11.11.2014 Views

AWWISSU 2013 - signumfideimalta

AWWISSU 2013 - signumfideimalta

AWWISSU 2013 - signumfideimalta

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

AWWISSU 2013

Signum Fidei

}ajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

- AWWISSU 2013

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana

Fundatur

Fidi

NIFTAKRU LI QEG}DIN

FIL-PRE|ENZA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

Intenzjonijiet tal-papa u tal-isqfijiet tagħna:

1. Ħalli ’l-ġenituri u ’l-għalliema jgħinu lill-ġenerazzjoni li tiela’ tikber f’kuxjenza

safja u ħajja tajba.

2. Biex waqt li tħabbar fedelment il-Vanġelu, il-Knisja fl-Afrika tippromwovi l-paċi

u l-ġustizzja.

3. Ħalli niftakru li r-reżistenzi għall-Vanġelu joffru l-opportunità biex is-salib u l-

glorja ta’ Kristu jintgħarfu b’mod ġdid.

Dati importanti għax-xahar ta’ AWWISSU:

4 ta’ Awwissu: Festa ta’ San Ġwann Marija Vianney

6 ta’ Awwissu: Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

10 ta’ Awwissu: San Lawrenz, Levita u Martri

15 ta’ Awwissu: Il-Verġni Marija mtellgħa s-Sema

22 ta’ Awwissu: Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina

Nota importanti:

Din il-ħarġa ta’ Awwissu issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, l-1 ta’ Awwissu

San Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja

San Pietru tal-Ktajjen – Birżebbuġa

Min-nofsinhar tal-lum sa nofsillejl ta’ għada tista’ tintrebaħ l-indulġenza tal-

Porzjunkula bi żjara f’xi knisja parrokkjali jew f’xi knisja tal-franġiskani. Biex

wieħed jirbaħ l-indulġenza jrid jgħid il-Kredu u l-Missierna u jkun qerr u tqarben u

talab għall-Papa.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Eżodu 40:16-21,34-38 Is-sħaba ksiet it-tinda tal-laqgħa, u l-glorja tal-Mulej

imliet it-Tabernaklu.

2. Salm : 3-6a, 8a,11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti!

3. Mattew 13: 47-53 Jiġbru fil-kannestri dak li hu tajjeb u jarmu l-ħażin.

Mill-Istorja tal-Istitut:

1855: L-ewwel ġurnata tal-ewwel skola tal-Brothers fir-Renju Unit, fi Clapham,

Londra. Disa’ Brothers waqqfu skola sekondarja u ħadu l-karigu tad-dipartiment tattfal

ta’ skola primarja fil-lokal.

ALFONS MARIA DE’ LIGUORI – isqof u duttur (1696-1787)

S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali.

Kiseb id-dottorat kemm tal-liġi ċivili kif ukoll dik ekkleżjastika mill-Università ta’

Napli meta kellu biss sittax-il sena, u pprattika ta’ avukat b’suċċess kbir sa

tmien snin wara, meta abbanduna l-karriera, minħabba li bi żvista tilef kawża

importanti li kien qed jiddefendi.

Hu ddeċieda li jsir saċerdot u daħal mal-Oratorjani. Ordna saċerdot fl-1726,

meta kellu qrib it-30 sena.

Għal sentejn ħadem bħala missjunarju madwar Napli, għallem għal sena, u fl-

1730, fuq stedina tal-Isqof Tumas Folcoia, mar f’Castellamare. Meta kien qed

jagħti rtir f’kunvent tas-sorijiet fi Scala, iltaqa’ ma’ Swor Marija Celeste u

għarrfitu b’viżjoni li kellha dwar twaqqif ta’ ordni reliġjuża ġdida - u li kienet

taqbel ma’ viżjoni oħra li l-Isqof Falcoia kellu aktar qabel f’Ruma.

Il-qaddis għaraf li l-viżjoni kienet ġenwina. Alfons għalhekk, sena wara (fl-

1731), organizza l-kunvent tas-sorijiet skont ir-regola li Swor Celeste kellha filviżjoni,

u twaqqfet il-kongregazzjoni tas-sorijiet tas-Santissimu Redentur.

Hu mar joqgħod fi Scala fejn hemm ta bidu għat-waqqif tal-fergħa tal-irġiel tal-

Kongregazzjoni tas-Santissimu Redentur, imsejħin Redentoristi. Dawn huma

ddedikati biex jipprietkaw missjonijiet speċjalment fi nħawi traskurati. L-ordni

SIGNUM FIDEI 3

tar-Redentoristi kibret u fl-1743, il-Kunsill Ġenerali għażel lil Alfons bħala

superjur.

Matul il-biċċa l-kbira tal-91 sena ta’ ħajtu, S. Alfons kellu vot li ma jaħlix

mument żmien. Barra li pprietka kemm felaħ missjonijiet fil-kampanja u flirħula,

iddedika ruħu għall-kitba.

Irrifjuta li jsir isqof ta’ Palermo, imma fl-1762 kien imġiegħel jaċċetta li jsir isqof

ta’ S. Agata dei Goti ħdejn Napli.

S. Alfons inawgura programm maħsub biex jirriforma l-kleru, il-monasteri u d-

djoċesi kollha kemm huma, u ħabrek biex itaffi l-kundizzjonijiet tal-fqar u talinjoranza.

Marid u batut bir-rewmatiżmu, li ħallieh ipparalizzat sakemm miet, huwa

rriżenja minn isqof fl-1775 (wara li kien ilu 13-il sena) u rtira f’Nocera.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, meta naqaslu ħafna d-dawl ta’ għajnejh, sofra ħafna

minħabba l-ordni tiegħu. Fl-aħħar ftit snin ta’ ħajtu sofra wkoll minn dipressjoni

kbira spiritwali u għadda minn dak li hu msejjaħ, il-lejl mudlam tar-ruħ. Imma

mbagħad dan l-istat inbidel fi żmien ta’ paċi u dawl mis-sema, u hu esperjenza

viżjonjiet, estasijiet u anki pprofetizza ġrajjiet li seħħew wara.

Miet Noċera fl-1 ta’ Awwissu 1787, ta’ 91 sena.

Kien ikkanonizzat fl-1839 u ddikjarat duttur tal-knisja fl-1871, minn Piju IX.

Riflessjoni:

Il-ħolqien huwa teżor li għandna nikkontemplaw, huwa teżor li għandna nibżgħu

għalih. Għaliex il-ħolqien huwa l-Ktieb il-Kbir fejn Alla jkellimna. Il-kriżi rigward l-

ambjent, l-ekoloġija, huwa sinjal evidenti li l-bniedem għaddej minn kriżi spiritwali.

Br. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 149, l-1 punt

This feast was instituted to thank God for the grace he gave the Church when he

delivered Saint Peter from the prison where Herod Agrippa had put him, planning to

put him to death a few days later. Herod wanted to destroy the Christian religion

from its beginning by condemning to death the one who was the leader. This prince

took such great care to have Saint Peter guarded in the prison that he gave the

assignment to a squad of sixteen soldiers, divided into the four watches four at a

time.

But what does anyone need to fear who has God for a protector? Kings have power

over men and can dispose of their life only if God allows them. Thus, since the

newborn Church still needed Saint Peter, he remained in Herod’s hands for only a

few days, even though Herod had him chained and guarded with what seemed so

much security, for God wanted to make use of all this to strengthen and to uphold

the newly established Church.

Let us adore God’s power, which makes sport of that of men when he pleases, for

men have no power, except insofar as he lets them share in his.

4 SIGNUM FIDEI

Missierna ...

TALBA

Nirringrazzjak Missier,

għal dawk in-nies kollha

li mal-medda ta’ elfejn sena

nebbħu lil ħaddieħor

u għamlu l-parti tagħhom biex iwasslu

l-wirt ħaj tal-fidi tagħhom,

ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.

Nirringrazzja speċjalment

lil dawk li għexu l-fidi tagħhom

fi żminijiet iebsa u ta’ persekuzzjoni.

Nitolbok, Missier, biex jien nikber

fil-fidi u fl-imħabba,

fiż-żmien tajjeb u ħażin. Ammen.

Br. Nicholous Hutchinson

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Awwissu

San Ewsebju - isqof ta’ Vercelli

San Pietru Ġiljan Eymard - presbiteru

Beatu Pietru Fabre - presbiteru

Beata Ġwanna ta’ Aza - omm San Duminku

Beatu Ġwann minn Rieti - reliġjuż

Beatu Awgustu Czartoryski - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Levitiku 23: 1,4-11,15,16,27,34b-37 Dawn huma l-festi tal-Mulej li fihom tagħmlu

l-laqgħat imqaddsa.

2. Salm 80 :3-6ab,10-11ab Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna.

3. Mattew 13: 54-58 Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Mnejn

kisbu dan kollu?

SAN PIETRU ĠILJAN EYMARD - fundatur (1811-1868).

Fundatur tas-Soċjetà tas-Sagrament Imqaddes u tal-Qaddejja tas-Sagrament,

minn ċkunitu ta sinjali ta’ devozzjoni speċjali lejn Ġesù Sagramentat.

Ta’ tmintax-il sena daħal mal-Oblati ta’ Marija (1829), iżda marad u kellu jmur

id-dar. Ta’ għoxrin sena mar is-seminarju ta’ Grenoble u ħa l-quddiesa fl-20 ta’

Lulju, 1834.

SIGNUM FIDEI 5

Ħames snin wara reġa’ daħal in-novizzjat tal-Maristi (1839). Fl-1845 sar

Provinċjal tal-Oblati. Iċ-ċentru tal-ħajja spiritwali tiegħu kienet l-Ewkaristija.

Kienet is-suġġett tal-prietki u tal-konferenzi, tal-kult u tad-devozzjoni tiegħu.

Kull min kien imur jitolbu xi parir spiritwali kien imexxih quddiem Ġesù

Sagramentat.

