qed ngħixu sirna nisimgħu ħafna dwar ilkuxjenza

ambjentali u l-Kummissjoni Nisa rat ukoll

kif dan l-għarfien u din il-kuxjenza testendiha fillokalità

tar-raħal tagħna. Għat-tieni sena konsekuttiva

l-Kummissjoni Nisa ntgħażlet sabiex tkun waħda millorganizzazzjonijiet

f’Malta li tipromwovi l-‘European

90

Mobility Week’. Fost l-attivitajiet li saru matul dan

il-jum wieħed isemmi ġita mal-postijiet storiċi u

ta’ interess fl-Imqabba, live human table soccer bilparteċipazzjoni

ta’ bosta football nurseries, wirjiet

artistiċi, edukazzjoni dwar l-użu tar-roti u oħrajn. Din

ġiet milqugħa tajjeb ħafna u l-konkorrenza kienet

waħda pożittiva.

Dan ix-xogħol kollu li jitwettaq minn din il-

Kummissjoni u fergħat oħrajn fi ħdan din is-Soċjetà

Mużikali huwa grazzi għall-kuraġġ li jintwera missoċi

u partitarji li dejjem insibuhom warajna kemm

bl-attendenza tagħhom kif ukoll bl-appoġġ morali

tagħhom. Iżda l-ikbar ringrazzjament tagħna jmur lil

Dik li nirrikorru għandHa fit-talb tagħna…lil Ommna

taħt it-titlu Singulari tal-Ġilju li tagħha aħna lkoll

devoti.

Buffet Breakfast - 11.02.2016

Grazzi Madonna tal-Ġilju ta’ mħabbtek Għalina!

JULIE ABDILLA

Chairperson

Picnic - 17.04.2016

Ikla Tradizzjonali tal-Kunċizzjoni - 05.12.2015

Seba’ Visti - 24.04.2016

Kontribut Finanzjarju b’Risq Pink October - 01.10.2015

Ftira Night - 03.07.2015

Vista lir-Residenti ta’ San Vincenz - 08.03.2016

Ikla Bejn il-Ħbieb - 23.10.2015

91

Is-Sur Benny Dingli,

il-Licencee il-ġdid

tal-Għaqda tan-

Nar Madonna tal-

Ġilju waqt fażi taxxogħol

ippreparat

għal-Festa ta’

din is-sena.

L-Aħħar kontribut tiegħi għal din il-pubblikazzjoni

kienet dik għall-festa tal-2009, fejn hemmhekk kont

ħabbart li minħabba raġunijet personali, u ċirkustanzi

oħrajn li nibtu fl-għaqda tan-nar tagħna, kont iddeċidejt

li nirriżenja minn licencee u li tal-2009 kellha tkun

l-aħħar festa li għaliha jien kont ser inkun responsabbli.

Għalkemm ħafna kienu jaħsbu mod ieħor, fid-diversi

laqgħat li kelli, kont dejjem ninsisti li l-pożizzjoni ta’

licencee mhijiex waħda faċli. U mhux la kemm wieħed

ipaċpaċ, għax mill-kliem għall-fatti hemm baħar

jikkumbatti, u l-baħar fl-ambitu tagħna huwa dejjem

bil-mewġ kontra sew mil-lat legalistiku fejn dawn qed

ikunu aktar riġidi, kif ukoll mil-lat ta’ responsabbiltà

diretta għal dawk liċenzjati li jiffrekwentaw il-fabrika

tan-nar tagħna, biex ma nsemmux il-pressjoni taxxogħol

pirotekniku. Fl-erbgħa u għoxrin sena li għamilt

immexxi din l-għaqda kont doqt kemm il-ħelu kif ukoll

il-morr u għalhekk l-esperjenza għallmitni ħafna. Biss

ċerti ċirkostanzi wieħed ma jkunx jista’ jaħrabhom

u ġaladarba kont assigurat li kollox kien ser jibqa’

għaddej b’mod normali ma kienx fadalli għażla ohra

ħlief li nerħi t-tmun f’idejn dawk ta’ warajja. Nistqarr

magħkhom li internament kont imħasseb mhux ftit fuq

kemm dawk li għad jidħlu għal dan l-inkarigu kienu

verament konxji tal-kobor u l-piż tar-responabbiltà li

kariga bħal din tirrikjedi. Bħal ma kulħadd jaf minn

idejja t-trġija tal-post tan-nar għaddiet f’idejn is-Sur

Lawrence Mangion li ħadem il-festi tal-2010 u 2011,

fejn wara r-responsabbiltà għaddiet f’idejn is-Sur Kevin

Saliba li kompla jaħdem mill-2012 sal-2015, minn

hawn nirringrazzjahom għax-xogħol b’responsabbiltà

li wettqu u li ma kienx wieħed faċli. Matul dan ilperjodu

baqgħu jittellgħu spettakli kbar fejn saħansitra

L-isbaħ waqt għad-dilettanti tan-nar! L-aħħar parti tal-Purċissjoni

fejn b’mod kollettiv ikunu huma li jerfgħu il-vara tal-Madonna

tal-Ġilju fid-dħul lura fil-Knisja! F’dan ir-ritratt qed naraw lil-membri

tal-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju, immexxija mis-Sur Kevin

Saliba, eks Licencee tal-Għaqda waqt dħul il-vara fil-Festa 2015.

Il-pubbliku isegwi l-ispettaklu tan-nar tal-art li għat-tieni sena

reġa’ ġie mtellgħa fl-aħħar parti ta’ Triq Karmenu Ciantar u

l-fetħa li tagħti għal-By Pass.

93

Sky Concert - Parti mis-show esebita fiż-Żebbuġ Għawdex

f’Awwissu 2015.

fl-2011 naqqaxna isimna fl-istorja tad-dinja bilmanifattura

u l-ħruq tal-akbar raddiena fid-dinja. Unur

li għadu f’idejna u li għadna ngawduh sal-lum. F’dan

iż-żmien ukoll baqa’ miexi l-progett ta’ titjib f’dak li

għandu x’jaqsam mal-bini u ż-żamma tal-post tan-nar

kif ukoll inkisbu għadd ta’ liċenzji fil-kategorija “B”

kif ukoll dawk “A”.

Minn wara l-festa tal-2015, is-Sur Kevin Saliba

wera x-xewqa tiegħu li ma jibqax jokkupa l-kariga ta’

licencee u hawn informa lill-kumitat amministrattiv,

biss kien lest li jżomm il-permess fuqu sabiex jiġu

evitati proċeduri twal jekk il-permess jiġi tterminat u

riattivat mill-ġdid ġaladarba xi ħadd jitħajjar li jieħu

l-inkarigu. Minn Settembru 2015 sa Frar 2016 saru

għadd ta’ laqgħat fejn fihom iddiskutejna fit-tul ittriq’il

quddiem mal-persuni bil-Liċenzja “A”, membri

tas-soċjetà tagħna, biss għal numru ta’ raġunijiet ħadd

ma kien lest li jidħol għal din il-kariga. Aktar ma beda

jgħaddi ż-żmien aktar bdiet tikber il-pressjoni sabiex

tinstab soluzzjoni. Għalina mhux aċċettabbli li tasal

il-festa u għall-kuntrarju tas-snin l-imgħoddija fejn

saħansitra anke meta konna b’post tan-nar imġarraf

irnexxielna nagħmlu programm diċenti sabiex

nakkumpanjaw il-festa. Nistqar magħkom li ż-żmien

li għamel magħluq il-post tan-nar ma kienx wieħed

faċli għalija għax il-fatt li tara li dak li nbena b’tant

sagrifiċċju u b’impenn mhux qed jilhaq l-għanijiet li

għalih kien ippjanat, huwa ta’ għafsa ta’ qalb kbira.

Wara taqbida interna fija nnifsi u b’appoġġ ta’ numru

kbir ta’ membri kemm dawk attivi fil-qasam pirotekniku

kif ukoll oħrajn li għandhom verament għal qalbhom

lil din is-soċjetà maestuza, iddeċidejt li ġaladarba jien

insib appoġġ sħiħ mill-kumitat amministrattiv, kont

lest li nerġa’ nieħu f’idejja l-ġestjoni tal-post tan-nar.

L-akbar motivazzjoni sabiex nidħol għal dan l-impenna

apparti l-ħidma tal-passat u l-imħabba lejn il-festa tant

għaziza għalina ad unur il-Madonna tal-Ġilju, kienet

id-determinazzjoni f’għadd ta’ żgħażagħ li l-ħidma

tagħhom fil-qasam pirotekniku ġabet lura u avvanzat

ferm aktar minn dak li konna tlifna matul iż-żmien.

Żgħażagħ determinati u li ma qalgħux ħlief tifħir għal

xogħlhom kemm mill-partitarji tas-soċjetà tagħna kif

ukoll minn pirotekniċi magħrufa f’pajjizna, u li kienu

Il-BBQ annwali li jsir biswit l-Post tan-Nar li ta’ kull sena jattira

lejh numru inkoraġġanti ta’ soċi, partitarji u dilettanti tan-nar

(Settembru 2015).

lesti wkoll li fejn tidħol kritika ma jwebbsux rashom

iżda jkomplu jaħdmu għall-aktar titjib. Għalhekk

il-kontinwazzjoni kienet importanti ħafna sabiex

dawn l-istess żgħażagħ ma jaqtgħux mir-ritmu tajjeb

u b’hekk fil-futur xi ħadd minnhom ikun lest li jieħu

t-treġija f’idejh, ħaġa li għalkemm hija impenjattiva

mhix impossibbli. Wara li tlabt laqgħa mal-kumiat

amministrattiv u wrejt ix-xewqa tiegħi u ddiskutejt

il-prassi l-gdida li biha kont bisiebni mmexxi, ġejt

approvat unanimament sabiex inkun nista’ nerġa’

nibda bil-ħidma tiegħi bħala licencee, u hekk nhar

is-Sibt 6 ta’ Frar kienet l-ewwel ġurnata ta’ ħidma fl-

2016. Numru ta’ ċirkustanzi personali li kont fihom fl-

2009 għadhom u ser jibqgħu miegħi dejjem sakemm

il-Mulej jogħġbu jħallini f’din id-dinja, biss din iddarba

kont determinat li mhux ser nittollera fl-ebda

ħin u għall-ebda raġuni atitudnijiet li mhumiex denji

u li matul iż-żmien flok kabbru u kienu ta’ ġid għassoċjetà

tagħna ma ħolqux ħlief problemi. Għaldaqstant

f’dan il-perjodu li għalih jien ser inkun responsabbli

mill-ħidma ġewwa l-post tan-nar ser ninsiti aktar minn

qatt qabel li l-post tan nar għandu jkun post trankwill

fejn wieħed jagħmel dak li hu meħtieġu għall-festa

skont il-ħiliet tiegħu u x-xogħol assenjat lilu minni,

li l-kwalità hija aktar importanti mill-kwantità, li blakar

rettezza nikkontrollaw l-infiq u l-ħela waqt ilmanifattura

tax-xogħol tagħna, li ntemmu darba għalldejjem

l-individwaliżmu u neqirdu l-kelma “tiegħi” u

ndaħħlu l-kelma “tagħna”, u fl-aħħar u mhux l-anqas,

dawk li bħali għandhom ċerta età għandhom jgħaddu

t-tagħlim u dak kollu li nagħfu għas-spejjeż tas-soċjetà

mingħajr kundizzjonijiet lil dawk ta’ warajna sabiex

jekk ikun possibbli jtejbu fuqu, u min-naħa tagħna

naċċettaw li l-affarijiet jistgħu jsiru b’mod differenti,

aktar sigur u jagħti riżultati aħjar. B’hekk biss inkunu

qed nassiguraw li ta’ warajna jkunu sodi biżżejjed biex

għada pitgħada jmexxu huma mingħajr problemi żejda.

Min għadu qed jitlaq jimxi għandu bżonn min jgħinu u

mhux min jagħtih il-gambetti. Min ma jaqbilx ma’ din

il-proċedura allura jkun aħjar li ma jersaqx ’il quddiem

biex jaħdem in-nar fil-fabbrika tagħna taħt it-tmexxija

tiegħi. Ħbieb konna u mija nibqgħu. Fil-kariga tiegħi ma

nistax inqis il-gwadan jew l-ideal singulari ta’ persuna

95

TA' SERVIZZ

GĦALIK

MILL-QALBA

TAS-SIĠĠIEWI

Banif Bank għandu fergħa

fiċ-ċentru tas-Siġġiewi biex jaqdi

l-ħtiġijiet bankarji kollha tiegħek,

kemm dawk personali kif ukoll

tan-negozju. Nistiednuk iżżurna

f’din il-fergħa li tinsab fil-Pjazza

San Nikola, fejn it-tim tagħna

lest li joffrilek servizz eċċellenti.

Il-ħinijiet ta' ftuħ huma:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.30a.m – 2.30p.m.

Is-Sibt: 8.30 a.m – 12.30 p.m.

Banif Bank (Malta) plc

Banif Bank (Malta) plc huwa liċenzjat mill-MFSA biex joffri servizzi bankarji, skont it-termini tal-Att dwar il-kummerċ Bankarju 1994. Reġistrat f’Malta C41030 – 203, Level 2, Rue D’Argens, Gżira, GŻR 1368, Malta.

FESTA 2015

waħda iżda, dak li l-aktar teħtieġ is-Soċjetà tagħna.

Ninsab ċert li dawn huma deċiżjonijiet iebsa u mhux

popolari u jistgħu jħallu lil xi persuni b’togħma qarsa,

iżda jien u dawk li appoġġjawni nemmnu bis-sħiħ li din

hija l-iktar triq vijabbli u li tassigura l-kontinwità.

Qabel bdejna bil-ħidma tagħna għall-festa tal-2016

ħejjejt pjan bażiku ta’ dak li seta’ b’mod mill-aktar

raġonevoli jitlesta għall-festa msemmija mingħajr

pressjoni kbira u skont dawk li tawni l-kelma li ser

jaħdmu waqt laqgħa li saret għall-istess raġuni. Konna

nafu li jekk qatt konna għamilna sagrifiċċji, dan ta’

din is-sena ser ikun sagrifiċċju tripplu, għaliex ridna

naħdmu f’terz taż-żmien li naħdmu fih is-soltu, biex

jittella’ programm zgħir kemm ikun żgħir f’erba’ xhur

mhix ċajta. Fil-fatt il-ħinijiet li qattajna fil-post tannar

kienu twal u f’mumenti kellna nagħmlu sagrifiċċji

mhux żgħar, biss kulħadd kien kuntent bix-xogħol

u l-kontribut li qed jagħti. L-ewwel prijorità ngħatat

għall-kaxxi infernali u s-servizzi neċessarji. Fl-istess

ħin inbdiet il-ħidma fuq numru sabiħ ta’ murtali talberaq

u tal-kulur kif ukoll blalen u xogħol ieħor li

aħna magħrufin għalihom. Apparti l-ħidma fuq in-nar

tal-ajru bdejna naħdmu bis-sħiħ għal dak li għandu

x’jaqsam man-nar tal-art. Bil mod il-mod kollox beda

jaqa’ f’postu u mill-ġurnata ta’ Jum il festa bdejna

nimlew il-kumplament tal-festa u bi pjaċir kbir ngħid

li grazzi għal sħabi u l-ħidma serena u sfieqa tagħhom

ser inkunu kapaċi ntellgħu programm meqjus kif inhu

xieraq għall festa tagħna. Irrnexxielna wkoll inlestu

u naħarqu murtali għall-Festa Nar li ttellgħet fis-

Siġġiewi fit-2 ta’ April kif ukoll xogħol ta’ nar tal-art

għall-Għaqda tan-nar Marija Bambina tal-Mellieha u li

bih ikkompetew fil-festival tan-nar tal-art li ttella’ fid-9

ta’April fil-Floriana. Matul din is-sena komplejna nżidu

mal-kullana ta’ unuri pirotekniċi li l-Għaqda tagħna

tipposjedi. Grazzi għal ħidma sfieqa tas-Sur Samuel

Abdilla u s-Sur Geordie Camilleri fuq il-piramida tannar

tal-art li huma ħadmu għall-Festa tal-2015, ġejna

onorati bl-ewwel post fil-kategorija tal-Aktar Prodott

Innovattiv minn Artiġjan Ġdid fis-settur, Premju Ġieħ

L-Aritiġjanat Malti 2015. Ta’ min wieħed isemmi li din

il-biċċa nar tal-art inħadmet kompletament fil-basement

il-ġdid tal-każin. Dan juri biċ-ċar li l-binja l-ġdida tas-

Soċjetà tagħna ħasbet għal kollox u għal kulħadd.

Bħas snin l-imgħoddija din is-sena ħadna ħsieb ukoll

li nieħdu xi xogħol għall-wara l-festa, fosthom għall-

Ħamrun, il-Fgura u Marsaxlokk. Programm meqjus bħal

ta’ din is-sena xorta waħda jiswa ammont sostanzjali ta’

flus u li l-ġbir li jsir minn fost il partitarji għalkemm

importanti ħafna mhux biżżejjed biex inkopru l-ispiża

kollha u jkollna l-fondi biex nibdew mill-gdid il-ħidma

tagħna għall-2017.Minn hawn nixtieq nistieden lil

dawk kollha ta’ rieda tajba u li lesti jaħdmu għallgħanijiet

meħtiega tal-festa sabiex jersqu ‘il quddiem

u joffru ftit mill-ħin tagħhom dejjem u skont il-ħtiġiet

tas-Soċjetà tagħna. Huwa minnu li illum min għal ħaġa

u min għal oħra kullħadd huwa okkupat ħafna, biss ixxogħol

relatat mal-piroteknika mhuwiex kollu meħtieġ

li jsir fil-post tan-nar. Fost oħrajn hemm ħafna xogħol

fuq skrataċ u brim li wieħed jista’ jagħmel fil-kumdità

ta’ daru u jkun ta’ sostenn kbir għalina għaliex inkunu

nistgħu niddedikaw aktar ħin għal xogħol li bilfors irid

isir fil-post tan-nar.

Min-naħa tiegħi nixtieq minn qalbi nirringrazzja; lil

dawk li kienu ta’ sostenn finanzjarju kull darba li dorna

fuqhom, lil dawk li bl-inġenji u b’ħidmiethom għenuna

u ser jgħinuna matul il-gimgħa tal-festa kif ukoll

matul is-sena kollha, Is-sidien tal-għelieqi li minnhom

naħarqu x-xogħol tagħna, lill-kumitat amminstrattiv tassoċjetà

tagħna u fl-aħħar u mhux l-anqas lil sħabi kollha

li grazzi għas-sagrifiċċji bla qies tagħhom u tal-familji

tagħhom u l-ħidma piroteknika tagħhom ser inkunu

nistgħu ngawdu festa oħra kompluta bħal ma dejjem

għamilna. Nawgura li x-xogħol li għalih tant ħdimna

b’dedikazzjoni jmur sewwa u mingħajr inċidenti.

L-aħħar ħsieb tiegħi jmur lejn Ommna tas-sema, li

matul il-jiem kollha ta’ ħajjitna u speċjalment f’dik ta’

ħidmietna fil-qasam pirotekniku jogħġobha tħarisna

u tbegħdna minn kull għawġ, Grazzi Madonna ta’

mħabbtek għalina.

Viva l-Madonna tal-Ġilju

BENNY DINGLI - Licencee

Filwaqt li nistiednukom biex tiġu żżuru l-Imqabba fil-jiem tal-festa biex taraw ix-xogħol li ħejjejna

fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, l-Għaqda tan-Nar tirringrazzja

Lil Alla tal-għajnuna li jagħtina u lill-Madonna tal-Ġilju li tħarisna matul is-sena kollha

mill-perikli kbar li jġorr miegħu dan id-delizzju.

Nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil familjari u qrabatna tal-paċenzja li jieħdu bina li

minħabba d-delizzju tagħna jiċċaħdu għal żmien twil mill-ħin liberu tagħna flimkien.

Nirringrazzjaw lil dawk il-benefatturi kollha li joffru xi forma ta’ għajnuna matul is-sena,

speċjalment dawk li jipprovdu t-trasport, l-għelieqi eċċ.

Lill-Kumitat Amminstrattiv, il-fergħat kollha tas-Soċjetà, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija

u lill-Kleru tal-parroċċa, lilkom is-Soċi, Partitarji u l-Benefatturi.

Fl-aħħar iżda mhux lanqas, nirringrazzja lis-Sur Joseph Camilleri tal-Għaqda tan-Nar Sta Marija

tar-raħal tagħna, tal-koperazzjoni sħiħa li teżisti bejnietna bħala Licencees.

Nixtieq il-Festa t-tajba lill-Imqabbin kollha u lil dawk il-Maltin u turisti li jiġu jżuruna.

OMMNA MARIJA TAL-ĠILJU ĦARISNA U BGĦEDNA MINN KULL PERIKLU

99

ŻEWĠ ŻGĦAŻAGĦ B’GĦAN WIEĦED

Is-Sur Samuel Abdilla (lemin) flimkien mas-

Sur Geordie Camilleri waqt l-preżentazzjoni

tal-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2015 għarraddiena

tagħhom fil-kategorija tal-Aktar Prodott

Innovattiv minn Artiġjan Ġdid fis-settur.

Ir-raddiena mekkanizzata fuq stil tri-dimensjonali li esibew għal

l-ewwel darba fl-lejliet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2015; is-Sibt

20 ta’ Ġunju , u li biha Samuel Abdilla u Geordie Camilleri kisbu

l-ewwel premju “Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2015”.

Il-plakka

kommemorattiva

mgħotija lis-Sinjuri

Geordie Camilleri

u Samuel Abdilla,

membri fi ħdan ilgrupp

ta’ dilettanti

tan-nar tal-art fi

ħdan l-Għaqda

tan-Nar Madonna

tal-Ġilju bħala

rikonoxximent

ta’ dan il-ġieħ

u li huma qed

jirregalaw lis-

Soċjetà bħala

tifkira dejjiema ta’

dan il-premju.

Minn dejjem konna dilettanti tan-Nar

tal-Art u dejjem ħassejna x-xewqa li xi darba

nagħmlu raddiena li tkun xi ftit speċjali għall-

Festa tal-Madonna tal-Ġilju. It-tnejn li aħna konna

midħla ta’ dan il-Każin minn meta konna żgħar.

L-idea ta’ x’kien jikkonsisti dan il-proġett kienet ilha

tberren f’moħħna u xtaqna li b’xi mod xi darba ssir

realtà.

Meta stqarrejna b’din l-idea ma’ sħabna tan-nar

tal-art, għednilhom li l-akbar problema li kellna kienet

li ma kellniex garaxx fejn nistgħu naħdmu. Meta

avviċinajna lis-Sur Claudio Briffa, li kien id-direttur

li jieħu ħsieb in-nar tal-art fil-post tan-nar tagħna,

huwa mliena bil-kuraġġ u ssuġġerixxa li naħdmuha filworkshop

li hemm fil-basement tal-Każin.

Is-Sur Briffa kompla jħeġġiġna billi kompla

jattrezza l-workshop b’apparat u makkinarju biex

stajna naħdmu. Tpinġa d-disinn fuq skala sħiħa u

wara li rajna x’ħadid u affarijiet oħra li kellna bżonn,

bdejna nordnaw. Lejn tmiem Jannar inbeda x-xogħol

fuq tqattiegħ tal-ħadid u l-iwweldjar tat-triangoli li

minnhom riedna nagħmlu sittax. Wara li tlestew dawn

it-triangoli stajna nagħmlu d-disinn ta’ ġewwa u jibda

jinħadem il-frejm skond id-daqs tat-triangoli.

Hawn wasalna għall-akbar uġigħ ta ras, għax riedna

nibdew naħdmu l-mekkaniżmu bl-użu ta bearings,

azzar speċjali u ‘reductions’. Din il-parti kienet l-aktar

li ħaditilna ħin u ġieli kellna nieħdu l-leave għal-ġranet

sħaħ sabiex jitlesta kollox, tant li domna aktar min

erba’ xhur. Matul dawn ix-xhur ma naqsux il-pariri

siewja li kienu jgħaddulna sħabna li ilhom ħafna fuq

dan il-mistier.

101

MALLIA

PETROL STATION LTD.

SIGGIEWI

New Tyres, New Batteries,

Oil Filters, Accessories,

Car Care products &

more

Mob: 79617353/4

Kif tlesta x-xogħol fejn kollox kien armat fil-limitu

tiegħu, stajna naraw li kollox kien qed jaħdem bħala

moviment. Dik li sa ftit xhur ilu kienet biss idea issa

konna qegħdin naraw il-frott tax-xogħol tagħna,

għalkemm kien għad fadal x’nistinkaw. Min ġewwa

l-basement, għabbejna u ħadna kollox għal post tannar

biex inkunu nistgħu nwaqqfuha u nippruvawha.

Waqt il-provi stajna naraw xi difetti u nuqqasijiet li

rranġajna u b’hekk ir-raddiena segħtet taħdem aħjar.

Kif kienet wieqfa ġie kkalkulat kemm riedna qawwa

tal-fintuna. Wara ġiet żarmata mill-ġdid biex tkun tista

tinżebaħ u jitwaħħal il-gass mat-triangoli. B’hekk kien

kollox lest għal lejlet il-Festa.

It-Tlieta ta’ matul il-ġimgħa tal-Festa niżżilna

kollox u bdejna narmaw fil-By-pass. Kif kollox beda

jieħu postu u tlesta x-xogħol tal-istruttura, bdejna

nikkumnikaw in-nar u hekk kien jonqos is-Sibt lejlet

il-Festa biex jkun determinat ix-xogħol li sar. L-anzjetà

ta’ ħames xhur ta’ sagrifiċċji u għejja kienet evidenti

fuqna sal-mument ta’ meta tinħaraq.

Wasal il-mument mistenni, u wara li nagħtat in-nar,

beda jinħoloq il-moviment perfett 3D ma’ ċapċip ta’

ewforija u apprezzament minn sħabna u minn dawk

kollha preżenti. Kien mument sabiħ għalina t-tnejn

bħala ħbieb minn ċkunitna u l-ewwel biċċa xogħol

flimkien. Ovvjament bħal kull ħaġa oħra kollox jiġi fi

tmiemu. Wara li ċċelebrajna dan is-suċċess flimkien

ma’ sħabna mhux biss għalina personali iżda ukoll

għall-Għaqda tan-Nar tal-Ġilju, żarmajna kollox mallejl

biex b’hekk stajna ngawdu jum il-Festa.

Wara din l-esperjenza ta’ sodisfazzjon li ħadna u

evalwajna x-xogħol ġie deċiż li nitfgħu applikazzjoni

f’waħda mill-kategoriji għall-Premju tal-Artiġjanat

2015. Għidna lill-Kumitat Amministrativ tas-Soċjetà

bil-ħsieb tagħna. Wara li ltqajna biex niddiskutu din

it-talba tagħna, qbilna li nitfgħu l-applikazzjoni filkategorija

bħala artiġjani ġodda fis-settur.

Meta ħarġu r-riżultati, fit-2 ta’ Marzu ġejna ppremjati

bl-ewwel post minn tmintax-il parteċipant. Ix-xogħol

tagħna ġie mfaħħar minn artiġjani bħalna u inġiniera

preżenti li ħalliena motivati għal proġetti oħra futuri.

Qabel nagħlqu dan l-artiklu nixtiequ nirringrazzjaw

lis-Soċjetà tagħna li offritilna l-għajnuna tagħha

kollha biex tatna din l-opportunità li nuru x-xogħol

tagħna u lil kull min ta xi għajnuna b’xi mod jew ieħor.

Nirringrazzjaw b’mod speċjali lis-Sinjuri Kevin Saliba

– il-Licencee tal-Post tan-Nar, Claudio Briffa, Keith

Dingli, Edward Dingli, Marlon Farrugia, Svetlick

Caruana u lill-familjari tagħna li bis-saħħa u l-appoġġ

tagħhom stajna sarrafna din il-ħolma f’realtà.

SAMUEL ABDILLA

GEORDIE CAMILLERI

Ritratt mill-Passat. Is-sena 1984 meta n-nar ta’

l-art kien għadu jintrama fil-pjazza ewlenija

ta’quddiem l-Kazin. Il-Festa li fiha l-mibki Pietru

Barbara kien ħadem l-arloġġ li jaħdem bin-nar u li

għalih tant baqa’ magħruf!

APPREZZAMENT : PETER BARBARA

Għalkemm kien ilu nieqes mir-raħal għal aktar min 35 sena, Pietru,

kif kien magħruf fostna l-Imqabbin, baqa’ dejjem qrib raħalna u

dejjem żamm rokna speċjali f’qalbu għas-Soċjetà u l-Festa tal-

Madonna tal-Ġilju. Ta’ età żgħażugħa beda jaħdem xi raddiena

għall-festa flimkien ma ħuh Żeppi bil-għajnuna ta’ Ġanni Formosa

(Ta’ Sera) għax dak kellu l-apparat meħtieġ peress li kien jaħdem

fil-ħadid. Sena minnhom flimkien ma’ ħuh għamlu xi murtali talbomba,

salut u anke kaxxa li kient inħarqet wara n-nar tal-art.

Fl-1984 Pietru kien għamel arloġġ bil-minutieri li kien idoqq

kull siegħa, kif ukoll bil-għajnuna ta’ ħuh Żeppi, kien għamel

universal biċ-ċrieki jixgħelu permezz tat-tifi. Fl-1985 reġa’ għamel

arloġġ bil-minutieri imma din id-darba għamlu jdur fuqu nnifsu

u jdoqq kull kwarta. Fl-1997 Pietru reġa’ għamel arloġġ

imma din darba għamlu minn żewġ naħat bil-minutieri

u ż-żewġ naħat l-oħra bin-numri diġitali, jdur u jdoqq kull

siegħa. L-aħħar darba li rama’ l-arloġġ kien fis-sena 2008, u

għamlu permezz tal-minutieri, jdur u jdoqq kull siegħa. Barra

minn hekk, Pietru għamel ukoll diversi rdieden tal-universals

u katini matul is-snin.

Pietru ingħaqad mal-Mulej nhar l-24 ta’ Jannar 2016 fletà

ta’ 67 sena. Illum jinsab fejn l-Omm tagħna tas-Sema,

il-Patruna Maħbuba tagħna, il-Madonna tal-Ġilju li minn

dejjem ħaddan u għożż isimHa. Minn dawn il-paġni, filwaqt

li niftakru fil-memorja tiegħu, intennu l-kondoljanzi tagħna lil

ħuh Joseph, lil martu Maria u uliedu Julie, Joe u Pierre.

103

100%

maltese

DEMI

BAGUETTE

CIABATTA

OLIVE

RANGE OF

CHEESE

ONION

BAGUETTE

LARGE

ONION

BAGUETTE

SMALL

CIABATTA

WHITE

CIABATTA

SEMOLA

CIABATTA

WITH SUNDRIED

TOMATOS

CIABATTA

BROWN

RANGE OF

HAM

MILK CONFECTIONERY

THE CONVENIENCE SHOPS, MALTA

Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016

Ħruġ tal-Istatwa min Niċċa

8.00am Ħruq ta’ kaxxa infernali, murtali u

murtaletti.

12.00pm Fit-tmiem iċ-ċelebrazzjoni ġewwa

l-Knisja fejn bi ħġarna nassistu għallħruġ

tal-Istatwa min-Niċċa, mat-tokki

ta’ nofsinhar, bħala tislima lill-Patruna

tagħna l-Madonna tal-Ġilju, jkun hemm

ħruq ta’ musketterija, salut, kaxxa

infernali u murtaletti.

9.30pm Murtali, murtaletti, beraq pront, murtali

tal-kulur.

L-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2016

8.00am

12.00pm

7.45pm

9.30pm

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

Isir ħruq ta’ kaxxa infernali, murtali u

murtaletti.

Waqt il-Marċ ikun hemm ħruq ta’ murtali,

murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur.

Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju 2016

8.00am

12.00pm

7.45pm

9.00pm

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

Mal-barka sagramentali, isir ħruq ta’

kaxxa infernali, murtali u murtaletti.

Waqt il-Marċ ikun hemm ħruq ta’ murtali,

murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2016

8.00am

12.00pm

7.45pm

9.00pm

11.45pm

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

Mal-Barka Sagramentali, isir ħruq ta’

kaxxa nfernali, murtali u murtaletti.

Mal-bidu tal-Marċ ikun hemm ħruq ta’

murtali, murtaletti, beraq pront, murtali

tal-kulur u kaxxa infernali.

Waqt it-tlugħ tal-istatwa ta’ Marija

Immakulata fuq il-pedestall ikun hemm

ħruq ta’ Musketterija u tapit fi Triq il-

Madonna tal-Ġilju.

Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016

Lejliet il-Festa tal-MADONNA tal-ĠILJU

8.00am Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u

murtaletti.

12.00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti.

7.45pm Mad-daqq tal-Ave Marija ssir ħruq ta’

musketterija, salut, murtali bil-logħob u

murtaletti.

10.00pm Spettaklu Pirotekniku li jikkonsisti

f’wirja spettakolari b’diversi murtali talberaq

bil-logħob, murtali tradizzjonali ta’

beraq pront u beraq tal-kuluri, flimkien

ma’ diversi settijiet ta’ murtali tal-kulur.

11:15pm Nassistu għal spettaklu ta’ nar tal-art

oriġinali u mekkanizzat fil-Bypass tal-

Imqabba.

Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2016

Jum il-Festa tal-MADONNA tal-ĠILJU

8.00am Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u

murtaletti.

12.00pm Ħruq ta’ kaxxa infernali, murtali u

murtaletti.

7.00pm Nassistu għall-ħruġ tal-purċissjoni blistatwa

artistika tal-MADONNA tal-

ĠILJU li jkun akkumpanjat minn ħruq

ta’ salut. Wara li tindaqq l-Ave Maria,

tinħaraq kaxxa infernali segwita minn

murtali bil-logħob.

9.00pm Wara l-waqfa sabiex jindaqq l-Innu

l-Kbir lil Ommna u Patruna tagħna

l-MADONNA tal-ĠILJU nassistu għallħruq

ta’ musketterija, murtali tal-beraq

pront u murtali tal-kulur. Mad-dħul tal-

Istatwa tinħaraq kaxxa infernali tal-kulur,

li tagħlaq il-Festi ta’ din is-sena.

10.00pm Id-Dilettanti tan-Nar u qrabathom,

flimkien mas-soċi u l-partitarji,

niltaqgħu fil-knisja biex nirringrazzjaw

’l Alla l-Imbierek u Ommna tal-Ġilju talgħajnuna

li tawna matul is-sena kollha

biex inwettqu dan il-programm kollu.

105

Joseph Mizzi Aluminium works

FREE QUOTATIONS

Address Work shop & Office Tel/fax : 00356-21807851

LQA040A mob : 99445686

Luqa industrial estate

Luqa,MALTA.

Email : mizalum@gmail.com

For aluminium products with competitive prices and professionally done with years of experience in aluminium works.

We fabricate aluminium apertures like doors & windows with new profiles and a large range of colours .

We cater for customer made structure as greenhouse,verandas,skylight,facades and more.

Call for free quotation for :

Louvers fixed & adjustable

Double glazed apertures (with Argon Gas)

Showers & Partitions

Insect screens & Roller nets

Hinged , Sliding & Revolving apertures

Maltese Balcony's , Stairs & Handrails

Security Main Doors

Arched apertures & Folding doors

We do also Soffit Ceilings in Mineral Fibre & Gypsum in various models

Is-Sur John Barbara, Chairperson tal-Għaqda tal-Armar

Madonna tal-Ġilju iwassal l-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni talattività

konklussiva fil-proġett “Komunitajiet Kreattivi”.