Fl-1851, il-Beatu għamel pellegrinaġġ lis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fourvieres

u wegħedha li jwaqqaf kongregrazzjoni ta’ saċerdoti li jkun dmirhom ewlieni li

jagħtu qima lil Ġesù Sagramentat.

Wara li kiseb il-permess tal-Knisja, Mons. De Sibour, arċisqof ta’ Pariġi, tah dar

kbira fejn beda jgħammar flimkien ma’ wieħed ieħor u fejn fis-6 ta’ Jannar

1857, ġie espost għall-ewwel darba fil-Kappella s-Santissmu.

Il-Qaddis ipprietka lil kongregazzjoni kbira. L-ewwel membri tal-

Kongregazzjoni tal-Qassisin tas-Sagrament Imqaddes kienu l-patrijiet de Cuers

u Champion. Wara sena kellhom iħallu u jmorru ġo kappella żgħira fit-Triq ta’

San Ġakbu. Il-Papa Piju IX bagħtilhom ittra ta’ inkoraġġiment (1859).

Fetħu dar Marsilja u oħra Angers. Fl-1862 fetħu novizzjat regulari u l-

kongregazzjoni bdiet tixtered. Illum għandha djar f’bosta pajjiżi tal-Ewropa

(Spanja, Italja, Franza, Belġju, Ġermanja, Olanda, Ċekoslovakkja), l-Amerika

ta’ Fuq u t’Isfel. Il-qassisin, barra li jżommu l-adorazzjoni perpetwa quddiem is-

Santissmu espost, jgħidu l-Uffizzju fil-kor u jaqdu d-dmirijiet kollha tal-kleru.

Il-Qaddis waqqaf ukoll, fl-1858, il-Qaddejja tas-Santissmu Sagrament,

Kongregazzjoni ta’ Sorijiet li jagħmlu l-adorazzjoni perpetwa u jxandru l-

imħabba ta’ Ġesù.

Waqqaf ukoll l-Għaqda Ewkaristika tas-Saċerdoti, li jwiegħdu li kemm jistgħu

jagħmlu siegħa meditazzjoni u talb kuljum quddiem is-Santissmu; kif ukoll l-

Arċikonfraternità tas-Sagrament, li b’dispożizzjoni tal-liġi kanonika għandha

titwaqqaf f’kull parroċċa.

Il-Kongregazzjoni tal-Beatu ġiet approvata mis-Santa Sede meta kien għadu

ħaj, u fl-1895 ġiet imwettqa “in perpetuum”. Fost l-opri tal-Qaddis huma

magħrufin: “Il-Preżenza Reali”, “L-Irtir Quddiem Ġesù Ewkaristiku”, u “L-

Ewkaristija u Perfezzjoni Nisranija”. Miet fl-1 ta’ Awwissu, 1868. Il-Beatu Papa

Ġwanni XXIII ikkanonizzah fl-1965.

Riflessjoni:

“Ġesù għandu kull dritt li jkun maħbub, għaliex tana l-Ewkaristija li fiha huwa jurina

bil-fatti mħabba bla qies.”

Pietru Ġiljan Eymard

Jekk Pietru Ġiljan Eymard wettaq dawn l-opri kolllha fi żmien 57 sena u xerred ma’

Franza kollha devozzjoni lejn is-Sagrament tal-Ewkaristija, dan kien dovut għattrobbija

li tagħtu ommu li nisslet fih devozzjoni lejn l-Ewkaristija, smigħ tal-quddiesa

kuljum u tqarbin kuljum.

Br. Louis

6 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 69, silta mit-3 punt

The profession you exercise places you under the obligation of being among people

of the world every day, where even the least of your actions is observed. This ought

to motivate you not to omit anything to be an example of all kinds of virtues in the

eyes of the secular people among whom you must live. You ought to seek to edify

them particularly by your seriousness and self-control. If they notice in you any signs

of levity or thoughtlessness, they will easily be scandalized, whereas if you go

among them in a reserved manner, they will have a high regard for you.

To this might be added what the Wise Man says, that people judge others by their

external appearance. So people will readily come to the conclusion that there is little

piety and recollection in you whenever they see you in thoughtless behavior. But if

you show a simple and serious exterior, people will soon conclude that your inner life

too is well-controlled and that there is reason to believe that you are fit to educate

your disciples in the Christian spirit.

Missierna ...

TALBA

Mulej Ġesù,

kemm inħoss għafsa ta’ qalb

bil-preżenza ta’ ommok ħdejn is-salib.

Inti mhux biss is-salvatur

li tajt ħajtek għad-dnubiet tad-dinja;

imma wkoll bniedem,

iben li għandu omm.

Ammen.

Is-Sibt, 3 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt

Santa Lidja

San Pietru Krisologu

San Waltheof Abbati ta’ Melrose

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Levitiku 25: 1,8-17 Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal li

kellu.

2. Salm 66: 2,3,5,7,8 Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha.

3. Mattew 14: 1-12 Erodi bagħat jaqta’ ras Ġwanni u d-dixxipli tiegħu marru

jagħtu l-aħbar lil Ġesù.

SIGNUM FIDEI 7

SAN WALTHEOF - abbati ta’ Melrose (1100-1160)

San Waltheof kien iben Xmun, il-Konti ta’ Huntingford u twieled madwar l-1100.

Meta missieru miet, ommu, Maud, iżżewġet lir-Re San David I tal-Iskozja, bin

ir-Reġina Santa Margerita u allura ġie mrobbi fil-palazz tar-Re. Hawn sar ħabib

ta’ San Aelred, abbati ta’ Rievaulx, li kien jieħu ħsieb l-ispiritwalità fil-palazz rjali.

Inġibed lejn il-ħajja reliġjuża u għall-ewwel daħal mal-Patrijiet Kanoniċi

Regolari ta’ Santu Wistin, f’Yorkshire, fejn sar abbati ta’ Kirkam. Hu xtaq jgħix

ħajja aktar iebsa, allura ngħaqad maċ-ċisterċensi ta’ Bedfordshire. Meta

Melrose ġiet mibnija mill-ġdid, huma mar hemm fejn laħaq abbati.

Magħruf għall-imħabba tiegħu għall-foqra u għall-umiltà kbira tiegħu, meta

ntgħażel arċisqof ta’ Saint Andrew’s u primat tal-Iskozja, irrofta dan l-unur biex

jibqa’ jgħix fil-komunità tal-abbazija tiegħu.

Miet fit-3 t’Awwissu, 1160.

Riflessjoni:

L-ebda ħajja mhi mingħajr is-salib tagħha.

L-ebda persuna fid-dinja mhi eżentata li ġġorr xi salib.

It-tbatija tas-salib:

tnaddaf, issaffi, iġġedded,

tgħinna nagħdru u tipperswadina li m’hemmx ħajja mingħajr xi salib,

iddaħħalna fina nfusna.

Trid tkun taf xi jfisser salib?

Imxi ma’ Ġesù miċ-ċenaklu sal-Kalvarju ftit kuljum, għal kwarta kuljum, aqsam

miegħu u itlob miegħu, issallab miegħu u ndifen miegħu.

Bro. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 138, silta mit-2 punt

Saint John was holy also by the life he led. When he could barely walk, he went into

the desert to live there separated from all contact with others. Although his father

and his mother were so holy and separated from the world, their piety did not seem

to him an adequate model of what God asked of him. He needed to go out and to

discover from God, in seclusion and through the practice of prayer, what manner of

life ought to be his. He needed to practice altogether extraordinary austerities, living

only on locusts and wild honey, to attain the sanctity God asked of him. In this way

he prepared to preach penance. The infallible way to preach penance successfully is

to practice it.

8 SIGNUM FIDEI

TALBA (is-Salm 8)

Mulej, sid tagħna,

kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

Int qgħedt is-sebħ tiegħek ’il fuq mis-smewwiet.

Int, li s-sebħ tiegħek jgħannuh

fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib.

Int, li bnejt sur kontra l-għedewwa

biex iġġib fix-xejn l-għadu,

inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk,

il-qamar u l-kwiekeb li inti qgħedt fihom!

X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih,

Bin il-bniedem, biex taħseb fih?

Ftit inqas mill-allat għamiltu,

bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

qgħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk!

Kollox taħt riġlejh qgħedtlu,

in-nagħaġ u l-baqar kollha, sal-bhejjem tax-xagħri;

l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar,

dak kollu li jterraq fil-baħar.

Mulej sid tagħna,

kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

Missierna ...

Il-Ħadd, 4 ta’ Awwissu

It-18-il Ħadd matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Koħelet 1: 2; 2: 21-23 X’se jmissu l-bniedem mit-taħbit u l-kedda li jkun ħa?

2. Salm 89: 3-6,12-14 u 17 Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel.

3. Kolossin 3: 1-5,9-11 Fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq illemin

ta’ Alla.

4. Luqa 12: 13-21 Il-ħwejjeġ li ħejjet għalik, ta’ min ikunu?

Mill-Istorja ta’ l-Istitut

1705: Għalliema privati vandaliżżaw l-iskola f’Rue Princesse għax kellhom interess

personali biex jillimitaw l-aċċess għall-edukazzjoni. Xi ġenituri għarrfu li l-iskejjel

b’xejn ta’ Ġwanni Battists De La Salle kienu qed joffru edukazzjoni aħjar.

SIGNUM FIDEI 9

Riflessjoni tal-Vanġelu:

Il-bidu ta’ din il-parabbola juri bic-car min għandu setgħa jikkmanda. Is-sinjur

jaħseb li jippossjedi u jiddomina r-rejalta; imma minflok hu ddominat minn dak

kollu li hu jsejjajħ “il-ħsad”, l-imħażen tiegħi; il-ġid tiegħi...Dan kollu

jikkondizzjonalu ħajtu u l-għażliet li jagħmel kif jgħallimna il-Profeta Ġeremija

“Ara, jiena llum qegħidtek fuq il-ġnus u s-saltniet, biex taqla’ u ġġarraf, biex

teqred u tħott, biex tibni u tħawwel.” (Ġer 1:10).