Bħal kull sena niġi mitlub biex noħroġ rapport dwar ixxogħol

tal-Għaqda tal-Armar tas-Soċjetà tagħna. Meta

tiġi biex tikteb, ma tkunx daqsekk faċli speċjalment,

meta tkun għadek għaddej b’xi proġett u ma tkunx taf

eżatt jekk tkunx ser tlaħħqu. Iktar u iktar meta tiġi sena

impenjattiva immens bħal ma għaddejna din is-sena u

pjuttost tkun ottimist li ċertu xogħol se nikkonkluduh

sad-data mistennija, jiġifieri għal-Festa ta’ din is-sena.

Mill-ewwel deher li kienet se tkun sena ta’ xogħol

qawwija għax lanqas konna bil-kemm erfajna kollox

f’postu li ma nbediex ix-xogħol mill-ewwel. Tista’ tgħid

li bin-numru ta’ persuni li għandna fi ħdan l-Għaqda,

ħsibna li ninqasmu f’ żewġ gruppi bi proġetti differenti

biex b’hekk ikun jista jitla’ x-xogħol. Proġett li kien ilu

mibdi u l-ieħor li bdejna fuqu din is-sena.

Bdejna fuq ix-xogħol tal-manutenzjoni ta’ sett ta’

pedestalli u l-linef tal-pjazza. Iddeċidejna li mmorru

fuq dan ix-xogħol biex l-iskala taż-żebgħa inġibuha

bħal taż-żewġ pedistalli (ta’ Malta u tal-Papa’) li

Iċ-Chairperson tal-Għaqda tal-Armar, is-Sur John Barbara,

waqt preżentazzjoni ta’ tifkira lil Dr. Simone Inguanez, uffiċjal

responsabbli mid-djalogu kulturali fil-komunità fil-Kunsill Malti

għall-Arti, liema preżentazzjoni saret mill-President tas-Soċjetà

s-Sur Teddy Farrugia, fl-okkażjoni tal-parti konklussiva tal-Proġett

Komunitajiet Kreattivi ġewwa l-Arena ta’ Montekristo.

Ritratt kommemorattiv tal-parteċipanti kollha flimkien mas-Sur

John Barbara, Chairperson, u Dr. Simone Inguanez għan-nom

tal-Kunsill Malti għall-Arti akkumpanjata miż-żewġ għalliema li

mexxew l-kors: is-Sur Joseph Zammit u s-Sinjorina Maria Tonna.

Parti mil-wirja intitolata “Kreattività Artistika fl-Armar tal-Festi Maltin” esibita fil-Foyer tal-Arena f’Montekristo Estates, fejn b’mod oriġinali

u attraenti, ġew esibiti diversi xogħolijiet maħduma mit-tfal li attendew il-kors “Komunitajiet Kreattivi” filwaqt li f’taqsima oħra ġew

esibiti diversi dettalji mill-armar tal-Festa iddisinjati, maħduma u rfinati minn idejn l-membri tal-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju.

107

TAke

oFF

Bar and reSTauranT

St. Thomas Street, Luqa

Malta.

Specialises in Pasta and Grill

Tel: 2180 0243

QuICK FOOD

Super S

ironmongery

Everything

you need

for your Home

under one Roof!

Electrical & Water Fittings, A Large Selection of Power Tools & Hand Tools,

Indoor & Outdoor Lightings, Skirting, A Large Variety of Household Appliances and Kitchen Utensils,

Fans, Dehumidifiers, Heaters & Fan Heaters, Ceiling Roses, Garden Furniture,

Picnic Tables, Umbrellas and much more …

Dun Matteola Saliba Street, Żurrieq Tel: 2768 9256

Opening Hours: Monday to Friday 06:30 to 19:00hrs; Saturday 06:30 to 14:00hrs

Ikla bejn il-ħbieb organizzata fl-Imħażen tal-Armar .

(Diċembru 2015)

Is-Sur John Barbara

f’waħda mill-attivitajiet

organizzati mill-Junior Club

fis-sede l-ġdida tas-Soċjetà.

għandna fil-pjazza. Il-kummenti min-nies li huma

esperti f’dan il-mistier stqarrew magħna li l-irħamar

ta’ dawn il-pedistalli huwa ta’ livell għoli u jkun jixraq

li l-kumplament tal-armar ikun idendiku.

Inbeda x-xogħol billi bil-kalma kollha inqalgħet

kull biċċa ornament li kien hemm u ingħata bidu għallixkatlar

u l-manutenzjoni fejn kien hemm bżonn. Ġie

deċiż li ċertu ornamenti jinbidlu u jsir xogħol li jixraq

aktar għal fuqhom. Meta tlestiet din il-fażi ta’ xogħol

inbeda x-xogħol fuq irħamar fejn din is-sena ma sarx

minni imma kien hemm persuna li daħlet għal din ilbiċċa

xogħol li l-volum tagħha huwa kbir mhux ħażin.

Meta ġejna għall-parti tal-linef, ġara, li persuna ħadet

ħsieb li żżarmahom biċċa biċċa. Dan kien xogħol li ma

kienx faċli biex taqleb dawk il-weraq u l-ornamenti

kollu, ’il fuq minn seba’ mitt biċċa biex imbagħad

iġġibhom fuq lewn il-bronż. L-istess ġara fuq l-

ornamenti tal-pedestalli. Dawn ġew indurati mill-ġdid

minn persuna oħra. Ma’ dan ix-xogħol kollu li sar fuq

dawn it-tmien pedestalli u linef daħlu diversi individwi

bħal sprayers, persuni li ħadu ħsieb il-bdil fis-sistema

tad-dawl u l-manutenzjoni fuq il-linef stess. Inħadmu

ukoll żewġ labardi għal fuq l-antarjoli tal-bandalori

l-ġodda. Dawn ukoll inħadmu mill-istess grupp ta’ nies

li jiffrekwentaw l- imħażen tagħna. Dan ix-xogħol kien

jinvolvi wkoll il-ħolqien ta’ sistema ta’ għodda speċjali

minħabba li ridna nagħmlu numru imdaqqas minnhom.

Bilfors ridna nissimplifikaw is-sistema ta’ kif jinħadem

il-materjal speċjalment biex tifforma fuq pjanċi talistainless

steel.

Rigward id-drapp tlestew tliet bandalori oħra missett

ta’ seba’. Dawn ġew sfumati u għandna tlieta oħra

lesti bil-pittura wkoll. Għal dan ix- xogħol daħlu għalih

grupp ġmielu ta’ nisa partitarji li dejjem sibnihom għall

kull għajnuna li jkollna bżonn. Inħadmu ukoll żewġ

sopraporti għal fuqhom u ġew iffinallizati biż-żebgħa

b’kollox. Dejjem nittamaw li din is- sena t-temp

jippermettielna ngawdu dan ix-xogħol lussuż, kif

ukoll il-bandalori l-ġodda li tlestew is-sena l-oħra, iżda

li bqajna ma ħriġniex minħabba r-riħ li kellna matul

l-ġimgħa tal-Festa. U la qed insemmi r-riħ li kellna

matul il-ġimgħa tal-Festa tas-sena l-oħra, ma nistax

ma nsemmix il-ħsara li dan ġab miegħu. Bla dubju

l-aktar li kellna ħsara kienet fuq il-fistuni u l-bozoz

tat-toroq. Matul din is-sena kien hemm grupp ieħor ta‘

persuni nkarigati li għamlu kull manutenzzjoni possibli

fuq kull fistun li narmaw. Minn din is-sena ġie deċiż li

nibdlu ammont ta bozoz mis-sistema normali għal fuq

sistema ta’ LED.

Ma dan ix-xogħol kollu, ħejjejna pjan sabiex

nibdew nifirxu t-talenti li tħaddan l-Għaqda tal-Armar

tagħna. Għax inħossu li l-attività li nagħmlu hija

inizzjattiva kulturali, bi ħsiebna nagħmlu sensiela ta’

korsijiet fuq ix- xogħol involut fl-arti tal-armar. Ridna

nilħqu faxxa ta’ tfal ta’ età żgħira li ma taqbiżx it-tnax

-il sena. L-iskop kien li naraw x’ħiliet jeżistu fosthom u

b’hekk nibdew naħsbu kif nindukrawhom għal ġejjieni.

L- interess kien verament kbir u kważi anke l-ġenituri

wrew interess f’dan l-inizjattiva daqs it-tfal. Nistqarr li

ma kinitx faċli li tmexxi diversi lezzjonijiet imqassmin

fuq diversi suġġetti li ngħataw min numru ta’ għalliema,

iżda sibna ħafna inkoraġġement u s-sodisfazzjon flaħħar

tal-kors kien kbir.

L-aħħar parti tal-artiklu tiegħi ser niddedikah għat-

Trofej il-Ġodda. Jekk wieħed qagħad attent f’dak kollu

li ktibt imkien ma semmejt ismijiet imma f’din il-parti

ma nistax nħalli barra tliet persuni oħra li flimkien

miegħi qattajna numru kbir ta’ sigħat u xi kultant ġranet

sħaħ għaddejjin fuq dan ix-xogħol. Charlie Azzopardi,

Keith Buhagiar, Charles Sacco u Gilju Sacco flimkien

miegħi ilna għall dawn l-aħħar sentejn u nofs għaddejjin

kontinwament minn biċċa xogħol għall-oħra biex dak

li kien imfassal jkun imwettaq. Madwar tliet snin ilu

ġejt mitlub noħloq disinn għal dawn it-trofej li ridna

nibdlu minn dawk eżistenti li konna narmaw fil-pjazza.

B’disinn verament oriġinali mill-ewwel deher li ser

ikun kompetittiv u ser joħloq sfida kbira fostna biex

din il-ħolma ssir realtà. Wara diversi laqgħat fejn ġieli

anke immodifikajna xi ftit fejn kien hemm bżonn,

ġie deċiż li biex inżommu l-preġju ta’ din l-opra li

dħalna għaliha ridna li kull biċċa ornament li ssir tkun

maħduma u skulturata fl-injam. Hija faċli li tgħidha

109

Qrendi Boççi Club

We open every evening

from Tuesday to Saturday

and for Sunday Lunch

Enjoy the best service

in a friendly atmosphere

Fully airconditioned

& live sports on big screen

Call us on:

Manuel 9927 4133

Reuben 9984 4629

Tel: 2768 9782

imma diffiċli biex twettaqha. Hawn forsi wieħed ma

jistgħax jifhem għalfejn dan il-proġett hekk ambizzjuż

domna u għadna għaddejjin bih. Għad iridu jgħaddu

iktar snin biex kollox ikun komplut. Bħala xogħol talinjam

inħadmu kollha, kemm il-parti tal-bażi kif ukoll

il-parti magħrufa bħala t-tromba. Li waqajna lura kien

fejn kien hemm l-ornament. Dan kien kollhu iddisinjat

u maħdum minna stess.

Lejn il-bidu ta’ din is-sena ġie deċiż li inkomplu

niffukaw fuq trofew wieħed biex niffinaliżżawh minn

kollox. Mhux daqsekk faċli għax kif jidher sal-jum li

qed nikteb dan ir-rapport jidher li l-parti tal-arma se

tkun diffiċli li nlestuha sal-Festa. Nista’ nassigurakom

li b’dan it-trofew li ser noħorġu naslu sa fejn naslu,

nemmen li ser jitqies bħala biċċa xogħol maestuża

maħduma minn injam mastizz u ta’ livell verament

għoli. Għalhekk ġie deċiż li nħallu kollox fuq l-injam

biex wieħed jista’ jifli kull parti minn din l-opra l-ġdida

li s-Soċjetà tagħna ser tnaqqax isimha f’dan il-qasam

ukoll. Wieħed għandu għax jkun verament kburi li qed

inwettqu dan ix-xogħol biex jitgawda fil-Festa tagħna.

Hawn irrid ngħid kelmtejn rigward il-finanzi. Biex saru

dawn it-trofej ġbarna l-flus, iżda mingħajr tlaqliq, irrid

ngħid li fadlilna x’niġbru biex din il-ħolma narawha

kompluta. Ejjew flimkien inkunu parteċipi f’din

l-opra kbira. Aħna li ħdimna kull biċċa xogħol b’mod

totalment volontarju u intom li tagħtu l-kontribui

finanzjarju biex flimkien inkunu kapaċi nwettqu dan

il-proġett. Żgur u ċert li kieku l-Għaqda tagħna ma

tippossedix nies b’kapaċità u ħila kbira żgur li lanqas

biss inkunu nistgħu noħolmu fuq opri ta’ din ix-xorta.

Meta nħares lura u niftakar minn xhiex għaddejna

għal kull biċċa xogħol li saret u ma nistax ma nkunx

kburi li nagħmel parti minn din is-Soċjetà u l- Għaqda

tal-Armar. Nistqarr li xejn ma kienet faċli speċjalment

din is-sena meta kellna daqshekk xogħol voluminuż.

Iżda, l-ikbar sodisfazzjon hu li tara numru konsiderevoli

ta’ persuni li ħadmu biex twettqu diversi xogħlijiet.

Dan sar bla dubju b’dawn in-nies li verament kapaċi

jaħdmu. Dawn in-nies kellhom impenn sħiħ matul

is-sena kollha. Grazzi mhux biżżejjed imma nħoss

li s-sodisfazzjon ta’ xogħlkom ikun l-ikbar għożża

tal-ħidma li tkunu wettaqtu. Is-Soċjetà tagħna f’dan

il-qasam hija mogħnija b’rikkezzi ta’ riżorsi umani

verament kbar.

L-appell tal-aħħar tiegħi huwa għall-għajnuna biex

narmaw u aktar u aktar biex inżarmaw. Nitolbu biex

min għandu xi vann jikkuntattjana ħalli l-armar kollu

jinġabar lura bil-galbu ħalli ma ssirx ħsara.

Grazzi lill-kulħadd.

VIVA L-MADONNA TAL-ĠILJU

JOHN BARBARA - Chairman

Diversi membri fi ħdan l-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju

li b’perseveranza u b’determinazzjoni ħadmu bla heda tul din

is-sena sabiex seta’ jitlesta l-volum u l-livell ta’ xogħol li sar.

111

Liliana Camilleri

Beauty Therapist

C.I.B.T.A.C.

Diploma B.A.B.T.A.C.

10, Triq il-Mit˙na, Mqabba

Tel: 2168 3214 • Mob: 9942 6054

Treatments Available

Skin Rejuvenating Facials

Essential Care Facials

Deep Cleansing Facials

Eyelash - Brow Tinting

Electrolysis, Waxing and Make-up

Reġgħet għaddiet sena oħra u Tal-Ġilju Junior Club

jinsab dieħel fit-tmien sena tiegħu......Xtaqt nibda dan

l-artiklu billi nagħti merħba lill-membri l-ġodda li

ngħaqdu magħna f’din l-aħħar sena. Persważa li milliċken

età, dawn it-tfal ser iħallu impatt fuq is-Soċjetà

Mużikali Madonna tal-Ġilju, kif ukoll ma rridx ninsa

lill-ġenituri li dejjem ikunu hemm t’appoġġ għalina....

Bħalma tafu, issa l-Junior Club jinsab f’idejn il-

Kummissjoni Nisa tas-Soċjetà u ta’ kull sena jintagħżel

delegat sabiex tieħu ħsieb dan il-klabb billi torganizza

attivitajiet relatati mat tfal u tara li kollox ikun imħejji

kif jixraq lit-tfal tagħna. Għal sena oħra dan ir-rwol reġà

ġie fdat lili fejn flimkien ma’ membri oħra tal-kumitat

tan-nisa nħejju programm sħiħ ta’ attivitajiet. Matul

din sena tiegħi nista’ ngħid li ħassejtni komda ħafna

naħdem ma’ dawn it-tfal li juru tant entużjazmu kull

meta norganizzaw xi attività u dan jimlieni b’kuraġġ

kbir sabiex inkompli l-ħidma tiegħi fil-futur b’aktar

ħeġġa. L-għan tiegħi bħala delegata tal- JUNIOR CLUB

flimkien ma’ sħabi oħra tal-Kummissjoni Nisa huwa li

nippruvaw nolqtu l-gosti ta’ kulħadd, saħansitra minn

età ċkejkna ta’ tliet snin sa tnax il-sena. L-attivitajiet

tal-JUNIOR CLUB ivarjaw minn dawk kulturali

għal dawk sportivi u edukattivi.

Bħal ma tafu din sena kellna l-opportunità li

membri tal-Junior Club jieħdu sehem f’reċta blisem

ta’ ‘Peprina’ waqt serata organizzata mis-

Sezzjoni Żgħażagħ tal-Ġilju u minn hawn nixtieq

nirringrazzja li tfal kollha li ħadu sehem u lillġenituri

li tant ħadu paċenzja bina. Fost attivitajiet

oħrajn li ħadna ħsieb norganizzaw, kien hemm

afternoon by the pool f’Lulju 2015 u s-Summer Party

f’Settembru 2015 fejn sar ftit jiem qabel ma t-tfal bdew

is-sena skolastika sabiex nagħlqu flimkien il-ġranet

tas-sajf. F’Ottubru u f’Novembru, b’kollaborazzjoni

mal-Kummissjoni Nisa involvejna lit-tfal tagħna waqt

serata Marjana fil-ġnien ta’ biswit il-ġibjun quddiem

l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju u fil-Car Free Day fejn

stedinna lit-tfal jiġu fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba

bir-roti fost logħob u attivitajiet oħra li saru. Fl-aħħar

xahar tas-sena l-attivitajiet ikomplu jiżdiedu u mingħajr

dubju jkunu qed jistennew bi ħġarhom il-party tal-

Milied u kif ukoll it-tqassim ta’ rigali ġewwa djarhom

minn Father Christmas.

L-ewwel attività tas-sena 2016 kienet dik tal-

Carnival Party li sar ġewwa s-sede tagħna fejn ġew

imħejjija ħafna logħob, kant, żfin, maġija u xi ħaġa talikel

ma naqsitx ukoll.

Sehem il-membri tal-Junior Club waqt is-Serata organizzata

Ħadd qabel il-Festa ġewwa l-Multipurpose Hall fejn

akkumpanjaw il-Banda b’innijiet Marjani.

Serata Marjana

f’riġlejn

il-monument tal-

Madonna tal-Ġilju

(Ottubru 2015)

Attivitajiet u

xogħlijiet varji

maħduma

mit-tfal tal-

Junior Club

fosthom

sehem għallwirja

‘Mater

Dolorosa’.

113

Ruben’s Garage

Oven Baked Spray Painting

Insurance Approved

Mob: 79064856

6, Sejba Road, Mqabba

rubengarage@gmail.com

We Also do Plastic Bumper Repair &

Windscreen Installations.

J&A Farrugia Trading Ltd.

(Showrom & Offices)

Domestic & Electric Appliances

St. Thomas Street, Luqa

Tel: 2180 3017, 2180 8068 • Fax: 2180 8053

e-mail: startingpoint@onvol.net

Kif semmejt qabel fix-xahar ta’ Frar membri

tal-Junior Club taw is-sehem tagħhom waqt serata

organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ u ftit tal-ġimgħat

wara erġajna varajna il-Play, Learn & Fun. Din l-attività

kienet mifruxa fuq diversi ġimgħat fejn bħal kull sena

saru diversi attivitajiet interessanti relatati mal-Festi

tal-Ġimgħa l-Kbira, mal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

fost tagħlim u divertiment ieħor.

Bil-Play Learn & Fun ingħalaq staġun ieħor mimli

attivitajiet għat-tfal tal-Junior Club iżda nixtieq infakkar

li fadal l-involviment tat-tfal tagħna waqt il-Festa tal-

Madonna tal-Ġilju. Proprju l-Ħadd 12 ta’ Ġunju ser

issir attività bit-tfal tal-Junior Club waqt ir-riċeviment

annwali li torganizza s-Soċjetà kull sena.

Nagħlaq dan artiklu billi nibda biex nirrigrazzja

lit-tfal kollha li involvew ruħhom tul l-aħħar sena u

l-ġenituri tagħhom għax li kieku ma kellniex l-appoġġ

tagħhom, ħafna mill-attivitajiet ma kienx ikun

possibbli li jsiru. Nixtieq nirringrazzja ukoll lil sħabi

tal-Kummissjoni Nisa tal-għajnuna kontinwa li nirċievi

mingħand il-membri kollha fi ħdanha. Ma baqagħli xejn

ħlief li nawguralkom il-Festa t-tajba u ntemm dan ilmessaġġ

tiegħi billi nagħti ġieħ lill-Ommna Marija . . . .

Carnival Party (Frar 2016)

. GRAZZI MADONNA TA’ MĦABBTEK GĦALINA

ANNA GRECH

Play, Learn & Fun (Marzu/April 2016)

Christmas Party (Diċembru 2015)

Tqassim tar-Rigal mill-Father Christmas (Diċembru 2015)

Summer Party (Settembru 2015)

Afternoon by the Pool (Lulju 2015)

115

opening hours

Mondays Closed

Tuesdays - Fridays:

9:00am - 1.30pm

5:00pm till late

Saturdays:

9:00am - 1.30pm

4:00pm till late

Sundays:

4:00pm till late

Tel: 21680200

Mob: 79680200

17, Triq Dun Guzepp Zammit, Zurrieq

FREE delivery

Terms and conditions apply

Special Offer

1.5 Litre

Coca Cola

with every

e25 spent

www.dees-pizzeria.com

TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Ir-Rettur tal-Fratellanza is-Sur Joe Gauci jidher jakkumpanja l-Vara Artistika u

Devota tal-Madonna tal-Ġilju hekk kif il-Purċissjoni tal-Festa tal-Immakulata

Kunċizzjoni waslet quddiem is-Sede tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.

Mument miċ-Ċelebrazzjonijiet Reliġjużi fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba

ma’ dħul il-Vara tal-Madonna tal-Ġilju nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2015

fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika tal- Immakulata.

Reġa’ wasal iż-żmien sabiħ li fih niċċelebraw

il-Festa tant għażiża għalina, il-festa tal-

Madonna tal-Ġilju. Il-Festa tinvolvi ħafna

xogħol minn ġimgħat u xhur qabel. Nibdew

inħejju u nippreparaw biex ikollna Festa millisbaħ,

mhux biss narmaw it-toroq u l-Knisja

iżda wkoll norganiżżaw attivitajiet soċjali u

reliġjużi, bħall-marċi brijużi u funzjonijiet

reliġjużi li jsiru tul il-ġimgħa tal-Festa. Dawn

l-attivitajiet isiru bil-għan spiritwali biex

nersqu aktar lejn il-fidi tagħna kif ukoll dak

soċjali biex nifirħu aħna u nferrħu lil dawk

kollha li jiġu jżuruna f’dawn il-jiem sbieħ.

Sa mill-bidu li jien bdejt l-involviment

tiegħi fil-Konfraternità tal-Immakulata

Kunċizzjoni, dejjem tfajt l-importanza fuq

l-aspett reliġjuż u spiritwali tal-Festi. Dejjem

emmint li l-Festi tagħna huma primarjament

festi Nsara u l-iskop tal-Festi reliġjużi għandu

jkun dak li jressaqna aktar lejn il-fidi tagħna,

jiġifieri li lkoll nersqu aktar lejn Alla u Ommna

Marija, li lkoll nikbru u nimmaturaw filħajja

spiritwali u Nisranija tagħna. Filwaqt li

nħeġġukom biex tieħdu sehem fl-attivitajiet

kollha mħejjija b’tant dedikazzjoni mill-

Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Madonna

tal-Ġilju, l-emfasi tiegħi tkun ukoll biex

nattendu bi ħġarna għall-funzjonijiet reliġjuzi

tal-Festa li wkoll jinvolu ħafna xogħol biex

jiġu organiżżati. Infakkarkom li l-attivitajiet

reliġjuzi huma l-bażi prinċipali tal-Festa.

Din is-sena se nkunu qegħdin infakkru

l-140 sena mill-miġja tal-Vara tal-Madonna

tal-Ġilju fir-raħal tagħna. Din, hija meqjusa

bħala wieħed mill-kapulavuri kbar tal-artist

Malti Giovanni Darmanin. B’dan il-ħsieb

f’moħħna, l-Fratellanza qegħda tagħmel

dak kollu possibbli biex din il-festa li ser

niċċelebraw tkun sabiħa, mhux biss bil-Festi

esterni iżda wkoll fl-aspett reliġjuż. Nixtieq

nenfasizza fuq il-bżonn li niftakru fl-aspett

spiritwali. Il-140 sena mill-miġja tal-vara

fostna, madankollu, ma nistgħux ninsew ilfatt

li d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Ġilju

ġewwa l-Imqabba bdiet ħafna snin qabel.

Dan nafuħ mid-dokumenti tal-Fratellanza li

sa mit-twaqqif tagħha fl-1772 dejjem xerrdet

id-devozzjoni lejn dan it-titolu u ċċelebrat din

il-Festa b’Solennita’ kbira.

117

Il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tieħu sehem waqt il-

Purċissjoni tal-Festa tal-Madonna tar-Rużarju fix-xahar t’Ottubru.

Membri tal-Fratellanza jipparteċipaw waqt il-Quddiesa għar-ruħ

il-Fratelli mejtin li ssir ta’ kull sena fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru.

Il-Purċissjoni tal-għeluq tal-Kwaranturi Mqaddsa li ssir ta’ kull sena

jumejn fuq l-Għid il-Kbir. Dan ir-ritratt meħud fi Triq il-Parroċċa,

mumenti qabel id-dħul tal-Purċissjoni lura fil-Knisja.

Fejn jidħol xogħol, din is-sena wkoll komplejna

bir-restawr tal-opri reliġjużi li jintramaw fil-jiem tal-

Festa. Wara li ksibna l-permessi meħtieġa rrestawrajna

l-Pedestall tar-Relikwa li jintrama fil-jiem tal-Festa fuq

l-Altar Maġġur. Dan il pedestal huwa opra reliġjuża

sabiħa ħafna bi stil barok u li b’xorti tajba ma kienx

inkiser meta waqgħet il-Knisja fi żmien il-gwerra.

Nixtieq nappella biex tkunu ġeneruzi biex inkunu

nistgħu inkomplu bir-restawr tal-opri li jintramaw

għall-Festa.

Nixtieq ukoll li f’dan il-messaġġ ngħid grazzi lil

dawk kollha li b’xi mod huma nvoluti fl-organizzazzjoni

tal-Festa. L-organizzazzjoni tal-festa tinvolvi ħafna

xogħol u responsabbiltà li kull min hu nvolut jagħmel

b’entużjażmu u kapaċita’ kbira. Nafu llum aktar minn

qabel minħabba mpenji dejjem jiżdiedu fil-ħajja ta’

kuljum kull min jidħol għal xi xogħol jew kariga

marbuta mal-Festa, jkun qed jagħmel dan b’sagrifiċċju

ħafna drabi kbir, iżda wkoll jagħmel dan b’kuraġġ

u determinazzjoni li jwettaq xogħol ta’ fejda biex

tinżamm it-tradizzjoni u d-devozzjoni lejn il-Madonna

tal-Ġilju.

Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex infakkar lill-

Fratelli biex jieħdu sehem fl-attivitajiet ġewwa l-Knisja,

Uħud mill-Fratelli tal-Immakulata Kunċizzjoni waqt is-siegħa

adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat li ssir ta’ kull sena nhar

Ħadd il-Għid.

fosthom il-Ħruġ tal-Vara min-Niċċa ġimgħa qabel u

fil-Purċissjoni Solenni ta’ nhar il-Festa. Nirringrazzja

lill-membri mill-Fratellanza tagħna li matul is-sena

l-oħra ħadu sehem f’ċelebrazzjonijiet reliġjużi kemm

ġewwa l-Parroċċa tagħna kif ukoll f’Parroċċi oħrajn,

fost dawn ma nistgħux ma nsemmux il-parteċipazzjoni

tal-Fratellanza tagħna fil-Purċissjoni tal-Madonna ta’

Lourdes fil-Qrendi. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha

li jgħinu fl-armar tal-Knisja fil-ġranet tal-Festa.

Nagħlqu dawn il-kelmtejn b’ringrazzjament ukoll

lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex ikun

possibbli li dan il-ktieb jitwassal fi djarkom. B’hekk

dejjem tkunu aġġornati bl-attivitajiet li ġew imħejija

għall-ġranet sbieħ tal-Festa tant għażiża għalina.

Nixtieq ukoll ngħid grazzi mill-qalb lil dawk kollha

li b’xi mod taw l-għajnuna tagħhom sabiex dawn

l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu organizzati. Nawgura

l-Festa t-tajba lil kulħadd. J’Alla Ommna l-Immakulata

tibqa’ tħarisna u tberikna fil-ħidma volontarja tagħna.

JOSEPH GAUCI

MSc. (Aberd), BSc. (Hons) (Manch), R.G.N., Dip. Mgt/Adm.

119

ZURRIEQ OUTLET OPENING HOURS

Monday to Saturday 6:00am to 8:00pm

Sunday

7:00am to 8:00pm

2780 2342

www.facebook.com/davesmalta

121

Scicluna FloriSt

Garden Centre

Specializes in:

Flower Arrangements for Weddings, Holy Communion etc.

Souvenirs for every occasion, Artificial Flower and Tulle,

Fresh Plants and Fruit Trees.

Bronja Street, Ûurrieq

Tel: 2164 9621

Is-Sur Tonio Facciol, Direttur tal-Kazin, il-moħħ wara dan ilproġett,

waqt fażi finali mix-xogħol rikjest sabiex preżentement

qed nużaw l-istudjows il-ġodda tar-radju komunitarju “Tal-

Ġilju FM 95.4” bil-faċilità ta’ żewġ studios differenti fejn waqt

programm live jista jitkompla x-xogħol tekniku, fejn saħansitra

jista jiġi irrekordjat programm ieħor minn control room separata

li tgħaqqad iż-żewġ studios.

Issa li wasal ix-xahar ta’ Ġunju, waslet miegħu

l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Hekk kif għaddiet ilfesta

tas-sena 2015 il-Kumitat Amministrattiv, avviċina

grupp ta’ żgħażagħ sabiex flimkien, bħal kull sena oħra,

jaħdmu fuq iż-żewġ skedi li kien imiss li jixxandru fuq

dan l-istazzjon.

Hekk kif ġew magħzula dawn iz-żgħażagħ, millewwel

beda x-xogħol fuq skeda numru 16. Bħal

m’għamilna fis-sena preċedenti, wara li smajna diversi

suġġerimenti tas-semmiegħa, żammejna l-ħsieb li din

l-iskeda kellha tkun iffukata fuq aktar programmi ta’

diskussjoni u kif ukoll informazzjoni. Nistgħu ngħidu li

mill-ħafna kummenti ta’ diversi nies u segwaċi ta’ dan

l-uniku stazzjon Imqabbi u l-mira tagħna ntlaħqet u kif!

F’Diċembru assistejna wkoll għall-maratona ta’

xandir kontinwu mill-pjazza ewlenija Imqabbija.

Din id-darba b’differenza mis-snin ta’ qabel, saret

b’kollaborazzjoni mas-Sezzjoni Żgħażagħ, intitolata

‘Tal-Ġilju Christmas Weekender’ fejn kellna tmiem il-

ġimgħa mżewwqa b’diversi attivitajiet. Il-qofol tat-tim

tar-radju kienet il-maratona ta’ xandir kontinwu millpjazza.

Għall-kuntrarju tas-sena l-oħra, din id-darba

ntramat tinda akbar, li kienet tiflaħ għall-elementi

kollha, fl-eventwalità li kellu jqum il-maltemp f’xi

ħinijiet tal-maratona. Fis-sena preċedenti konna rajna

lil Edwin Gatt u Jonas Simbeye jiksru ir-rekord talitwal

maratona ta’ xandir kontinwu fejn l-ammont ta’

sigħat kien dak ta 75 siegħa. Din is-sena saret maratona

kontinwa ta’ xandir differenti fejn rajna diversi

preżentaturi differenti. Kien hemm minnhom familjari

magħkom is-semmiegħa u oħrajn li kienu ġodda. Kull

preżentatur kellu parti ta’ 4 sigħat xandir kontinwu u

minn hawn nirringrazzjaw lill-preżentaturi kollha għal

dan is-sagrifiċċju li sar l-iżjed minn dawk li għamlu

x-xandira fil-ħinijiet ta’ bil-lejl.

Fl-artiklu tas-sena l-oħra spjegajna kif kien mexa

ħarir ix-xogħol fuq l-istudjows il-ġodda fi ħdan l-istess

soċjetà, għal dan l-istazzjon u li dawn kienu waslu lejn

it-tmiem tagħhom. Bi pjaċir inħabbru li fl-aħħar ta’

Awwissu ġejna infurmati li l-proġett ta’ fondi tar-radju

fuq l-iskema tal-EUPA ġie milqugħ u approvat kollu.

Għalhekk, issa nistgħu ngħidu li l-proġett ta’ stazzjon

ġdid u permanenti ġie ffinalizzat. Dan dejjem grazzi

għall-membri fi ħdan il-Kummissjoni Rikostruzzjoni

tal-Każin li bis-saħħa tas-sagrifiċċji tagħhom dan ilproġett,

flimkien mal-proġett tar-rikostruzzjoni talkażin

ma kinux ikunu possibli!

Matul is-sena nxtara apparat ġdid għal dawn

l-‘istudios’ il-ġodda. It-tim tar-radju dejjem ħaseb

li l-istudjows ta’ dan il-livell jixirqilhom apparat talogħla

livell. Dan ser ikompli jgħinna biex nilħqu l-għan

aħħari tagħna, li iktar ma jgħaddi żmien, il-kwalità ta’

xandir li nwasslu lilkom is-semmiegħa tagħna, dejjem

tkun mill-aħjar u l-iskeda dejjem tkun ta’ suċċess ikbar

minn ta’ qabilha!

Aħna dejjem nibqgħu ntennu li l-għan ewlieni

tagħna hu li nwaslulkom prodott aħjar. B’hekk

nitolbukom, sabiex kull min jixtieq jikseb esperjenza fuq

dan ir-radju jew jixtieq jgħin matul is-sena, fit-tfassil u

l-ippjanar, għandu javviċina lil xi membru mill-kumitat

amministrattiv, hekk kif tgħaddi l-festa, sabiex jissieħeb

magħna f’dan it-tim. Fil-fehma tagħna dan huwa pass

għaqli sabiex inkomplu nkabbru l-familja tagħna.

Infakkrukom li m’għandkomx għalfejn tkunu membri

sabiex tagħtu l-għajnuna tagħkom lil kwalunkwe

kummmissjoni, tul is-sena kollha, minn festa għal oħra.

Nfakkrukom issegwu l-iskeda numru 17, mill-

Ġimgħa 10 ta’ Ġunju sat-Tnejn 20 ta’ Ġunju. Fl-aħħar

u mhux l-inqas, f’isem it-tim kollu tar-Radju Tal-Gilju

FM 95.4, nawguraw l-Festa t-tajba lil kulħadd.