L-għani tal-parabbola jwaqqa’ l-imħażen biex jibni oħrajn ikbar, ħajtu hi mhedija

fis-servizz lejn dak il-ġid li ħa l-poter fuqu. Fil-parabbola ma jissemma ħadd

iżjed ħlief is-sinjur li jgħix imdawwar bid-dinja tiegħu fejn ma jeżisti ħadd iżjed

ħlief il-ġid tiegħu: il-bibblista R. Fabris jinnota, “m’hemmx post għal ħaddieħor

f’dinja fejn ic-centru tal-gravita huwa l-“jien” li ħsiebu biex jakkwista l-ġid u s-

sigurta”. Tkompli, l-għani jħawwad kollox tant li jifraħ għax ruħu issa għandha

ikel u xorb u biex tixxala biżżejjed – kollha affarijiet li r-ruħ assolutament

m’għandhiex bżonn.

Din il-konfużjoni tinbet mix-xewqa eżaġerata għall-ġid materjali tant li ssir

idolatrija, din tibdel il-ħwejjeġ spritwali ma dawk l-affarijiet li huma materjali, ilkuxjenza

mal-akkwist tal-ġid; imma fuq kollox tibdel lil Alla ma mammona.

Bniedem bħal dan jidher bħal baħnan, bl-għażliet żbaljati li għamel f’ħajtu,

imma fil-kliem ta’ Ġesù anqas darba ma nsibu imqar ħjiel ta’ disprezz lejn iddgħjufija

umana.

Ġesù jwissina fuq riskju kalkulat; fi żmienna fil-fatt ħafna huma tal-fehma li jekk

ma nafu xejn dwar x’se jiġri u x’hemm lilhinnn minn dak li nafu, mela jaqbel li

ngawdu l-preżent u peress li minn dejjem il-flus huma dawk li jistgħu jixtru l-

gost u l-pjacir, allura imberkin il-għonja!

Ġesù jwissi fuq il-possibilta li hu propju dan l-istat ta’ ġid hekk kbir li jneħħI kull

ansjeta dwar il-futur, li l-bnedmin kollha jixtiequ, isir għall-kuntrarju il-kawża ta’

falliment, ta’ vanita totali, ta’ rovina li ma tissewwiex. It-tema tal-vanġelu hi filfatt

dwar is-Saltna t’Alla li permezz ta’ Ġesù tqabbel il-ġrajjiet personali ta’ kull

bniedem ma dawk storici tal-umanita. Din il-preżenza tas-Saltna fostna

tgiddeb konvinzjonijiet antiki, taqleb l-idejat, u tistabbilixxi kriterji ġodda ta’

valuri: ir-rikkezzi ġodda taħt din il-perspettiva huma l-fidi, l-imħabba, l-ġustizzja

l-maħfra, t-tama... li jekk ninvestuhom tajjeb joħolqu fid-dinja s-solidarjeta,

fratellanza, tqassim tal-ġid, hena u paci.

Dan kollu jinkiseb billi nissieħbu ma’ Ġesù l-ikbar teżor li Alla ta lid-dinja. Allura

imberkin dawk li jaħżnu dawn it-teżori, li l-ħallelin ma jistgħux jisirqu, il-kamla

ma tagħmlilhomx ħsara u l-mewt ma ttemmhomx; biex jgħinu lil min hu fqir,

emarġinat u batut “ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fil-ħajja ta’ dejjem” (Lq

16:9). Minn La Realta e’ Cristo, Don Davide Rota

10 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, siltiet mill-1 punt

It sometimes happens that God’s servants find themselves in a kind of inability to do

good, whether because of temptations they can barely resist, because of interior

trials, or because of the strength of their passions…

Such people do not find it easy to go to God, for lack either of light or of help from

those who guide them. Sometimes this type of trial also lasts a long time. God

leaves souls in this situation to make them experience the fact that they can do

nothing without him. They cannot take the steps needed to approach him unless

they are helped by his grace, but, on the contrary, they can do everything when God

strengthens them.

They must, then, patiently wait until Jesus passes by, bringing a remedy for their ills.

Because he has won for us the grace of redemption, he knows how to strengthen

our soul and to give back the movement it has lost. We must make sure only that we

are faithful to be carried to Jesus Christ when he passes by…

Jesus alone can bring a cure; all we can do is to watch over ourselves to avoid doing

evil. Also we must pray much and be satisfied to implore God with David: My God,

create a clean heart within me; renew your Spirit in me to lead me straight to you.

Missierna ...

TALBA

Għinni Mulej

inwarrab minn quddiemi

dak kollu li mhux qed iħallili ħin

biex ninġabar fis-skiet

u niltaqa' miegħek.

It-Tnejn, 5 ta’ Awwissu

Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore

Il-Madonna tas-Silġ - solennità

Beatu Federiku Jansoone - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Numri 11: 4b-15 Ma niflaħx jien waħdi l-piż ta’ dan il-poplu kollu.

2. Salm 80: 12-17 Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna.

3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom

lid-dixxipli u d-dixxipli newluhom lin-nies.

SIGNUM FIDEI 11

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta' Santa Maria Maggiore f'Ruma

Fis-sena 355, fi żmien il-Papa San Liberju (352-366), kienet inbniet knisja fuq l-

għolja Eskwilin, f'Ruma, iddedikata lill-Madonna, li biż-żmien kienet saret

magħrufa bħala l-"Bażilika Liberjana".

Fis-sena 431, ftit wara l-Konċilju ta' Efesu kien stqarr li Omm Ġesù hi Omm

Alla, il-Papa Sistu III kabbar din il-knisja u kkonsagraha f'ġieħ l-Omm qaddisa

ta' Alla.

Din il-Bażilika hija l-iktar waħda antika fost il-knejjes tal-Punent li huma

ddedikati f'ġieħ il-Madonna, taħt it-titolu ta' ‘Omm Alla’. Biż-żmien saret

magħrufa bħala "Santa Marija Maggore". Ġieli tissejjaħ ukoll "Santa Maria ad

Praesepe" għax fiha hemm miżmuma s-suppost relikwija tal-maxtura ta'

Betlem.

Hi wkoll waħda mit-tliet knejjes patrijarkali, li fihom il-Papa jmexxi l-funzjoni

f'ċerti okkażjonijiet. Iż-żewġ knejjes patrijarkali l-oħra huma ta' San Pietru u ta'

San Ġwann Lateran.

Fis-seklu disgħa nxterdet leġġenda li wasslet biex din il-festa tibda’ tissejjaħ "Il-Festa

tal-Madonna tas-Silġ", li skont il-leġġenda, għatta l-post fejn il-Madonna riedet li

tinbnielha knisja. Il-Papa San Pija V daħħal din il-festa fil-Kalendarju Liturġiku tal-

Knisja Universali, iżda wara l-Konċilju Vatikan II, din il-festa saret magħrufa bl-isem li

għandha llum.

Riflessjoni:

Jeħtieġ li nivveneraw b'qima kbira u nuru devozzjoni tenera lil Sidtna Marija għaliex

hija l-akwadott li permezz tiegħu aħna nirċievu l-grazzji li "Alla jogħġbu jibagħtilna."

S. Bernard

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med.151, it-3 punt

It would be of little use to us to be persuaded of our obligation to have a special

devotion to the Most Blessed Virgin if we did not know what this devotion includes, if

we did not possess it effectively, and if we did not show it on the appropriate

occasions. Because she is superior to all creatures, we must have a greater

devotion to her than to all other saints, whoever they may be. We show our devotion

to the saints at certain times and on certain days of the year, but the devotion we

ought to have for the Most Blessed Virgin must be continual.

This is why it is of Rule in our Institute (1) not to let a single day go by without

reciting the rosary and to say it while walking in the streets; (2) to celebrate all her

feasts with great solemnity; (3) to uncover our heads and bow every time we hear

her name or pass in front of her image, as this devotion requires; (4) considering her

as the principal patroness of our Society, we place ourselves daily under her

protection at the end of our prayer in the morning and in the evening and after each

exercise; we have recourse to her, placing in her, after God, our entire confidence;

(5) we invoke her in our most pressing needs as our primary advocate, after Jesus

Christ, before God.

12 SIGNUM FIDEI

Are we faithful to all these practices of devotion toward the Most Blessed Virgin?

How well do we perform them? Is it in the spirit we have proposed above? Let us not

fail in this if we wish to receive a great abundance of grace through the merits of the

Most Blessed Virgin.

Missierna ...

TALBA

Sliem għalik, Kewba tal-Baħar,

omm qaddisa u kbira t’Alla,

dejjem verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Uri li tassew int ommna,

wassal talbna quddiem Alla,

li fi ħnientu twieled minnek biex

isir għalina bniedem.

Parti mill-Innu tal-Għasar

It-Tlieta, 6 ta’ Awwissu

It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

Illum jaħbat l-anniversarju mill-mewt tal-Papa Pawlu VI (1978).

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Danjel 7: 9,10,13,14 Ibiesu abjad silġ.

jew

Pietru 1: 16-19

Smajna dan il-leħen ġej mis-sema.

2. Salm 96: 1,2,5,6,9 Il-Mulej isaltan, hu ’l fuq mill-art kollha.

3. Mattew 17: 1-9 Dan hu ibni: isimgħu lilu.

FESTA TAT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ

Meta Ġesù kien fil-Galilija, xi sena qabel ma ġarrab il-passjoni, huwa wera l-

glorja tiegħu lit-tliet appostli maħbubin tiegħu, Pietru u ż-żewġ aħwa Ġwanni u

Ġakbu. Tradizzjoni qadima tgħid li din it-trasfigurazzjoni seħħet fuq il-muntanja

Tabor.

Ir-rakkont jagħtuhulna l-ewwel tliet evanġelji, Mattew, Mark u Luqa. Huma

jgħidulna kif il-wiċċ ta’ Ġesù sar jiddi bħax-xemx u lbiesu abjad bħas-silġ.