L-istudios il-ġodda huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

GLENN MUSCAT

123

RevivEstetik

Carmelo Caruana Str.,

Zurrieq

Tel: 21 642 351

Wholesalers of Wines,

Spirits and Soft Drinks

Supplier for Gas Cylinders

Tal-Paradise Cash & Carry

Hire of Chairs / Tables

20, Triq L-iSkola, Ħal Safi

Tel: 21682125 • Mob: 99269375 • e-mail: paradise_nick@hotmail.com

Ta’ kull sena il-Kumitat Amministrattiv jagħtina

l-opportunitá biex naqsmu magħkom il-ħsibijiet talkummissjoni

u ninfurmawkom bl-iżvilupp tal-proġett

tar-rikostruzzjoni. Din hija opportunità sabiħa għaliex

minkejja li bħal dan iż-żmien inkunu qed niffukaw fuq

il-Festa, tajjeb li nfakkru li mingħajr sede li tiffunzjona

bis-sħiħ, il-Festa tista’ wkoll issofri ċertu konsegwenzi.

L-ewwel fażi tal-proġett twettqet b’ritmu pjuttost

mgħaġġel u x-xogħol dejjem sar bil-galbu u bi pjan. Iżda

issa għaddew kważi ħames snin u ħafna partitarji qed

jistaqsu mistoqsija komuni...“Meta ser jitlesta l-Każin?”.

Qabel ma nwieġbu din il-mistoqsija ta’ min jagħmel

parentesi qasira sabiex jiġi mfakkar li wara li tlestiet

l-ewwel fażi, il-proġett qatt ma waqaf. Dan jixhduh iddiversi

xogħlijiet li saru u li qed isiru, fosthom fil-pjan

sotterran, fil-multipurpose hall, fir-radju, fil-klassi tattagħlim

tal-banda fost postijiet oħra. Veru li r-ritmu ta’

dan ix-xogħol ma baqax għaddej daqs tal-ewwel fażi

iżda ħadd ma jista jinnega li x-xogħol qatt ma waqaf.

Il-Kummissjoni għandha d-dubji tagħha kemm

ninsabu infurmati dwar dan il-volum ta’ xogħol u l-mod

kif sar ġewwa s-sede tagħna f’dawn l-aħħar snin. Ta’

min isemmi li fi ftit snin inkisbu eluf kbar ta’ fondi minn

entitajiet differenti billi ġew sottomessi applikazzjonijiet

għalihom, fosthom mill-Aġenzija Żgħażagħ, EUPA,

SIS u Gal Xlokk. Nixtiequ nfakkru li wara kull kisba

ta’ fondi hemm ħafna xogħol minħabba l-fatt li dawn

l-applikazzjonijiet jirrikjedu skrutinju sħiħ u konformità

assoluta. Il-Kumitat flimkien mal-Kummissjoni jinsabu

fid-direzzjoni t-tajba sabiex ma jitilfux kull opportunità

li tista’ tinqala’. Mhux dejjem tiġik tajba u aktar mhu

qed jgħaddi ż-żmien aktar trid tkun konformi u viġilanti

għal dak li jinqala’ minn żmien għal żmien. Dan kollu

lilna xejn ma jdejjaqna iżda minkejja dawn il-kisbiet

u x-xogħol li twettaq tinħass ix-xewqa ta’ każin li

jiffunzjona minn fuq s’isfel.

Fuq nota pożittiva infakkru li tul din l-aħħar sena

tkompliet it-tħejjija għall-proġett tas-sular t’isfel; saret

Seduta Ġenerali Straordinarja sabiex jiġu spjegati fiddettall

il-proposti tal-pjanti u d-disinni ta’ dan is-sular

u kif ukoll tkomplew xi xogħlijiet ta’ preparamenti

fis-sotterran. Id-disinjatur is-Sur David Mifsud

issodisfa x-xewqat u l-ħsibijiet tagħna u l-partitarji

dehru sodisfatti b’dak li ġie spjegat. Ix-xogħol fil-pjan

sotterran sar taħt is-superviżjoni tas-Sur Lonzu Mifsud,

li mhux biss ħa ħsieb il-ġbir ta’ fondi, iżda flimkien

ma’ diversi partitarji oħra wettaq ħidma importanti u

imprezzabbli li ser tiswiena ħafna fil-futur. Fost dawn

irridu nsemmu lis-Sinjuri Joe Zammit, David Zahra,

Mabbli Barbara, Benny Baldacchino, Leli Zammit

li tul din is-sena għamlu xogħol manwali u kienu ta’

kontribut kbir. . . . Grazzi lil dawk kollha li taw ilkontribut

tagħhom. Fil-mument qed isir xogħol fuq

il-bieb sekondarju tal-faċċata fejn dan ser iwassalna

sabiex ikunu jistgħu jinfetħu t-tliet bibien prinċipali talkażin.

Saru ukoll il-manutenzjoni meħtieġa fil-bibien

tal-faċċata fejn nixtiequ minn hawn nirringrazzjaw

ukoll lis-Sinjuri Charlie Azzopardi u Joe Ghigo taxxogħol

tagħhom.

Kulħadd jaf li hu ferm faċli li tikkritika iżda

b’dan il-mod ma naslu imkien. L-ispiża hija waħda

konsiderevoli u minkejja li komplejna ninvestu fuq dan

il-proġett, aħna dejjem konxji li ma nistgħux nagħmlu

l-pass li ma nifilħux. Iżda l-verità hi li issa wasal iżżmien

li jittieħdu deċiżjonijiet importanti u naraw

it-triq ’il quddiem. Il-bażi tal-pjan għas-sular t’isfel

huwa mħejji. Biex jitwettaq dan il-pjan jiddependi

minn ħafna affarijiet, fosthom fuq quddiem nett dik

tal-ispiża. Inħeġġu lil dawk kollha interessati sabiex

ma joqgħodux lura milli jagħtu l-kontribut tagħhom

u jinvolvu aktar ruħhom għaliex il-polz tal-partitarji

għandu jmexxina għal deċiżjonijiet pożittivi.

L-appell aħħari tagħna huwa li ngawdu l-Festa

ad unur il-Madonna tal-Ġilju bil-ħsieb ta’ din ilħolma

tberren f’moħħna u nitolbu lill-Ommna Marija

żżommna magħqudin f’dawn iż-żminijiet ta’ ferħ

għalina lkoll.

125

Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2016

Li matulha qed jiġi mfakkar

Il-140 Sena mill-Miġja tal-Vara Artistika u Devota

tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba

Il-President u l-Kumitat Amministrattiv

Tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju – Imqabba

Għandhom il-pjaċir jippreżentaw

Il-Programm Vokali u Strumentali annwali mżewwaq b’tagħrif multiviżiv,

mill-Banda Madonna tal-Ġilju taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja FVCM

Fuq il-Planċier Meravilja armat fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba

Din is-serata ser tkun taħt il-Patroċinju tal-Kappillan tal-Imqabba

Dun John P. Curmi

Nhar it-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2016 fit-8.30 ta’ filgħaxija

Innu lill-Madonna tal-Ġilju

Lir-Raħal Twelidi – Innu tal-Imqabba

Dances with Wolves (Balla coi Lupi): The John Dunbar Theme

Solo Trumpet: Marvin Tonna u bis-sehem tal-Bagpipes mil-1st Hamrun Scouts Group

Grande Amore

Interpretata mit-Tenur Alan Sciberras

Protectors of the Earth

Solemn March: Tsar Alexander III

One Moment in Time

Interpretata mill-kantanta Destiny Chukunyere

Big Spender

Interpretata mill-kantanta Destiny Chukunyere

Son et lumière: 140 Sena taħt Ħarset Marija (1876 – 2016)

Lirika: Johan Debattista; Arranġament Mużikali: Andrew Calleja

Narrazjoni u Animazzjoni: Michael Sciortino, Johan Debattista u Sara Baldacchino

Ave Maria

Interpretata minn Federica Falzon

Il Mondo

Interpretata mit-Tenur Alan Sciberras

I Hope you find it

Interpretata mill-Kantanta Marisa D’Amato

Queen of my Heart

Bis-sehem tal-Bagpipes mil-1st Hamrun Scouts Group

Dare to Live (Vivere)

Interpretata mis-Soprano Federica Falzon u t-Tenur Alan Sciberras

Joseph Darmanin

Anthony Camilleri

John Barry

Il Volo

Nick Phoenix & Thomas Bergersen

P.I. Tchaikovsky

Whitney Houston

Shirley Bassey

Giulio Caccini

Jimmy Fontana & Ennio Morricone

Cher

Westlife

Gerardina Trovato

Preżentazzjonijiet u Diskors tal-okkażjoni mill-President tas-Soċjetà, s-Sur Teddy Farrugia

Tnedija tal-Kanzunetta “O Madonna tal-Ġilju Ħanina”

Kantanta: Federica Falzon; Kliem: Sunny Aquilina; Mużika: Elton Zarb

Innu Banda Madonna tal-Ġilju

Joseph Darmanin

Matul dan il-Kunċert Mużikali ser tieħu sehem mal-Banda l-kantanta u attriċi ta’ fama internazzjonali

b’dixxendenza Imqabbija KERRY INGRAM (Matilda & Game of Thrones)

Il-mużika kollha hija arranġament tas-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja F.V.C.M.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub ikun postu sat-8.15 ta’ filgħaxija - Kulħadd huwa mistieden.

Jippreżentaw is-Serata s-Sur Charles J. Farrugia u s-Sinjura Marouska Cauchi Debattista.

127

PROGRAMM TA’ ĊELEBRAZZJONIJIET - FESTA 2016

Il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2016

8.00pm

Family Gathering 2016. Attività soċjali ġewwa l-Każin, magħrufa aħjar bħala “Blue Costume

Party” fejn f’atmosfera ta’ briju u divertiment niltaqgħu flimkien bil-familji tagħna u nagħtu

bidu għall-Festa 2016. Dħul b’xejn.

Is-Sibt 11 ta’ Ġunju 2016

7:30pm

Pasta Night fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin b’divertiment provdut mill-Grupp Vintage. Biljetti

mingħand il-Kummissjoni Nisa tal-Ġilju.

Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016 Ħruġ il-Vara min-Niċċa

10.45am

7.30pm

Id-Devoti kollha ta’ Marija Immakulata taħt it-Titlu singulari minn tal-Ġilju jinġabru fil-Knisja

Parrokkjali sabiex flimkien jilqgħu lill-Padruna tagħhom fil-Ħruġ TagħHa min-Niċċa.

Ċerimonja Marjana ġewwa l-Każin bis-sehem tat-tfal tal-Junior Club flimkien ma’ ensemble

mill-Banda Madonna tal-Ġilju. Wara jsir ir-riċeviment annwali għas-Soċji, Partitarji u

Benefatturi tas-Soċjetà.

It-Tnejn 13 ta’ Ġunju 2016 Jum it-Tfal tal-Ġilju

5.30pm

6.30pm

8.30pm

Preżentazzjoni tat-trabi u tfal (sa ħames snin) quddiem l-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa

l-Knisja Parrokkjali. Imexxi ċ-ċerimonja Fr. Trevor Fairclough.

Quddiesa għat-tfal tal-Parroċċa flimkien maż-żgħażagħ, imexxi Fr. Trevor Fairclough.

Marċ brijuż mill-Banda San Leonardu ta’ Ħal-Kirkop li jibda minn Triq il-Madonna tal-Ġilju u

jkompli għall-Triq l-Aħwa Ghigo, Barumbara, Xriek, Mitħna, Troll, Pal, S. Katarina, Qrendi,

Saljatura, Żurrieq, Torba, Spnar, Familja Brincati, Kirkop, Ġublew tad-Djamanti, Murselli,

Konvoj ta’ Santa Marija, Kileb, S. Katarina, Sejba, Madonna tal-Ġilju, Missjoni ż-Żgħira,

Madonna tal-Ġilju u jispiċċa fil-Pjazza ta’ quddiem il-Każin akkumpanjat mill-briju tal-

Partitarji.

It-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2016 Jum il-Banda Madonna tal-Ġilju

6.30pm

8.30pm

Quddiesa għad-dilettanti tan-nar b’suffraġju għall-erwieħ ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom

b’dan id-delizzju u għal dawk id-dilettanti li ħallewna. Ċelebrant – Fr. Trevor Fairclough.

Il-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro. Andrew Calleja,

tesegwixxi programm vokali u strumentali multiviżiv fl-okkażjoni tal-140 Sena mil-miġja

ta’ l-Istatwa Artistika tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba. Dan il-Programm ser ikun taħt il-

Patroċinju tal-Kappillan Dun John P. Curmi. Inħeġġu lis-Soċi u l-Partitarji kollha, kif ukoll

lill-ammiraturi tal-Banda tagħna sabiex jattendu għal din is-serata mużikali.

L-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2016 Jum ta’ Tħejjija

6.30pm

8.30pm

10.30pm

Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba b’suffraġju għall-erwieħ tas-Soċi, Bandisti u

Benefatturi mejtin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u Fratelli mejtin tal-Fratellanza tal-

Immakulata Kunċizzjoni. Jiċċelebra din il-quddiesa l-Kappillan Dun John P. Curmi

Il-Banda Maria Annunzjata ta’ Ħal Tarxien tibda marċ brijuż mill-Pjazza ta’ quddiem il-Każin

tas-Soċjetà. Rotta: Pjazza tal-Knisja, Sptar il-Qadim, Mikelanġ Sapiano, Konvoj ta’ Santa

Marija, Mentna, Kirkop, Katakombi, Dun Gerald Mangion, Dun Nikol Zammit, Kirkop,

Nazzarenu, Mikiel Zammit, Ħajt tal-Matla, Kirkop, Triq il-Majjistra Mikelina Galea, Mikiel

Zammit, Dun Gerald Mangion, Katakombi, Konvoj ta’ Santa Marija, Venuti, Ħajt tal-Matla,

Dun Anġ Mallia, Nazzarenu, Triq Karmenu Ciantar, Pjazza.

Il-marċ ikompli bil-briju tas-Soċi u l-Partitarji għal Triq San Bażilju, Pjazza, Karmelu, Valletta,

Duluri u jintemm quddiem il-Każin tas-Soċjetà.

129

Address: Fitness Planet,

Kirkop Sports Complex, Kirkop

Email: fitnessplanetcenter@gmail.com

Opening hours at Fitness Planet, Kirkop:

Mon - Fri: 7.00am - 9.00pm

Sat: 9.00am - 4.00pm

Sun: 9.00am - 12.00pm

Facebook: www.facebook.com/fitnessplanetmalta

Telephone: +356 21462492

Opening hours at Fitness Planet, Żebbuġ:

Mon - Fri: 5.00am - 10.00pm

Sat: 9.00am - 4.00pm

Sun: 9.00am - 12.00pm

Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju 2016 Jum tat-Tridu

6.30pm

8.30pm

10.00pm

10.30pm

Quddiesa kantata bil-prietka minn Dun George Schembri, Viċi-Kappillan tal-Parroċċa taż-Żurrieq.

Iqaddes Fr. Trevor Fairclough. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun tibda marċ brijuż mill-Pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-

Soċjetà. Rotta: Pjazza, Duluri, Triq il-Parroċċa, Triq il-Fjuri, Valletta, San Bażilju, San Mikiel,

Misraħ il-Fidwa, Mterrqa, Konvoj ta’ Santa Marija, Barrieri, Ħarriġiet, Ġorġ Mangion, 15

ta’ Settembru 1598, Barrieri, Ħarriġiet, Mterrqa, Konvoj ta’ Santa Marija, Karmenu Ciantar,

Pjazza.

Inawgurazzjoni tal-ewwel fażi tat-Trofew Artistiku bi spettaklu Multiviżiv, Dwal u Nar fil-

Pjazza ta’ quddiem il-Każin b’daqq ta’ marċi brijjużi mill-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun.

Bl-entużjażmu u l-briju taż-Żgħażagħ u l-Partitarji tas-Soċjetà, il-marċ ikompli matul il-Pjazza,

Triq San Bażilju u jintemm quddiem is-Sede tas-Soċjetà.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2016 L-Aħħar Jum tat-Tridu

8:00am

6.30pm

8.45pm

10.30pm

Quddiesa Kantata mill-Kappillan Dun John P. Curmi.

Quddiesa kantata bil-prietka minn Dun George Schembri, Viċi-Kappillan tal-Parroċċż taż-Żurrieq.

Iqaddes Fr. Trevor Fairclough. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Banda Madonna tal-Ġilju, l-Ewwel Banda Imqabbija, tagħti bidu għall-marċ tal-Ġimgħa. Il-

Banda tkun immexxija mis-Surmast tagħha Mro. Andrew Calleja akkumpanjata mill-ammiraturi

numerużi tagħha. Il-Banda tibda dan il-marċ mill-Pjazza, Santa Katerina, San Innoċenzju, Ċavi,

Santa Marija, Santa Katerina, Karmenu Ciantar, 9 t’April 1942, Misraħ il-Fidwa, Triq il-15 ta’

Settembru 1598, Triq il-Ħarriġiet, Misraħ il-Fidwa, Qattara għal quddiem il-Monument tal-

Madonna tal-Ġilju fil-ġnien biswit il-ġibjun fejn jitwassal ħsieb qasir mid-Direttur Spiritwali

f’riġlejn dan il-Monument u jindaqq l-Innu lill-Madonna tal-Ġilju. Wara l-marċ jissokta għal

triq Karmenu Ciantar.

Immedjatament wara l-ħarqa tradizzjonali ta’ nar tal-ajru, jingħata bidu għall-marċ brijuż

ferm mistenni ġewwa l-Pjazza ewlenija Imqabbija permezz ta’ preżentazzjoni awdjo-viżiva

oriġinali. Wara, r-rotta tal-marċ brijuż titkompla u tintemm permezz tat-tlugħ tradizzjonali

tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbira f’atmosfera ta’ devozzjoni

u preżentazzjonijiet oħra addattati flimkien mal-ħruq ta’ tapit fi Triq il-Madonna tal-Ġilju li

jagħlaq din it-tieni parti tal-okkażjoni. L-aħħar parti tal-marċ teħodna lura fil-Pjazza ewlenija

fejn ser jiġi eżebit spettaklu piromużikali u viżiv ta’ xejra unika.

Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016 Lejliet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

8.00am

8.30am

4.30pm

5.15pm

6.30pm

8:15pm

8:45pm

10:00pm

Quddiesa Kantata mmexxija minn Fr. Trevor Fairclough.

Servizz tal-qrar fil-Knisja Parrokkjali minn konfessuri barranin sal-10.30am.

Servizz tal-qrar minn konfessuri barranin fil-Knisja Parrokkjali sas-6.30pm. Inħeġġukom biex

tersqu għall-qrar u tqarbin fil-Festa.

Għasar Solenni bil-vuċijiet, Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika mill-

Kappillan Dun John P. Curmi.

Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor tal-Parroċċa. Iqaddes il-Kappillan Dun John P. Curmi.

Jippriedka Dun George Schembri, viċi-Kappillan tal-Parroċċa taż-Żurrieq.

Il-Banda La Vittoria tal-Mellieħa tibda marċ qasir minn triq tarf Triq Karmenu Ciantar għallpjazza.

Taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro. Joe Vella, il-Banda La Vittoria tesegwixxi

programm mużikali varjat fuq il-Planċier Meravilja.

Il-Banda tas-Soċjetà Filarmonica La Vittoria tal-Mellieħa tkompli b’marċ mill-pjazza ta’ quddiem

il-każin għal tul triq K. Ciantar fejn ittemm is-servizz tagħha bl-Innu lill-Madonna tal-Ġilju.

131

If you want to save on your motor insurance premium,

take advantage of the following benefits:

Increase in the Maximum No Claims Discount to 65%.

FREE Foreign use extension up to 15 days.

NIL TP excess for drivers over 25 years.

20% discount on New Vehicles with low emissions.

FREE protected ncd for policyholders who are entitled

to 5 years+ ncd.

FREE legal assistance cover without payment of excess

and no loss of ncd up to a limit of E1,200.

NO EXCESS payable in the event of theft of entertainment

equipment up to a limit of E350.

NO EXCESS payable and no loss of ncd in respect of

windscreen damage up to a limit of E350.

DISCOUNT if you purchase a home insurance.

NO EXCESS payable and no loss of ncd in respect of

loss of keys up to a limit of E500.

And much more...

We also offer very competitive rates on all our products including:

Home Travel Boat Combined

Business

MEGAMAN® LED lamps deliver a warm glow, beautiful light

performance and huge energy savings, making them ideal for

nearly every applications at homes, hotels, restaurants,

displays and more.

For a free no obligation quotation please contact us at:

Victoria Insurance Agency Ltd

Block A Flat 2, 177, Marina Street, Pietà PTA 9042

Tel: 21244591, 21244592, 21244593 • Fax: 21244588

E-mail: info@victoriainsurance.com.mt

Licensed by MFSA to act as Agents for Citadel Insurance plc.

• Perfect alternatives for traditional incandescent and halogen lamps

• Linear dimming from 100% to 10%

• Long life of up to 25,000 hours

• Powerful light output

• No UV and IR radiation

• Instant start

ESS Building, San Gwakkin Road, Mriehel, BKR 3000

Tel: +356 21 255 777 /888 Fax: +356 21 255 999

Email: info@ess.com.mt Web: www.ess.com.mt

Electrical Supplies & Services Ltd

ESS Building, San Gwakkin Road,

Mriehel, BKR3000

MEGAMAN® LuxMeter

T: 21 255 777 / 888

info@ess.com.mt

www.ess.com.mt

www.megaman.cc | info@megaman.cc

Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2016 Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

7.00am

8.00am

9.00am

10.45am

11.45am

1.00pm

6.00pm

6.30pm

7.00pm

8.00pm

10.00pm

10.15pm

10.30pm

Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna.

Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna.

Quddiesa Solenni kkonċelebrata, immexxija mill-Kan. Charlie Gauci. Wara l-Evanġelju jsir il-

Paniġierku minn Dun Noel Camilleri D’Amato (Kappillan tar-residenza għall-anzjani ta’ San

Vincenz De Paul) dwar il-ħajja u l-virtujiet tal-Madonna taħt it-titlu Singulari tal-Ġilju. L-orkestra

tkun immexxija mis-Surmast Anthony Pace.

Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna.

Quddiesa fil-Knisja bl-Omelija fuq il-Madonna.

Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali u tant popolari ta’ Nofsinhar.

Il-marċ jibda minn quddiem il-Każin u jgħaddi minn Triq il-Parroċċa, Fjuri, Parroċċa, Valletta,

Lanġasa, San Bażilju għall-Pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Il-marċ jilħaq il-qofol

tiegħu hekk kif minn quddiem il-Każin jissokta għal Triq id-Duluri u jdur lura għal quddiem il-

Muniċipju tal-Kunsill Lokali għal Triq il-Parroċċa (magħrufa bħala t-Triq tan-Nofs) u l-Pjazza

tal-Knisja b’konklużjoni quddiem il-Każin għall-ħabta tat-3.00pm.

Il-Banda ‘Maria Mater Gratiae’ ta’ Ħaż-Żabbar tibda marċ minn triq il-Parroċċa għall-Pjazza.

Il-Banda Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa tagħmel marċ minn Triq Santa Katerina sal-Pjazza.

Il-qofol tal-Festa wasal! Jingħata bidu għall-Ħruġ tal-Purċissjoni bl-Istatwa tant għażiża u

devota tal-MADONNA TAL-ĠILJU. Hawnhekk inħeġġu lid-Devoti, Soċi u Partitarji kollha

tal-Madonna sabiex ikunu f’posthom fuq iz-Zuntier tal-Knisja sabiex nagħtu tislima xierqa

lil Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu uniku minn TAL-ĠILJU għall-ħruġ tal-Purċissjoni

Devota bl-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju. Il-Purċissjoni tkun immexxija mill-Kanonku Charlie

Gauci. Il-Banda Maria Mater Gratiae, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Kevin Mizzi, issellem lil-

Madonna tal-Ġilju bl-Innu tagħha filwaqt li l-kantanta Marisa D’Amato tinterpreta l-Ave Maria.

Mument tant mistenni mid-devoti kollha tal-Madonna huwa l-waqt meta l-Istatwa Artistika

tal-Madonna tal-Ġilju, tasal fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Il-

Banda Sant Andrija, diretta mis-Surmast Michael Pulis, tesegwixxi l-Innu lill-Madonna tal-

Ġilju, xogħol klassiku tas-Surmast Joseph Darmanin, fuq lirika tal-poeta Dun Frans Camilleri,

huwa l-qofol ta’ din il-parti. Flimkien mal-Banda jieħdu sehem it-Tenur Arthur Micallef,

l-Baritonu Pio Dalli u l-Kor “Ulied Sant’ Anna” mill-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn, imexxi mis-

Sinjorina Stephanie Caruana u s-Sinjura Francelle Delezio bil-parteċipazzjoni ukoll tal-Kantanta

Marthese Tanti li tinterpreta l-Ave Maria u li kollettivament janimaw din il-parti devozzjonali

tal-Purċissjoni tkun ippreżentata mis-Sur Michael Sciortino li wkoll jaqra silta letterarja Marjana

marbuta mal-Festa. Inħeġġu lid-Devoti kollha sabiex jieħdu sehem attiv sabiex ilkoll flimkien

f’komunità waħda nagħtu ġieħ u nfaħħru lil Ommna Marija li tant ngħożżu bil-qalb.

Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Antifona u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-mużika li ser

tindaqq tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Anthony Pace.

Hekk kif tintemm iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika ġewwa l-Knisja Parrokkjali, l-Għaqda tan-Nar

tas-Soċjetà flimkien mal-familjari tagħhom tagħmel ir-ringrazzjament tagħha ġewwa l-Knisja.

Ikun ġest ferm sabiħ jekk ilkoll flimkien mal-familji tagħna ningħaqdu flimkien mal-Kappillan

tal-Parroċċa sabiex nagħlqu din il-Festa flimkien b’ringrazzjament l’Alla l-Imbierek u lil Ommu

u Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu Devot minn TAL-ĠILJU u nitolbuHa sabiex iżżomm

dejjem idejHa fuq il-membri kollha tas-Soċjetà li minn dejjem ħaddnet u għożżot isimHa.

Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħmel il-marċ tal-aħħar li jibda minn Triq K. Ciantar sal-Pjazza

ta’ quddiem il-Każin.

It-Tnejn 20 ta’ Ġunju 2016 - L-Għada tal-Festa

1.30pm

7:00pm

Tingħata bidu għax-xalata tradizzjonali tal-għada tal-festa. Din titlaq minn quddiem il-Każin.

Bħal kull sena, l-ewwel immorru l-Armier u wara nirħulha għal Baħar iċ-Ċagħaq.

Niltaqgħu qabel id-daħla tal-mina ħalli bħalma hi t-tradizzjoni ngħaddu mill-irħula tal-qrib sa

ma naslu r-raħal tagħna u b’mod trijonfali nidħlu fil-pjazza ewlenija ta’ quddiem il-każin.

133

‘‘WE MAKE DOGS HAPPY BECAUSE

WE GIVE PRIDE & QUALITY IN EVERY BAG.’’

Hard Rocks, Business Park no 37 Burmarrad Road Naxxar

T. 2744 7799 • 2142 2756 | E. office@glad.com.mt

www.glad.com.mt

21 ta’ ĠUNJU 2015

Patri Deo Debono OSA waqt il-Paniġierku tal-Quddiesa Solenni ta’ Jum il-Festa.

Jifrex idejh fuq id-dixxipli tiegħu, Kristu jiddikjara –

‘Dawn huma Ħuti u Ommi, għax kull min jagħmel irrieda

ta’ Missieri – dan huwa Ħija u Oħti u Ommi.’

Nirriflettu ftit fuq dan il-kliem, mill-Evanġelju ta’

San Mattew - Ma kinetx Ommna Marija qed taqdi

l-missjoni li Alla ta? Hija li twieldet fil-fidi, għexet

bil-fidi, weldet lill-Fidwa nfisha. Ma kinetx qed taqdi

ir-rieda tal-Missier?

Hija tant kienet qed taqdi din ir-rieda tal-Missier

b’mod sħiħ, li iktar jixirqilha tissejaħ dixxiplu, jew

qaddejja ta’ Alla, milli għax hija Ommu. Kienet iktar

imbierka fil-qadi tal-missjoni tagħha milli fil-maternità

tagħha. Il-ferħa tagħha ma kinetx biss li Alla għażilha

b’Ommu, iżda aktar u aktar, li dak li ġarret fi ħdanha

kien is-Sid tagħha hu Hi kienet ser tkun il-qaddejja

fidila Tiegħu.

Wisq Reverendu Kappillan u Ħabib tiegħi, Dun

Ġwann Curmi, għeżież ħuti fis-saċerdozju u fil-ħajja

reliġjuża, għeżież Imqabbin, devoti tal-fwieħa ħelwa

ta’ dan il-Ġilju tant sabiħ fil-Ġnien ta’ Alla. Bdejt bħala

Agostinjan b’riflessjoni minn Santu Wistin Missierna,

mir-riflessjonijiet tiegħu li għamel fuq Ommna Marija.

Qaddis kbir imma ma kienx qaddis magħruf għassempliċità

tiegħu, ma kienx bniedem magħruf għal

qdusija tiegħu, ma kienx bniedem maqtuħ mis-soċjetà,

imma kien bniedem li kien iħobb il-kumpanija, kien

żagħżugħ mimli ħeġġa, kien bniedem li jħobb il-ħajja,

kien bniedem - wieħed bħalna.

Alla żejnu b’għerf tant kbir li huwa joħroġ b’dawn

ir-reflessjonijiet tant sbieħ. Alla ħalaq din il-Mara, Alla

ħalaq din l-Omm, Alla ħalaq il-Qaddejja fidila tiegħu.

U l-libreriji kollha, l-biblijoteki kollha li Santu Wistin

ħalla warajh b’eluf u eluf ta’ kotba, mhumiex kotba

biex aħna meta naqrawhom ngħidu kemm hu kbir

dan ir-raġel, imma huma kotba li ħallihomlna bħala

mappa biex aħnna bħala Nsara nimxu fuqha biex forsi

naslu nduqu ftit mill-imħabba kbira ta’ Alla, l-imħabba

infinita ta’ Alla. U aħna bħalu mistednin biex meta

nduqu din l-imħabba tant kbira ta’ Alla allura nifhmu

aktar għaliex Marija ħassietha aktar kburija li hija

l-Qaddejja ta’ dan Alla li tant iħobb l-iktar milli għax

hija Ommu. Il-qadi mimli mħabba mimli fiduċja ta’

Marija.

U Santu Wistin f’waħda mit-talbiet tiegħu, dik ittalba

tant popolari li nafuha lkoll, jgħid ‘qalbna ma

ssib qatt kwiet, jekk ma tistriehx ftit.’ U mhuwiex dan

il-vers li jgħidilna Santu Wistin, biex ngħidu hekk filqosor,

it-talba tant sabiħa li nisġet Ommna Marija, ittalba

tal-Manjifikat, fejn Ommna Marija tiringrazzja

lil Alla li huwa ta l-misteru Tiegħu liċ-ċkejknin, liddgħajfin.

Ma marx ifittex lil min hu kbir, imma lil min

hu ċkejken. Sar wieħed bħalna. Ċkejken bħalna.

Il-Mulej, Santu Wistin jgħidilna darb’oħra kien

miexi qalb il-folla u waħda mara taqbad tgħajjat u

tgħidlu: “Imbierek il-ġuf li ġabek u imbierek is-sider

li temgħek”. U Santu Wistin jgħidilna: “Isimgħu

135

Camilleri Patrick

Marble & Granite

The Art of Nature Stone

Factory & Showroom: Valletta Road, ŻURRIEQ ZRQ 9011

T. 2164 7841 / 7958 5866

E-mail: cpcamilleripatrick@gmail.com

Website: www.cpmarbles.com.mt

• FLOORS • STAIRS

• KITCHEN

& TABLE TOPS •

• VANITIES •

• FACADES •

• SKIRTINGS •

• MONUMENTS •

• MEMORIALS •

We specialize in Kitchen Tops

Showroom

Opening Hours:

Mon - Fri 4.00pm - 6.00pm;

Sat 9.00am - 12.00pm

ftit din l-iskrittura u għiduli tgħidx dak li għadni kif

għedtilkom”. U l-Mulej iwieġeb li dik il-mara u

jgħidilha: “Imbierek aktar min jisma’ l-kelma ta’ Alla

u jżommha f’qalbu.”

U jekk inħarsu lejn l-Evanġelisti meta jitkellmu fuq

Ommna Marija fil-Vanġeli tagħhom dejjem jgħidulna

u jtemmu s-silta billi jgħidu ‘Marija semgħet dak li

qal Ġesù, baqgħet iżżomm kollox f’qalbha u baqgħet

tixtarru f’qalbha.’

Il-fidi ta’ Marija li tintelaq f’idejn Alla tidher tul ilmixja

tagħha kollha. Imma l-aktar li tidher b’saħħitha

hija fl-aktar mument ta’ prova għaliha. Fil-mument

meta narawha taħt is-salib ta’ binha Ġesù. U Ġwanni

l-Evanġelista jiddeskrivilna lil Marija f’dak il-mument,

huwa jpenġilna x-xena fuq il-Golgota b’kelma waħda.

Ma jgħidilniex li Marija kienet mitluqa b’ħass ħażin,

tqatta’ xagħarha b’disprament, tisħet is-siegħa u

l-mument jew tisħet l-umanità għal dak li għamlu.

Santu Wistin

Marija hija dejjem dik li taqdi. Marija hija dejjem

dik li tfittex. Hija dik li tisma’. Hija dik li takkompanja

lil Ġesù fil-mixja tiegħu. Darba waħda biss narawha

timponi xi naqra ruħha fuq Ġesù – fit-Tieġ ta’ Kana,

meta nafu kollha kemm aħna xkien ġara meta kien

naqsilhom l-inbid. U Ommna Marija ddur fuq Ġesù u

tgħidlu biex jidħol għalihom. U Ġesù r-risposta tiegħu

tkun: ‘Mara, x’għandna x’naqsmu. X’hemm bejni u

bejnek.’

U dik l-Omm għax taf li binha kien mimli ħniena,

dik l-Omm għax taf li binha kien mimli mħabba, għax

taf li hi kellha tkun hi li tinċerdi quddiemu għalina,

iddur fuq il-qaddejja, minkejja li Hu wriha li ma kien

sa jagħmel xejn, iddur fuq il-qaddejja u tgħidilhom

‘Għamlu dak li jgħidilkom Hu.’

Marija hija dik li tismagħna nokorbu quddiemha,

Marija hija dik li tismagħna nitolbuha tidħol għalina

u Marija hija dik li tinterċedi għalina. Tidħol għalina

b’qalb mimlija mħabba. Bħalma ħasset għal dik ilkoppja,

tħoss għalina wkoll taħt is-slaleb tagħna.

Marija hija l-Eva l-ġdida. Aħna meta nsellmulha lil

Marija fl-innijiet ngħidulha Ave. Ave li hija l-isem ta’

Eva bil-maqlub. Eva l-antika li daħħlet l-umanità fiddnub.

Eva l-ġdida li toħroġ lill-umanità mid-dnub billi

twasslilha s-salvazzjoni.

Ġustinu l-Martri jikteb hekk - Bħalma Eva kienet

verġni u nisslet il-kelma tas-serp, il-kelma tal-qerq

u ġabet id-diżubidjenza u l-mewt, Marija l-verġni

mimlija bil-fidi, mimlija bil-hena, mimlija bl-imħabba

t’Alla, meta l-anġlu Gabrijel mar iħabbrilha, kif

smajna fil-Vanġelu stess, sabiex hija tkun Omm Alla,

hija x’tgħidlu? ‘Isir minni skont kelmtek’. Marija hija

l-qaddejja. Marija hija l-istrument ta’ din il-grazzja

tant kbira li l-umanità kienet tant fil-bżonn wara li Eva

l-antika daħħlitna mkaxkra fil-ħażen u fil-qerq.

Il-Kruċifissjoni ta’ Emvin Cremona li sar wara it-Tieni Gwerra Dinjija

fil-Knisja tal-Imqabba

Imma l-Evanġelista jgħidilna Marija kienet wieqfa

taħt is-salib, għax Marija kienet mara mimlija bil-fidi.

Marija f’dak is-salib ma ratx sinjal ta’ telfa, imma rat

sinjal ta’ rebħa. Marija f’dak is-salib ma ratx l-aħħar

kelma imma rat l-ewwel kelma. U lilna li aħna devoti

tagħha Marija tistedinna biex aħna nkunu bħalha, biex

aħna jekk verament aħna devoti tagħha, aħna nimxu

l-istess mixja li mxiet Hi u taħt is-slaleb tagħna, fiddiffikultajiet

tagħna, fil-mument li narawhom tant

impossibbli, fil-mument li narawhom tant ta’ qtigħ ilqalb,

aħna għandna bħal Marija nħarsu lejn is-salib u

ngħannquh, għax nemmnu li anke b’dawk is-slaleb li

aħna ma nifhmuhomx, li narawhom tant kbar, il-Mulej

kapaċi jtina l-grazzja, dejjem jekk aħna bħal Marija

nkunu nies ta’ fidi, inkunu nies ta’ tama, inkunu nies

mimlija bl-imħabba t’Alla. Nintelqu f’idejn Alla. Din

hija l-istedina li Marija tagħmlilna. F’kull festa li ħa

niċċelebraw nintelqu f’idejn Alla biex inkunu qaddejja

u strumenti f’idejn Alla.

137

ALL N’ 1

Dr. Nikola Zammit Street, Si©©iewi

Tel: 00356 21462360

Clothes • Underwear • Baby Items • Shoes

Hand Bags • Households • Gifts

Monday to Fridy 9.00am till 12.30pm • 4.30pm till 7.15pm

Saturday 9.00am till 12.30pm

All’n1 Siggiewi

AfdA

Aluminium

Works

No.10, Sqaq il-Mitħna of Mqabba Road, Qrendi

email: info@afdaaluminium.com

Tel: (00356) 21483389

Mob: (00356) 99428912 / 99885657

Għal kull xogħol ta’ Aluminium

tal-għola kwalità

Ħuti għeżież, dawn il-festi li aħna niċċelebraw filknejjes

tagħna huma għalina okkażjoni mill-aqwa,

huma għalina opportunità, opportunità biex aħna

niftakru fil-qdusija għal tant storbju li toffrilna l-ħajja,

għal tant għawġ li naraw madwarna. Huma festi li lilna

jista’ jżommuna iktar qrib tal-qdusija, aktar qrib tal-

Knisja ta’ Kristu u jsejħulna biex nerġgħu nidħlu taħt

il-mant qaddis, mimli bil-grazzja ta’ Alla, il-Missier

tagħna. Alla li lilna addottana, kif jgħidilna San Pawl.

Aħna li aħna kburin bħala Nsara, li nistgħu nsejħu lil

Alla bħala l-Missier tagħna, u aħna bħala l-ulied Tiegħu.

U allura jekk aħna ulied Alla, aħna kburin li aħna wkoll

ulied tal-Ġilju tant sabiħ Tiegħu, ulied Marija.

Dawn il-festi tagħna jistgħu jsiru rovina biss jekk

aħna nagħmluhom okkażjoni ta’ dnub. Mhuwiex

l-armar, minkejja li jgħidulna x’jgħidulna. Mhuwiex

l-armar la tal-knejjes u lanqas tat-toroq. Mhuwiex dak

li ħa jwassalna għad-dnub. Mhuwiex in-nar sabiħ,

bħalma xgħeltu lbieraħ fis-sema fuq l-Imqabba li ħa

jżommna ‘l bogħod minn Alla. Mhuwiex il-kant sabiħ

li nisemgħu fil-knejjes jew il-kant taż-żgħażagħ fittoroq

tagħna aħna u nfaħħru lil Marija. Mhuwiex dan li

ħa jżommna ‘l bogħod minn Alla.

Iżda aħna rridu noqogħdu attenti, għax malli aħna

nniżlu l-ħarsa tagħna, il-ħażen ikun dejjem pront

jistenna biex ideffes denbu u jagħmel u jiżra l-ħsara.

Aħna rridu nkunu bħal dak il-bidwi li joħroġ u jipprova

jiżra’ fil-ħamrija tajba. Imma nafu mbagħad, Kristu

stess fl-Iskrittura jgħidilna li l-bidwi t-tajjeb joħroġ

jiżra’ fil ħamrija t-tajba, imma billejl, fl-iktar mument li

inti ma tistenniex, jiġi l-għadu u jiżra’ s-sikrana.

U aħna jekk verament dawn il-festi nħobbuhom,

jekk dawn il-festi verament rridu nieħdu ħsiebhom,

jekk dawn il-festi rridu li nkomplu niċċelebrawhom,

aħna rridu nkunu familja waħda magħquda. Aħna rridu

niżergħu flimkien żerriegħa li tagħti frott sabiħ. Dak li

għamlet Marija tul ħajjitha u għalekk aħna nħarsu lejha

bħala l-mudell tagħna. Hija l-bidwi sempliċi li jiżra’

fis-skiet u li jieħu ħsieb dak li jiżra’. Tisqieh u tieħu

ħsiebu sabiex imbagħad taqta’ l-frott tiegħu.

U aħna wkoll għandna din is-sejħa. Inthom tħobbu

tgħidulha ‘Sicut Lilium Inter Spinas’, il-Ġilju li

jwarrad qalb ix-xewk. U dak hu li aħna niċċelebraw.

Dak hu li llum qegħdin nirringrazzjaw l’Alla tiegħu.

Li aħna għandna persuna, għandna mudell għalina, li

jekk aħna nimxu fuq il-ħajja Tagħha, jekk aħna nkunu

qaddejja Bħalha, jekk aħna nkunu strumenti tal-paċi u

tal-imħabba Bħalha, aħna kapaċi nkunu wkoll fid-dinja

tal-lum qalb ix-xewk li naraw madwarna, dak il-Ġilju

li jiftaħ u jfewwaħ. Dak il-Ġilju bajdani, safi u sabiħ.

L-Isqof Teodozju ta’ Ankara fit-Turkija fis-seklu 5,

waqt li kien qed isir il-Konċilju ta’ Efesu li fih Marija

ġiet iddikjarata bħala l-Omm Qaddisa ta’ Alla, qed

ngħidu bejn wieħed u ieħor fis-sena 431 u jgħidilha

‘Inti id-Dawl li qatt ma ngħaqad mad-Dlam’, ‘Inti

d-Dawl Etern’, ‘Inti tiddi u tibqa’ tiddi dejjem.’ U l-qalb

Nisranija, il-qalb tal-bniedem sempliċi li jingħata lil

Alla tibqa’ tiddi dejjem. Aħsbu fi żminijietna wkoll

f’kemm nies aħna nħarsu lejhom u minkejja jiġri x’jiġri

u jgħidulhom x’jgħidulhom, jibqgħu mudelli għalina,

jibqgħu sinjal ta’ mħabba għalina, jibqgħu jiddu bilqdusija

minkejja dak kollu li naraw madwarna.

Malajr id-devozzjoni ta’ Ommna Marija nxterdet

ma kullimkien fuq is-safa Tagħha, sakemm waslet,

ovvjament, kif ngħidu dejjem, għad-Domma, għal-istat

ta’ Domma meta l-Papa Piju IX fit-8 ta’ Diċembru tassena

1854 bid-Domma Ineffabilis Deus jidikjara b’mod

pubbliku u b’mod solenni li l-Insara kollha għandhom

iħarsu lejn Ommna Marija bħala dak il-Ġilju safi. Ilmara

li nħalqet mingħajr dnub. Il-grazzja singulari, ittitlu

singulari tal-Madonna safja minn kull dnub – Il-

Madonna tal-Ġilju.

Roma locuta est– Ruma tkellmet u sejħet lill-

Insara biex iqimu lil Omna Marija bħala l-Immakulata

Kunċizzjoni – titlu li hija stess ikkonfermat snin wara

lit-tfajla Bernardina ġewwa Lourdes fis-sena 1958 fil-

25 ta’ Marzu propju fil-Festa tal-Lunzjata. Ma kinitx

ħaġa faċli biex fil-Knisja jaċċettaw din id-Domma u

nafu minn dokumentazzjoni li kien hemm ukoll nies

kbar, qaddisin kbar ukoll, li ma settgħux jilqgħu malewwel

din id-Domma, ovvjament sabiex dak li huma

jwaqqfu bħala Domma jkun imwaqqaf b’mod sħiħ. U

kien hemm il-Franġiskan Ġwann Dunns Scotu li Alla

dawlu sabiex huwa jiġġieled bi qdusija liema bħala

għal din id-Domma tant li llum għadna nsejħulu ‘Id-

Duttur tal-Immakulata’.

Sa nofs is-seklu erbatax kienu l-Franġiskani li kienu

qed jimbuttaw dan it-titlu tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Iktar wara mbagħad naraw wkoll l-Ordni Agostinjan u

l-Ordni Karmelitan li ngħaqdu flimkien sabiex jgħinu

l-Ordni Franġiskan f’din il-mixja li huma kienu bdew.

U dan kien hawn sinjal tiegħu wkoll f’pajjiżna. Sa

ftit sekli ilu, sfortunatament illum m’għadux jeżisti,

meta l-Ordni Agostinjan u l-Ordni Karmelitan hawn

Malta kienu jiltaqgħu flimkien f’Mejju biex jagħmlu

l-purċissjoni tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Imdina.

F’Malta d-devozzjoni bdiet tinxtered mhux ħażin

tant li naraw ukoll parroċċi li huma dedikati jew huma

marbuta ħafna mad-devozzjoni lejn l-Immakulata

Duns Scotus

l-akbar difensur tal-Immakulata Kunċizzjoni.

139

Kunċizzjoni u li għalkemm il-Festa jiċċelebrawha

f’Diċembru, f’Mejju xorta waħda kienu jiċċelebraw

festa oħra, din id-darba bit-titlu tal-Madonna tal-Ġilju.

Insemmi pereżempju l-Parroċċa ta’ Bormla ġewwa

Malta li hija parroċċa ewlenija għad-devozzjoni

lejn l-Immakulata Kunċizzjoni. Il-Parroċċa tal-Qala

ġewwa Għawdex li hija wkoll marbuta ħafna ma’ din

id-devozzjoni. F’Mejju kienu jagħmlu l-Festa tal-

Madonna tal-Ġilju u kienu joħorġu propju bix-xbihat

tagħhom tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Mat-tgerbib tas-snin kien hemm ukoll avvenimenti

oħra li għenu ħafna biex din id-devozzjoni lejn Ommna

Marija, taħt it-tilu singulari tal-Ġilju, tqum u tinxtered

aktar mal-erbgħat irjieħ tad-dinja. Fl-1759, pereżempju,

ġewwa l-Italja nsibu l-belt ta’ Affile li kienet għaddejja

minn terremot qawwi u l-poplu li kien jgħix f’din il-belt

huwa u jaħrab mit-terremot jgħaddi minn quddiem xbiha

tal-Madonna u jieqaf hemm jitlobha l-għajnuna tagħha.

U huma u jitolbu, bukkett li kien hemm niexef quddiem

din ix-xbiha, jerġa’ jieħu l-ħajja u minn ġo nofsu jwarrad

il-ġilju. Dak il-ħin it-terremot jieqaf. U dawn in-nies

xerrdu din id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Ġilju.

Snin wara, fl-1936 ġewwa Franza, ftit qabel ma

dehret il-Madonna ġewwa Lourdes, ġewwa il-belt

ta’ Blain fi Franza, Ommna Marija tidher lit-tifla

Marie-Julie u tgħidilha jew tpoġġi ġilju quddiem ixxbiha

tal-Madonna, tgħidilha biex tieħu dak il-ġilju,

tqassmu f’biċċiet żgħar u tqassmu lit-tfal ċkejknin.

Għax Ommna Marija tixtieq li tiżra’ l-ġilju tagħha filqalb

taċ-ċkejknin. Tixtieq iktar ġilji sbieħ għal binha

Ġesù. U sena wara terġa’ din it-tifla, taqa’ f’estasi

oħra u hemmhekk tidher Ommna Marija u titlobha

espressament biex tibda xxerred id-devozzjoni lejha

bħala l-Madonna tal-Ġilju.

Din id-devozzjoni għamlet effett ukoll fuq

l-ikonografija ta’ Marija, fuq il-pitturi, fuq ix-xbihat.

Imma mhux biss fuq l-ikonografija Marjana, għamlet

effett ukoll, skont ċertu studjużi, fuq l-ikonografija

Ġużeppina. Għalxiex. Sas-seklu 14, skont ċerti

studjużi, San Ġużepp jiġi ppreżentat dejjem bl-għasluġ

f’idejh, bil-ħatar, bħalma Mosè bil-ħatar jofroq l-ilma

biex il-poplu Lhudi jgħaddi minn bejn l-ilma, jew bħal

ma jagħmel is-serp tal-bronż mal-għasluġ biex kull min

iħares lejh ifiq mill-gidma tas-serp, Ġużeppi wkoll kien

bl-għasluġ għax huwa l-ħarries tal-Familja Mqaddsa,

huwa l-ħarries tal-Misteru tas-Salvazzjoni u huwa

kien dak li kien ser isalva jkompli lill-Poplu ta’ Alla, li

jofroq l-ilmijiet li kienu qegħdin jgħarrquh fid-dnub u li

l-ebda ħażen, l-ebda velenu ma seta’ jaffettwah. Imma

wara s-seklu 14, fl-ikonografija Ġużeppina, Ġużeppi

jibda jidher bil-ġilju f’idejh u nħolqot il-leġġenda biex

ngħidu hekk, l-istorja ta’ meta missier Ġużeppi xtaq

iressaq lill-erbgħa ulied tiegħu biex xi ħadd minnhom

jiżżewweġ lil Marija u missier Marija jitlob lil dawn

l-ulied biex jġibu l-ħatar tagħhom u jpoġġuh fuq l-artal

ta’ Alla, biex Alla jagħtih sinjal liema wieħed minnhom

kellu jkun ir-raġel ta’ Marija. L-erbgħat itfal li huma

jpoġġu l-ħatar tagħhom u Ġużeppi xħin jpoġġi l-ħatar

tiegħu mill-ħatar tiegħu jfeġġ il-ġilju. Għax Ġużeppi li

kien jħobb lil Marija, Ġużeppi li żżewweġ lil Marija,

f’qalbu nibet il-ġilju Marija. Dak il-Ġilju Marija, ilqalb

ta’ Ġużeppi żammitha safja, żammitha ġusta,

f’saħħita, għamlitha qaddisa.

U aħna għandna l-istess sejħa. Aħna li aħna

devoti tal-Madonna tal-Ġilju, aħna msejħin biex filqalb

tagħna nħallu lil Marija tnibbet dan il-ġilju tant

sabiħ tagħha. Ġilju li jfewwah, ġilju li jżommna millmibegħda,

ġilju li jżommna mir-rejba, ġilju li jagħtina

l-ferħ u l-imħabba. L-imħabba ta’ Alla u l-ferħ li għex

f’din il-ħajja bħala Nsara, bħala strumenti tagħha.

Is-Soru Marie-Julie Jahenny.

Il-vara tal-Madonna tal-

Ġilju ġewwa Affile fl-Italja.

Il-kwadru tal-Inkurunazzjoni magħruf bħala ta’ San

Ġużepp fil-Knisja tal-Imqabba.

141

Gottfried Catania

Photography

Triq Lazzru Pisani Siggiewi

Fully equipped Photographic Studio and Digital Workstation

Large selection of Frames and Albums

SPECIALIZING IN WEDDINGS AND STUDIO PHO-

TOGRAPHY, INCLUDING HOLY COMMUNION

AND CONFIRMATION SESSIONS

OPENING HOURS:

MON – WED – FRI 4:00 to 7:00pm

Telephone: 9947 4629

SAT 9:00am TO 1:00pm

email: gottfried71@gmail.com

Intom għeżież Imqabbin, intom ħaddtu dan ilwirt

mingħand missirijietkom u għandkom id-dmir u

l-obbligu li dan il-wirt intom tieħdu ħsiebu, tkabbruh

kemm tistgħu u tgħadduh lill-ġenerazzjonijiet ta’

warajkom. Id-devozzjoni tar-raħal tagħkom hija waħda

antika. Tmur lura, għall-inqas fid-dati, fl-1772, meta

kien hawn grupp ta’ saċerdoti devoti tal-Madonna li

talbu lill-Isqof, Giovanni Pellerano dak iż-żmien, biex

iwaqqaf il-Fratellanza f’ġieh l-Immakulata Kunċizzjoni,

li mbagħad il-Kappillan li kien hawn dak iż-żmien –

Dun Giacomo Tortella – ħadem bis-sħiħ sabiex din ilfratellanza

tagħkom tiġi affiljata mal-Arċikonfraternità

tal-Bażilika ta’ San Lorenzo in Damaso ta’ Ruma. U

dakinhar intom fl-Imqabba intom waqqaftu wieħed

mill-eqdem monumenti li kellna f’pajjiżna - Is-Salib

ta’ Mentna – flimkien ma’ dik ix-xbiha tant grazzjuża

tal-Immakulata li għad għandkom fit-tarf tar-raħal

tagħkom. Huma sinjali tal-imħabba ta’ missirijietkom

għal din id-devozzjoni li huma għandhom f’qalbhom.

Huwa dan li huma ħallew lilkom u li intom tridu tħallu

lil ta’ warajkom.

Monument ieħor żgur li inthom tgawduh din

il-ġimgħa hija l-vara kolossali li intom tarmaw filpjazza,

li turi lil Marija rebbieħa fuq kull ereżija bil-

Papa Piju IX maġenbha u bil-Franġiskan Dun Ġwann

Scotu. Marija hija dejjem rebbieħa u allura aħna rridu

verament nafdaw fiha. Mhux biss f’din il-ġimgħa ta’

festa imma f’kull mument li aħna ngħixu, speċjalment

fl-aktar mumenti diffiċli. Marija għalina hija l-fawwara

tal-grazzja. Hija l-Omm tant għażiża. Ħarsu lejn il-vara

tagħkom. Għalhekk Marija b’idejha fuq sidirha, għax

Marija għandha devozzjoni qawwija lejkom, uliedha.

Marija hija ddedikata totalment għalina, l-ulied tagħha.

Hija kburija bina, tħares lejna bil-ħlewwa liema bħala,

għax temmen f’kull wieħed u f’kull waħda minna

bħalma aħna nemmnu fiha.

Wara l-gwerra, meta intom hawnhekk l-Imqabba

ukoll kellkom u ġarrabtu ħsarat, huwa u jiġi restawrata

Kappella ta’ Bir Miftuħ jinsab affresk antik ħafna iktar

mis-seklu 18 u f’dan l-affresk tidher ukoll il-Madonna

b’ġilju kbir quddiemha u dan juri li d-devozzjoni li

intom Imqabbin għandkom lejn it-titlu singulari lejn

il-Madonna tal-Ġilju huwa ħafna aktar antik minn

dan. Missirijietkom barra dak l-affresk ħadu ħsieb li

jirrestawraw ukoll diversi affarijiet li ġarrbu ħsara filgwerra.

Pereżempju il-pittura tal-artal tal-Madonna tal-

Kunċizzjoni li ġarrab ħsarat u li fl-1949 il-pittur Sqalli

Cleto Luzzi kellu jerġa’ jagħmel mil-bidu. Dan l-artal

minn dejjem gawda qima kbira u j’Alla intom f’dan

iż-żminijiet ukoll tkompli tqimu lil Omna Marija fuq

dan l-artal.

Insibu, pereżempju, li l-Fratellanza l-ġdida li kienet

twaqqfet hawnhekk, dan qed ngħidu aktar minn tliet

mitt sena ilu, kellha diġà fl-istatuti tagħha mniżżel li

triq tagħmel il-purċissjoni tal-Madonna tal-Ġilju. Dan

ifisser li intom dak li se tagħmlu llejla hija xi ħaġa li ilha

Il-vara l-kbira li saret fl-1922 u tirrappreżenta r-rebħa fuq l-Ereżija.

Il-Kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni xogħol Cleto Luzzi tal-1949.

143

Kevin’s

• Gypsum Boards

• Soffits

• Bulkheads

• Partitions

• Flat Ceilings

• Wall Lining

• Coving

• Paint, Etc

Interiors

25

Years

experience

Mobile: 9946 1518

E.mail: kevininteriors@onvol.net

għaddejja minn iktar minn tliet mitt sena. Mitt sena wara li

saret il-Fratellanza ovvjament ħassew il-bżonn li tinġieb

ix-xbiha t’Ommna Marija biex jagħmlu purċissjoni

biha. Ix-xbiha tant sabiħa ta’ Giovanni Darmanin li kif

qed ngħidilkom hija tesprimi l-imħabba u d-devozzjoni

ta’ Ommna Marija lejna. Dak l-anġlu gustuż maġenbha

jżomm il-ġilju biex ifakkarna fis-safa ta’ Marija fit-titlu

singulari ta’ Marija li aħna tant devoti lejh.

Matul is-snin saru anke kompożizzjonijiet hawnhekk

ġol-Imqabba, innijiet tant sbieħ. Insemmi pereżempju

lil Pawlu Nani, lil Salvatore Scicluna, lil Carlo

Diacono, lil Frankie Diacono. Il-lista tibqa’ għaddejja

– Ir-Reverendu Dun Ġwann Galea, lil Francis Sammut,

lil Lawrenz Scicluna, lil Joseph Darmanin li mbagħad

għamel il-mużika tal-Innu tant sabiħ li intom tkantaw

lill-Madonna tal-Ġilju miktub mill-bravu Dun Frans

Camilleri. Dawn huma kollha sinjali tad-devozzjoni

qawwija li missierijitkom kellhom lejn il-Madonna. U

tkantawlha ‘Tota Pulcra es Maria’ - Int kollok sabiħa,

O Marija. Għax intom tant kburin biha u Hi tant

kburija bikom. Żommu lil Marija dejjem f’qalbkom

għeżież ħuti Imqabbin. Mhux biss f’din il-ġimgħa,

kif għidtilkom, imma f’kull mument, f’kull ġurnata,

f’kull nifs li intom tieħdu. Kunu intom ix-xiehda ta’

din l-imħabba.

Naraw tant diżgrazzji madwarna, tant affarijiet

koroh, tant ħsarat, tant mard, tant gwerrer, tant ġlied.

Kunu intom il-promoturi t’Ommna Marija. Intom li

tressqu l-isem, intom li tressqu d-devozzjoni lejn il-

Madonna tal-Ġilju. Sibu lil min hu batut, sibu lil min

għandu bżonn l-għajnuna, sibu lil min għandu bżonn ittalb,

għejnuh jersaq lejn Ommna Marija. Uruh, imma,

l-imħabba tagħkom mhux biss bil-kliem imma bil-fatti.

Dan it-Tempju li għandkom tant imżejjen sabiħ huwa

mammar b’tant oġġetti sbieħ, li m’għandhomx, imma li

kollha jagħjtu d-devozzjoni qawwija ta’ missirijietkom

li kienu tant iħobbu lil Ommna Marija li żejnulha dan

it-tempju b’mod tant sabiħ. Intom għamlu bħalhom,

imma kunu aħjar minnhom. Iktar milli t-tiżjin tattempju,

li huwa wkoll sabiħ, huwa wkoll importanti,

imma kunu intom it-tiżjin ta’ din il-Festa. Kunu intom li

min jiġi hawnhekk ġol-Imqabba għal din il-Festa jgħid

kemm iħobbu lill-Madonna l-Imqabbin. Kunu intom li

tressqu l-qlub tal-Insara ħutkom lejn Ommna Marija.

U ndur lejk Ommna Għażiża bil-kliem li l-Imqabbin

stess nisġulek tul is-snin ‘F’dik ħarstek ħanina’ qalulek.

F’dak ismek sabiħ. Inti tiġbor Marija kull ħlewwa u

kull ġieħ. Magħżulha mis-sema bħal Ġilju int ftaħt. Filbjuda,

fis-safa Int l-artna fewwaħt. Fik nisġa sabiħa ta’

kobor ta’ ġmiel, li minnha O Madonna biss nifhmu ftit

ħjiel. Berikna Omm ħelwa. Ismagħna fit-talb. Ħarisna

O Madonna ngħidulek bil-qalb.’ U kif tkantawlha

intom stess illejla ‘Fost il-ward tal-ġonna mfewħa,

kollu ġmiel il-Ġilju jfuħ, f’dik il-bjuda, f’dik is-safa,

togħxa l-qalb flimkien mar-ruħ. Int bħal kewkba kollha

dijja, int fil-ġmiel tgħaddiha lix-xemx. Fost il-ħlejjaq

tal-Imwieled isbaħ minnek żgur li m’hemmx. U bqajt

sbejħa, bqajt nadifa, waħdek, waħdek fost kulħadd.

Mal-ġmiel tiegħek żdied il-għaġeb li fid-dinja ma

deher qatt. O Marija sbejħa, safja daqs il-ġilju talwidien,

warrab minna l-iċken tebgħa, lilek nagħtu ġieħ

flimkien.

Viva l-Ġilju ta’ qalbna

Viva l-Madonna tal-Ġilju

Viva l-Ġilju tal-Imqabbin

PATRI DEO DEBONO OSA

L-anġlu tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju jżomm il-fjur tal-fidda

regalat mis-Sinjura Giovanna Manchè.

NOTA EDITORJALI:

Il-Bord editorjali jrodd ħajr lis-Sur Anthony

Bonello tax-xogħol tat-transkrizzjoni.

145

Is-Sur Teddy Farrugia, President tas-Soċjetà Mużikali Madonna

tal-Ġilju jippreżenta tifkira maħduma fil-ġebla Imqabbija

lil-Eċċ. Tagħha l-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca

kif ukoll bħala apprezzament għall-Patroċinju Distint Tagħha

fil-Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Madonna tal-Ġilju.

Il-Kappillan tal-Imqabba, Dun John P. Curmi jiġi ippreżentat

bi pjaneta bħala tifkira tal-Pussess tiegħu fil-Parroċċa

tal-Imqabba u l-ewwel Festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju

taħt il-Parrokat tiegħu.

Rev. Don Anacleto Giagnori, il-Kappillan t’Anticoli Corrado

fil-preżenza tal-Viċi Sindku Signor Giuseppe Fabbi iwassal ilmessaġġ

tiegħu wara li ġew ippreżentati b’tifkira taż-żjara ta’

delegazzjoni mill-Confraternita della Madonna del Giglio ed

Immacolata Concezione immexxija minnhom.

Tifkira lis-surmast Direttur għall-kompożizzjoni Oriġinali

“L-Assedju” sabiex tikkommemora l-450 Sena tal-Vittorja

tal-Maltin (1565-2015) esegwita għall-ewwel darba waqt

il-Kunċert Vokali u Strumentali nhar it-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2015,

fil-preżenza tas-Sinjura tiegħu, Grace Calleja.

Ritratt memorabbli taż-żewġ Surmastrijiet Imqabbin, Mro. Julio

Tanti (lemin) u Mro. Joseph Tonna (xellug): illum onorati bħala

Surmastrijiet Onorarji tal-Banda Madonna tal-Ġilju, li kienu minn

tal-ewwel bandisti meta tnisslet l-Ewwel Banda fl-Imqabba

nhar id-9 ta’ Diċembru 1945 u li aktar ’il quddiem bejniethom

mexxew lill-Banda għal aktar minn 28 sena (1964-1992).

ls-Sur Tonio Facciol – Direttur tal-Każin, ippreżentat b’tifkira

bħala rikonoxximent għall-ħidma kontinwa tiegħu

fil-Proġett tar-rikostruzzjoni tas-Sede tas-Soċjetà

u tkomplija tiegħu.

146

FESTA 2015

Is-Sur Charles Farrugia, Storiku tas-Soċjetà u

Preżentatur annwali tal-Kunċert Mużikali tal-Festa, ippreżentat

b’rikonoxximent mill-President tas-Soċjetà għal-kisba tal-Award

for Excellence in Archives and Records Management

mill-Malta Library and Information Association f’Diċembru 2014.

Preżentazzjoni lill-President Onorarju s-Sur Charles Polidano

b’rikonoxximent għall-kollaborazzjoni tiegħu fl-eżekuzzjoni

tas-silta “L-Assedju”.

Rikonoxximent lis-Sur Amabile Barbara mis-Soċjetà Mużikali

Madonna tal-Ġilju għall-kontribut kontinwu tiegħu

fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju.

Is-Sur David Zammit jiġi ppreżentat bit-trofew

Sportiv tas-Sena 2014/2015 u b’tifkira ta’ apprezzament

għall-impenn kostanti tiegħu matul is-sena biex isostni

l-isports tal-isnooker fi ħdan is-Soċjetà.

Il-President tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina,

is-Sur Philip Schembri, jiġi ppreżentat b’tifkira tal-150 sena

mit-twaqqif tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina A.D. 1864.

Il-Professur Horatio C.R. Vella, l-Editur tal-Katalgu ta’ kitbiet

fil-Programm tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju matul is-snin

mill-1964 sal-2014 jiġi ppreżentata b’tifkira bħal apprezzament

għar-riċerka mwettqa minnu.

147

LIL OMMNA MARIJA,

IL-ĠILJU TAL-QAWMIEN

F’għajnejk O Marija nistħajjel jirtogħ’d

il-biki ta’ mara waħedha fil-bogħ’d,

mifruda minn binha fil-waqt tat-tiġrib,

mikduda f’dulurha taħt l-eħrex salib.

Kemm nisa waħedhom, ’il bogħ’d mill-ulied,

jibkuhom jarawhom sejrin f’ħalq l-imwiet

w oħrajn jgħannqu ’l tagħhom midfuna f’tebut,

sa trabi miknusa qalb ġens qed imut!

U taqbeż minn fommna bla trid mistoqsija,

jekk fostna għadx isaltan is-sliem kif xtaqnieh,

jekk qalb dit-tempesta hemmx ħjiel ta’ tbissima,

jekk f’baħar ta’ dmija hemmx agħar minn dal-qiegħ!

Imm’inti tgħallimna nitwaħħdu fis m’Ibnek

għax fih hemm tweġiba għal kull sentiment,

għax fih hemm triq oħra li twassal għall-ħajja,

għax fih hemm bin Alla li daq dal-ferment.

Kif ħareġ mill-qabar bil-glorja u l-qawwa

u Inti seħibtu mal-anġli kburin,

hekk jerfa’ ’l-imsejkna min-nar tal-kefrija

u jgħolli liċ-ċkejkna kif tlabt lid-divin.

Jistħoqqlok immela, bħal ġilju nsejħulek

li jiftaħ il-bjuda fid-dlam tat-telfien,

li jnibbet it-tama f’art orfni, bla ħtija,

u jdakkar lil qlubna bil-qtar tal-qawmien.

STEFANO FARRUGIA

L-Imqabba, Id-19 ta’ Frar 2016

148

FESTA 2015

Is-Sindku tal-Imqabba,

Dr. Charlene Zammit,

għan-nom tal-Kunsill

Lokali, tippreżenta

għotja finanzjara

biex jittaffew

l-ispejjeż konnessi

mal-organizzazzjoni

tal-Festa.

Il-Kappillan t’Anticoli

Corrado, l-Italja, Don

Anacleto Giagnori, li

mexxa delegazzjoni

mill-Confraternita’

della Madonna del-

Giglio ed Immacolata

Concezione, irregala

replika tal-Kwadru

tant meqjum tal-

Madonna Del Giglio

b’tifkira taż-żjara

tagħhom fl-Imqabba

bejn is-16 u l-21

ta’ Ġunju 2015.

Is-Sinjuri Edwin Gatt

u Jonas Simbeye

jgħaddu kopja

taċ-ċertifikat mogħti

mill-Malta Records

b’rikonoxximent

tar-rekord ġdid, dak

ta’ ‘75 siegħa ta’

xandir kontinwu’

lill-President tas-

Soċjetà fil-preżenza

taċ-Chairperson

u r-rappreżentanti

tal-Kummissjoni Radju

“Tal-Ġilju FM – 95.4”

149

Iċ-Chairperson tal-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ, is-Sur Joseph

Zammit, akkumpanjat mis-Segretarja tal-istess Sezzjoni, is-

Sinjorina Anthea Sacco, jagħmlu żewġ preżentazzjonijiet

finanzjarji lill-President tas-Soċjetà: waħda b’risq il-Festa 2015 u

l-oħra għat-tkomplija tar-rikostruzzjoni tal-Każin l-ġdid.

Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Nisa, is-Sinjura Julie Abdilla,

akkumpanjata mis-Sinjorina Analise Falzon toffri għotja

f’isem l-istess Kummissjoni b’risq il-proġett tar-rikostruzzjoni

tas-sede tas-Soċjetà.

Is-Sinjura Redianne Zammit Ghigo, għan-nom tal-Kummissjoni

Banda u l-Bandisti tal-Post tirregala Euphonium ġdid

sabiex jintuża mill-alljievi fi ħdan il-Banda Madonna tal-Ġilju.

Is-Sur Glenn Muscat, Chairperson Kummissjoni Radio,

flimkien mas-Sinjorina Petra Abdilla, jippreżentaw

l-ammont ta’ flus miġbura waqt il-Maratona ta’ 75 siegħa

ta’ xandir kontinwu li saret f’Diċembru 2014.

Is-Sur Michel Farrugia jippreżenta s-somma miġbura

fuq inizjattiva tas-Sur Annunziato Mifsud sabiex jinġabru fondi

sabiex ikun jista’ jingħata bidu għall-ewwel parti mit-twettiq

tal-proġett tal-pjan terran.

L-iskultur Imqabbi u membru tas-Soċjetà,

is-Sur Antoine Farrugia, jippreżenta kopja tad-disinn

(front & side elevation) tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju

skolpita minnu stess minn ġebla li nqatgħet mill-barriera ta’

Charlie u l-aħwa Bondin u li f’Settembru 2015 tpoġġiet

f’niċċa fil-faċċata tas-Santwarju f’Anticoli Corrado, l-Italja.

150

FESTA 2015

Is-Sinjura Doreen Spiteri, tippreżenta d-donazzjoni

għan-nom tas-Sur Josef Grech, b’risq il-manifestazzjoniet

esterni tal-Festa 2015.

L-Għalliema, is-Sinjura Alison Mifsud, f’isem il-Kap tal-Iskola

Primarja tal-Imqabba, tippreżenta għotja finanzjarja

lill-President b’risq it-tkattir tal-arti mużikali fi ħdan

l-Iskola tal-mużika tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

Is-Sur Paul Farrugia, għan-nom taċ-Ċentru Laburista

tal-Imqabba, jippreżenta għotja finanzjarja b’risq il-Festa 2015.

Is-Sur Antoine Farrugia, għan-nom tal-Uffiċċju Nazzjonalista

tal-Imqabba, jippreżenta għotja finanzjarja b’risq il-Festa 2015.

L-Onor. Perit Toni Bezzina MP jippreżenta d-donazzjoni tiegħu

b’risq l-organizzazzjoni tal-Festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju.