Dehru wkoll miegħu Mosè u Elija li tkellmu miegħu fuq dak li kellu jġarrab

f’Ġerusalemm. Għal dehra bħal din l-appostli baqgħu mistagħġbin u Pietru qal

lil Ġesù: “Kemm hu tajjeb għalina li qegħdin hawn!” u ppropona li jibnu tliet

SIGNUM FIDEI 13

tined, waħda għal Ġesù, u l-oħrajn għal Mosè u Elija. Imma, waqt li kien

jitkellem, sħaba kollha dija għattiethom, u minnha nstema’ leħen: “Dan hu ibni

l-maħbub li fih insib il-għaxqa tiegħi. Lilu isimgħu.”

L-appostli waqgħu wiċċhom fl-art bil-biża’, imma Ġesù messhom u qalilhom

biex iqumu. Meta qamu d-dehra kienet intemmet, u Ġesù reġa’ deher kif kien

jidher qabel. It-trasfigurazzjoni setgħet ġrat f’xi wieħed mill-iljieli li Ġesù għadda

fit-talb.

Din kienet dehra minn qabel tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù u l-Vanġeli

jgħaqqdu ż-żewġ ġrajjiet meta jgħidulna li Mosè u Elija tkellmu ma’ Ġesù fuq ilpassjoni

tiegħu u li d-dixxipli kienu ordnati minn Ġesù biex ma jgħidu xejn minn

dak li raw ħlief wara l-qawmien mill-mewt tiegħu. Ix-xena żgur għenet lillappostli

biex jaċċettaw lil Ġesù bħala l-mibgħut tal-missier minkejja li aktar tard

jarawh umiljat u msallab.

Il-festa tat-trasfigurazzjoni ilha tiġi ċċelebrata b’solennità kbira fil-Lvant sa misseklu

sitta. Kienet iċċelebrata wkoll f’xi nħawi fil-Punent fil-Medjuevu, sakemm

ġiet estiża għall-knisja kollha fl-1457 minn Kallistu III biex tfakkar ir-rebħa talinsara

fuq it-Torok f’Belgrade s-sena ta’ qabel.

F’Malta, il-parroċċa ta’ Ħal Lija hi ddedikata lit-trasfigurazzjoni li fostna

nsejħulha l-Festa tas-Salvatur.

Riflessjoni:

Gabriel Marcel, filsofu Fanċiż, stqarr li f’ċerti individwi qaddisin tant ra l-

preżenza ta’ Kristu li ma setax jiddubita aktar u sar kattoliku.

Ignazio Paolo Suanami, ġeneral Ġappuniż, sar kattoliku ta’ 53 sena. Iddikjara

li l-umiltà u l-qdusija ta’ Patri Okaschi li għallmu d-duttrina, kienet determinanti

biex aċċetta l-messaġġ ta’ Kristu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 152, it-3 punt

It was while he was in seclusion and during prayer that Jesus Christ was

transfigured. The topic on which he conversed with Moses and Elias during his

transfiguration was what would be accomplished in him during his Passion and

death, which he was going to suffer on a cross outside the city of Jerusalem16 as he

desired. While Jesus Christ was speaking about his sufferings and death, a luminous

cloud appeared and covered him and Moses and Elias. From that cloud, where

the glory of God appeared, a voice came forth that spoke these words: This is my

beloved Son; listen to him. Relating what happened in this mystery, Saint Peter says

that they heard this voice coming from heaven.

All this ought to make us understand that it is only in seclusion and prayer that a soul

can attain a true transfiguration or, rather, a transformation of itself and be

enlightened by God, and when the soul is transfigured in this way with Jesus Christ,

it must be willing to meditate on his Passion and cross to show that all its desire is to

become like Jesus Christ in his sufferings. The Eternal Father will not recognize us

as his well-beloved except insofar as we love suffering.

14 SIGNUM FIDEI

Missierna ...

TALBA

O Sagrament Imqaddes,

O Sagrament Divin,

kull radd ta’ ħajr, foħrija,

minn qalbi nixtieq intik.

L-Erbgħa, 7 ta’ Awwissu

San Sistu II Papa u sħabu - martri

San Gejtanu - presbiteru

San Albertu ta’ Trapani - presbiteru

Beatu Agatanġlu u Beatu Kassjan - presbiteri martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Numri 13: 1-3a,25; 14: 1,26-29,34,35 Huma maqdru l-art li tgħaxxaq.

2. Salm 105 :6-7a,13,14,21-23 Ftakru fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu

tiegħek.

3. Mattew 15: 21-28 Mara, il-fidi tiegħek kbira!

SAN GEJTANU (1480-1547)

S. Gejtanu twieled f’Viċenza minn familja nobbli u sinjura. Ta’ 24 sena laħaq

avukat. Beda jħoss li għandu jservi ’l Alla aktar mill-qrib. Telaq lejn Ruma u

daħal fil-Konfraternità tal-Imħabba Divina. Sar saċerdot fl-1516.

Mar lura Viċenza, assista ’l ommu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha, u wara mewtha

intefa’ b’ruħu u ġismu jdur bil-morda inkurabbli.

Fl-1520 waqqaf l-Oratorju.

Fl-1523 mar Ruma. Flimkien ma’ Ġwann Pietru Carafa (li dan wara sar Papa

Pawlu IV) u żewġ qassisin oħra waqqaf it-Teatini, saċerdoti li jgħixu flimkien

taħt Regola.

Fl-1543, f’Napli waqqaf “Il-Bank tal-Ħniena” biex jgħin lill-foqra jisselfu l-flus.

Dak li beda San Gejtanu llum sar il-Bank ta’ Napli.

Miet fis-7 ta’ Awwissu fl-età ta’ 67 sena.

Riflessjoni: L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEG}U

1. Li ma tħares lejn xejn jekk mhux bl-għajnejn tal-fidi.

2. Li ma tagħmel xejn jekk mhux għal Alla.

3. Li tqis kollox bħala ġej minn Alla.

L-Ispirtu ta’ Fidi huwa spirtu li f’kollox jirregola ruħu li jimxi fuq il-massimi u s-

sentimenti meħudin mill-iskrittura

SIGNUM FIDEI 15

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med.153, it-3 punt

In his order St.Cajetan promoted detachment from everything to such an excess, if

we can speak this way, that he not only did not allow those in his order to possess

any revenue or regular income, either in common or individually, but also forbade

them to ask for alms, either in person or through others. They were to abandon

themselves for food, clothing, and all bodily needs to God’s Providence alone.

They were to base themselves on these words of Jesus Christ in the Gospel: Do not

be worried about what to eat and what to drink and about all the necessities of life,

because if you seek first of all and even uniquely the kingdom of God, all these

things will be given to you in plenty. God did not leave them in want; several times

he came to their help in an extraordinary fashion.

You cannot carry disinterestedness too far in your work. You have to teach poor

children; instruct them by your example. To teach them to love poverty, let your

disinterestedness lead you to practice it as far as it pleases God. Ask for this spirit of

disinterestedness through the intercession of Saint Cajetan.

Missierna ...

TALBA (Salm 148)

Ħa jfaħħru dawn kollha isem il-Mulej,

għax hu kkmanda u huma nħolqu;

hu waqqafhom għal dejjem ta’ dejjem;

tahom ordni li qatt ma tgħaddi.

Faħħru ’l-Mulej minn fuq l-art,

mostri tal-baħar u abbissi kollha.

In-nar u s-silġ, il-borra u ċ-ċpar,

u l-irwiefen li jisimgħu kelmtu,

il-muntanji u l-għoljiet kollha,

is-siġar tal-frott u ċ-ċedri kollha,

il-bhejjem selvaġġ u l-annimali kollha,

il-bhejjem li jitkaxkru u l-għasafar li jtiru.

Il-Ħamis, 8 ta’ Awwissu

San Duminku – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Numri 20: 1-13 Bdew ħerġin gliegel ta’ ilma.

2. Salm 94 : 1,2,6-9 Illum isimgħu leħen il-Mulej u la twebbsux qalbkom.

3. Mattew 16: 13-23 Int Pietru. Jien nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet.

16 SIGNUM FIDEI

SAN DUMINMKU TA’ GUSMAN – fundatur ( 1170-1221)

Kien iben Feliċ ta’ Gusman u l-Beata Ġwanna ta’ Aza, u ħu l-Beatu Mannes.

Semmewh Duminku għal San Duminku, Abbati Benedittin ta’ Silos qrib Burgos,

fejn ommu kienet tmur titlob.

Twieled fil-belt ta’ Calaruega, f’Kastilja, fi Spanja, fl-1170. Kellu zijuh qassis, l-

Arċipriet ta’ Gumiel d’Izan, li ħa ħsiebu u bagħtu jistudja f’Palencia.

Ta’ madwar 26 sena sar kanonku tal-Katidral ta’ Osma. Dawn il-kanonċi però

kienu fil-fatt patrijiet, għax kienu Kanonċi Regolari ta’ Santu Wistin. Tliet snin

wara, fil-1204, ir-Re Alfonsu IX ta’ Kastilja bagħat lill-Isqof Diego fid-Danimarka

u Diego ħa miegħu lil Duminku.

Għaddew minn Toloża u sabu li kienet mimlija eretiċi Albiġiżi. Diego u

Duminku rħewlha lejn Ruma fejn talbu lill-Papa Innoċenzu III jibgħathom

missjunarji fir-Russja.

Imma l-Papa qalilhom jibqgħu jikkumbattu l-ereżija fi Franza. Żaru ċ-

Ċisterċensi ta’ Citeaux u ta’ Montpellier, li kienu nkarigati jikkumbattu l-ereżija,

u ltaqgħu wkoll mal-Beatu Pietru ta’ Castelnau, Ċisterċens, li ftit wara, fil-15 ta’

Jannar 1208, miet marti, maqtul mill-eretiċi.