Is-Sur Carmel Bonello, President tal-Banda Spinola, jippreżenta

inkwadru tal-Istatwa ta’ San Ġiljan meqjum fl-istess lokalità

b’tifkira tas-servizz esegwit mill-Banda Spinola fil-Festa 2015.

151

Home Star Sofas

Upholstery

Enoch Farrugia

Home Star Sofas, Industrial Estate Ħal-Farrug – Luqa

Mob: +356 7970 9749 • E-mail: homestarsofas@hotmail.com

Find us on Facebook: Home Star Sofas

Triq San BaΩilju,

Mqabba

(Wara l-Knisja)

Tel: 2164 7233

Nispeçjalizzaw f’kull kwalità ta’

g˙a©ina, ravjul, pastizzi, eçç...

Dawn l-affarijiet issibhom kemm

imsajrin kif ukoll tal-friΩa.

Ikollna wkoll soft drinks, ©elati,

sigaretti, eçç...

naççettaw ordnijiet g˙all-parties.

ServiceS

Light VehicLes

• Service & Repairs

• Computerized Diagnostics

• A/C Repairs

• Engine/Gearbox Overhauls

Kurt MifSud

AutO MEChAniC

Sqaq il-Mitħna

Mqabba Road, Qrendi

Mob: 7904 9543

Email: hdigarage@gmail.com

Id-dehra tal-Menta fil-perjodu li qed niddiskutu l-każ ta’ dawn iż-żewġ Pulizija. Dehera ta’ trankwillità assoluta.

Fl-ewwel parti ta’ din il-kitba, li ġiet ippubblikata sena

ilu, f’ħarġa simili għal din li għandkom f’idejkom,

kont dommejt ġabra ta’każi kif irrappurtati fir-reġistri

tal-Okkorrenzi tal-Pulizija li kienu jinżammu fl-Għassa

tal-Imqabba. 1 Dawn kienu jgħaddu għall-Għassa

Distrettwali taż-Żurrieq, minn fejn sabu posthom fl-

Arkivji Nazzjonali madwar tliet snin ilu. Is-sena l-oħra

ktibt dwar il-każi sa madwar is-sena 1915. Din is-sena

ser inkopri madwar għaxar snin oħra, li jixhdu li l-klima

fl-Imqabba speċjalment fl-ambitu taż-żewġ festi li jiġu

ċċelebrati, bdiet tisħon, u l-pika bejn iż-żewġ soċjetajiet

u l-partiti rispettivi tagħhom, bdiet tissaħħaħ.

Iżda qabel ma nkompli l-kitba dwar l-okkorrenzi,

ser nieħu spunt u mmur lura fiż-żmien, ħamsa u tletin

sena qabel, eżattament fis-sena 1881, biex nuri li sa

minn żminijiet imbiegħda, l-Imqabba kienet dejjem

moqdija fis-sigurtà min-naħa tal-Pulizija. Ittra li

ġiet ippubblikata fuq il-ħarġa tal-ġurnal Il-Ħabbar

Malti tal-10 t’Awwissu 1881, tagħtina diversi ismijiet

interessanti għall-istorja ta’dan ir-raħal. Min kiteb

l-ittra, jfaħħar bil-kbir liż-żewġ pulizija tar-raħal, il-

Kapural Giuseppi Caruana u l-Kuntistabbli Giuseppi

Balzan. Jgħid li dawn jagħmlu xogħlhom bi premura

kbira, iżjed milli huma obbligati li jagħmlu. Isemmi

wkoll lis-Sotto-Spettur tad-Distrett is-Sur Salv Cassar

u jfaħħru għal ħiltu, iżda l-kittieb juri d-dispjaċir tiegħu

li lil dawn il-Kapural u l-Kuntistabbli, il-Korp qatt

ma ħaseb biex jonorahom tax-xogħol tajjeb li kienu

qegħdin iwettqu. Jgħid ukoll “...li mindu ghanna

lilom fir-rahal taghna is-serk quasi inkered, u jecc xi

hatt jizzarda jithol f’paisna biex jigref xi hagia uma

dlonc isibu rcaptu tighu, ghax il-leil ghalihom ma

jigix ghal mistrieh.” L-appell li jgħaddi lill-editur

biex ifaħħarhom permezz tal-ġurnal ħalli jingħataw

dak li jixirqilhom, flimkien mad-dehra ta’ eroj kif

ipinġihom il-kittieb, kważi jġiegħluk tissuspetta li

din l-ittra kitibha xi ħadd minn dawn iż-żewġ pulizija

biex il-Korp jiftakar fihom minsijin f’Għassa f’raħal

żgħir u jew jiżdiedu xi ħaga fil-paga, inkella jingħataw

promozzjoni. Għażilt li nibda b’din l-ittra li sibt dan

l-aħħar, għax minkejja li nkitbet għadd ta’ snin qabel,

is-suġġett huwa xorta relatat ma’ dak li joħroġ mill-

Okkorrenzi.

Inkomplu fejn ħallejna

L-okkorrenzi bażiċi li semmejt is-sena l-oħra, bħal

ġlied bejn in-nies, rimi ta’ ilma maħmuġ fit-toroq

u karettuni bla dwal bil-lejl, fost diversi oħrajn,

ovvjament erġajt iltqajt magħhom matul l-għaxar snin

li ser nikteb dwarhom din is-sena. Kienu parti mill-istil

tal-ħajja tal-poplu u dan mhux ser jinbidel f’temp ta’ ftit

153

Blue Grotto Avenue, Żurrieq

Email: 4mjautopartsmalta@gmail.com

Mobile: 9964 7538 Tel: 2713 8219

Demsey

Aluminium

Manufacturers of

Aluminium Windows, Doors, etc.

Factory

Triq il-Wied, Żurrieq

Tel: 2168 9862 • Mob: 9949 0381, 9942 2583

Sunett miktub minn Giovanni Carabez b’foħrija fl-okkażjoni tal-Prima Messa ta’ Dun Mikiel Zammit fil-Knisja tal-Imqabba

fil-5 ta’ Jannar 1908 u ppublikat fil-ġurnal Is-Salib. Dan ir-ritratt jirrappreżenta żewġ paġni tal-ġurnal li ġew imwaħħla biex is-Sunett

jiġi komplut. L-anomalija li tidher fid-data x’aktarx tirriżulta minn żball tal-istampar fuq l-original.

155

Mini Skip Service

also available

Leli Camilleri

Leli Garage,

Triq il-Madonna tal-Ìilju, Mqabba

Tel: 9947 4468

Filder Market

Take advantage from these excellent offers!!!

Double Point Voucher

with €50 spent at

Filder Market

Żurrieq or Mqabba

Double Point Voucher

with €50 spent at

Filder Market

Żurrieq or Mqabba

Double Point Voucher

with €50 spent at

Filder Market

Żurrieq or Mqabba

snin. Tkompliet l-imġiba ostili lejn il-Kleru Imqabbi

speċjalment lejn Dun Michele Zammit ta’ Brainech

jew ta’ Saguna, li fl-1 ta’ Novembru 1916 jirrapporta

li xi ħadd mhux magħruf ħaraqlu bieb żgħir tal-ġnien

tiegħu fi Strada Parrocchiale u nqerdu għaxar siġar talħawħ

u tal-għajnbaqar. Bħalma għamel f’każ ieħor

iżjed qabel, Dun Mikiel ikun skjett u jgħid li jissuspetta

f’ħuh Giovanni. 2 L-istess Dun Mikiel jagħmel

rapport ieħor fit-12 ta’Ġunju 1919 li sab il-ħorża talbir

mimlija ġebel, u ieħor fl-4 ta’ Mejju tal-1923 għax

ħarqulu l-qamħ li kellu miżrugħ fuq il-Mentna u fi

Sqaq l-Isptar. Iz-ziju ta’ Dun Mikiel, Dun Lawrenz

Zammit ukoll ma ħelisiex, għax fis-17 ta’ Novembru

1918, insibuh jilmenta li mill-ġnien serqulu fenka,

muftieħ u kwantita` ta’ larinġ. L-għada stess lil ħuh

Giuseppe serqulu l-patata li kellu miżrugħha fl-għalqa

f’ta’ Kandja. Qassis Ħamruniż li kellu dar diżabitata

f’Vicolo 1 Strada Parrocchiale, Dun Giuseppe Vella,

wkoll safa` vittma ta’ serq fis-16 ta’Settembru 1922.

Jissemma wkoll Dun Salv Schembri li fl-1916 ħalla xi

bini f’Bur Megħeż mingħajr manutenzjoni. Imbagħad

fl-1 ta’Novembru 1920, ġew irrappurtati l-Kappillan

Dun Francesco Saverio Bonanno u Dun Lorenzo

Zammit talli għamlu ġabra mar-raħal bi preparazzjoni

għall-Għid tal-Imwiet li kellu jsir l-għada, mingħajr

permess tal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi. Minn dawn

ir-rapporti, naraw li l-popolazzjoni tar-raħal baqgħet

tħaddan ċerta ostilità lejn il-qassisin.

Jissemma wkoll għal darb’oħra it-teatrin meta

f’temp ta’ ftit gimgħat bejn Ġunju u Lulju 1921, jiġi

rrappurtat Gio Maria Mallia ta’ Lapura talli organizza

rappreżentazzjonijiet teatrali f’daru 7, Strada Santa

Caterina, mingħajr ma kellu permess mill-awtoritajiet.

Ma naqsux il-vendikazzjonijiet bħall-bomba li persuni

mhux magħrufa splodew fuq il-bejt tad-dar ta’ Luca

Zammit ta’ Ġiustu fi sbieħ il-jum tal-10 t’Ottubru

1916, jew l-ittra anonima mimlija theddid li rċieva

Felice Zammit tan-Naxxari fit-13 ta’ Frar tal-1919.

Dan il-każ huwa wieħed interessanti għaliex l-ittra

anonima tasal bil-posta minn Salonika, u Zammit

jindika suldat Imqabbi li kien qed iservi hemm bħala

l-persuna suspettata. Każ ieħor ta’ theddid żvolġa

ruħu fit-18 ta’ Diċembru tal-1923, meta l-Kuntistabbli

Magro kien qed jagħmel ir-ronda f’Piazza della Chiesa,

huwa nnota karta mwaħħla ma’ siġra mħawla qrib dar

diżabitata proprjetà ta’ Giuseppe Vella ta’ Labre`, li

fuqha kellha miktub “Miskina dick il familia li seira

tikri din id dar ghaliex torkod laham u tisbah faham b

din il bomba denamite.” Każ ieħor li ma tantx iltqajt

miegħu fir-riċerka tal-Okkorrenzi, kien dak li seħħ fis-

27 t’Awwissu 1923, meta l-Ispettur E. Calleja wassal

avviż tal-Gvernatur lil ċertu Vincenzo Mallia, li kien

joqghod 3, Piazza della Chiesa, fejn infurmah li peress

li kien qed ibati bil-marda tal-lebbra, wara sebat ijiem

kellu jittieħed fi sptar apposta. Tul dawn l-għexieren

ta’ rapporti, il-persuni involuti jissejħu anke bil-laqam

u ser insemmi wħud minnhom biex jiżdiedu ma’ dawk

li semmejt is-sena l-oħra għal benefiċċju ta’ dawk li

jinteressahom: ta’ Soldi, ta’ Kenċiċ, ta’ Gulermuwa,

tal-Ghizzu, ta’ Giamicca, tal-Oħxon, tal-Wizz, taż-

Żunżan, tal-Cupitant, tal-Giandarm, tal-Marsus, tal-

Filoxx u tal-Furnar. Ha nagħlaq din il-parti, qabel

ngħaddi biex nelabora fuq xi suġġetti oħra, b’żewġ każi

rari. Fis-16 ta’Settembru 1921 sar meeting politiku

dwar is-sitwazzjoni tal-pajjiż mill-gallarija tad-dar 2,

Piazza della Chiesa. 3 Il-kelliema kienu Mons. Ignazio

Panzavecchia, Antonio Dalli u l-Kurunell Mc Keon,

li aktarx tkellmu bħala esponenti tal-Unione Politica

Maltese. Fit-8 ta’ Ġunju 1924 sar meeting politiku

ieħor f’Piazza della Chiesa. Dar-rapport huwa iżjed

ċar għax jgħid li kien tal-Labour Party u tkellmu Dr. A.

Borg Grech u Pietro Paolo Vella.

Parti mir-Reġistru

Elettorali ta’ qabel

l-elezzjoni tal-1921 li

juri li l-ewwel meeting

sar mill-gallarija

tad-dar tal-Kappillan.

157

Grocer

PULIZIJA

POST

OFFICE

NINSABU QRIB TIEGÓEK

Ħal Safi

61, Żurrieq Road

gasanmamo.com

TIED INSURANCE INTERMEDIARY, JOSEPH BUSUTTIL

61, Żurrieq Road, Ħal Safi. SFI 1411 | Tel: 2168 2095 / 2768 2095 | jbs16@hotmail.com | gasanmamo.com

GasanMamo Insurance Ltd hi awtorizzata mill-MFSA.

Il-partitarji tal-Ġilju f’Mejju 1922.

Każijiet ta’ Serq

Bħal f’kull raħal ieħor, fl-Imqabba kienu jeżistu diversi

ħwienet li jaqdu n-neċessitajiet tal-Imqabbin. Minn

żmien għal żmien f’dawn il-ħwienet kienet issir tfittxija

għal għarrieda mill-pulizija biex jaraw li l-użin huwa

korrett, li m’għandhomx flus foloz u li qed josservaw

il-ħinijiet tal-għeluq. Tfittxija simili għal din saret

fid-19 ta’ Marzu tal-1917 mill-Kuntistabbli Gregorio

Sacco minn Ħal Kirkop. Huwa ma sab xejn irregolari

u ħalla lista tal-ħwienet li spezzjona. Il-ħwienet kienu

ta’ Michele Scuereb 58, Strada Parrocchiale, Lorenzo

Ellul 64, Strada Parrocchiale, Caterina Grech 29, Strada

Parrocchiale, Grazia Scuereb 86, Strada Parrocchiale,

Nicola Sciberras 3, Strada San Basilio u Giuseppa

Zammit 48, Strada San Basilio. Naraw konċentrazzjoni

ta’ ħwienet fi Triq il-Parroċċa, komunament magħrufa

bħala t-Triq tan-Nofs. Ftit jiem wara din l-ispezzjoni,

seħħet serqa mill-ħanut 48 Strada San Basilio, permezz

ta’ ċavetta falza. Il-ħallelin ħadu flixkun żejt, kilo

bakkaljaw, tliet tużżani galettini, xugaman abjad irrigat

bl-aħmar, żewg kilos kunserva, kaxxa sigaretti, żewġ

tużżani u nofs ġbejniet u kwart ta’ kilo xaħam.

Fit-23 ta’ Jannar 1922, il-Kappillan Dun Francesco

Saverio Bonanno għamel rapport li persuni mhux

magħrufa sgassaw il-bieb tal-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu

taċ-Ċimiterju u minnha serqu bieba tal-injam tattabernaklu,

kalċi tar-ram u patena tal-fidda, 20 don

votiv u flus mill-kaxxa tal-offerti. Stramba l-affari kif il-

Kappillan inniffsu jitlob lill-Pulizija biex ma jittieħdux

passi ħalli n-nies ma ssirx taf x’ġara. Madanakollu,

dan l-appell jaqa’ fuq widnejn torox, hekk kif il-pulizija

tagħmel diversi tfittxijiet fis-Siġġiewi u f’Ħal Luqa, li

iżda jirriżultaw fin-negattiv. Każ ieħor li fih il-pulizija

kellha tinterroga xi nies, seħħ fl-20 t’Awwissu 1923,

meta persuni mhux magħrufa serqu għadd ta’ tazzi tażżejt

minn fuq il-bejt tal-Knisja Parrokkjali fil-jiem tal-

Ottava tal-Festa tal-Assunta. Mill-istħarriġ li għamlu

l-pulizija, sar magħruf li tlitt itfal ta’ età bejn disa’ snin

u erbatax-il sena, mill-familji tal-Furnar, tal-Fettul u

tal-Ballare, waqt li kienu fuq il-bejt tal-knisja ħadu 20

Giuseppe Mangion tas-Surmast li

kien fil-Kumitat Circolo Pio X.

159

tazza taż-żejt milli kien hemm armati. 4 Uħud minnhom

ħbewhom fuq il-bejt tal-Knisja stess. Meta kkunsidraw

li t-tazzi nstabu u ġew irritornati lura u anke li t-tfal

ma kellhomx każi oħra mal-pulizija, ma ttieħdux passi

kontrihom.

Inċidenti Fatali

Sfortunatament anke fis-snin li qed nitkellmu fuqhom

komplew iseħħu mwiet aċċidentali, uħud minnhom

anke makabri li kienu jitfgħu il-popolazzjoni tar-raħal

f’vistu sħiħ. Inċident minnhom seħħ fis-6 ta’ Marzu

1917 fis-1.15pm, meta Innocenzo Psaila tal-Għeri

ta’ 74 sena, waqa’ għoli ta’ sitta u għoxrin pied għal

ġol-barriera tiegħu stess li kienet tinsab fl-inħawi ta’

Rmiedi fil-limiti tal-Imqabba. Mill-ewwel deher li

jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu u għalhekk dlonk ittieħed

il-Micabiba Government Dispensary. Hemmhekk

ġie mistoqsi dwar l-inċident mill-Maġistrat Dr. L.

Camilleri, u Psaila ħalef b’ġurament li dak li kien

seħħ kien inċident. Ix-xorti ma daħkitx lil Psaila għax

miet fl-4.30pm. Każ ieħor ta’ qsim il-qalb seħħ fis-17

t’Awwissu 1919 u beda meta Antonio Grech ta’ Pupoll

mar jagħmel rapport dwar l-għibien ta’ huh Publio li kien

erba’ snin iżgħar minnu u kien joqgħod 44, Via Valletta.

Il-pulizija dlonk ħarġu ċirkulari bid-deskrizzjoni ta’

Publio Grech li tqassmet għand l-Ispetturi għat-tiftix.

Aktar tard Publio Grech instab f’fossa mħaffra filbitħa

tad-dar tiegħu. Il-katavru ttella’ mill-ewwel mill-

Pulizija bl-għajnuna ta’ Paolo Scicluna mill-Imqabba.

Il-Maġistrat Giovanni B. Mifsud mar fil-post u għamel

inkjesta u ordna li l-katavru jittieħed l-Ingieret biex

issirlu awtopsja.

Fid-19 t’Ottubru 1918 seħħ l-ikreh każ minnhom

kollha meta l-aħwa Nicola ta’ erba’snin u Giuseppe

ta’ ħames snin u nofs, ulied Carmelo u Carmela ta’

Ġiampetrin, waqt li kienu qed jilagħbu waħidhom

f’darhom Nru.6 Vicolo 2 Strada Parrocchiale, b’mod

aċċidentali qabbdu n-nar lil kwantità ta’ silla li kien

hemm maħżuna f’kamra minnhom. Din il-ħuġġieġa

qerdet is-saqaf tal-kamra li ġġarraf u qatel liż-żewġt

aħwa. Fil-ħin tal-inċident kien hemm biss ommhom

fis-sodda marida bl-influwenza, li x’ħin indunat x’kien

qed jiġri, bdiet issejjaħ għall-għajjut, hekk kif xammet

ir-riħa ta’ ħruq. Fil-ħin tal-inċident, missier it-tfal

kien l-Istitut tal-fqar fejn kien jaħdem. Il-Maġistrat R.

Ganado ordna li l-katavri taż-żewġt itfal jittieħdu lejn

il-Kamra Mortwarja tal-Isptar Ċentrali fil-Furjana fejn

l-għada 20 t’Ottubru fid-9am, saritilhom l-awtopsja li

rriżultat li ż-żewġt itfal mietu fgati bid-dħaħen li laħqu

belgħu.

Każini, Festi u Piroteknika

Kif ktibt iżjed qabel, iż-żewġ soċjetajiet fiż-żminijiet li

qed nitkellmu dwarhom, laħqu stabbillixxew ruħhom

mit-twaqqif, u għalkemm kienu għadhom jinsabu flinfanzja

tagħhom, xorta waħda kienu ferm attivi, u ma

setax jonqos li s-soċi rispettivi tagħhom ma jdaħħluhomx

f’xi bawxata. Nibdew b’rapport li għamel is-Sagristan

tal-Knisja Parrokkjali Antonio Mallia, li fih saħaq li

lejlet il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-1918,

Gio Maria Farrugia tad-Dritta, Carmelo Mallia ta’

Bituila u Giuseppe Zammit tal-Parent, xegħlu l-faċċata

tal-Knisja mingħajr ma kellhom permess. Każ kurjuż

seħħ fit-22 ta’Diċembru 1920, meta Gio Maria Mallia

ta’ Lapura, mar għamel rapport l-Għassa li persuni

mhux magħrufa daħlu f’daru fi Strada Santa Katerina

u minn ġo kamra serqulu kaxxa tal-injam li fiha kien

hemm 50 lira Sterlina tal-fidda u lira u tmintax-il xelin

u għaxar soldi u nofs. Mallia stqarr li dawk il-flus

kienu tac-Circolo Giorgio V. Il-pulizija investigaw ilkaż,

iżda ċ-ċirkostanzi bdew juru li din is-somma jew

qatt m’eżistiet inkella serquh tal-familja stess. Għallpulizija

ma kienx ta’ min jitwemmen li f’lejl ta’ qamar

kwinta, bin-nies għadhom imqajmin, kien ser jinzerta

ħalliel li jidħol f’dar, dritt għal dik il-kaxxa u ma jieħu

xejn iżjed ! 5 Dan il-każ juri s-sabiħ tar-riċerka u t-taħlit

bejn sorsi orali u oħrajn miktuba. Is-sena l-oħra kont

ktibt li Charles Farrugia jirrakkonta kif fil-familja

kienu jgħidu li Lapura kienu serqulu kaxxa u kien

ħareġ jiftaħar li l-aqwa li għandu ċ-ċavetta. Dan il-każ

li qed nippublika jikkonferma kemm dak l-aneddotu

mgħoddi bi storja bil-fomm u wkoll jitfa’ dawl għaliex

Lapura deher kważi redikolu bl-argument taċ-ċavetta

fil-pubbliku. Is-suspett tal-Pulizija jispjega ħafna!

Xi daqsxejn kunflitti interni ma kienx jonqos ukoll u

hekk ġara fis-26 t’April 1921, meta Raimondo Ellul tas-

Singhes mar għamel rapport li fih xehed li Innocenzo

Farrugia taz-Zizun għandu l-intenzjoni, li jekk jara lil

Giuseppe Mangion tas-Surmast jiġbor għall-festa tal-

Gigliu, li kienet għoddha waslet, itajjarlu l-platt bilflus

b’kollox minn idejh. Tajjeb li ngħidu li Giuseppe

Mangion kien bin Paolo li serva bħala Surmast tal-

Iskola Primarja tal-Imqabba kif ukoll membru tal-

Kumitat tac-Circolo Pio X. 6

Rapport ieħor jixhed inċident żgħir li seħħ Lejlet

il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju fil-21 ta’ Mejju 1921.

Jidher li għall-ħabta tal-11 pm, waqt li n-nies kienet

qed tassisti għall-ħruq tan-nar tal-art, xi gassijiet

ikkuluriti taru minn mal-irdieden fid-direzzjoni tattieqa

tad-dar tal-Kappillan Dun Francesco Saverio

Bonanno, u ħarqulu l-purtiera. Nhar il-Kunċizzjoni tal-

1921, ġew irrappurtati Giuseppe Farrugia tal-Maroch,

Michelangelo Borg taż-Żunzan u Giuseppe Ellul tal-

Furnar talli kienu ħadmu murtali mingħajr il-permess

tal-Pulizija. Dakinhar stess fil-5.30 pm, aktarx fil-ħruġ

tal-purċissjoni bil-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni,

Carmelo Vella tal-Borsa u Emmanuele Barbara tal-Ħasi

ħarqu murtali mill-inħawi ta’ Mariu wkoll mingħajr ilpermess

tal-pulizija. Fil-jiem tal-Festa tal-Madonna

tal-Ġilju tal-1922, waqt il-ħruq tal-murtali mill-post

tas-soltu, wieħed minnhom sploda u l-bieb tad-dar

160

Dawn it-tazzi taż-żejt li kienu

jintużaw biex tiżżejjen il-faċċata

tal-Knsija tal-Imqabba inxtraw

mingħand regattier Għawdxi

li qal li kien xtrahom mingħand

raġel mill-Imqabba bis-sellum

tal-ħabel li kienu jixegħluhom

bih b’kollox.

ta’ Dun Innocenzu Zammit ta’Giambona f’27, Strada

San Basilio, ġarrab xi ħsarat. Fis-6 ta’ Lulju 1922,

Nazzareno Zammit tan-Naxxari ġie rrappurtat li ħaraq

murtal f’inħawi abitati. Fit-12 ta’Novembru 1922, is-

Surġent u erba’ kuntistabbli wettqu rejd fil-każini ta’

Santa Marija u tal-Ġilju b’rabta ma’ logħob tal-azzard.

Instabu disat irġiel jilagħbu u ġew ikkonfiskati kexxun

żgħir bil-flus u mazz karti tal-logħob. Żewġt irġiel

minnhom taz-Zililech u tal-Grandu, kellhom l-imwies

fuqhom waqt li kienu fil-Pio X Club. Fit-18 ta’ Ġunju

1923, Innocenzo Gauci tal-Bażuanc ġie rrapportat li

dagħa bil-Madonna waqt li kien f’Pio X Club. L-aħħar

każ għal din is-sena huwa wkoll wieħed partikolari.

Fid-19 t’Ottubru 1924, Carmelo Zammit tan-Naxxari

irrapporta li madwar tmien snin qabel, kien silef xi

għamara lil Giovanni Zammit ta’ Brainech, biex tintuża

fil-Club George V. Sena wara infurmawh li dak Zammit

kien biegħ dik l-għamara, bid-dħul minn dan il-bejgħ

imur għall-fondi tal-istess Każin.

U b’dan l-aħħar każ, ġejna fi tmiem it-tieni kontribut

mis-sensiela dwar l-Okkorrenzi tal-Imqabbin li għexu

madwar mitt sena ilu. Bla tlaqliq nista’ ngħid li l-każi

marbuta mal-festi u l-partiti tagħhom din id-darba ħadu

prominenza iżjed qawwija hekk kif iċ-Circoli Giorgio

V u Pio X laħqu stabbillixxew iżjed ruħhom u fatmu

lill-Imqabbin f’żewġ partiti. Kellna wkoll tliet traġedji

ta’ qsim il-qalb, hekk kif il-ħajja hija magħmula mittlugħ

u l-inżul. Intenni dak li għedt is-sena l-oħra; illi

l-għan li qed niktbu dwar dawn l-Okkorrenzi m’huwiex

biex jinkixfu xi borom, jew li naqilgħu il-katavri millpassat.

Huwa biss is-sabiħ li naraw kif kienu jgħixu

u jġibu ruħhom ma’ xulxin missirijietna f’kuntest ta’

raħal tipiku Malti li ħafna drabi, ħajjet niesu kienet

iddur madwar il-Knisja Parrokkjali.

ANGELO SCHEMBRI

It-tazzi taż-żejt iżejjnu l-faċċata tal-knisja tal-Imqabba għall-festa

tal-Madonna tal-Ġilju li saret fit-18 ta’ Mejju 1916. Dan ir-ritratt

ta’ S.L. Cassar kien deher fuq in-National Geographic tal-1920.

Jidher fjur il-ġilju man-Nome di Maria fit-tieqa prinċipali kif ukoll

il-Mater Purissima bit-tazzi taż-żejt mal-faxxa ta’ taħt iċ-ċinta.

Ritratt sħiħ jidher fuq il-qoxra ta’ wara tal-Programm.

Noti u Referenzi

1 Ara l-ewwel parti ta’ dan l-artiklu fil-Programm tal-Festa tal-Madonna

tal-Ġilju, Mqabba, 2015, pp. 197-205.

2 Il-każ l-ieħor li kien seħħ aktar qabel fil-kwistjonijiet ta’ bejn l-aħwa

Dun Michele u Giovanni Zammit kien dwar theddida li Dun Michele kien sab

mal-bieb tal-ġnien li kellu fl-inħawi Ta’ Buar fid-29 ta’ Diċembru 1916.

3 Fir-riċerka tiegħi dwar l-Okkorrenzi tal-Pulizija dwar iż-Żurriq, il-

Qrendi, l-Imqabba u Ħal Kirkop, fl-istess żminijiet sibt li ġew irrappurtati

okkażjonijiet simili ta’ meetings politiċi minn gallariji ta’ djar anke fiż-Żurrieq

u l-Qrendi. Dawk li kienu jitkellmu kienu jwettqu wkoll atti ta’ simpatija

lejn il-poplu bħal pereżempju, iqassmu oġġetti ta’ karità jew jidħlu f’xi ħanut

u jisqu lil kull min ikun hemm a spejjeż tagħhom. Possibilment dawn ilmeetings

kienu qed isiru fid-dawl tal-għoti tal-Kostituzzjoni ta’ Malta li seħħet

fl-1921 u allura l-prospetti ta’ elezzjonijiet fil-viċin.

4 It-tfal li jissemmew fir-rapport tat-tazzi taż-żejt kienu Giuseppe Ellul,

Emanuele Ellul u Giuseppe Dingli.

5 Fl-artiklu tas-sena l-oħra f’referenza 7 kont ktibt hekk: “Dwar Lapura

Charles Farrugia jirrakkonta wkoll anneddotu ħelu mill-intervisti li għamel.

Dan Lapura kien karattru pjuttost ikkulurit. Kien hemm każ meta nies mhux

magħrufa serqulu kaxxa bil-flus. Minflok inkwieta, filgħodu ftaħar fil-pjazza

li l-aqwa li ċ-ċavetta kienet għandu.”

6 Għal iżjed tagħrif dwar is-Surmast Paolo Mangion u l-iskola Primarja

tal-Imqabba ara Charles J. Farrugia, ‘It-Tagħlim Primarju Governattiv ġewwa

l-Imqabba’ fil-Fuljett tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba, 1997 u Joseph Zammit

Mangion, ‘L-Edukazzjoni u l-Iskola fl-Imqabba’ f’Charles J. Farrugia (ed.)

L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien, 1988.

161

L-Għar

Is-sejba tal-għar ta’ Bur Megħeż żgur li kienet pass

importanti ferm mhux biss għar-raħal tal-Imqabba

iżda wisq aktar għall-istudju tal-preistorja ta’ pajjiżna 1 .

F’artiklu intitolat ‘An Important Archaeological

Discovery – Prehistoric Burials at Burmegħeż’,

Augusto Bartolo jenfasizza l-importanza ta’ din

l-iskoperta u dwar Bur Megħeż jgħid hekk:

... although the Burmegħeż cave is short of

all that magnificence which has caused the Ħal

Saflieni monument to be truly regarded as unique

in the world, yet in some respects, its discovery is

still more important that that of the hypogeum;

for whereas in the latter place almost all the

human bones were found heaped up in utter

disorder, most of the humna remains discovered

at Burmegħeż were found lying in their natural

position, and the discovery of whole skeletons,

buried regularly, conveys a clear idea of the

manner of burial in prehistoric times. 2

Analiżi ta’ dawn is-sejbiet insibuha f’rapport li

l-Professur Napuljun Tagliaferro ppreżenta lis-Soċjetà

Storika fl-1911. F’dan ir-rapport Tagliaferro jitkellem

dwar kif hu mar fil-barriera “tan-Naxxari” madwar nofs

mil fil-Grigal tal-Imqabba u studja diversi għadam u

snien umani li nstabu ġewwa fissura fil-blat. L-ewwel

impressjonijiet li ħa kienu ta’ fdalijiet li jmorru lura għal

żmien Paleolitiku. Hu beda l-esplorazzjoni tal-għar fl-

1911 3 u sejjaħlu bħala ‘Bur Megħeż Cave’ għalkemm

il-ħaddiema tiegħu kienu jsejħulu ‘l-Għar tal-Katavri’.

Fid-diskussjoni li saret wara li Tagliaferro ppreżenta

r-rapport tal-iskavi, Temi Zammit qal li s-sejba ma tħalli

l-ebda dubji li nies Neolitiċi għexu jew indifnu f’dan ilpost.

L-importanza ta’ din l-iskoperta kienet ġejja millfatt

li ftit kienu saru studji qabel dwar il-preżenza ta’

fdalijiet umani f’għerien jew aħjar fissuri fil-blat. Dan

għaliex ħafna drabi dawn kienu jitkissru meta jsir tħaffir

għall-blat. Dwar l-għar proprju, Tagliaferro kien talopinjoni

li dan kien wieħed naturali iżda Temi Zammit

innota li xi partijiet, speċjalment għall-ventilazzjoni,

żgur li saru bl-idejn.

Skavi oħra fl-istess sit saru minn Mr G.G. Sinclair

f’Ottubru tal-1922. Hawn l-iskavi kienu kkonċentrati

fuq fissura fil-blat fuq il-lemin tad-daħla prinċipali

ta’ Bur Megħeż. Minkejja l-istat ħażin tal-fdalijiet,

Sinclair ġabar madwar 2250 sinna umana, fl-parti kbira

ta’ nies adulti iżda wkoll b’numru qawwi ta’ snien ta’

tfal. Mill-informazzjoni miġbura minn din is-sejba ġie

Pjanta li turi d-dħul għas-sit ta’ Bur Megħeż.

(Ħajr: L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta)

Ittra tad-Direttur tal-Mużewijiet Sir Temi Zammit lill-Ministru tas-

Settur dwar il-bżonn ta’ protezzjoni għal Bur Megħeż.

(Ħajr: L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta)

163

kkalkulat li madwar sebgħin persuna kienu midfuna

f’dan is-sit fi spazju ta’ madwar għoxrin bi tnax-il pied. 4

Ma’ dawn is-sejbiet wieħed irid iżid kwantità kbira ta’

fuħħar, materjal ferm komuni iżda ferm illuminanti

kważi f’kull skav arkeoloġiku.

Fis-16 ta’ Lulju 1935 saret skoperta oħra relatata

mal-għar ta’ Burmgħeż. Din kienet fissura fil-blat

fil-barriera tan-Naxxari, madwar 10 piedi’l bogħod

mill-għar proprju li kien skopra Tagliaferro fl-

1911. L-importanza tas-sejba kienet fit-taħlita ta’

fdalijiet ta’ annimali estinti minn Malta flimkien ma’

konċentrazzjoni ta’ fuħħar Puniku. 5 L-ispeċi ġew

identifikati bl-għajnuna ta’ Dorothea M.A. Bate. 6

Evidenza ta’ snien mis-sit ta’ Bur Megħeż hija

involuta fid-dibattitu jaħraq bejn arkejoloġiċi Maltin

dwar il-preżenza ta’ nies tal-perjodu Palelitiku

f’pajjiżna. Fiċ-ċentru ta’ din il-kontroversja jinsabu

fost oħrajn diversi fdalijiet mis-siti ta’ Ħal Saflieni

u Bur Megħeż u l-kalkolu tal-kronoloġija ta’ dawn

il-fdalijiet. Dan jindika l-importanza tal-fdalijiet li

nstabu ġewwa Bur Megħeż. Ifisser ukoll li ż-żona ta’

madwar l-Imqabba hija waħda li kienet abitata millaktar

żminijiet imbiegħda. Hi ħasra li dan is-sit sofra

ħsarat kbar fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Fis-6 ta’ Diċembru 1932 id-direttur tal-Mużewijiet

Temi Zammit kiteb lill-Ministru tal-Edukazzjoni (li dak

iż-żmien kien jissejjaħ Minister for Pubic Instruction)

biex jinfurmah li Mosè Zammit mill-Imqabba li kien ilproprjetarju

tal-barriera ‘tan-Naxxari’ li fiha kien hemm

l-Għar ta’ Bur Megħeż kien kitiblu li persuna li kienet

qed tgħid li hi sid l-għalqa kienet qed tħaffer barriera

b’detriment għal-istess sit ta’ importanza nazzjonali. 7

Hu talab sabiex id-Direttur tal-Kuntratti jindika sa

liema grad wieħed seta’ jipproteġi dan is-sit. Il-Gvern

diġà kien ħa passi dwar dan l-għar għaliex kien xtraħ

b’warrant numru 145 tad-29 ta’ Settembru 1920. 8

Il-Pjanta tal-Għar ta’ Bur Megħeż.

(Ħajr: L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta)

Skrizzjoni fuq il-pjanta tal-esproprjazzjoni ta’ Bur Megħeż.

(Ħajr: L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta)

Pjanta li turi l-kobor tal-għar u kif dan kien f’żoni kemm tal-Gvern u l-Knisja. (Ħajr: L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta)

165

ZAHRA TRADING

& PROPERTIES LTD

BUILDING CONTRACTORS & EXCAVATION WORKS

Mob: 9949 6196 / 9964 0957 / 79390384 • E-mail: construction@zahraltd.com

Supplies of Concrete

& Concrete Blocks

Crane Hire & Plant Hire

Siġġiewi Road,

Ta’ Kandja, L/O Mqabba

Tel: 2164 0957 • Mob: 9942 4689

Fax: 2164 1601

Interessanti l-fatt li meta Zammit jittajpja

l-isem tal-Għar isejjaħlu Burmgħeż.

Dan hu l-isem li naraw immarkat fuq

diversi survey sheets antiki. Il-kelma

‘Bur’ insibuha użata f’diversi żoni oħra.

‘Megħeż’ hi l-mod kif bid-djalett Imqabbi

wieħed jgħid il-kelma mogħoż.

Temi Zammit żar il-barriera kkonċernata

fis-7 ta’ Diċembru 1932. Wara din iżżjara

hu reġa’ kiteb lill-Ministru sabiex

jawtorizza li s-surveyor tad-distrett jakkumpanjah fuq

il-lant sabiex jiġi stabbilit x’distanza ried ikun hemm

sabiex jiġi ttollerat li jsir xogħol ta’ qtugħ tal-ġebel li flistess

ħin ma jikkawżax ħsara lil għar. Zammit fil-fatt

mar mal-Inġinier tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, s-Sur

Cumbo, u għamlu spezzjoni fuq il-post. Fir-rapport

dwar din iż-żjara li jġib id-data tal-24 ta’ Frar 1933 9

ġie kkonfermat li l-għar jinsab parzjalment taħt art tal-

Gvern, parti oħra taħt art tal-Kurja li kienet mogħtija

b’kirja fit-tul lil Giovanni Grixti. Grixti li kien joqgħod

fi sqaq numru 2, Triq il-Lanġasa l-Imqabba kien qed

jaqta’ l-blat minn din l-għalqa.

Fl-1 ta’ Marzu 1933 d-Direttur tal-Mużewijiet kiteb

lil Giovanni Grixti u nfurmah li peress li l-Għar ta’

Burmegħez hu skedat bħala sit privileġġjat taħt l-artiku

6 tal-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Antikitajiet tal-1925.

Infurmah li peress li hu kien qed jaqta’ l-ġebel fil-qrib

kien ser iżommu responsabbli għal kull ħsara li setgħet

tiġri lill-għar ħtija ta’ dak ix-xogħol. 10

Il-borma kompliet titħawwar meta erba’ xhur wara

Temi Zammit irċieva ittra mill-Avukat Cachia Zammit

f’isem Antonio Schembri magħruf bħala ‘ta’ farfar’ biddata

tat-2 ta’ Lulju 1933. Fiha hu jsostni li Schembri

li kien joqgħod fi Triq Brolli Birżebbugia kien wieħed

miż-żewġ sidien tal-barriera li hu jsejjħielha “ta’ sebat

irġiel” u kien qed jitlob kumpens għad-danni li sofra

war li d-Dipartiment tal-Antikitajiet waqqfu milli

jkompli jaqta’ l-ġebel. Dan wassal sabiex tintalab kopja

tal-kuntratt li sar fil-21 ta’ Novembru 1921 quddiem innutar

tal-Gvern, sabiex wieħed jikkonferma min kienu

legalment is-sidien ta’ dan is-sit.

Fil-kuntratt in kwistjoni kienu dehru l-Onor Joseph

Huber li kien it-Teżorier u d-Direttur tal-Kuntratti,

Alfonso Maria Galea, proprjetarju iben il-mejjet Pietro

Paolo Galea imwieled fil-Belt u li meta sar il-kuntratt

kien joqgħod f’Tas-Sliema. Deher ukoll Michele

Zammit, negozjant iben il-mejjet Innocenzio imwieled

u joqgħod l-Imqabba. Min-naħa tal-awtoritajiet

ekkleżjastiċi kien preżenti r-Reverendu Vincenzo

Mangani, iben Paolo imwieled u joqgħod ir-Rabat tal-

Imdina fil-kariga tiegħu ta’ Prokuratur tas-Seminjaru

tal-Isqof.

Il-bejgħ lill-Gvern kien sar b’kuntratt quddiem in-

Nutar Giovanni Calleja Schembri bid-data tat-12 ta’

Mejju 1883 kienu għaddew biċċa art bl-isem “Ta Bur

Mosè Zammit (it-tieni mix-xellug) flimkien ma’ Zaren Zammit (l-ewwel

wieħed), il-pustier Ġiammari Mallia u Innocenzio Zammit (it-Taljan).

Megħeż” fil-limiti tal-Imqabba. Abbażi tad-drittijiet

li kienu jgħajtu lill-Gvern mid-dokumentazzjoni

pubblika d-Direttur tal-Kuntratti, l-Onor. James A.

Galizia CBE ħejja rikors għal quddiem il-Prim Awla

tal-Qorti f’Novembru 1933. Fih kien ser jordna lil

Grixti u Schembri biex jagħmlu tajjeb għal xi ħsara

li għamlu u jordnalhom biex iħallu l-post b’mod

immedjat. Heddidom ukoll li jekk jibqgħu ma jobdux,

kien ser jieħu passi ulterjuri u kien ser ikollom iħallsu

mhux biss il-ħsarat iżda anke l-ispejjeż legali.

Konklużjoni

Dan id-dokument li qed jiġi ppublikat għall-ewwel

darba juri l-importanza tal-Għar ta’ Burmegħeż u

l-isforzi li kienu qed isiru fis-snin tletin sabiex dan jiġi

mħares. Anke fi żmien tant ’l bogħod it-teheddida taliżvilupp

kienet qed tħalli impatt direttament fuq il-wirt

kulturali. Is-saħħa tal-flus u n-negozju kienet f’keffa

ta’ miżien waqt li l-wirt kulturali kien fil-keffa l-oħra.

Sfortunatament, ir-raħal tal-Imqabba u l-wirt kulturali u

arkejoloġiku Malti bħal kellu miktub fid-destin li jitlef

lil dan is-sit. Iżda dwar dan, niddiskutu f’artiklu futur.

CHARLES J. FARRUGIA

BA(Hons), PG. Dip. Rec. Mgmt. (N’Castle), MA(Melit), MA(Lond)

Noti u Referenzi

1

Charles J. Farrugia, ‘Storja minquxa fil-blat’, f’ Charles J. Farrugia (ed.), L-

Imqabba mal-medda taż-żmien, Mqabba-Malta 1998, pp. 3-4.

2

Mużew Nazzjonali tal-Arkejoloġija, DAG.16.10 – Ittra oriġinal ppubblikata

fid-Daily Malta Chronicle, 1 ta’ Mejju 1911.

3

N. Tagliaferro, ‘Preshistoric Burials in a Cave in Bur Megħeż, near Mkabba,

Malta’ fl-Archivum Melitense, vol. I, Settembru 1912.

4

Museum Annual Report 1922-23, 03.

5

Fost dawn instabu fdalijiet ta’ Equus sp., Cervus sp., Sus sp., Vulpes Sp.,

Testudo Sp.

6

Museum Annual Report 1935-36, 333-334.

7

Informazzjoni dwar l-istess Mosè u l-barriera tiegħu konna diġà tajna f’Noel

Buttigieg, ‘L-Imqabba fil-bidu tas-Seklu Għoxrin (1902-27): Xi aspetti

tal-ħajja soċjali fi żmien it-twaqqif tal-każini’ f’Charles J. Farrugia, Sicut

Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli, Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju,

Mqabba, 2012, p. 353. F’dak l-artiklu konna ppublikajna Okkorrenza tal-

Pulizija li kienet tgħid li Mosè Zammit, bin Michele, fi Frar tal-1914 informa

lill-pulizija li sab nieqsa mill-barriera tiegħu fl-inħawi ta’ Bur Megħeż sitt

skriepel, sitt spnejjer, żewġ imtieraq u fies li kienu jammontaw għal valur ta’

sterlina.

8

NAM (L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta) EDU607/1932, red. 1.

9

Jidher li kien hemm aktar spezzjonjiet minn waħda għaliex f’minuta 4

tal-istess fajl Temi Zammit jgħid li ltaqa ma Cumbo “on the spot on several

occasions”.

10

NAM, EDU607/1932, red. 8.

167

0

0

0

0

Nick’s Agriculture

Supplier of Agricultural and

Gardening Products + Others

• Plant Protection Products

• Pots & Fertilizers

• Irrigation Fittings

• Peat and Potting Compost

• Drip Irrigation Systems

• Pet Foods and Other

Mons. Mikiel Azzopardi Street,

Si©©iewi

Tel: 2146 5869

EAT FRESH EAT HEALTHY

ENJOY OUR SEA BREAM

Full Colour Version

20

C:

M:

Y:

K:

Farmed in Maltese waters and delivered to you

with special attention to freshness and to the highest standards.

100

100

100

C:

M:

Y:

K:

0

C:

M:

Y:

K:

LOOK FOR OUR QUALITY MARK IN YOUR SUPERMARKET,

FISHMONGER OR RESTAURANT FOR A HEALTHY LIFESTYLE.

MFF Ltd. - Hangar, Triq it-Trunciera, Marsaxlokk MXK1522

AQUAMED TUNA

T: 2247 5000 E: contact@ebcon.com.mt www.mff.com.mt

50

100

100

FIL-BELT TAL-ISLA

Id-devozzjoni lejn il-Madonna

taħt it-titlu tal-Immakulata

Kunċizzjoni, hija waħda qadima

fil-Belt Invicta, l-Isla. L-Istudjuż

Mario Caruana hu tal-fehma li

din aktarx bdiet mat-twaqqif

tal-parroċċa fl-1581 1 . L-istess

fehma għandu studjuż ieħor

Mons Vincent Borg. Dan jgħid li

Narduccio de Maria waqqaf altar

fl-1618 fil-knisja parrokkjali ad

unur il-Madonna tas-Sokkors

(jew Kunċizzjoni 2 . Ta’ min

jgħid li f’dawk iż-żminijiet

dawn iż-żewġ devozzjonijiet

kienu ħaġa waħda.

Fl-ewwel Knisja Parrokkjali,

l-altar tal-Immakulata

Kunċizzjoni kien it-tieni wieħed

fuq il-lemin tal-altar maġġur.

Id-devozzjoni kompliet żdiedet

bil-wasla tal-vara ta’ Marija

Bambina. Meta waslet, din

tpoġġiet f’niċċa fuq l-altar

tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Monsinjur Vincent Borg hu talfehma

li l-vara tpoġġiet fuq dan

l-altar qabel is-sena 1627 3 . Ta’

min jgħid li din il-vara bdiet

tissejjaħ il-vara tal-Immakulata

u mhux il-Bambina kif nafuha

llum. Narduccio de Maria ħareġ

minn butu għal kull bżonnijiet

ta’ dan l-altar. Milli jidher dan

l-altar kiseb fama kbira fost il-

Parruċċani, tant li jissemma firrapport

tal-Isqof Balaguer tassena

1653.

Il-Fratellanza tal-Immakulata

Passi ‘l quddiem kienet il-wasla tal-vara tal-Kunċizzjoni.

Monsinjur Borg jgħid li din waslet fl-1686 4 , waqt li

Caruana hu tal-fehma li l-istatwa waslet bejn is-snin

1 Caruana, Mario, Fratellanzi u altari tagħhom – Ir-raba’ parti – Il-Fratellanza

tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-Isla Leħen il-Parroċċa, Festa Marija Bambina,

Senglea, 2001, p 3.

2 Borg, Vincenzo (ed), Marian Devotions in the Islands of Saint Paul ( 1600-

1800), The Historical Society-Malta, 1983, p 98.

3 Borg, op cit p 98.

4 Borg, op cit p 98.

L-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Isla.

L-istatwa ta’ Marija Bambina fl-Isla.

1647-1650 5 . Milli jidher li din

il-Fratellanza kisbet popolarità

fost in-nies tal-Isla għaliex sa

ftit snin wara kellha ‘l fuq minn

60 fratell. Il-Fratellanza bdiet

torganizza laqgħat tat-tagħlim

nisrani kif ukoll talb kull nhar

ta’ Tlieta. Bdiet ukoll il-ġbir

tal-fondi billi kienet torġanizza

l-ġbir tal-flus bieb bieb mal-Isla

kollha. Il-fondi miġbura kienu

jmorru għall-fqar ta’ din il-belt

wara t-tagħlim u t-talb ta’ kull

nhar ta’ Tlieta.

Il-Pesta l-Kbira (1676)

ħalliet marka kbira fuq issoċjetà

Maltija. Il-fratelli

riedu jkomplu jagħtu qima

lill-Madonna taħt it-titlu tal-

Immakulata billi jorganizzaw

talb u quddies matul il-15-il Sibt

qabel il-festa tal-Kunċizzjoni.

Il-fratelli komplew jieħdu

sehem fl-attivitajiet reliġjużi li

kienu jsiru fl-Isla, bħal ngħidu

aħna l-purċissjonijiet ta’

Korpus u dawk tal-festa titulari.

Il-fratelli kompli jiżviluppaw

l-attivitajiet tal-fratellanza billi

bdew jorganizzaw purċissjoni

ad unur l-Immakulata bil-vara

tal-Bambina. Bdew jorganizzaw

festa oħra marbuta mal-

Immakulata, dik tal-Madonna

tal-Ġilju. Din il-festa kienet

tinkludi wkoll purċissjoni

bil-vara ta’ Marija Bambina.

Il-festa kienet issir fl-aħħar

Ħadd ta’ Mejju 6 . Dettalji dwar

il-festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Isla ġew ppublikati

mill-istoriku Charles J. Farrugia fil-ktieb Sicut Lilium:

Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli maħruġ mis-Soċjetà

Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba fl-2012. 7

Pass ieħor tal-Fratellanza tal-Immakulata kienet ilpurċissjoni

tal-Irxoxt.

5 Caruana, op cit p 3.

6 Caruana, op cit p 3.

7 Farrugia, Charles (ed), Sicut Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli, Soċjetà

Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba, 2012, p 93.

169

For all your garden needs

Importers of

trees, palms, plants,

shrubs, seasonal &

fresh flowers, flower

bulbs, herbs, compost

& all of your gardening

requirements

Jonathan Callus

Callus Garden Centre

Triq L-Imqabba

Siġġiewi SGW 2600

calluslandscaping@gmail.com

2146 2229 • 7940 5135

Callus Garden Centre

Pizza • TimPana • meaT Pies • PasTizzi • QassaTaT • sausage Rolls

We accept orders for Parties

31, Paola Hill, Paola Tel: 2169 6937

Drawwiet

il-Fratellanza

tal-Immakulata

Il-fratellanza importanti, f’belt

żgħira iżda mimlija daqs bajda

bin-nies, bilfors twelled ċertu

drawwiet. Il-fratelli kienu jilbsu

konfratija bajda, b’kurdun talħarir

u muzzetta ta’ lewn ċelesti.

L-istandard kien ta’ lewn ċelesti.

Fil-qalba tad-damask kien hemm

arma irrakkmata bid-deheb. Din

l-opra saret lejn l-aħħar tas-snin

tas-seklu 19. L-istandard għandu

lasta tal-fidda, xogħol l-arġentier

Alessio Dalmas. Din saret fl-1804.

Il-Kruċetta tal-istandard saret fl-

1857 mill-arġentier Paolo Busuttil.

Il-Fratellanza għandha wkoll par

lanterni, li saru minn Roberto Cannataci fl-1863. Issurġentina

saret fl-1814 mill-arġentier Alessio Dalmas.

Il-medaljun tal-prefett sar minn id l-arġentier Gio Carlo

Cassar fl-1774.

Il-vara tal-Immakulata

Fl-1804 waslet il-vara tal-Immakulata. Dan kien ifisser

li d-drawwa li tintuza l-vara ta’ Marija Bambina għallpurċissjoni

sew tal-Immakulata u dik tal-Ġilju issa

spiċċat. Il-vara saret minn id Mariano Gerada, skultur

minn Ħal Tarxien li kellu l-ħanut tax-xogħol tiegħu

f’Bormla 8 .

Daqqa ta’ ħarta lill-Fratellanza

tal-Immakulata

Meta fl-1786 il-knisja parrokkjali tal-Isla saret

Kolleġġjata Insinji, inħasset il-ħtieġa ta’ kappella fejn

ikun jista’ jinżamm is-Sagrament. L-għażla waqgħet

fuq il-kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni. Bil-mod

il-mod din il-kappella bdiet tiġi f’idejn il-fratelli tas-

Sagrament. Iżda sakemm il-vara ta’ Marija Bambina

baqgħet fuq l-altar, inħolqot drawwa ġdida. Meta l-vara

kienet tittieħed fil-korsija kienu jpoġġu lura l-inkwadru

tal-Madonna tal-Kunċizzjoni fuq l-altar. Skont Mario

Caruana dan kien aktarx xogħol l-aqwa pittur Malti

ta’ żmien il-barokk – Francesco Zahra. Din id-drawwa

waqfet ħesrem meta nfetħet mill-ġdid il-Bażilika wara

t-Tieni Gwerra Dinjija. Waqt li kienu qed jibnu ħasbu

fin-niċċa tal-vara ta’ Marija Bambina. Din sabet ruħha

fil-kor tal-knisja. Il-pittura tal-Kunċizzjoni issa baqgħet

fuq l-altar is-sena kollha 9 .

Dan hu l-artal tal-Immakulata.

Oġġetti talfratellanza

Minkejja li l-Fratellanza

m’għadhiex attiva, din baqgħet

attiva sal-bidu tat-Tieni Gwerra

Dinjija u xorta waħda fil-Bażilika

ta’ Marija Bambina baqa’ affarijiet

prezzjużi li kienu tal-fratellanza.

Insibu missal b’qoxra tal-fidda.

Il-fidda hija xogħol tal-bidu tasseklu

20. Hemm ukoll sett karti

tal-glorja. Dawn saru minn id

l-arġentier Alessio Fenech, fi żmien

il-Gran Mastru Pinto. Hemm ukoll

par kandelabri kif ukoll qanpiena

tal-fidda u sottokoppi. Naturalment

hemm xi affarijiet oħra.

Tal-Fratellanza wkoll hemm

l-istellarju tal-fidda li fih tnax-il

kewba. Dan jintrama fuq ir-ras tal-vara tal-Immakulata.

Il-pedestall tal-vara sar minn Mariano Gerada. Kien

hemm żmien meta dan il-pedestall kien jintuża wkoll

mill-vara ta’ Marija Bambina. Meta fl-1903 sar ilpedestall

tal-fidda għall-vara ta’ Marija Bambina,

dan ġie mmudellat fuq dak ta’ Mariano Gerada b’xi

modifikazzjonijiet 10 .

Turija tad-devozzjoni

Fl-Isla konna nsibu konservatorju għaż-żgħażagħ bniet

iddedikat lill-Immakulata Kunċizzjoni. Dan twaqqaf

minn Aloysia u Margerite Sagnani, Rosa Domitilla u

Magdalen de Lucca. Dawn in-nisa kienu kollha membri

fit-Terz Ordni Dumnikan. Dan l-att ta’ donazzjoni

nsibuh fir-registri tan-Nutar Gioacchino Griscti li jġib

id-data tat-12 ta’ Ġunju, 1726 11 .

Fl-Isla, il-kult tal-Immakulata kien tant mifrux li

anke fil-knisja tal-Portu Salvu hemm pittura ovali tal-

Immakulata fuq l-altar ta’ Filippu Neri 12 .

Kif rajna, il-kult tal-Immakulata kien mifrux sewwa

fost il-poplu tal-Isla. Din l-imħabba lejn l-Immakulata

kien tant kbira li twieldet fratellanza li tat ħafna lillpoplu

tal-Isla. Barra l-karità, hemm ukoll xogħlijiet

artistiċi oħrajn li għadhom jiġu apprezzati mill-poplu

tal-Isla kif ukoll mill-Maltin. Insemmu oġġetti talfidda

u l-purċissjonijiet ad unur il-Kunċizzjoni u Tal-

Ġilju. Għalkemm din il-Fartellanza m’ għadhiex attiva,

xorta ħalliet marka li mhux faċli tmut. L-imħabba lejn

l-Immakulata Kunċizzjoni mill-poplu tal-Isla għadha

ħajja l-aktar fost l-anzjani ta’ din il-belt storika.

JOSEPH C. CAMILLERI

BA, Deam, M.Ed(Pl & Mgt)

8 Ħafna jaħsbu li Mariano Gerada kien Bormliż, iżda dan mhux minnu. Hu

twieled f’Ħal Tarxien iżda meta ġie lura Malta minn Valencia fi Spanja, fetaħ

ħanut f’Bormla.

9 Carauna, Mario, op cit p 4.

10 Caruana, Mario, op cit p 4.

11 Borg, Vincent, op cit, p 99.

12 Borg, Vincent, op cit, p 99.

171

Joseph Darmanin

for all kinds of

Wrought Iron Works

16, Palm Street, Tarxien

Tel: 2166 2089 • 2766 2089 Mob: 9986 5109 • 9925 7055

99614080

Fabiana Bartolo

Offers home service

Certified by NSI

https://www.facebook.com/glitterglam29/

JOHN BUHAGIAR

Ritratt tal-pjazza tal-Imqabba meħud qrib il-festa tal-Madonna

tal-Ġilju. Fil-fatt fuq il-każin hemm il-bandiera u tidher ukoll

armata waħda mill-bandalori mpittra minn Cannavò. Tidher

ukoll l-istatwa ta’ Santu Rokku li kienet f’nofs il-Pjazza u li wara

tneħħiet, kif ukoll l-isqaq biswit il-każin li wara nxtara biex saret

l-estensjoni fis-snin sebgħin

Ritratt li juri grupp ta’ ħbieb attivisti tal-Ġilju quddiem is-sede

tal-istess Soċjetà. Mix-xellug: Joseph Farrugia (l-Iskarjol),

Karmnu Debattista (ta’ Ġeralda), Leli Tabone (tal-Għawdxi) u

Giamri Ciantar (il-Ġebla). Fl-isfond bi qmis bajda fil-bieb illum

magħruf bħala tal-Banka u li dak iż-żmien kien ħanut jidher

Ċensu Ghigo (tal-Bus).

It-Tim tal-Futbol tal-Imqabba ta’ snin ilu: Mix-

Xellug fuq wara: France Mifsud (ta’ Golli);

Nardu Farrugia (tat-Testa); Jerry Farrugia (tas-

Sur Ċikka); mhux identifikat; Daniel Briffa (tad-

Demsi). Filliera ta’ Quddiem mix-Xellug: Salvu

Ebejer (ta’ Saffarielu); Binu Saliba (ta’ Mona);

mhux identifikat; l-aħwa Lolly u Twanny Sammut

u Joseph Xuereb (tan-Naqri).

Nota Editorjali:

Wieħed mill-għanijiet ta’ din il-pubblikazzjoni hi li nfakkru episodji u elementi mill-istorja ta’ raħal twelidna.

Dan isir kemm b’artikli storiċi kif ukoll b’ritratti li jfakkru episodji mill-ħajja Imqabbija. Din is-sena s-Sur John

Buhagiar għażel tliet ritratti mill-kollezzjoni tiegħu li qed nippublikaw biex nuru t-tibdil li sar fil-ħajja tal-Imqabbin.

Minn hawn nesprimu r-ringrazzjament lis-Sur Buhagiar u nistiednu persuni oħra jagħmlu l-istess.

173

WILLIAM U THOMAS: BIL-ĠILJU U MINGĦAJRU

Ċerti anniversarji wieħed ma jistax iħallihom jgħaddu

qisu qatt ma kien xejn. Ser nikteb dwar tnejn li jaħbtu

din is-sena – wieħed b’xi mod fih rabta mal-ġilju, l-ieħor

għalkemm mhux direttament, imma l-aqwa li joktor ittagħlim.

F’April li għadda ġie ċċelebrat l-400 anniversarju

mill-mewt tal-kittieb kbir William Shakespeare li

twieled f’April tal-1564 u miet fi Stratford-upon-Avon

fit-23 t’April tal-1616. Min jaf kemm hawn minna li

studjaw ix-xogħlijiet tiegħu! Forsi xi traġedja bħal

Hamlet jew Romeo and Juliet, jew xi kummiedja bħal

Twelfth Night u l-kumplament. Kiteb bosta xogħlijiet.

Imma interessanti li f’kitbietu Shakespeare jsemmi ’l

fuq minn ħamsin fjura fosthom il-ġilju. Hawn ser nislet

biss xi eżempji; uħud mis-siltiet tant fihom sens li

baqgħu bħala espressjonijiet idjomatiċi fl-Ingliż.

Hu naturali li fil-ġilju (lilium candidum) Shakespeare

jara simbolu ta’ sbuħija u purità. Nibda b’din: to paint

the lily: li nsibuha fir-reċta storika King John: “to gild

refined gold, to paint the lily / is wasteful and ridiculous

excess (Att IV, Xena 2). Il-ġilju tant hu sabiħ minnu

nnifsu li tkun ridikolu jekk tipprova tpinġih isbaħ!

F’waħda mill-kummiedji tal-bidu, Love’s Labour’s Lost,

Shakespeare jġib lill-Prinċipessa ta’ Franza tqabbel ilverġnità

tagħha ma’ ġilju mhux mittiefes: “Now by my

maiden honour, / yet as pure as the unsullied lily.”

Dwar ir-Reġina Eliżabetta 1 (1533-1603), it-tifla

‘illeġittima’ ta’ Enriku VIII minn Anne Boleyn, u li

baqgħet qatt ma żżewġet, Shakespeare f’Henry VIII,

Att V, Xena 5 jiddeskriviha hekk:

“She shall be, to the happiness of England,

An aged princess; many days shall see her,

.... but she must die, ...

the saints must have her; yet a virgin,

A most unspotted lily shall she pass

To the ground, and all the world shall mourn her”.

Għall-hena tal-Ingilterra, hija se tkun,

Prinċipessa mimlija għomor; bosta jiem għad

igawduha,

.... imma bis-sewwa jew bid-dnewwa jasal tmiemha...

u l-qaddisin għad jirbħuha verġni sal-aħħar,

bħal ġilju qatt imtebba’ għad tittieħed

lejn il-qabar, u d-dinja kollha għad tibkiha.

175

Patrick Cellars Ltd.

WINES & SPIRITS

B’Bugia Road, Birzebbugia

Tel/Fax: 21650810 Mob: 9947 8708

• Spirits • Wines • Beers • Minerals

• Tobacco • Cigarettes • Sweets • Wholesalers

Suppliers to: Bars, Restaurants & Confectionery Shops

Accepts orders for: Weddings, Engagements & Parties

Free Delivery

Hemm ferm aktar siltiet sbieħ u ta’ min

jikkwotahom, imma nieqaf b’waħda famuża li tinsab

fl-aħħar vers tal-poezija Sunett 94: “Lilies that fester,

smell far worse than weeds.” Il-ġilju li meta frisk tant

jarmi fwieħa daqstant ieħor jintenn meta jimmoffa flilma!

Hekk jiġrilu bniedem tajjeb li b’xi mod jitlef

għaqlu.

Ir-Re Enriku VIII (1491-1547) tal-Ingliterra

hekk ġralu fil-fatt, tant li wħud minn ta’ madwaru

bdew iqabbluh ma’ annimal! U hawn nidħlu għattieni

anniversarju marbut ma’ avukat magħruf u

gżira mistħajla li fiha żgur kien hemm ġilji mal-fjuri.

F’Diċembru li ġej jaħbat l-500 sena minn Utopia ta’

Sir Thomas More.

Ir-Re Enriku VIII (1491-1547) kien jaħlef bih, u

kien iżommu fl-ogħla ġieħ, mhux biss bħala ħabib

ta’ ġewwa, imma saħansitra ħdejh fis-setgħa bħala

Kanċillier tal-Ingilterra. Imma meta r-Re tilef rasu

u ried li tgħaddi tiegħu f’kollox, isem Sir Thomas

More sar semm għax żamm mal-prinċipji sodi talkuxjenza

tiegħu. Qaflu fit-Torri ta’ Londra akkużat bi

tradiment. Fl-għodwa tas-6 ta’ Lulju 1535 qatagħlu

rasu. Qabel miet Tumas hu rapportat li stqarr: “Se

mmut qaddej fidil tar-Re, imma l-ewwel t’Alla.”

Fis-sena 2000 il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjara

lil San Tumas More mudel patrun tal-politiċi. Sa

ftit ta’ żmien ilu, f’dik li kienet l-Unjoni Sovjetika

Komunista, wieħed kien jara obelisk qrib il-Kremlin,

oriġinata ironikament minn ħadd ħlief Lenin

innifsu fl-1917, biex tfakkar għadd ta’ “Ħassieba

Rivoluzzjonarji” kbar li “ġabu ’l quddiem ilħelsien

tal-bniedem mill-moħqrija, d-despotiżmu u

l-isfruttament.” Fost dawn il-ħassieba fid-disa’ post

tpoġġa isem Thomas More! Għaliex?

Għax 500 sena ilu, More ħoloq il-ktieb Utopia.

Thomas More kien jaf il-Latin u l-Grieg fuq ponot

subgħajh, u l-ktieb ħareġ bil-Latin f’forma ta’

djalogu. Biex jinbex tah isem bil-Grieg Utopia li

tista’ tfisser kemm “imkien” kif ukoll “post ideali”

jew “post il-hena”. Kien satira biex jikkritika b’mod

pulit u intelliġenti l-qagħda politika u ekkleżjastika

fil-bidu tas-seklu sittax. F’kemm ilna ngħidu, ilktieb

sar bestseller (ngħidu illum) u isem l-awtur

sar ċelebrità. Thomas More beda jikteb dal-ktieb

magħruf bħala mogħdija ta’ żmien waqt li fl-1515

kien speċi ta’ ambaxxatur fi Flanders (illum il-

Belġju). Fl-Ingliż kien mitbugħ fl-1551 – sittax-il

sena wara l-mewt ta’ More!

Utopia hija gżira mistħajla, x’imkien lejn in-naħa

t’isfel tal-Atlantiku, b’popolazzjoni mferrxa f’54

belt. Ħadd ma kien fqir għax il-ġid kien komuni u

l-għana (ir-rikkezza) hi tant mistkerrha li l-pixxaturi

kienu tad-deheb u l-fidda! Ma kienx hemm nobbli u

177

Discount Detergent Shop

Triq Filippu Farrugia, Ûurrieq (Ódejn il-MuΩew tal-Bniet)

Tel: 2164 7070 • Mob: 7720 8974

Email: magic.clean.zurrieq@gmail.com

G˙all-Offerti u SorpriΩi mill-A˙jar: • Punti Doppji

• Free Deliveries • Prodotti b’Xejn • Bonus Card

• L-Or˙os u l-A˙jar Prezzijiet

Magic Clean – The Heart of Magic Prices

Mario Service Station

3D Wheel Alignment

Car Accessories such as shock absorbers, brake pads, stereos, etc.

Nag˙mlu xog˙ol ta’

• punctures

• computerised wheel balance

• computerised wheel alignment

• general service

• car & motor batteries

Ûurrieq Road, Safi • Tel: 2764 1419

aristokratiċi; kulħadd kien ħaddiem u ħadd ma

kien qiegħed. Iċ-ċittadini kienu jieklu flimkien

minn kċejjen komuni u l-anzjani kienu miżmuma

fuq wiċċ l-idejn. Il-passatemp tal-kaċċa kien

meqjus sport krudili.

Din is-satira kompliet tikkonferma l-ġenju

ta’ Thomas More bħala wieħed mill-ħassieba

umanistiċi prominenti tas-seklu sittax, flimkien

ma’ oħrajn, l-aktar ħabibu l-qassis, kritiku u

studjuż, Desiderju Erasmus ta’ Rotterdam

(1466-1536) – li dis-sena wkoll qed jitfakkar

l-550 anniversarju minn twelidu u l-480 sena

minn mewtu: miet sena wara More fit-12 ta’

Lulju. Żar spiss lil More f’daru f’Chelsea fl-

Ingilterra u kien l-għors tiegħu jiddiskuti mat-tifla l-kbira ta’ More, Margaret (1505-44) li kienet taf titkellem

u tikteb bil-Latin u bil-Grieg! Missierha kien iħobbha wisq – kien isejħilha “Meg”. Aktar tard, fl-1521,

iżżewġet lil William Roper.

Għax fost l-ideat avangardisti (ta’ qabel żmienu) li ħaddan, Thomas More ħabbrek biex it-tfal tiegħu

jitgħallmu kemm jifilħu, ukoll l-ilsna klassiċi tal-Latin u l-Grieg. Issa meta tgħid li fis-seklu sittax mara/

tfajla tistudja tkun diġà qed tgħid ereżija, xi ħaġa barra minn din id-dinja! Aħseb u ara li mara ssir “esperta”

tal-Latin u l-Grieg kif saret fil-fatt Margaret More (Roper)! Lil missierha, anki meta kien arrestat fit-Torri ta’

Londra, kienet tiktiblu ittri b’Latin impekkabbli u mirqum li jgħaġġbek. Il-Grieg kienet tant tippossedih li

saħansitra sabet żball f’waħda mill-kitbiet ta’ Erasmus!

Però, bħal missierha, kellha l-umiltà li taf iżżomm postha u ma tħallix is-suppervja titla’ għal rasha. Tant li

avolja kitbet, bil-Latin u bl-Ingliż, obdiet fuq parir missierha li ma tippubblika xejn “minħabba li impossibbli

titwemmen li mara tikteb ktieb u saħansitra bil-Latin!” Ħasra li mietet żgħira ta’ 39 sena biss.