Sadanittant, f’Jannar 1207, Duminku kien waqqaf fi Prouille l-ewwel monasteru

tas-sorijet, ilkoll konvertiti mill-ereżija. Kien imbagħad f’Awwissu, fl-1216, li filbelt

ta’ Toloża (Toulouse) ta bidu għall-Ordni tal-Patrijiet Predikaturi. Duminku

malajr telaq lejn Ruma, fejn il-Papa Onorju III approva l-Ordni bir-Regola ta’

Santu Wistin.

Il-Papa ta lil San Duminku l-knisja ta’ San Sisto Vecchio. Imma din taha lissorijiet

u għall-patrijiet kiseb il-Bażilika ta’ Santa Sabina.

Il-qaddis għadda s-snin 1218 u 1219 jivjaġġa fi Franza, Spanja u l-Italja, sa ma

wasal Bolonja, fejn baqa’ l-aħħar sentejn ta’ ħajtu. F’Ruma kien iltaqa’ ma’

San Franġisk t’Assisi, u ż-żewġ fundaturi tgħannqu flimkien dik it-tgħanniqa li

għadha teżisti fiż-żewġ ordnijiet glorjużi tagħhom.

Duminku miet Bolonja fid-6 t’Awwissu, 1221, ta’ 51 sena u ġie kkanonizzat mill-

Papa Girgor IX fl-1234. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Bolonja, fil-Bażilika tal-

Patrijiet Dumnikani.

Dakinhar li miet il-Fundatur, kien hemm diġà fuq 60 kunvent tal-patrijiet, li kienu

fl-Italja, fi Franza, fi Spanja, fl-Ingilterra, fil-Polonja, fil-pajjiżi Skandinavi, fil-

Palestina, eċċ.

Illum id-Dumnikani jinsabu mxerrdin ma’ kullimkien. Kellhom tul 700 sena,

iktar minn 40 qaddis, mijiet ta’ beati, fosthom ħafna martri, 4 Papiet, mal-100

kardinal u mijiet kbar ta’ isqfijiet, barra minn tant għorrief ewlenin, fosthom San

Tumas t’Aquino u San Albertu Manju.

Duminku, bniedem ta’ talb, ta’ penitenzi ħorox, imma wkoll ta’ ħlewwa u tjieba

ma’ kulħadd, kien ċertament wieħed mill-ikbar ġganti ta’ għerf u ta’ qdusija, li

qatt kellha l-Knisja Mqaddsa.

SIGNUM FIDEI 17

Riflessjoni:

Li tagħti servizz ifisser li twarrab kull indifferenza u kull forma ta’ egoiżmu. Jiġifieri li

inti tkun għal ħaddieħor. Papa Franġisku – Omelija Mejju 2001

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med.150, it-3 punt

St. Dominic’s zeal did not stop short at what he personally could do for the glory of

God and the salvation of souls. When some companions had joined him, he asked

the Pope to establish a religious order whose members would have as their purpose

to preach the Gospel everywhere. This is what his disciples have done and continue

to do. One of their main practices for promoting piety among the faithful is to inspire

them with devotion to the Most Blessed Virgin, especially to her rosary, which they

recite daily in choir with much piety.

How fortunate you are to have for your purpose to teach children their religion and to

do so by teaching them catechism every day! One of the best means you can use to

succeed in your work is to have a very special devotion to the Most Blessed Virgin

and to communicate this devotion to the hearts of those entrusted to you. Do you

recite the rosary every day? Do you lead your students to do the same? With what

piety do you recite it and have them recite it? Do you offer this prayer as a tribute

that we in our Institute pay to the Most Blessed Virgin and as a powerful way to draw

down her help and protection on our Institute and on your work?

Missierna ...

TALBA

Saċerdot l-iżjed qaddis ta’ Alla,

konfessur kbir u predikatur tal-għaġeb,

San Duminku,

kun fostna u fit-tjieba tiegħek,

agħti widen għat-talb tagħna.

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu

Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein)

verġni, martri u patruna tal-Ewropa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Ħosegħa 2: 16b,17b,21,22 Għal dejjem ngħarrsek miegħi.

2. Salm 44: 11,12,14-17 Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej.

3. Mattew 25: 1-13 L-Għarus ġej: oħorġu ilqgħuh.

18 SIGNUM FIDEI

SANTA TEREŻA BENEDETTA TAS-SALIB: EDITH STEIN (1891-1942)

Edith twieldet fit-12 ta’ Ottubru 1891, f’familja Lhudija, nhar il-Yom Kippur, l-

akbar festa tal-Lhud. Il-familja kienet tan-negozju. L-omm ma kinitx tlaħħaq

mat-tfal, f’dik li hija formazzjoni reliġjuża. Edith tilfet il-fidi: “Jien ħassejt ġewwa

fija li m’għandix inkompli nitlob aktar.”

Fl-1911, ta’ għoxrin sena spiċċat l-iskola, bl-akbar suċċess u unuri. Fl-1913,

daħlet fl-Università ta’ Gottingen u bdiet l-istudji tal-fenomenoloġija, taħt l-

għaref filosofu Edmund Husseri.

Fl-1914, Edith stqarret “M’inix ngħix ħajti”. Darba daħlet ġol-Katidral ta’

Frankfurt u rat mara bil-basket tax-xirja, li baqgħet dieħla ’l fuq u niżlet

għarkupptejha u talbet għal ftit ħin. Edith ħasset fiha xi ħaġa: “Għalija din

kienet xi ħaġa ġdida; fis-Sinagoga konna mmorru darba biss. Hawnhekk rajt lil

din il-mara, ġejja dritt mis-suq bix-xirja u dieħla ġo din il-knisja. Rajtha

bħallikieku kien ser ikollha konverżazzjoni intima. Kienet ġrajja li qatt ma

nsejtha”.

Dakinhar stess marret iżżur lill-armla, li r-raġel tagħha li kien Protestant, kien

għadu kif miet. Wara kitbet hekk: “Din kienet għalija l-ewwel laqgħa mas-Salib

u fil-qawwa kbira li hu jagħti lil dawk li jilqgħuh u jġorruh. Kien il-mument fejn ilfidi

tiegħi ħassejtha tikkollassa u Kristu beda jitfa’ d-dawl tiegħu fuqi: Kristu filmisteru

tas-SALIB. Aktar tard kitbet : “Din il-ġrajja kienet il-pjan ta’ Alla li jien

stess ma kontx ippjanajt.”

Fl-1 ta’ Jannar 1933, daħlet mal-Karmelitani ta’ Cologne u fl-1934 ħadet il-libsa

Karmelitana bl-isem ta’ Suor Tereża Benedetta tas-Salib.

Fit-2 t’Awwissu 1942, in-Nażi arrestawha għax kienet Lhudija, u magħha ’l

oħtha Rosa, li kienet tgħix fil-kunvent tagħha. Fid-9 ta’ Awwissu tal-istess sena

Edith u oħtha mietu ggassjati fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz.

Il-Professur Jan Nola li għex fl-istess Università magħha kiteb hekk: “Edith

Stein kienet xhieda tal-preżenza t’Alla, f’dinja fejn Alla ma jeżistix.”

Ġiet ibbeatifikata mill-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, f’Cologne, fl-1 ta’ Mejju

1987.

Riflessjoni:

Il-Papa Ġwann Pawlu II, nhar il-beatifikazzjoni ta’ Edith Stein qal :

“Suor Tereża Benedetta tas-Salib, hija personalità li għaqdet ġewwa fiha nnifisha dik

il-ħajja rikka tagħha, sintesi tas-seklu tagħna. Dik kienet sintesi ta’ storja mimlija

feriti, li għadhom qed iweġġgħuna ... kif ukoll sintesi fuq il-bniedem. Dan kollu nġabar

flimkien ġo dik il-qalb waħdanija, li baqgħet bla heda u mhux mitmugħa, sakemm flaħħar

sabet il-mistrieħ tagħha f’Alla.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 153, silta mill-1 punt

Because you are obliged to work for the salvation of your neighbor, bring to the

exercise of your work the same preparation that Saint Cajetan brought in order to

fulfill well his ministry. Therefore, study your catechism, read good books, pray

fervently, and in accord with the spirit of your Institute, mortify your mind and your

SIGNUM FIDEI 19

senses. You must learn the truths of religion thoroughly by study, for ignorance in

you would be criminal, because it would cause ignorance in those who are entrusted

to you. Prayer and mortification are needed for you to draw down the graces of God

on you and on those whom you instruct.

Missierna ...

TALBA

Mulej Ġesù,

saħħaħ fija l-fidi

biex qatt ma tiġi nieqsa.

Kabbar fija l-fidi

biex nagħti minnha lill-oħrajn.

Wettaq fija l-fidi

bl-opri tajba u l-karità.

Grazzi, Mulej.

Ronnie Gauci

Is-Sibt, 10 ta’ Awwissu

San Lawrenz – djaknu u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. 2Korintin 9: 6-10 Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.

2. Salm 111: 1,2,5-9 Hieni l-bniedem li jħenn u jislef.

3. Ġwanni 12: 24-26 Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġah.

SAN LAWRENZ – djaknu u martri († 258)

San Lawrenz kien Djaknu tal-Knisja ta’ Ruma u ħa l-martirju flimkien ma’ erba’

djakni oħra, sħabu, erbat ijiem wara l-martirju tal-Papa Sistu II, filpersekuzzjoni

ta’ Valerjanu, fl-10 ta’ Awwissu tas-sena 258. (Il-kelma djaknu

tfisser “qaddej”.)

Skont tradizzjoni, il-Prefett ta’ Ruma talab lill-Qaddis biex jagħtih id-deheb u l-

fidda tal-Knisja. Lorenzo, beda jbiegħ kull ma kellha l-Knisja u l-flus flok

tahom lill-Prefett, qassamhom lin-nies fqar tal-Belt. Lill-Prefett ħadlu kemm

sab nies fqar, xjuħ u morda.

Il-Prefett xegħel bil-għadab u malajr ikkundanna lil Lawrenz għall-mewt. Hu

ordna li jiġi maħruq ħaj fuq nar bati, li San Lawrenz sofra b’kuraġġ liema bħalu.

Wara l-martirju, il-fdal tal-Qaddis indifen fiċ-ċimiterju ta’ Ċirijaka ħdejn it-triq

Tiburtina fil-Verano. Kostantinu l-Kbir bena bażilika fuq il-qabar tiegħu, li

20 SIGNUM FIDEI

waqgħet u nbniet kemm-il darba. Il-knisja li hemm illum iġġib l-isem ta’ San

Lorenzo Fuori le Mura, u tinsab f’idejn il-patrijiet Kapuċċini.

Imfaħħar mill-aqwa dutturi tal-Knisja, fosthom Santu Wistin, Sant’Ambroġġ, u

San Leone Manju, wara l-Appostli San Pietru u San Pawl, hu l-iktar martri

meqjum ġewwa Ruma.

Il-Papa tal-Immakulata, il-Beatu Piju IX, ried jindifen ħdejn il-qabar ta’ San

Lawrenz, u hemm jinsab tassew. Lil San Lawrenz, huma ddedikati mijiet kbar

ta’ knejjes, fosthom f’Ruma, San Lawrenz “In Lucina”, “In Damaso”, mibnija

mill-Papa San Damaso (366-384), “In Paneperna” u “In Miranda”.

Lilu huma ddedikati l-Katidrali ta’ Genova, Perugia, Grosseto, Trapani, Lugano

u oħrajn. Il-Knisja tiċċelebra l-festa tiegħu bl-istess grad liturġiku daqs tal-festi

tal-Appostli.

San Lawrenz huwa l-Patrun tal-Birgu u tar-raħal li jġib ismu ‘San Lawrenz’,

Għawdex.

Riflessjoni:

Fl-eżempju ta’ San Lawrenz, għandna prova tal-qawwa tal-grazzja t’Alla. Hu kien

jara ġismu jinħaraq bla ma jitlef il-paċi ta’ ruħu; u aħna bil-maqlub ma nafux insofru l-

iċken uġigħ jew dispjaċir bla ma nitilfu l-paċi.

Br. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 154, it-2 punt

We cannot praise too highly the desire this saint had for martyrdom. This was

apparent when Saint Sixtus was being led away to be martyred. As Saint Ambrose

relates it and as it is expressed in the Church’s Office, Saint Lawrence said to him:

Where are you going, holy Father, without your son? Are you going to offer yourself

in sacrifice unaccompanied by your deacon, without whom you have never been

willing, up to now, to offer the sacrifice of the Body and Blood of Jesus Christ on the

holy altar? Is there something in me that has displeased you? Have you found me

unworthy of my ministry? What! You trusted me to distribute the Blood of Jesus

Christ, yet you will not allow me to accompany you when you are about to shed your

own. This saint had an even greater ardor in his heart than in his words. Nothing

could stop him except the response addressed to him by Saint Sixtus, who assured

him that in three days he too would suffer very cruel torments.

When will we have as great a desire for suffering as this saint had for martyrdom?

Ask this of God through the intercession of Saint Lawrence.

TALBA

O Lorenzo, Alla lilek ried iġarrab

biss bil-qawwa tan-nirien,

iżda l-ewwel nar li kebbes nar l-imħabba f’qalbek kien.

Kemm nixtiequ li aħna bħalek, b’dan in-nar niġu mġarrbin,

biex nitgħallmu nħobbu ’l Alla bħalma aħna maħbubin.

SIGNUM FIDEI 21

Mikbus kollu nar u qilla, fis maqtul ħalef jarak,

rabtek, sawtek, biċċrek, seħtek

u b’kemm setgħa tturmentak.

Kif mingħajr xejn ma tniffist

int ġarrabt din il-moħqrija,

hena u sabar aqlgħalna biex nifilħu għat-tbatija.

Żewġ strofi min-novena.

Missierna ...

Il-Ħadd, 11 ta’ Awwissu

Id-19-il Ħadd matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Għerf 18: 6-9 Kif int ikkastigajt l-għedewwa tagħna, hekk sebbaħt lilna

meta sejjaħtilna għalik.

2. Salm 32 : 1,12,18-20, 22 Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu.

3. Lhud 11: 1,2,8-19 Kien iħares ’il quddiem, lejn il-belt, li l-imgħallem u l-

bennej tagħha huwa Alla.

4. Luqa 12: 32-48 Kunu lesti intom ukoll.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Meta seħħet it-traġedja tat-“Twin Towers” fi New York, flimkien maż-żewġ

torrijiet iġġarrfu ħafna ċertezzi tad-dinja tagħna li kellha tistenbaħ b’ħasda milħolm

u l-illużjonijiet li bniet il-futur tagħha fuqhom. Dak l-attakk tal-biża’ fil-fatt

laqatna hemmhekk fejn konna naħsbu li ma jista’ għalina ħadd; il-kapaċita li

nipprevedu, li nipprogrammaw, li nżommu kollox taħt kontroll. Minn din ittraġedja

tgħallimna li kollox jista’ jinqala’ fil-ħajja u qiegħedin nirrassenjaw

ruħna anke għal xi katastrofi li tista’ tiġri.

Ġesù llum, b’dawn it-tlett parabboli qosra, ikompli jistedinna biex nagħmlu l-

għassa għal xi ġrajja misterjuża. Dan l-istess Vanġelu jibda bil-kliem ta’ kuraġġ

“Le merħla ċkejkna, tibżgħu xejn għax missierkom għoġbu jagħtikom is-

Saltna!” (Lq 12:32). Din hi l-ġrajja misterjuża li għad trid tiġi fuq l-umanita. Ma

tixbaħ xejn lil xi katastrofi terroristika, jew xi rebħa tal-għedewwa tal-bnedmin

kif iħabbru ħafna setet. Din il-ġrajja tikkonsisti fil-wasla tal-imħabba misterjuża

u provvidenti t’Alla li għalkemm ma narawhiex hija rejali, li taslilna permezz ta’

Ġesù u tinvolvi r-rejalta u l-bnedmin li jgħixu fiha biex twassalhom għaddestinazzjoni

inevitabbli dik tal-fidwa u l-qawmien mill-mewt.

22 SIGNUM FIDEI

Din is-saltna t’Alla qiegħda magħna, tgħix magħna, ssir aħna jgħidilna Ġesù.

Il-bniedem modern jaħseb li dan ma jistax ikun; iddiżappuntat kif inhu mit-tiġrif

tal-ħolm u t-tamiet tiegħu u mit-tifrik li baqa’ mill-idejoloġiji. Il-bniedem li

jagħraf il-ħażen tiegħu imma tilef il-ħeġġa biex jegħlbu għax ma jafx kif se

joħroġ minnu.

Propju lil dan il-bniedem ta’ żmienna Ġesù jistiednu jishar: x’jiġifieri? Jiġfieri

ma norqdux, ma nistordux lil kuxjenza, lil moħħna u lil qalbna bl-illużjoni li

nistgħu negħlbu il-biża’ tad-dalma interjuri, ifisser għal min jemmen li nħallu l-

lampa tat-tama mixgħula, għax kif jgħidilna Ernesto Balducci, “jekk it-tama

mingħajr il-fidi hi mejta, il-fidi mingħajr it-tama hi għamja.”

Ifisser li ma nħallux li jitteħdulna l-isbaħ affarijiet tal-ħajja u tal-fidi filwaqt li

noqgħodu attenti ħafna għax il-ħallelin ma jagħmlux avviżi u meta nintebħu li

ħemm toqba fil-ħajt diġa jkun tard wisq.

Fuq kollox ifisser li niftakru li aħna biss amministraturi u jeħtieġ inkunu fidili

ubbidjenti biex nifhmu r-rieda tal-Mulej. Dak li jeħtiġilna nagħmlu hu li nżommu

t-tama tagħna ħajja biex il-Mulej ikun jista jsejħilna “imberkin”.

Minn La Realta e’ Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 38, silta mit-2 parti

In the Gospel Jesus Christ gives two reasons for the efficacy of prayer. The first is

the faith and confidence we have in praying. Whatsoever you ask in prayer with faith,

says Jesus Christ, you will receive. He says all whatsoever, and he makes no

exceptions. Would anyone believe that faith would have such an effect that we would

obtain infallibly whatever we ask of God, if the Son of God, who is Truth, had not

assured us of this?...

Be convinced, then, that God is ready to refuse you nothing that you ask of him with

faith and confidence in his goodness.

Missierna ...

TALBA

Missier ħanin,

l-imħabba tiegħek tilqa’ lil kulħadd

u bil-qawwa tal-qawmien ta’ ibnek,

inti ssejħilna lejn id-dawl sabiħ tiegħek.

Keċċi d-dlam li ninsabu fih

u agħmilna poplu

b’qalb waħda u leħen wieħed,

biex infaħħruk bil-kant tagħna għal dejjem,

f’Ġesù Kristu Sidna,

Ammen.

“The Glenstal”, book of daily prayer

SIGNUM FIDEI 23

It-Tnejn, 12 ta’ Awwissu

Santa Ġovanna Franġiska de Chantal - verġni

Santa Feliċissima - martri

Beatu Isidor Bakanja - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Dewteronomju 10: 12-22 Aħtnu mela qlubkom. Ħobbu ’l-barrani, għax

intom barranin kontu.

2. Salm 147:12-15,19,20 Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej.

3. Mattew 17 : 22-27 Joqtluh, u fit-tielet jum iqum. Is-sudditi meħlusa

mit-taxxa.

SANTA GIOVANNA FRANĠISKA FREMOIT DE CHANTAL (1572-1641)

Twieldet fil-Belt ta’ Dijon fit-28 ta’ Jannar 1572. Missierha kien il-President tal-

Parlament tal-Burgundie, Benigne Fremyot. Ta’ 20 sena, iżżewġet lil

Christopher de Rabutin, Baruni de Chantal, u kellhom sebat itfal, li tlieta

minnhom però mietu trabi.