Mhux ta’ b’xejn li fil-gżira immaġinarja Utopia, More donnu immaġina edukazzjoni għal kulħadd, anki

għan-nisa. Għax għalkemm mhux kulħadd hu maqtugħ għall-istudju, imma kulħadd, irġiel u nisa, kellhom

tul ħajjithom kollha jieqfu xi sigħat mix-xogħol biex jagħtuha għall-qari u jistudjaw fl-ilsien tagħhom! U xi

drabi, l-aktar filgħodu, kemm irġiel kif ukoll nisa, tajjeb li jattendu għal xi taħdita skont il-gosti tagħhom –

dik edukazzjoni demokratika eh! U araw din it-twissija: “For if you suffer your people to be ill-educated,

and their manners to be corrupted from their infancy, and then punish them for those crimes to which their

first education disposed them, what else is to be concluded from this, but that you first make thieves and then

punish them.” [Għax jekk tħalli lin-nies b’tagħlim ta’ nofs kedda, u sa minn ċkunithom tħalli mġibithom

titħassar, u mbagħad tikkastigahom għad-delitti li jaqgħu fihom minħabba t-tagħlim ħażin bikri li jkunu ħadu,

x’ikun ifisser dan ħlief li inti l-ewwel tagħmilhom ħallelin u mbagħad minn fuq tikkastigahom.]

X’uħud li jinsew li More kiteb dan il-ktejjeb bħala satira ġieli jakkużawh li fil-ktieb jikteb favur prattiċi li

hu f’ħajtu żgur ma kienx jaqbel magħhom: bħal ngħidu aħna ġab lin-nies tal-gżira jittolleraw kważi kollox;

huma favur per eżempju d-divorżju u anki qassisin nisa. Niftakru imma li More pinġa lill-abitanti ta’ Utopia

bħala “pagani”, u allura ma kellhomx id-dawl tal-morali u l-fidi Nisranija.

Hemm ferm aktar x’wieħed jispjega, imma nieqfu hawn.... Ftit xhur wara li More lesta dis-satira ta’

Utopia, teologu Agostinjan fil-Ġermanja, Martin Luteru, f’Ottubru 1517 faqqa’ l-bomba għal diskussjoni

taħraq favur riforma wiesgħa fil-Knisja. Dan ukoll huwa anniversarju kbir għas-sena d-dieħla li kemm

Protestanti kif ukoll Kattoliċi fl-Ewropa qed iħejju bil-kbir għalih. Allura forsi tkun storja oħra fil-Ktejjeb

tal-Festa tas-sena d-dieħla jekk Alla jrid!

BENNY BRIFFA

179

Mathematics Private

Tuition

π

2π

GROUP CLASSES

ONE-TO-ONE TUITION

INTERMEDIATE LEVEL

ALL SECONDARY LEVELS

QRENDI 99474178

maths.private.tutoring@gmail.com

facebook.com/mathematicsqrendi/

SUMMER REVISION

COURSES

PREPARATION FOR

MATSEC EXAMS

RESIT REVISION

COURSES

Ms. Mariya Grech Muscat

B.Sc. M.Sc.

Happy feast… Enjoy your π!

FIL-KNISJA PARROKJALI TA’ KRISTU RE F’RAĦAL ĠDID

Meta l-lokalità ta’ Raħal Ġdid bdiet tikber fid-daqs tagħha b’ħafna bini ġdid li beda jinbena madwar il-Knisja

l-ġdida li kienet qiegħda tinbena, bosta familji mit-tlett ibliet tal-Kottonera, l-Isla, Bormla u l-Birgu kif ukoll

mill-Kalkara li kienu għadhom kemm għaddew mill-kruha tat-Tieni Gwerra Dinjija ġarrew għal dan il-post

fi djar u toroq ġodda.

Dawn ġabu magħhom tradizzjonijiet mill-ibliet tagħhom u d-devozzjoni lejn il-Patruni tagħhom. Dan

il-fenomenu niltaqgħu miegħu b’diversi Niċeċ bi Statwi fihom li hemm fil-kantunieri tat-toroq u mal-ħitan

tad-djar kif ukoll fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re fejn hemm l-Altari ta’ San Lawrenz, ta’ San Ġużepp, ta’

Marija Bambina u tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Fuq dawn l-Altari ma hemmx Kwadri bħal ma nsibu fi Knejjes oħrajn, iżda statwi. Dawn qegħdin quddiem

it-twieqi kbar li jagħtu d-dawl fuq l-Altari tal-ġnub. Fuq l-Altar tal-Immakulata hemm statwa tal-irħam abjad

xogħol l-iskultur John Spiteri Sacco. Hija statwa ta’ daqs kbir biex tikkumplimenta sew mad-daqs enormi ta’

din il-Knisja Monumentali li tfakkarna fil-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar f’Malta fis-sena

1913. Fuq l-altar taħt din l-Istatwa hemm Sotto-Kwadru bix-xbieha tal-Papa Piju X, magħruf bħala l-Papa

tal-Immakulata. Fl-istess Knisja hemm statwa oħra tal-Immakulata. Din qiegħda f’niċċa ħdejn wieħed millbibien

tal-ġnub tal-Knisja. Ix-xebħ tagħha mal-istatwa Titulari tal-Immakulata li hemm fil-kolleġġjata ta’

Bormla huwa wieħed kbir.

Dan ix-xebh narawh kemm fil-pożizzjoni li biha l-istatwarju għamel din l-istatwa, id-dekorazzjoni tallibsa,

il-wiċċ, l-istellarju u kif ukoll il-qamar li hemm taħt riġlejn il-Madonna.

Huwa fatt magħruf sew kemm għandhom imħabba kbira l-Bormliżi lejn l-Immakulata Kunċizzjoni. Huma

bosta dawk li maż-żmien ma baqgħux jgħixu f’Belt twelidhom. Dawn kollha jieħdu magħhom in-nostalġija

ta’ dak kollu li fakkarhom fil-Patruna tagħhom, għaldaqstant kull fejn jiltaqgħu għadd kbir ta’ Bormliżi

flimkien ikun hemm Kult kbir lejn l-Immakulata bħal ma hemm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Raħal Ġdid.

IL-FESTA T-TAJBA LIL KULĦADD.

MARIO FENECH

181

Motor tests services Ltd

Anna Maria Grech

Managing Director

Bld. 50, Industrial Estate, Luqa LQA 3000

Tel: 2122 1316 Mob: 9906 1316

Email: metallic@nextweb.net.mt

For all your VRT requirements:

Heavy commercials vehicles

Light commercials, 4x4, Quad Bikes & Light cars

Mon - Fri : 8.00am - 4.30pm

sat : 8.00am - 12.00pm

speciAL oFFer

For every booking with Britania Tours, you get a VRT Voucher for FREE

Tel: 2124 5418 Email: sales@bsl.com.mt

TISLIMA LILL-ISTATWA TAL-MADONNA TAL-ĠILJU

Festa kbira ġol-Imqabba

Qed issir ħbieb f’dawn il-jiem

U biex dwarha jien nitkellem,

Emmnuni, ma għandix kliem!

Filli qed nibdew is-sena,

Filli bdew jaħarbu x-xhur;

L-istaġun tal-festi magħna

Bihom qalbna żgur trid tfur!

Għax jien nemmen illi niesna

Għadha tgħożż wisq lil Patrun,

Lilu tħobb, lejh tirrikorri

F’wiċċ il-hemm jew f’xi kaġun.

U quddiem in-niċċa tiegħu

Fil-knisja tilmaħ ta’ spiss,

Lilu titlob u tammira

Maghha tħaddnu kif imiss!

Bla dubju lejh tersaq iktar

Kif il-festa tasal qrib,

Niesna tħobb lill-patrun tagħha –

Fih issib l-aqwa ħabib.

Kien hemm xi ħadd li fl-imgħoddi

Ittanta illi jwarrabhom,

Iżda l-poplu kien żamm iebes

U sostna li għad hemm posthom.

Tista’ qatt tasal biex tara

Dal-pajjiż mill-festi mneżża’!

Kieku kellu dana jiġri

Artna ssir mkien li jbeżża’.

Mela ejjew għalhekk ħbieb tiegħi

Matul Ġunju lkoll flimkien

Il-‘bus’ lejn l-Imqabba naqbdu

W hemmhekk ngħaddu l-isbaħ żmien.

Ingawdu festa mill-isbaħ

Illi jagħmlu l-Imqabbin

Lill-Madonna minn tal-Ġilju

L-Omm ħanina tal-bnedmin.

Inti tgħammex lil għajnejna

O Marija wisq grazzjuża,

Meta l-Ħadd fl-għaxija toħroġ

F’atmosfera armonjuża

Illi l-banda dlonk tipprovdi

Waqt li timxi mat-triqat

Armati u mżejna sewwa

Bil-pilandri u x-xbihat.

Kif qrib tersaq lejn ir-raħal

Tibda tisma’ l-isparar

Li f’dal-jiem żgur itajjarlek

Dwejjaq, niket u mrar.

Dehra sbejħa jkollha l-Knisja

Li tal-festa xxidd l-ilbies;

Brazzi, dwal, damask, gandlieri,

Kollox isir hawn bil-qies.

Il-bnadar jidhru jperpru,

Antarjoli kullimkien,

Bandalori u festuni –

Tas-sena dan l-isbaħ żmien!

Iżda biex il-festa tħalli

Ġid kotran fil-parruċċani

Lejn il-knisja rridu nħaffu –

Mhux fil-marċi biss tarani!

Matul dawn il-jiem l-istatwa

Qiegħda tagħlaq għeluq sninha –

Mija w erbgħin sena fostna

F’dan iż-żmien ta’ talb u ħniena!

Disgħa w ħamsin sena kellu

L-istatwarju Darmanin

Meta sawwar din il-ġawhra

Li ħaditlu mhux ftit ħin.

In-Naxxari Innoċenzju

Kien l-ikbar benefattur

Biex xi darba din l-istatwa

Mat-triqat jaraha ddur!

Mill-iprem muż’ka fil-knisja

Mar isemma’ Paolo Nani

Meta l-vara għall-ewwel darba

Ħarġet taħt sema kaħlani!

Monsinjur Pawl Pullicino

Irregala wkoll lampier,

Ma’ dan leġiju tal-fidda –

Tal-knisja ħabib sinċier.

Ma naqasx ukoll li jagħti

Maħdum b’sengħa, ventaltar

Li flimkien mal-istellarju

Jisraq l-għajn taż-żgħar u l-kbar.

U l-ġiljuwa kollha fidda

Ma’ dan il-kapolavur

Ġiet minn Bormla, m’għand sinjura

Lejn tal-Ġilju b’qalbha tfur!

Fuq bradella b’sengħa fina

Ta’ Manwel minn Ħal Tarxien

Tal-Ġilju tħares ferħana

Issa ilha għal xi żmien!

Meta fuq l-ispallejn toħroġ

Biex iddur mat-toroq tagħna,

O Marija ħares lejna

La issoddx widnejk, ismagħna!

Bierek lill-anzjani tagħna,

Morda, koppji, imġarrbin;

Ħu ħsieb tfal, żgħażagħ, adulti,

U dawwal lill-miżżewġin.

B’hekk l-Imqabba tibqa’ tterraq

Fit-triq ta’ kull paċi u ġid;

Warajk aħna nibqgħu miexja

B’rieda soda tal-ħadid.

Kif it-tmienja ta’ Diċembru

Jibda riesaq lejna qrib

Għad-dell tiegħek O Marija

Lilna terġa’ ssib mill-ġdid!

Ħalli lkoll nerġgħu nifirħu

Fit-tnissil bla tebgħa tiegħek;

Ħares lejna, aħna wliedek

Magħqudin żommna dlonk

miegħek!

Kav JOE M. ATTARD

Victoria Għawdex

183

L-Attriċi u Kantanta ta’ Fama Internazzjonali

Għal darba oħra Fostna għal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju

Ser tkanta mal-Banda waqt il-Programm tat-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2016

fuq il-Planċier l-Meravilja

Profil: Minn hi Kerry Ingram?

Forsi huma ftit dawk li jafu li Kerry Ingram hija ta’ dixxendenza Mqabbija

hekk kif in-nannu taghha huwa is-Sur Charles Grech. Fil-fatt, Omm Kerry,

Sally, hija t-tifla ta’ Charles. Kerry twieldet fis-26 ta’ Mejju 1999, f’Berkshire,

l-Ingilterra. Għalkemm appena għadha kif għalqet is-17 il-sena, isimha sar

magħruf mal-erbat irjieħ tal-Ingilterra. Sa minn età ckejkna kellha l-opportunità

li tieħu sehem fi rwoli żgħar fosthom fil-films Robin Hood (2010) , Burke

& Hare (2011) u Les Miserables (2012). Iżda l-proprju kellu jkun impenn

professjonali fuq l-palk bħala attriċi li fih għamlet id-debutt tagħha fil-musical

Oliver ġewwa r-Royal Theatre fi Drury Lane. Dan wassalha sabiex tiġi

fdata bir-rwol prinċipali ta’ Matilda Wormwood fil-musical Matilda li beda

fi Stratford u li mill-ewwel mexa għal-West End, fejn Kerry kienet l-unika

attriċi fil-parti prinċipali ta’ Matilda li mxiet għal-West End. Dan wassalha

sabiex fl-2012 Kerry ngħatat l-award tant prestiġjuż “Oliver Award” għar-rwol

prinċipali tagħna f’dan il-Musical. F’Ġunju tal-istess sena hija ngħatata il-parti

ta’ Shireen Baratheon fis-sensiela tant popolari Game of Thrones fejn ħadet

sehem fil-filming tat-tielet, ir-raba’ u l-ħames sensiliet. Ħadet sehem ukoll flokkażjoni

tal-50 Annniversarju ta’ Doctor Who Proms fejn interpretat il-parti

ta’ Queen of Years u kantat “The Rings of Akhaten” flimkien ma Alan Clytob

fir-Royal Albert Hall f’Lulju 2013.

Karattri oħra interpretati minn Kerry jinkludu Lois Wren f’Doctors kif ukoll

riċentament fis-sensiela l-ġdida tal-BBC - addattament ta’ Wolf Hall - flimkien

ma’ atturi stabbiliti fosthom Mark Rylance, Damien Lewis u Thomas Brodie-

Sangster li beda jixxandar fl-2015.

Is-Sena l-oħra kellna l-opportunità li flimien mal-Banda Madonna tal-Ġilju

Kerry tinterpreta s-silta “Skinny Love” kif ukoll kantat fi dwett mal-Kantanta

Marisa D’Amato, li hi qariba tagħha, fejn interpretaw is-silta tant sabiħa “Holy

Mother” ta’ Eric Clapton. Fis-sena ta’ qabel, waqt iż-żjara ta’ Kerry f’pajjiżna,

Marisa D’amato ukoll kienet ħejjiet feature elaborat, ferm interessanti għal

stazzjon tat-televiżjoni lokali sabiex aħna l-Maltin inkun aktar konxji ta’ dan

it-talent b’dixxendenza diretta magħna l-Maltin u li tant qed jikseb isem barra

minn xtutna. Fuq kollox, Kerry dejjem stqarret li kull fejn tmur dejjem iġġorr

l-isem ta’ Malta magħha u tkun ħerqana li tiġi żżurna, speċjalment f’dawn iżżminijiet

tal-Festa tant għal-qalb n-nannu tagħha: il-Festa tal-Madonna tal-

Ġilju! Grazzi Kerry u Awguri mill-qalb għal aktar suċċessi fil-futur!

185

MATTHEW ABDILLA

Bartender tal-Każin tal-Ġilju

Jirringrazzja lill-klijenti kollha u jawgura

Il-Festa t-tajba lil kulħadd

TISSOKTA F’MAWRIET REĊIPROKI

Is-Soċjetà tilqa’ Delegazzjoni mill-‘Confraternita’ della Madonna

del Giglio ed Immacolata Concezione’ ta’ Anticoli Corrado fl-Italja

fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2015 sabiex ftit tax-xhur

wara din iż-żjara ġiet reċirokata għat-tieni darba . . . .

Iż-żmien jgħaddi u l-ġranet igerrbu.

Qiegħed bilqiegħda fl-istudio tiegħi,

nikteb u nħares lejn żewġ ritratti ta’

sena ilu, meta jien kont qed niskolpi

xbieha tal-Madonna għal Anticoli

Corrado fl-Italja. Bħalma ktibt bħal

dan iż-żmien sena fil-programm

tal-Festa, fl-ewwel żjara li konna

għamilna f’dan il-Borgo Taljan li

jqim il-kwadru mirakoluż tal-Ġilju,

qabel tlaqna u temmejna l-ġimgħa

ta’ festeġġjamenti hemmhekk,

ċertu wieħed Antonio Meddi beda

jirrakonta kif kienet Anticoli filgwerra

taħt in-Nażisti. Qalilna kemm

batew f’dawk iż-żminijiet ta’ ħruxija.

Spjegalna ukoll li n-Nażisti

kienu jokkupaw rħula fuq l-għoljiet

(bħall-Imdina biex nagħtu eżempju.)

Kienu jagħmlu hekk biex mill-għoli

kienu jkunu jistgħu jiddefendu aħjar

lilhom infushom. Antonio qalilna

li meta bdiet l-invażjoni tal-Italja li

għall-ġurament bdiet minn Malta blinvażjoni

ta’ Sqallija, l-alleati bdew

jagħmlu carpet bombing fuq dawn

il-postijiet strateġiċi. Hekk sar fuq

Monte Cassino fuq abazija medjevali

ta’ valur storiku kbir li kienet ġiet

ibbumbardjata (bi ftehim mal-Papa

li terġa’ tinbena b’mod identiku bi

spejjeż għal alleati). B’hekk tajru lin-

Nażisti minn hemm u fetħu passaġġ

biex ikomplu javanzaw ‘l fuq. Hekk

sar ukoll fuq Anticoli Corrado

għalkemm mhux b’daqshekk ħruxija

ta’ Monte Cassino. F’dawn il-carpet

bombing waqgħet il knisja ddedikata

lill-Madonna tal-Ġilju. Il-kwadru

titulari baqa’ mdendel mal-unika

ħajt li ma waqax. Minn hawn bdiet

id-devozzjoni enormi lejn il-kwadru

187

Daily Fresh Salads

and Grills

Open seven days a week

from the morning till late

9952 5519

10, Triq San Tumas

Luqa

mirakoluż tal-Ġilju. Wara l-gwerra

reġgħet inbniet il-kappella identika

bħal ma kien hemm qabilha. Antonio

kompla jgħidilna li għan-niċċa ta’

barra kienet saret xbieha tal-bronż

u peress li beżgħu li din tinsteraq

poġġewha fil-kappella ta’ San

Pietru, post iktar ċentrali fil-villaġġ,

u n-niċċa baqgħet vojta. Hawnhekk

fejn qabeż ħija Michel u interrompa

lil Antonio u b’nofs ċajta qallu “issa

jagħmlilkom waħda tqila tal-ġebel

ħija “. Il-kappillan waqaf u ddritta

u staqsieni “vero? Antoine”. Lanqas

kont naf x’ser naqbad ngħid. Baxxejt

rasi u irisspondejt “Si”.

Wegħda hija dejn u b’hekk

f’Diċembru 2014 jien u ħija morna

ġibna blokka blat li kellna nżmaraw

il-kbir tagħha fil-post ta’ Charlie

ta’ Ganga li ta b’donazzjoni lis-

Soċjetà. Għamilt madwar xagħrejn

biex skolpejt xbieha tal-Madonna

b’tuffieħa f’idejha x-xellugija,

simbolu ta’ rebħa fuq id-dnub wara

li ħaditha kontra s-serp b’għarquba

mgħaffeġġ u mejjet. Fl-id l-oħra ilġilju,

simbolu ta’ purità divina.

Fil-festa tal-2015, f’kunċert

taħt il-patroċinju tal-President ta’

Malta, Marie Louise Coleiro Preca,

ġiet ippreżentata lill-kommunità ta’

Anticoli mmexxeija minn Giuseppe

Fabbi Viċi Sindku. Minn hemm

qabdet it-triq it-twila lejn il-provinċja

ta’ Lazio, fl-Italja. Gordon magħruf

bħala tal-Frida ħa ħsieb kemm ilparkeġġ

professjonali kif ukoll ilġarr

tagħha minn hawn għal hemm.

Waqt it-tieni żjara tagħna li għamilna

hemmhekk f’Settembru 2015, ixxbieha

ġiet impoġġija fin-niċċa, li

damet vojta għal aktar min 70 sena.

Din lix-xbieha ġiet inawgurata u

mbierka mill-Isqof tal-post. B’hekk

żammejna l-wegħda li għamilna lillgħażiż

Antonio Meddi li jien ċert

li kien qiegħed jarana bi tbissima

ħelwa mis-smewwiet. B’ħafna ħidma

volontarja u bi spejjeż minn ġewwa

ħloqna flimkien opra oħra dejjiema

ddedikata lill-Madonna tal-Ġilju.

ANTOINE FARRUGIA

Skultur

189

jawga l-fсta t-tajba

lil Imqabbin kha

TONI BEZZINA

(Bestprint)

Love of beauty is taste.

The creation of beauty is art.

Mob: 9982 0269

...ta’ Skutu

191

ExcEptional Food… Consistently

“One of the very nicest things about life is the way we must regularly stop

whatever it is we are doing and devote our attention to eating” (Luciano

Pavarotti) … and Browns Malta is the place to do so! Original, exceptional

and tasty food is served every time – that’s our commitment.

Reservations on

t: 21227410 / 27020471

m: 99406309

We are open 7 days a week, from 10.00am till late!

Accepting bookings for large groups, staff lunches/dinners,

hens & bachelors, birthdays & any other occasion.

Kitchen open All dAy

GIULIO CASSAR (Ta’ Żunnara)

Giulio Cassar għandu 62 sena u huwa mill-Imqabba.

Huwa joqgħod f’Toronto, il-Kanada flimkien ma’ martu

Lisa (li hija Kanadiża). Huma għandhom żewġt itfal –

Matthew u Luke. Ilum il-ġurnata, Giulio flimkien malfamilja

mmexxi kumpanija ta’ tindif fil-Kanada.

Kemm ilek nieqes mir-raħal? U kemm kellek żmien

meta tlaqt?

Ġilju ta’ Żunnara kif inhu magħruf jgħidli li ilu nieqes

mir-raħal 42 sena għax kien emigra fis-sena 1974 meta

dik iż-żmien kellu 22 sena.

X’tirrakontalna rigward tfulitek u bidu ta’ żgħożitek

fl-Imqabba?

Hu qalli li minn dejjem kien jiġri ma’ missieru Pawlu

Cassar (ta’ Żunnara) li kien jiffrekwenta l-każin tal-

Ġilju għax kien jagħmel parti wkoll mill-Kumitat

Amministrattiv u kien jokkupa l-kariga ta’ kaxxier.

Għaldaqstant bla ma’ trid tkun akkanit ma’ din Soċjetà

u tiċċelebra l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Jgħidli wkoll

li missieru għamel żmien twil reffiegħ tal-Vara waqt ilpurċissjoni

f’nhar il-Festa.

Ritratt meħud fil-bidu tas-snin sebgħin li juri l-Pawlu Cassar (bilqmis

bajda) , missier Giulio, waqt il-marċ ta’ nofsinhar flimkien

mas-Surmast Giulio Tanti u Joseph Farrugia (magħruf bħala

Peppi s-Sagristan) flimkien ma ibnu l-kbir, Anton.

Minn dejjem kont tiffrekwenta dan il-każin?

U għaliex?

Bħal ma’ tkellimna iktar qabel peress li jiena ġej minn familja akkanita li tappoġġja lil din is-Soċjetà, bla ma trid

tiġi hawn. Wisq iżjed f’dawk iż-żminijiet fejn f’raħalna kellna biss il-każini tal-banda u l-klabb tal-futbol. Ġilju

qalli li fis-snin 1968-69, missieru kien imexxi l-bottegin tal-każinkażin u hu kien jiġi jgħinu xi daqxejn ukoll.

barra minn hekk, kont niltaqa’ mal-kuġin Ġanni Cassar u l-ħbieb tiegħi Ġilju Bugeja (ta’ Demsey) u Ċisju Dingli

(ta’ Dajna).

X’tirrakontalna dwar kif kienet tiġi ċċelebrata l-festa qabel ma emigrajt?

Bħala festa minn dejjem kienet tiġbed in-nies għax kienet tista’ tgħid tiftaħ l-istaġun sajfi tal-festi Maltin peress

li kienet tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Mejju. Jgħidli li dak iż-żmien il-festa kienet tiġi ċċelebrata fuq jumejn

biss – is-Sibt u l-ħadd. Mhux ewwel darba li l-festi ta’ barra kienu jitħassru minħabba l-maltemp u ġieli wkoll ilpurċissjoni

kienet tiġi trasferita għall-ġimgħa ta’ wara. Bħala marċi kien ikollna wieħed is-Sibt filgħodu li konna

nsejħulu tat-Deum u ieħor l-għada l-Ħadd f’nofsinhar. B’nostalġija fuqu, Ġilju jgħidli li l-marċi kont inħobbhom

ħafna għax apparti li kienu jinħarqu ammont konsiderevoli ta’ sfafar konna noqogħdu nitgħajru quddiem il-każin

oppost u mhux ewwel darba li tinqala’ xi ġlieda. Ikompli jgħidli li l-marċ ta’ nofsinhar kien ikun wieħed kbir

b’nies ta’ kull età jaqbżu, ikantaw u jifirħu mal-Banda Lily. Bħala baned mistiedna fil-festa, is-Sibt filgħaxija

kienet tiġi ddoqq il-Banda King’s Own tal-Belt Valletta u l-ħadd kienet tkun mistiedna l-Banda San Ġużepp tal-

Ħamrun.

Fhiex kienet tikkonsisti l-ħidma/għajnuna tiegħek fil-passat b’riżq il-festa?

Bħala armar ma tantx konna narmaw wisq peress li aħna konna niċċelebraw festa Sekondarja. Għaldaqstant konna

narmaw biss l-antarjoli fil-pjazza u wara l-Knisja. Bħala armar li kien proprjeta tas-Soċjetà, kienu jieħdu ħsiebu

Saver Abdilla (ta’ Għabajjar), Pietru Farrugia (ta’ Preska) kif ukoll missieri Pawlu u z-ziju Ġanni Cassar. Bħala

grupp ta’ nies li niftakar li konna nagħtu daqqa t’id huma l-aħwa Pietru u Żeppi Barbara, Ġilju Bugeja (Demsey),

Żaru Zammit (ta’ Sant Antnin), Benny Farrugia (Chappy), Benny Dingli (ta’ Ballara) u Joe Abdilla (ta’ Lonzu).

X’kambjament rajt mill-festa tal-passat għal dik li niċċelebraw illum? Hemm xi ħaġa li qabel kienet issir u illum

sfortunatament inqatgħet?

Giulio jgħidli li sar kambjament enormi. Il-festa qiegħda tikber kull sena u l-armar tista’ tgħid li qed jiżdied marraħal

kollu. L-ewwel darba li ġejt għall- festa wara li emigrajt kienet fis-sena 1995. Bqajt impresjonat bil-livell ta’

festa li kienet qiegħda tiġi organizzata kif ukoll bl-inawgurazzjoni tal-Planċier Meravilja u l-Bandalora Artistika.

b’kuntrast maż-żmien ta’ qabel rajt ħafna żgħażagħ - kemm tfajliet kif ukoll ġuvintur - involuti f’kull aspett tal-

Festa u s-Soċjetà, xi ħaġa li fi żmieni ma konniex noħolmuha. Attività li sfortunatament naqset ftit fil-Festa huwa

l-marċ ta’ nofsinhar. Fi żmieni kien ikun aktar brijjuż u mfittex aktar mill-partitarji.

193

IVAN’S GARAGE

Si©©iewi Road, Qrendi — Tel: 2168 0006 Mob: 7970 4143

E-mail: ivans.g@maltanet.net

Panel Beater

& Sprayer

Repairs Insurance

Claims

Available Underseal

& Rustproofing

Valley Road, Msida • Tel: 2148 4474

Coleiro Fish shop

Triq sant’Andrea, Żurrieq

(Faċċata tal-mitħna taż-Żurrieq)

Prop. Christ Coleiro

It-Tnejn magħluq

Mit-Tlieta sal-Ġimgħa miftuħ

mit-8.00am sal-12.30pm u mill-16.00pm sas-19.00pm

Is-Sibt u l-Ħadd miftuħ mit-8:30am sal-12.30pm

Għall-aqwa servizz u kwalità

Ħut Frisk u tal-Friża

Tel: 27004498

Mob 7995893

Tul dan iż-żmien kollu li ilek nieqes mir-raħal, bqajt

f’kuntatt mal-familjari jew ħbieb tiegħek rigward

l-andament tal-Festa?

Matul is-sena, Ġilju jgħidli li minn tal-inqas, darba filġimgħa

jidħol fil-websajt tas-Soċjetà biex iżomm ruħu

aġġornat dwar dak kollu li jkun qiegħed isir kif ukoll

jara r-ritratti tal-attivitajiet li jkunu saru. Ikompli jgħidli

ukoll li kemm fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju kif ukoll

fil-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni joqgħod jisma’

l-istazzjon tar-radju TAL-ĠILJU FM dirett minn fuq

l-internet. Qalli ukoll li meta riċentament saret festa

diretta fuq stazzjon lokali kien litteralment “imsamar”

quddiem il-kompjuter biex jara x-xandira tal-festa

LIVE mil-Kanada. Dak il-ħin litteralment ħassejtni

parti minnkom allavolja qiegħed daqshekk ’ilbogħod.

Insegwi l-festa anki permezz ta’ kameras li minn żmien

għal żmien jiġu installati madwar il-pjazza.

Liema kien l-aktar mument sabiħ li ser tibqa’

tiftakar mill-festa li għadna kemm iċċelebrajna?

Il-Festa għażiża tagħna tal-Madonna tal-Ġilju tiġi

organizzata sal-anqas detall u diffiċli tgħid dak jogħbok u dak li ma jogħġbokx! Naturalment l-aktar mumenti li

ser jibqgħu sbieħ f’moħħi huma l-marċ kbir li jsir il-Ġimgħa filgħaxija li jkun organizzat mill-bidu sal-aħħar mis-

Sezzjoni Żgħażagħ. Mument sabiħ ieħor huwa t-tlugħ tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-pedestall waqt l-istess marċ. Ma

nistax ninsa wkoll in-nar tal-ajru u tal-art li nħaraq matul il-ġimgħa tal-festa speċjalment dak ta’ lejlet il-festa.

Għandek xi appell li tixtieq twassal b’riżq il-Festa jew is-Soċjetà?

Giulio jixtieq li l-entużjazmu li jkun hawn fi żmien ta’ qabel il-Festa jibqa’ u jkompli jissaħħaħ matul iż-żminijiet

biex inkomplu norganizzaw festa kbira kull sena. Nappella wkoll biex il-partitarji jkomplu jagħtu l-appoġġ

tagħhom biex dan il-każin ikun lest kemm jista’ jkun malajr mingħajr tbatija żejda u bil-piż jinqasam bejn kulħadd.

Għandek xi ringrazzjamenti li tixtieq tagħmel?

L-ewwel u qabel kollox nirringrazzja lilek talli tajtni din l-opportunità biex naqsam magħkom mumenti sbieħ

tiegħi qabel ma emigrajt. Nirringrazzja wkoll lill-President Teddy Farrugia u lil sħabu tal-Kumitat Amministrattiv

talli laqgħuni b’idejhom miftuħa u dawruni ma’ dan il-kobor ta’ każin li għandna. Fl-aħħar u mhux l-anqas

nirringrazzja wkoll lill-Kummissjoni Radju TAL-ĠILJU FM talli aċċetaw li ssir din l-intervista u tiġi rrekordjata

ġewwa l-istudios tagħhom.

Persważ li l-vaganza tiegħek f’pajjiżna b’mod speċjali fl-Imqabba kienet waħda kompluta, x’ser

tirrakkontalhom lil qrabatek meta tirritorna lura lejn il-Kanada?

Giulio jgħidli li l-ħin kollu jkun f’kuntatt mal-familja tiegħu permezz tal-internet. Tista’ tgħid li l-ħin kollu nibgħat

ritratti sbieħ lit-tfal u ngħidilhom dwar it-temp sabiħ li hawn f’Malta bħalissa, qisek qiegħed fis-Sajf bil-kontra ta’

dak li hemm bħalissa fil-Kanada fejn hemm kesħa ta’ -25 grad. Rigward il-festa li ċċelebrajna għandi bosta videos

u ritratti sbieħ x’nuri lil tal-familja.

Intervista minn ANTOINE PACE

195

Blue Grotto Avenue, Żurrieq

We accept party orders. Call on 2764 1838 / 9921 6310

FIL-PROGRAMM TAL-FESTA TAL-MADONNA TAL-ĠILJU, L-IMQABBA

BEJN L-1967 U L-2014

Editur: Horatio Caesar Roger Vella

Sa mit-twaqqif tagħha aktar minn seklu ilu, is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju għaġnet lilha nnifisha malħajja

tal-abitanti tal-Imqabba. Dak kollu li tissimbolizza llum din is-Soċjetà Mużikali huwa frott tal-imsieħba li

sostnewha tul is-snin. Meta tħares lura u tara ftit is-snin l-imgħoddija li għaddejna minnha tul iż-żmien sakemm

wasalna fejn ninsabu llum, in-nostalġija bilfors tkebbes ċertu emozzjoni u kien proprju dan li s-sena li għaddiet

qanqalna sabiex insusu aktar wara l-preservazzjoni tal-memorja ta’ din il-ħidma kontinwa. Matul is-snin nibtet iddrawwa

li kull Soċjetà tippublika programm fl-okkażjoni tal-Festa. Matul is-snin, dan il-programm inbidel minn

sempliċiment programm ta’ paġna waħda għal kotba ferm elaborati li fihom ikun hemm sommarju mhux biss ta’

x’kien isir fl-imgħoddi iżda saħansitra riċerka fuq l-passat.

Konxji mil-fatt li llum il-ġurnata l-Istat jipprovdi proċeduri legali sabiex Soċjetà bħal tagħna tiddepożita dak li

tkun ippublikat fil-Librerija Nazzjonali, ħassejna li għandna nagħmlu l-ewwel pass, sabiex dak li nkiteb snin twal

ilu, jiġi rikonoxxut u dokumentat b’rispett lejn dawk kollha li ġew qabilna u li b’ħidmiethom u ħsiebhom sawru

lil din is-Soċjetà. Dan wassalna sabiex bħala Bord Editorjali nikkomissjonaw lill-Professur Horatio Vella li b’ħila

u b’reqqa liema bħala analizza l-publikazzjonijiet kollha li nafu bihom sa mis-sena 1967 u komplew bla waqfien

tul is-snin. Permezz ta’ dan il-Katalgu issa għandna ġabra ta 47 sena ta’ kontribuzzjonijiet li joffru ċavetta għallinformazzjoni

meħtieġa speċjalment għar-riċerkaturi u l-istoriċi.

Fil-fatt, dan il-katalgu huwa mqassam skont is-suġġetti li jsegwu lil xulxin b’mod alfabetiku. Jibdew bl-Arti

u bl-Avvenimenti, u jispiċċaw bl-Istorja u bl-Istqarrija. B’kollox għandu 30 suġġett differenti. Kull artiklu li

ġie ppubblikat f’dawn il-Programmi tal-Festa huma referuti f’dan

il-katalgu skont is-suġġett, is-sena u l-paġni. Hekk jiġborhom ukoll

fil-qasir Indiċi I.

Indiċi II, imbagħad, jiġbor l-istess artikli skont l-awturi

ppreżentati b’mod alfabetiku skont il-kunjom u skont is-sena u

l-paġni. B’kollox jissemmew, barra dawk anonimi, li huma ħafna,

162 awtur differenti. Finalment hemm riproduzjoni tal-kopertini talprogrammi

kollha tal-Festa (1967-2014).