Wara disa’ snin, il-Baruni miet wara li sparaw fuqu aċċidentalment. Wara tliet

snin li romlot, wasal Dijon San Franġisk de Sales biex jipprietka l-Kwareżimal,

u l-Barunissa għażlitu bħala d-direttur spritwali tagħha.

Tħajret tidħol Karmelitana, imma San Franġisk talabha biex flimkien miegħu

twaqqaf ordni ġdid ta’ sorijiet klawstrali, dak tal-Viżitazzjoni.

Kien nhar il-festa tas-Ssma. Trinità, tas-sena 1610, li fil-belt ta’ Annecy,

Giovanna-Franġiska, għamlet il-vestizzjoni flimkien ma’ tliet sorijiet oħra. Imma

ma damux ma daħlu oħrajn u l-fundatriċi rnexxielha tiftaħ kunventi f’Lyons,

Moulins, Grenoble, Bourges u Pariġi, fejn id-direttur spiritwali kien San Vinċenz

de Paul.

Fl-1622 miet San Franġisk de Sales u ħames snin wara miet binha Celse-

Benigne fil-battalja kontra l-Ingliżi, u ħalla tarbija ta’ inqas minn sena, waqt li

kellu biss 31 sena, u fl-1632 mietet ukoll martu.

Fis-snin 1635-1636, żaret il-65 kunvent tal-Ordni, u fl-1641 marret Pariġi, fejn

ġiet milqugħa mir-Reġina Anna tal-Awstrija. Waqt li kienet sejra lura Annecy,

mardet gravament, u mietet fil-kunvent ta’ Moulins fit-13 ta’ Diċembru 1641, fletà

ta’ 69 sena.

Dakinhar ħalliet 86 kunvent tal-Viżitazzjoni. Il-ġisem tagħha ttieħed Annecy u

ndifen ħdejn dak ta’ San Franġisk de Sales, fil-Bażilika tal-Viżitazzjoni, fejn

għadu meqjum sal-lum. Il-Papa Klement XIII ikkanonizzaha fis-16 ta’ Lulju

1767.

Il-qaddisa sofriet għal żmien twil minn aridita spiritwali u taħbit kbir ieħor.

Megħjuna però minn ħuha l-Arċisqof ta’ Bourges, u fuq kollox minn San

24 SIGNUM FIDEI

Franġisk de Sales, li kiteb l-opra tiegħu famuża “Dwar l-Imħabba t’Alla” għaliha

u għas-sorijiet tagħha, minkejja li fehmet li kellha tkun martri bla ma xxerred

demmha, ħarġet rebbieħa, u żgur li ma żbaljax San Vinċenz de Paul meta qal li

kienet waħda mill-iktar bnedmin qaddisa li qatt ra.

Riflessjoni:

Fejn qed infittxu lil Ġesù ta’ Nazzarett? Fost il-mejtin? Ma għadux hawn. Aħna wkoll

ħafna drabi nfittxu lil Ġesù ta’ Nazzarett fost il-mejtin u ma mmorrux infittxuh fis-

Sagrament tal-Ewkaristija, fit-tabernaklu jew waqt xi adorazzjoni. Ġesù kien kapaċi

jneħħi kull ġebla tal-qabar tiegħu. Huwa mar biex iħejji post għalina? Għaliex

nemmnu fil-qabar aktar mill-qawmien? “Mitt Minuta mal-Mulej”, Fr. Charles Fenech O.P.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 46, silta mill-1 punt

Adore this sacred mystery, which is entirely above our senses and even above our

reason. The angels and the saints pay it their homage without ever being able to

understand it fully. Be content to honor it with them, acknowledging in mind and

heart your nothingness before this mystery. Declare that all you can say of it, all you

can conceive of it, is that it is the mystery of one God in three Persons, the Father,

the Son, and the Holy Spirit.

This is the object of the Church’s most profound veneration in heaven as well as on

earth. In the presence of this ineffable mystery, every knee must bend in heaven, on

earth, and in hell. You too must declare with all the heavenly spirits that Holy, Holy,

Holy is the Lord God almighty and that the whole world is filled with his glory and

majesty.

For it is he who deserves all glory; to him alone it belongs, because he is the only

One who exists of and by himself.

Missierna ...

TALBA

Mulej,

jekk ninqata’ mill-poplu,

jew niżola ruħi

mill-bżonnijiet tal-oħrajn,

wissini b’dak li qed nagħmel.

Iftaħli għajnejja biex nagħraf dak li jgħaqqad ’il-poplu

u mhux dak li jifred.

Urini kif nibni pontijiet bejn il-bnedmin

U mhux ħitan li jifirduhom.

Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson

SIGNUM FIDEI 25

It-Tlieta, 13 ta’ Awwissu

San Ponzjanu - papa u San Ippolitu - presbiteru u martri

San Benild Romançon – Frère ta’ De La Salle

Beatu Mark minn Aviano - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Dewteronomju 31: 1-8 Agħmel il-ħila u qawwi qalbek, għax int

Ġożwé iddaħħal lil dan il-poplu fl-art

imwiegħda.

2. Salm Dewteronomju 32: 3-4a,7-9 u 12 Sehem il-Mulej baqa’ l-poplu tiegħu.

3. Mattew 18: 1-5,10,12-14 Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed

minn dawn iż-żgħar.

SAN BENILD - Brother ta’ S. Ġwann Battista De La Salle (1805 - 1862)

Kien jismu Pierre qabel ma daħal Brother ta’ De La Salle. Twieled fl-14 ta’

Ġunju, 1805. Il-familja kienet tgħix mix-xogħol tar-raba’. Ommu rawmet fih

devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u lejn il-Madonna. Ta’ 12-il sena għamel l-

Ewwel Tqarbina.

Ta’ 14-il sena talab biex jidħol Brother. Missieru heddu li jnaqqaslu sehmu talwirt

jekk jitlaq id-dar. Fl-1820, irċieva l-barka ta’ missieru u beda n-novizzjat.

Wara sena ta’ formazzjoni, ġie mibgħut jgħallem u wara sentejn ġie mitlub

jgħallem fi skola oħra. Brother Benild kellu jiffaċja tfal li kienu vjolenti, vandali u

mimlijin qilla.

It-tagħlim tal-Katekiżmu kien is-suġġett preferit tiegħu. Kien fl-1841 meta San

Benild ġie mibgħut fir-raħal ta’ Saugues. Baqa’ hawnhekk sakemm miet fl-

1862.

Minbarra li kien il-kap tal-iskola, kien ukoll is-Superjur tal-Komunità. Speċjalità

tiegħu kienet it-tħejjija tat-tfal biex jirċievu ’l Ġesù Sagramentat fl-Ewwel

Tqarbina. Id-devozzjoni li nissel fil-qlub ta’ kulħadd lejn l-Ewkaristija u lejn il-

Madonna wettqu mirakli fl-erwieħ.

Fl-20 sena li dam f’Saugues, aktar minn 265 vokazzjoni għas-Saċerdozju u

għall-ħajja Reliġjuża stqarrew li kienu jafu l-vokazzjoni tagħhom wara Alla lill-

Brother Benild.

Miet fit-13 ta’ Awwissu 1862 b’kankru fil-fwied meta kellu 57 sena.

Pawlu VI ddikjarah qaddis fl-1967. Skola tal-Frères f’Tas-Sliema hija ddedikata

lil San Benild.

Riflessjoni:

Brother Benild ma għamel xejn straordinarju f’ħajtu imma għex il-ħajja ta’ kuljum bi

mħabba kbira lejn l-erwieħ, imma bi Spirtu ta’ Fidi qawwi. Dan kien li għamlu qaddis.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 194, silta mit-2 punt

26 SIGNUM FIDEI

Those who have dedicated themselves to instruct them must devote themselves

especially to bring them up in the Christian spirit, which gives children the wisdom of

God, which none of the princes of this world has known. It is completely opposed to

the spirit and wisdom of the world, for which you must inspire children with a great

horror, because it serves as a cloak for sin. Children cannot be too much separated

from such a great evil, for this alone can make them displeasing to God.

Let this be your primary concern, then, and the first effect of your vigilance in your

work: to be ever attentive to your students to forestall any action that is bad or even

the least bit improper. Help them avoid anything that has the slightest appearance of

sin.

Missierna ...

TALBA

O Alla, int għażilt lil

San Benild biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ;

qajjem fil-Knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel,

li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ,

sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna,

li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu,

għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

L-Erbgħa, 14 ta’ Awwissu

San Massimiljanu Kolbe

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Dewteronomju 34:1-12 Mosè miet fl-art ta’ Moab. Qatt iżjed ma deher f’Iżrael

profeta bħal Mosè.

2. Salm 65:1-3a,5,16,17 Imbierek Alla: hu li jżommna fost il-ħajjin.

3. Mattew 18: 15-20 Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk.

SIGNUM FIDEI 27

Illum l-Vġili tal-Festa ta’ Santa Marija

mtellgħa s-sema bir-Ruħ u bil-Ġisem.

SAN MASSIMILJANU-MARIJA KOLBE (1894-1941)

Raymond Kolbe twieled fi Zdunska-Wola, qrib Lodz, f’dik il-parti tal-Polonja tal-

Lvant li allura kienet tagħmel parti mill-Imperu Russu, nhar l-Epifanija, 6 ta’

Jannar, 1894.

Missieru u ommu kienu Terzjarji Franġiskani u spiċċaw it-tnejn reliġjużi, ilmissier

mal-Benedittini, u l-omm mas-Sorijiet Feliċjani tal-Beatu Kappuċċin

Onorato Kozminski.

Bħal ħuh Ġużeppi (patri Alfons), Raymond daħal mal-Patrijiet Franġiskani

Minuri Konventwali, bl-isem ta’ Massimiljanu.