Huwa pjaċir li wieħed jara ismu mniżżel f’dan il-katalgu. Dan

sar possibbli kemm għaliex huwa xi darba ta kontribut lis-Soċjetà

tal-Madonna tal-Ġilju, u kemm għaliex issa hemm dan il-katalgu

li jixhed b’mod faċli għal dak l-istess kontribut. Nirringrazzjaw

Is-Sur Charles Farrugia, fil-kariga tiegħu ta’ Arkivista

Nazzjonali fil-preżenza ta’ l-editur tal-Katalgu, il-

Professur Horatio Vella, u l-President tas-Soċjetà, is-Sur

Teddy Farrugia waqt it-tnedija tal-Katalgu mis-Sur Mark

Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

197

horaceltd@gmail.com

lis-Sinjorina Doris Xuereb, lis-Sinjura Maria Muscat u lis-Sur Jimmy Tanti li pprovdew il-kopji oriġinali ta’

bosta pubblikazzjonijiet antiki u lill-Kumitat Amministrattiv li emmen f’din l-inizjattiva u li għamlu realtà din ilħolma

ċkejkna ta’ ġabra sabiħa ta’ kontribuzzjonijiet fil-Programmi tal-Festa tul medda twila ta’ snin bejn l-1967

u l-2014. Nistqarru li mid-data tat-tnedija ta’ din il-pubblikazzjoni sal-llum kien hemm persuni oħra li fornewna

b’edizzjonijiet ta’ qabel l-1967 u dan jixprunana li aktar ’il quddiem, għad nerġgħu noħorġu verżjoni aġġornata

ta’ dan il-katalgu li tkun tkopri medda itwal ta’ snin, mhux biss dawk preżenti, imma l-aktar f’dawk passati li ftit

li xejn għandna ħjiel dwarhom. (Għaliex le, nistgħu ukoll ninkludu pubblikazzjonijiet oħra, fosthom dik mitbugħa

mis-Sezzjoni Żgħażagħ, li taf l-oriġini tagħna sa mill-1993, bi kważi 50 ħarġa tal-fuljett “Il-Fjur” fuq medda ta’

aktar minn 23 sena u fuq bażi regolari).

Dan il-katalgu ġie mniedi fis-sede tas-Soċjetà nhar l-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2015 mis-Sur Mark Camilleri, il-Kap

Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

F’kelmtejn ta’ introduzzjoni li għamel, hu faħħar din l-inizjattiva, li stqarr li hija l-ewwel waħda meħuda minn

Soċjetà Mużikali li tikkataloga x-xogħlijiet ippublikati minnha u tiġbor sommarju tad-diversi artikli ppublikati tul

is-snin, uħud minnhom riċerkati u b’dettal kbir. Kellu kliem pożittiv ukoll għal l-inizjattiva innovattiva, meħuda

mis-Soċjetà; fejn għal l-ewwel darba, Soċjetà Mużikali qed tippubblika ktieb relatat mal-festa tagħha mgħammar

b’ISBN. Hu saħaq li dan huwa żvilupp ta’ importanza f’termini kulturali u biblijografiku u wera t-tama li jservi

sabiex iwitti t-triq sabiex każini oħra jieħdu eżempju u jagħmlu l-istess tant li f’isem il-Kunsill Nazzjonali tal-

Ktieb awgura li “din tkun moda ġdida li tinxtered mal-każini kollha”. Bħala Bord Editorjali kburin li konna

pijunieri b’din l-inizjattiva tagħna u li naqqaxna dak li wettqu ta’ qabilna darba għal dejjem b’kontribut dirett lejn

ħidmet il-komunità Imqabbija inġenerali.

BORD EDITORJALI

199

VRT + Wheel Alignment

For all types of

Cars, Trucks, Vans and Buses

Siggiewi Vehicle SerViceS

Siġġiewi

Contact Victor Attard

on 99498736, 21466111

G. Camilleri

Petrol Station

CAR SERVICING

WHEEL BALANCING

CAR ACCESSORIES

CRASH HELMETS

PUNCTURE REPAIRS

CAR BATTERIES

MOUNTAIN BIKES

OILS & FILTERS

Car Wash 24 hrs

TEL: 2164 1647, 2164 7235

Minkejja dan iż-żmien kollu

Il-VERITÀ MA TIĠI PRESKRITTA QATT!

Ta’ kull sena, f’din il-pubblikazzjoni annwali

li hija l-leħen uffiċjali tas-Soċjetà; qed inġibu

għall-attenzjoni tal-qarrejja u l-pubbliku Malti

u Għawdxi inġenerali referenza għad-diversi

artikli u stqarrijiet li ġew mitbugħa f’edizzjonijiet

preċedenti tal-ktejjeb. Minkejja tant u tant snin,

sal-ġurnata tal-lum għadu ħadd qatt ma ċaħad

sentenza waħda minn dak li aħna elenkajna tul

is-snin; jiġifieri: li l-Unur ingħata lill-Imqabba

u mhux lill-Banda Re Ġorġ V u/jew lis-Soċjetà

Santa Marija. Nibqgħu nisħqu lis-Sindku ta’ dak

iż-żmien, is-Sur Emmanuel Buttigieg, kien tela’

Ferrara u kien lilu, fil-kariga tiegħu bħala s-Sindku

tal-Imqabba, li ngħata l-ġieħ u li kellu kull obbligu

mhux biss li jgħaddi r-rigal li ngħata lill-Kunsill;

iżda fuq kollox li jkun responsabbli u bl-onestà

u l-integreta kollha, jgħid il-verità tal-fatti kif

ġraw; mhux lanqas biss avża lil sħabu l-kunsilliera

b’dak li għamel; tant li għal-laqgħa tal-Kunsill

kien avża li se jkun skużat! Dan huwa biss “the

tip of the iceberg”. La qatt ma kellna ċaħda jew

imqar kjarifikazzjoni tenibbli tal-fatti kif ġraw, ta’

bilfors allura jibqa’ dejjem jidher id-dubju ta’ min

jaf kemm għad hemm affarijiet li għad iridu jaraw

id-dawl!

Il-punt kardinali kien, għadu u jibqa’ li sew fuq

iċ-ċertifikat kif ukoll fuq il-plakka isem raħalna

BISS hemm imniżżel u mkien m’hemm l-ebda

indikazzjoni ta’ isem is-Soċjetà Santa Marija

jew il-Banda Re Ġorġ V. Kien hemm diversi

argumenti oħra li aħna elenkajna tul is-snin fosthom

kemm kienu l-fondi li ngħataw u fejn marru, lil

min kienu indirizzati u jekk dawn kellhomx jidħlu

fil-kotba tal-Kunsill Lokali Mqabba. Waħda millakbar

mistoqsijiet tibqa’ kif setgħat l-Imqabba

tingħata l-“Etoile d’Or du Jumelage” meta qatt ma

kienet uffiċjalment ġemellata ma’ Ascoli Piċeno?!

Il-lista ta’ mistoqsijiet bla tweġiba hija twila u

vasta u sal-lum għadhom mistoqsijiet miftuħa u

kullħadd jistenna risposta. Appell miftuħ intennu

f’din il-pubblikazzjoni lill-awtoritajiet kollha

kompetenti biex janalizzaw u jiskrutinizzaw dak

li aħna tul is-snin sostnejna fid-diversi artikli

miktuba hawn taħt imniżżla għar-referenza.

• Sena 2015 Paġna 135

• Sena 2014 Paġna 169

• Sena 2013 Paġna 159

• Sena 2012 Paġna 145

• Sena 2011 Paġna 145

• Sena 2010 Paġna 125

• Sena 2009 Paġna 117

• Sena 2008 Paġni 161/163

• Sena 2007 Paġni 129/135

• Sena 2006 Paġni 103/107

• Sena 2005 Paġni 88/91

• Sena 2004 Paġni 107/109

• Sena 2003 Paġni 91/93

• Sena 2001 Paġni 84/85

• Sena 2000 Paġni 117/119

Min-naħa tagħna, bħala Kumitat

Amministrattiv, bir-responsabbiltà kollha dwar

din il-pubblikazzjoni nsostnu dak miktub u flistess

waqt ntennu b’mod pubbliku; li jekk jiġi

ppruvat mod ieħor, bl-onestà kollha nippubblikaw

fuq din l-istess publikazzjoni li sena wara sena

semmajna leħinna, il-korrezjoni li jkun hemm

bżonn. Iżda fin-nuqqas ta’ dan nibqgħu nisħqu

fuq il-pożizzjoni tagħna. Mistoqsijiet hemm

kemm trid iżda tweġibiet xejn! Saru diversi sforzi

sabiex dan l-att jiġi legalizzat. Iżda, minkejja

kull sforz, wara dawn is-snin kollha, wara tant u

tant mistoqsijiet mhux inwieġba, bilfors għalhekk

ikollna nikkonkludu li s-skiet huwa konferma

tal-mistoqsijiet. Nemmnu għalhekk li għad jiġi

żmien li xi ħadd fl-Awtorità jagħti d-dawl lil dawn

l-artikli (li dehru f’edizjonijiet preċedenti ta’ dan

il-ktejjeb skont kif referut aktar qabel f’dan l-istess

artiklu u li jinsabu arkivjati saħansitra f’diversi

libreriji pubbliċi) u l-verità toħroġ li finalment

dak li hu tal-Imqabba jintradd lura lill-Imqabbin!

Iżda l-Istorja ma jmeriha ħadd: Żgur li f’din ilkwistjoni,

iż-żmien qed jurina li s-skiet mhux

risposta imma konferma! Għal sena oħra inħallu

f’idejn l-intelligenza tal-qarrejja sabiex jagħmlu

l-ġudizzju tagħhom!

IL-KUMITAT AMMINISTRATTIV

201

L-ARĊISQOF EMERITU ĠUŻEPPI MERCIECA (1928 - 2016)

Fl-għodwa tat-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, tħabbret ilmewt

ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritu

ta’ Malta. Kien l-Arċisqof tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

bejn l-1976 u l-2006. Huwa kienet it-tielet Għawdxi

f’din il-kariga.

Mons. Mercieca twieled ir-Rabat Għawdex fil-

11 ta’ Novembru 1928. Studja fis Seminarju ta’

Għawdex, wara kompla l istudji tiegħu fil-Collegia

Capranica f’Ruma u ġie ordnat saċerdot fit 8 ta’

Marzu 1952 ġewwa l-Bażilka ta’ San Ġorġ, fl-istess

Rabat, Għawdex. Huwa ġab il-lawrija ta’ avukat.

L-Isqof t’Għawdex, Ġużeppi Pace xtaqu bħala

s-suċċessur tiegħu. Bejn l 1959 u l 1969 kien Rettur

tas Seminarju ta’ Għawdex, sakemm fl 1969 ġie

nominat imħallef tas Sacra Romana Rota. Huwa kien

ukoll konsultur tal Kongregazzjoni tas Sagramenti u

tal Kongregazzjoni għad Duttrina tal Fidi.

Fis 27 ta’ Lulju 1974, issejjaħ Malta u ġie nominat

awżiljarju ta’ Mons. Michael Gonzi u ordnat isqof

titulari ta’ Gemelle fin Numidja fid 29 ta’ Settembru

tal istess sena. Dak iż-żmien Monsinjur Mercieca ma

tantx kien magħruf f’Malta. Il-konsagrazzjoni saret

mill-Arċisqof Mikiel Gonzi, Mons. Nikol Cauchi u

Mons.Francesco Ricceri.

Għamel sentejn Vigarju Ġenerali sakemm ġie

nnominat Arċisqof ta’ Malta fid 29 ta’ Novembru

1976. Meta Monsinjur Mercieca ltaqa’ mal-Papa

Pawlu VI meta nħatar isqof, il-Papa ra li Mons.

Mercieca ma kellux salib, u qal lill-assistenti tiegħu

jġibulu wieħed. Il-Papa dak il-ħin qallu “Salib forsi

m’għandekx, imma salib xi ġġorr meta tkun Arċisqof

ta’ Malta se jkollok.”

Ħa l pussess ta’ Arċisqof fit 12 ta’ Diċembru 1976,

u għażel bħala motto tiegħu “Ilkoll aħwa fi Kristu”, li

kienet il-missjoni li fdalu l-Papa, jiġifieri li jgħaqqad

lill-poplu Malti wara s-snin turbulenti tal-kwistjoni

politiko-reliġjuża tas-snin sittin. L-Arċisqof Mercieca

daħħal riformi fl-amministrazzjoni tal-Kurja fosthom

li l-qassisin jibdew jitħallsu flok ma jiddependu millelemożina

tal-quddies.

Mons. Mercieca kien innominat konsultur tas

Sacra Romana Rota fl 1992 u aktar tard imħallef fis

Segnatura Apostolica. Huwa ħadem biex il-Knisja

jkollha stazzjoni tar-radju, l-RTK fl-1992.

Fit-2 ta’ Diċembru 2006, spiċċa minn Arċisqof

wara li Papa Benedittu VI ħatar lil Mons. Pawlu

L-aħħar żjara ta’ Mons . Ġużeppi Mercieca fl-okkażjoni tal-Festa

tal-Madonna tal-Ġilju: Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju 2013.

Cremona bħala Arċisqof. Tliet snin qabel, fil 11 ta’

Novembru 2003, Mons. Mercieca, kien offra lill

Qdusija Tiegħu l Papa r riżenja tiegħu minn Arċisqof

ta’ Malta, skont kif titlob il liġi tal Knisja dwar l

Isqfijiet Djoċesani li jilħqu l età ta’ 75 sena. Jingħad

li kemm-il darba kien offrut it-titlu ta’ Kardinal iżda

hu ma aċċettahx.

Fl-2014 ħarġet il-bijografija ta’ Monsinjur

Mercieca, ‘Ilkoll Aħwa fi Kristu’, miktub minn

Charles Buttigieg. li għal bosta snin segwa mill-qrib

il-ħidma pastorali ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca. Ilktieb

ikopri l-esperjenza ta’ Mons Mercieca sa minn

ċkunitu għal matul is-snin, fosthom, in-negozjati bejn

il-Knisja u l-Istat f’Malta, iż-żjarat tal-Papa Ġwanni

Pawlu II f’Malta u l-beatifikazzjoni ta’ tliet qaddisin

Maltin. Fl-istess żmien, saħħet Mercieca kienet diġà

bdiet tmur lura u ma setax jattendi għall-pussess tal-

Arċisqof Charles Scicluna fi Frar tal-2015.

F’Ħadd il-Palm, l-20 ta’ Marzu 2016, ġie

rrappurtat li kien jinsab f’qagħda kritika. Tant li

202

L-Ecc. Tiegħu Mons. Ġużeppi Mercieca fil-ftuħ uffiċjali tal-Festi Interni tal-Madonna tal-Ġilju fis-Sena Ċentinarja b’Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr

fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba u wara kien l-ewwel persuna distinta li żaret l-binja l-ġdida tas-sede tas-Soċjetà: Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2011.

l-Ħadd filgħaxija, l-Arċisqof Charles Scicluna

għamel appell għat-talb għall-Arċisqof Emeritu

Ġużeppi Mercieca, hekk kif kien “qed iħejji għall-

Vjaġġ Qaddis lejn id-Dar tal-Missier.”

Mons. Mercieca miet l-għada Tnejn fil-21 ta’

Marzu 2016 fiż-Żejtun għall-ħabta tas-7.20am, fletà

ta’ 87 sena. Fl-aħħar mumenti tiegħu huwa kien

imdawwar mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof

Mario Grech u l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona.

Kien l-Arċisqof Charles Scicluna li ħabbar li

l-Arċisqof Mercieca għadda għall-ħajja ta’ dejjem.

Anke Monsinjur Mario Grech, l-Isqof ta’ Għawdex,

sellem il-memorja ta’ Monsinjur Mercieca “iben

distint” tad-Djoċesi Għawdxija. L-Arċisqof Scicluna

ħabbar il-mewt tiegħu fuq Twitter.

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro

Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, u l-Kap

tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, ilkoll esprimew

id-dieqa tagħhom fuq Twitter. Il-Papa Franġisku

rringrazzja lil Alla għas-servizz twil u devot li

l-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca ta lill-

Knisja: “Nirringrazzja lil Alla għas-servizz devot

ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca” Il-komunikat li nqara

fi tmiem il-quddiesa tal-funeral ta’ Mons. Mercieca,

intbagħat mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-

Kardinal Pietro Parolin lill-Arċisqof Charles

Scicluna. Permezz tiegħu, il-Papa Franġisku bagħat

il-kondoljanzi tiegħu lill-Arċisqof Scicluna u lillmembri

tal-kleru hekk kif inġabru għaċ-ċerimonja

tal-funeral. Il-Papa ta wkoll il-Barka Appostolika

tiegħu lill-qraba u lill-ħbieb tal-Arċisqof Emeritu,

bħala sinjal ta’ paċi u konsulazzjoni.

Fi tweet, il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat

qal li Monsinjur Mercieca mexxa l-Knisja fi

żmien delikat ħafna u ddeskrivih bħala “bennej

tal-pontijiet fis-soċjetà.” Min-naħa tiegħu, il-Kap

tal-Oppożizzjoni, Dr. Simon Busuttil qal li jinsab

imnikket bl-aħbar filwaqt li ddeskriva lill-Arċisqof

Ritratt li jeħodna lura 21 sena (1995) waqt preżentazzjoni

tal-poster uffiċjali mniedi fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb

mit-twaqqif tal-Banda Lily.

Mercieca bħala “mexxej għaqli fi żmien diffiċli

għall-Knisja f’Malta”. Il-funeral sar nhar l-Erbgħa

23 ta’ Marzu 2016 fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann,

il-Belt Valletta, u ndifen fil-Katidral ta’ San Pawl,

l-Imdina.

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tfakkar

il-memorja ta’ Mons. Mercieca u tibqa’ tgħożż

is-sehem tiegħu f’diversi okkażjonijiet distinti,

ewlenija fosthom il-ftuħ uffiċjali tal-Festi Interni tal-

Madonna tal-Ġilju fis-Sena Ċentinarja, fejn il-Ħadd

5 ta’ Ġunju 2011, tajna bidu għal-Festi speċjali li

kkommemoraw il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà

b’quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Knisja Parrokjali

tal-Imqabba li ġiet ikkonċelebrata mill-Eċċ. Tiegħu

l-Arċisqof Emeritu Mons. Gużeppi Mercieca. Wara

l-konċelebrazzjoni fil-Knisja nkitbet paġna oħra

storika hekk kif kien hu l-ewwel persuna distinta li

żar il-bini l-ġdid tas-Sede tas-Soċjetà li kienet għadha

kemm tlestiet mir-rikostruzzjoni tagħha. L-aħħar

żjara tiegħu fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-

Ġilju kien proprju tliet snin ilu, f’Jum il-Festa, il-

Ħadd 15 ta’ Ġunju 2013.

203

JEREMY BOISSEVAIN (1928 - 2015)

Sa minn tfuliti kont miġbud lejn ir-riċerka l-aktar

dik marbuta ma’ ritwali tal-festi. Għalhekk ma setax

jonqos li mal-ewwel opportunità li kelli qrajt il-kitbiet

tal-Antroplogu Olandiż Jeremy Boissevain. Fost

l-aktar xogħlijiet magħrufa tiegħu hemm Ħal Farrug:

A Village in Malta li hu kiteb dwar l-esperjenza tiegħu

f’Ħal Kirkop bejn Lulju 1960 u Settembru 1961. Ktieb

ieħor ta’ importanza hu Saints and Fireworks: Relgion

and Politics in Rural Malta li analiżża ħafna millkaratteristiċi

tal-festi Maltin. Hu kiteb diversi xogħlijiet

oħra bħal Coping with Tourism: European Reactions to

Mass Tourism u ħadem f’diversi pajjiżi li fihom kollha

studja l-antropoloġija tan-nies tal-post. Il-kitbiet tiegħu

servewni ta’ pilastru ma’ xiex inserraħ diversi argumenti

tiegħi fl-istudji fuq l-istess linja.

Dispjaċir li għandi hu li domt ferm ma nsir naf lil din il-persuna li mhux biss kien akkademiku ta’ stoffa imma

L-awtur ta’ din it-tislima flimkien ma’ Jeremy Boissevain

fl-Ajruport ta’ Malta fl-1 t’April 2003.

persuna li tieħu gost tkun fil-kumpanija tiegħu. Hemm differenza kbira li tkun taf persuna minn kitbietha milli

direttament. L-ewwel darba li ltqajt ma’ Jeremy Boissevain kien fl-eżami tat-teżi tiegħi bl-isem Socio-Political

and Economic Aspects in the History of Religious Festa Groups in Malta 1890-1940 li lestejt fl-1998 taħt iddirezzjoni

tal-Professur Henry Frendo fid-Dipartiment tal-Istorja tal-Università ta’ Malta. Kif kull min għamel

viva jaf, ma tkunx xi esperjenza fuq kikkra kafé u jkollok ċertu tensjoni. Dan kien fil-15 t’Ottubru 1998 fil-ħamsa

ta’ filgħaxija u għall-ewwel darba ammirajt kemm Jeremy Boissevain kien akkademiku ta’ stoffa imma umli. Kif

jaf kull min studja din il-linja, fil-konklużjonijiet tiegħu Boissevain jagħfas ferm fuq ir-rwol tal-Gvern Kolonjali

bħala raġuni għad-diviżjonijiet bejn il-każini u l-mod kif l-Ingliżi mbuttaw l-istess qasmiet biex jirrenjaw b’mod

aktar liberu. Fit-teżi tiegħi, enfasizzajt dimensjoni pjuttost differenti – dik li dawn il-qasmiet kienu diġà jinħassu

bejn il-fratellanzi ħafna qabel – jekk illum fl-Imqabba għandna l-blu u l-aħmar fil-festi dan ġej mir-rivalità talfratellanzi

u mhux tal-każini. Semmejt diversi każi ċari bħar-rivalità li kienet tinħass diġà meta waslet l-istatwa

tal-Ġilju fl-Imqabba fl-1876 – dan kien tletin sena qabel il-qasma tal-każini kif nafuha llum. Li impressjonani

kien il-mod miftuħ kif Boissevain laqa’ dawn l-ideat. Niftakar il-kliem tiegħu li għadu jtambar f’widnejja sallum

“you worked with different methods and on a different time frame and since your methodology is well

documented the whole argument is very valid.” Dan peress li l-metodu tiegħi kien wieħed minn dokumentazzjoni

storika ffukat fuq il-perjodu 1890-1940 filwaqt li hu ħadem b’metodu antropoloġiku fuq is-snin sittin. Tajjeb

wieħed ifakkar li fl-1935 kien hemm il-Konċilju Reġjonali u eżatt wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn iż-żewġ

Jeremy Boissevain qed jiddawwar minn Christopher Briffa malkostruzzjoni

tal-każin tal-Ġilju meta żar flimkien ma’ martu Inga

fl-10 ta’ Novembru 2011.

Il-kelliema waqt is-Seminar: mix-xellug: Charles J. Farrugia;

Christine M. Cassar, Dr Vicki Ann Cremona u l-Professur Jeremy

Boissevain.

204

avvenimenti biddlu għal kollox is-soċjetà Maltija fejn

jidħlu l-festi, b’mod speċjali dawk meqjusa mill-Kurja

bħala sekondarji.

Minn dakinhar, bdiet ħbiberija u nibet rispett

reċiproku. Lejn l-aħħar ta’ Mejju 2003 kien Malta u

ltqajna kif ukoll wassalt lilu u lil martu Inga l-ajruport

ta’ Malta. Martu Inga kienet element importanti fissuċċess

tiegħu. Dejjem bit-tbissima u tassorbi miegħu

l-kultura Maltija, il-lingwa (li tajjeb ngħidu li Jeremy

irnexxielu jibda jifhem sew) u l-intriċċi tal-ħajja

Maltija. Irrakkontali diversi stejjer dwar il-kuntatti

tiegħu ma’ diversi personaġġi Maltin fosthom irrelazzjoni

fil-qrib li kellu mal-Prim Ministru Mintoff.

Tifkira fil-ġebla Imqabbija lill-kelliema fis-seminar fosthom Boissevain.

Kienu kollha aneddoti sbieħ aktar u aktar meta tismagħhom minn ras il-għajn. Jekk wieħed irid iduq ftit minn

dawn il-ħsus tajjeb li jaqra n-novella li ppubblikat martu Inga wara mewtu bl-isem ta’ A Maltese Marriage.

Kien frott ukoll ta’ din il-ħbiberija li stedint lil Professur Boissevain biex ikun kelliemi fis-Seminar bl-isem ‘Il-

Festi: Kultura u Identità’ li sar fil-31 ta’ Marzu 2011 fil-Montekristo Estates f’Ħal Farruġ. Dakinhar hu ttratta t-tema

ta’ ‘Festa Saints and Fireworks: Ħarsa fuq medda ta’ snin 1960-2010.’ Fuq insistenza tiegħu qara l-istudju bil-Malti.

Ir-rabta ta’ Jeremy Boissevain ma’ Malta ġiet inkurunata permezz tal-għoti ta’ dottorat Honoris Causa fil-

Letteratura mill-Università ta’ Malta fil-21 ta’ Novembru 2014. Donnu d-destin ried li ma jħallix il-kontribut

ta’ dan il-bniedem lill-ħajja akkademika Maltija kif ukoll dik tal-festi Maltin tgħaddi bla rikonoxximent uffiċjali.

Hu ħalla din id-dinja ħabta u sabta fis-26 ta’ Ġunju 2015. B’dawn il-kelmtejn is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-

Ġilju ħasbet li ssellimlu u jiena wkoll personalment nirreġistra bil-kitba l-unur li kelli nsir naf u nikkollabora ma’

dan l-istudjuż tal-ħajja Maltija.

CHARLES J. FARRUGIA

BA(Hons), PG. Dip. Rec. Mgmt. (N’Castle), MA(Melit), MA(Lond)

BRIAN & JAMES GREEN

Funeral service

Irrikorru

30, Main Street, Ûurrieq Tel: 2164 2738

Rustica, Massabielle Street, Qrendi Tel: 2164 2508 – 9949 7959

“Green”, St. Catherine Street, Qrendi Tel: 2164 7791 – 9949 4880

205

Rendikont taċ-Ċelebrazzjonijiet fil-Knisja - 2015

Dħul

Bilanċ Festa 2015 €145

Ġabra ħruġ min-niċċa u dħul tal-vara €500

Ġabra bl-envelopes €1,910

Ġabra mill-Knisja fil-quddies tal-Ħadd €410

Kaxxa quddiem il-vara €83

Total €3,048

Ħruġ

Orkestra u Kor €1,362

Pesmess tal-mużika (Familja Camilleri) €60

Organista u vuċijiet €150

Predikatur Paniġierku €80

Predikatur Tridu €70

Ċerimonjier €60

Qniepen €150

Kappisti u Salib €65

Fratelli €160

Fjuri €198

Saċerdoti, qrar u purċissjoni €190

Abbatini €60

Total €2,605

Bilanċ €443

Ringrazzjament

Il-President flimkien mal-membri kollha tal-Kumitat Amministrattiv

jixtiequ jieħdu din l-opportunità sabiex MILL-QALB JIRRINGRAZZJAW

lis-soċi, partitarji, sostenituri u benefatturi kollha

tal-appoġġ kontinwu tul is-sena li għaddiet.

Bis-sehem sħiħ ta’ kulħadd, is-Soċjetà setgħet tibqa’ miexja

’l quddiem u torganizza l-Festa tant għażiża tal-Madonna tal-Ġilju.

Żgur li l-akbar ħajr idur lejn Alla l-Imbierek u l-Madonna li tul is-sena

jħarsuna u jagħtuna s-saħħa li mmexxu mill-aħjar li nistgħu din is-Soċjetà.

F’dan il-ktejjeb nixtiequ wkoll li nfakkru u nitolbu

għall-Fratelli tal-Konfraternità tal-Immakulata Kunċizzjoni kif ukoll soċi, partitarji,

bandisti, benefatturi, dilettanti tan-nar u ammiraturi li ħallewna

matul it-tnax-il xahar li għaddew.

Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

207

MIN IRREKLAMA F’DIN IL-PUBBLIKAZZJONI

3M Take Away..................................16

4JM Autoparts.................................154

A&A Stone & Interiors.....................46

AFDA Alluminuim Works..............138

AIM Fitness.................................... 114

Albion VRT Station..........................74

Alessio’s Old Cottage.......................32

All N’ 1...........................................138

All Sec.............................................174

Andrew Vassallo Ltd.........................16

Antalja Kebab.................................188

Arti Genjali - Ta’ Skutu...................191

ATCS Consulting...... Qoxra (quddiem)

Baldacchino Brothers........................26

Banif Bank........................................96

Beauty Lab........................................34

Bimbi Baby Shop..............................62

Bitmac Ltd......................................104

Blue Creek Restaurant......................42

Body Bliss Beauty Clinic................164

BOV Bank...........................................7

Brian & James Green

Funeral Service...............................205

Bronja Autoparts.............................134

Browns Malta..................................192

C & G Hardware Store........................4

C. Chircop Ltd. ................................44

Callus Garden Centre......................170

Camilleri Patrick

Marble & Granite............................136

Carabott Jewellers.............................84

Cassar Florist....................................34

Charles Motor Service (Ta’ Ċelest)...94

Charlie it-Tirxa................................206

Cini Marbles....................Qoxra (wara)

Coleiro Fish Shop...........................194

CTronics.......................................... 118

Daily Needs.......................................18

Daves Supermarket.........................120

De Robertis Restaurant...................120

Debbie’s Baby Centre.......................72

Dee’s Pizzeria & Takeaway............ 116

Demsey Alumium...........................154

Demsweet Garage.............................48

Denfar Concrete Supplies Ltd.........136

Di Rocco Trading Ltd.......................18

Die Ecke Stationary........................ 118

Diva Health & Beauty Centre...........80

Dolceria Croce Bonaci......................38

Domini Cini Makeup Artist..............50

Dr Lorraine Zammit

Notary Public..................................154

E. Santillo Video Photo Studio.......140

E. Theuma & Company Ltd............192

Edwin’s Ironmongery........................70

EGM Psaila.......................................50

El Paradiso Restaurant.................... 112

Elbros................................................78

Enchante’ Restaurant........................66

ESS..................................................132

Etienne Garage..................................54

F1 Chayenne....................................30

Fantasy Flowers................................80

Filder Market..................................156

Fitness Planet Health & Leisure.....130

Frame Maker.......................................9

Fresh & Clean

Laundry & Dryclean.........................32

G. Camilleri Petrol Station..............200

Gasan Mamo Insurance...................158

Glad Enterprises Ltd.......................134

Glitter Glamour Nail Bar................172

Gold Lady Jewellery.......................166

Golden Point Discount Store..........100

Gomez Blanco Bros..........................56

Gottfried Catania Photography.......142

Hair Couture Salon...........................52

HDI Garage.....................................152

Healthy Panrty Food Shop..............174

Home Star Sofas.............................152

Horace Enterprises..........................198

HSBC Bank.....................................106

Ivan’s Garage..................................194

J. Brownrigg Boutique....................102

J. Grech Woodworks.........................44

Jesmond Mizzi

Financial Advisors..............................2

JJ Supermarket..................................98

JMA Aluminium.............................106

Joanne’s Unisex Hairstylist...............30

Joe Sciberras

General Maintenance......................162

John’s Butcher.................................200

Joseph Darmanin

Wrought Iron Works........................172

Julio & Charles Sacco.........................4

Kencar Co. Ltd................................128

Kevin’s Interiors..............................144

K-Optics Optical Centres................122

Kristianne Stationery........................82

La Principessa Pastizzeria...............195

Liliana Camilleri

Beauty Therapist............................. 112

Lorraine’s Beauty Clinic...................26

Lux Nails...........................................68

Magic Clean....................................178

Magri Butcher.................................162

Makaw Ltd......................................128

Mallia Petrol Station Ltd.................102

Mangion Bros Zurrieq Ltd..............126

Mapfre Middlesea - Carmen Lia.......46

Marco Pupming Station....................34

Mario Service Station.....................178

Mathematics Private Tuition...........180

Matthew Abdilla- Bartender...........186

Maxman Pastizzeria........................170

Maypole............................................88

Mazini Autoparts & Accessories.....142

Melita Aquamed..............................168

Mifsud Lifters.................................180

Mobiltech VRT Station.....................94

Motor Tests Services Ltd................182

Movieland.........................................32

MRCD...............................................13

MZ Investment Services.....................6

Nick’s Agriculture..........................168

Olimpus Music................................100

Patrick Cellars Wines & Spirits......176

Paul & Mark Super Market.............126

Pet Care.............................................54

Pineapple Take Away......................136

Pinkishline........................................86

Polidano Group...................................8

Polyplumb - Tahabel Ltd.................198

Portelli & Brincat............................182

Pretty Woman..................................186

Privat Sekondarja............................206

Private Tuition - M. Debattista.........84

Qrendi Bocci Club.......................... 110

Ray’s Hardware Ltd..........................88

RDT Tile Laying...............................62

Reborn Bar .....................................144

Remissa Sports Bar...........................64

Reno Farrugia Funeral Service.........40

Reviv Estetik...................................124

Roderick Cachia..............................190

Ruben’s Garage............................... 114

Scicluna Florist Garden Centre.......122

Seabreeze Hotel................................54

Shapes Junior..................................108

Shoe Lane Footware & Fashion......196

Shoez Footware.................................68

Shoushine Footware &

iShine Cleaning.................................98

Sicut Lilium......................................40

Sierra Stationery & Book Shop.........24

Siggiewi Vehicle Services...............200

Skip Hire - Leli Camilleri...............156

Sphinx Pastizzeria...........................196

St. Peter’s Ironmomgery...................26

Stained Creations............................130

Starting Point.................................. 114

Step In Restuarant - Bar - Lounge..186

Stephan Zrinzo Azzopardi...............184

Sunsera - Gutz...................................64

Super S. Ironmongery....................108

Swan Laundry & Dry Cleaning........20

Ta’ Frida Pet & Garden.....................14

Ta’ Rita Lapsi View...........................48

Ta’ Victor Restaurant.........................70

Take-Off Bar & Restaurant ...........108

Tal-Bazzi...........................................36

Tal-Begig Bar & restaurant.............194

Tal-Paradise Gas Suppliers...............86

Tal-Paradise Wholesalers of Wines.124

Tar-Robba Recycling Centre.............10

Teddies Childcare Centre..................84

Terminus Bar...................................140

The Convenence Shop....................104

The Core Beauty & Wellbeing..........56

The Fruit Shop..................................12

Toni Bezzina...................................190

Tower Ironmongery..........................68

Triple A.............................................52

Trocadero Pastizzeria......................152

Unistyler Hair Salon.........................17

Uskin Ltd........................................199

Venmar Total Pest Control...............72

Victoria Insurance Agency Ltd.......132

Vierge Hair Salon..............................66

Viper Garage.....................................66

Viri’s .................................................12

Xarolla Dental Clinic...................... 110

ZahraTrading & Properties Ltd.......166

Zneiber Confectionery......................36

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fil-ġbir tar-reklami, kif ukoll lil kull min għoġbu jirreklama f’din il-pubblikazzjoni.

Nappellaw lill-qarrejja sabiex jagħmlu użu mill-prodotti u s-servizzi reklamati.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!