Studja Ruma fil-kulleġġ tal-Ordni tiegħu u fl-Università Gregorjana, marad bittiżi,

u kellu jibqa’ b’pulmun wieħed, imma mqar qabel sar saċerdot kien waqqaf

fl-1917, il-Milizzja tal-Immakulata.

Ordnat saċerdot fl-1918, fil-knisja ta’ San Andrea delle Valle, tal-Patrijiet

Teatini, qaddes l-ewwel quddiesa fil-knisja ta’ San Andrea delle Fratte, tal-

Patrijiet Minimi fl-altar tal-Madonna “Tal-Miraklu”.

Tul l-ewwel gwerra dinjija, minħabba li kien sudditu tar-Russja, kellu jgħaddi xi

żmien fil-kunvent ta’ San Marino.

Lura fil-Polonja, ħareġ Il-Kavallier tal-Immakulata, rivista Marjana li laħqet ilmiljun

kopja, u fl-1927,waqqaf, daqs 25 mil bogħod minn Varsavja, il-Belt tal-

Immakulata, Niepokalanow, li laħqet it-800 reliġjuż, u kienet għalhekk l-ikbar

komunità fid-dinja Kattolika.

Fl-1930, mar missjunarju fil-Ġappun, fejn ħareġ ukoll Il-Kavallier tal-

Immakulata, bil-Ġappuniż, u waqqaf ukoll Il-Belt tal-Immakulata, Mugenzaj-Nosono,

qrib il-belt ta’ Nagasaki.

Lura fil-Polonja fl-1936, reġa’ nħatar Gwardjan ta’ Niepokalanow, imma fl-1941,

arrestat għat-tieni darba min-Nazisti, sab ruħu fil-kamp tal-konċentrament ta’

Auschwitz fejn għax kien saċerdot sofra l-eħrex moħqrija.

Miet għax offra ħajtu flok missier ta’ familja, Franġisk Gajownieczek (li dan miet

f’Marzu 1995, kważi 54 sena wara) bil-ġuħ u bil-għatx, u fl-aħħar permezz talinjezzjoni

fis-siegħa nieqes għaxra tal-14 t’Awwissu, 1941, fl-età ta’ 47 sena.

Il-Madonna li kienet wegħditu l-kuruna bajda tal-verġinità u l-oħra ħamra talmartirju,

tathomlu lejlet s-Solennità tal-Assunzjoni tagħha fis-sema.

Kien l-ewwel beatu ta’ Auschwitz, it-tieni hija l-Karmelitana Skalza, Beneditta

tas-Salib (Edith Stein), u t-tieni qaddis ikkanonizzat minn Ġwanni Pawlu II, u

ġie ikkanonizzat fl-10 t’Ottubru 1982.

Hu patrun tal-Provinċja Ġappuniża tal-Franġiskani Konventwali, u ċertament

wieħed mill-aqwa martri ta’ żminijietna.

28 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: San Massimiljanu Kolbe fuq il-Madonna:

M’għandniex nibżgħu li lill-Imakulata sejrin inħobbuha żżejjed. Qatt ma naslu biex

inħobuuha daqskemm ħabbha Ġesù. Il-qdusija tagħna kollha qiegħda filli nimitaw

’il Ġesù.

Alla hu mħabba. Għalhekk, hu ried joħloq persuna li fiha jiġbor il-ħniena kollha

tiegħu. L-Immakulata hi l-persuna li tiġbor fiha l-ħniena kollha ta’ Alla lejn ilbnedmin.

Min jitbiegħed mill-Madonna ma jsalvax ruħu.

Mingħajr omm ma jistax ikun hemm ħajja. Il-ħajja tar-ruħ ukoll għandha l-omm

tagħha. Hemm l-omm ta’ kull grazzja ta’ Alla.

Min jersaq lejn Marija, ikun qed jersaq lejn Alla. Hu jkun qed jersaq lejh billi

jgħaddi mit-triq l-aktar żgura u l-aktar ħafifa.

Qaddisa Omm Immakulata, bil-għajnuna tiegħek weħidha, aħna jkollna l-ħila

nagħmlu ħafna. Fejn tkun tinsab int biss, bil-grazzja tiegħek, il-bnedmin jistgħu

jikkonvertu u jitqaddsu. Fejn tkun qiegħda int biss, tista’ tinbena s-saltna ħelwa

tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Ħobbu ’l-Immakulata u hi tagħmilkom hienja.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 155, silta mit-3 punt

The only thanks you ought to expect for instructing children, especially the poor, is

injury, insult, calumny, persecution, and even death. This is the recompense of

saints and apostolic people, as it was for our Lord Jesus Christ. Do not expect

anything else if you have God in view in the ministry he entrusted to you. This is also

what ought to encourage you to work at it with all the more affection, and this will

give you the way to do more good. The more faithful you are to God on occasions of

suffering, the more God will pour out his graces and blessings on you in the exercise

of your ministry.

Missierna ...

TALBA

Infaħħruk flimkien u ngħidulek

għażiża kewkba tal-baħar, Marija,

imbierka inti fost in-nisa,

u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

SIGNUM FIDEI 29

Il-Ħamis, 15 ta’ Awwissu

Is-Solennità tal-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Apokalissi 11, 19a; 12, 1-6.10 Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha.

2. Salm 44, 10bc.11-12ab.16 F’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir.

3. 1 Korintin 15, 20-26 L-ewwel, Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu.

4. Luqa 1, 39-56 Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar: għolla

ċ-ċkejknin.

IS-SOLENNITÀ TAL-ASSUNZJONI TA’ MARIJA SSMA.

Sa mill-qedem l-insara emmnu li Marija wara mewtha, ġiet irxuxtata minn

Kristu u mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.

Kien hemm ukoll xi ftit teoloġi li qalu li Marija ma mietet xejn imma ġiet

imtellgħa s-sema mingħajr ma daqet il-mewt. Imma dawn kienu ftit.

Fost dutturi kbar li ddefendew din il-verità nsemmu lil San Ġwann Damaxxenu,

San Ġermanu, Patrijarka ta’ Kostantinopoli, Sant’Antnin ta’ Padova,

Sant’Albertu Magnu, San Pietru Kanisju u San Lawrenz minn Brindisi.

Fl-1 ta’ Novembru 1950, fil-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Papa Piju XII mar

jiddikjara din il-verità bħala Domma tal-Fidi.

Minħabba l-fatt li l-Mulej tnissel f’Marija u twieled minnha, ma kienx ikun xieraq

li l-ġisem tagħha, Verġni Immakulata, jara t-taħsir tal-qabar.

Ma ninsewx fl-aħħarnett li Marija Assunta hija l-Patruna Prinċipali ta’ Malta u

Għawdex. Barra minn hekk hija wkoll il-Patruna ta’ Franza, tal-Paragwaj (li l-

kapitali tagħha jisimha Asuncion, għall-Assunta), tal-Ġamajka, tal-Afrika t’Isfel

u ta’ New Caledonia.

Il-knejjes taċ-Ċisterċensi, skont ix-xewqa ta’ San Bernard, huma l-biċċa l-kbira

ddedikati lill-Assunta, kif huma wkoll il-katidrali kollha.

Riflessjoni: Marija hija t-tama, l-fidi u l-imħabba:

Marija hi kbira proprju għaliex ma tridx tkabbar lilha nnifisha, iżda ’l Alla. Hija umli u

ma tridx tkun ħaġa oħra ħlief qaddejja tal-Mulej (ara Lq. 1:38,48). Hija taf li tista’

tagħti sehemha għas-salvazzjoni tad-dinja mhux billi twettaq xi ħidma tagħha, iżda

biss billi proprju tiddedika lilha nnifisha għall-inizjattivi ta’ Alla. Hija mara ta’ TAMA:

biss billi temmen fil-wegħdiet ta’ Alla u tistenna s-salvazzjoni ta’ Iżrael, l-anġlu jista’

jiġi għandha u jsejħilha għas-servizz deċiżiv ta’ dawn il-wegħdiet. Hija mara ta’ FIDI:

“Hienja dik li emmnet” (Lq.1:45) qaltilha Eliżabetta. Dak il-Magnificat – biex ngħidu

hekk, ritratt ta’ ruħha – huwa kollu minsuġ bi ħjut mill-Kotba Mqaddsa, bi ħjut mill-

Kelma ta’ Alla. Hekk hija tidher kemm tassew kienet midħla tal-Kelma ta’ Alla, toħroġ

u tidħol fiha bil-ħeffa. Hija titkellem u taħseb bil-Kelma ta’ Alla; il-Kelma ta’ Alla ssir il-

30 SIGNUM FIDEI

kelma tagħha u l-kelma tagħha toħroġ mill-Kelma ta’ Alla. Barra dan, jidher li

ħsibijietha jixbhu l-ħsibijiet ta’ Alla, ir-rieda tagħha hija ħaġa waħda mar-rieda ta’ Alla.

Billi hija kienet mimlija għal kollox bil-Kelma ta’ Alla hija tista’ ssir Omm il-Kelma li

saret bniedem. Fl-aħħar Marija hija mara li TĦOBB. Kif jista’ jkun mod ieħor?

Ċertament hija li temmen kif ukoll taħseb bil-fidi skont il-ħsibijiet ta’ Alla u trid skont

ir-rieda ta’ Alla, hija ma tistax tkun ħlief mara li tħobb ... Marija, Verġni u Omm, turina

x’inhi l-imħabba u minn fejn tieħu l-bidu tagħha, il-qawwa tagħha li tiġġedded bla

waqfien.

Desu Caritas Est: Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 156, it-2 punt

The Most Blessed Virgin did not remain in the tomb for long; a few days after her

death, she rose. It was quite proper that God granted her such a favor, for without

doubt it would not have been fitting that the flesh from which the flesh of Jesus Christ

came would suffer corruption. It was, moreover, worthy of God’s goodness that the

very special purity of the Most Blessed Virgin would be rewarded by so great a favor.

How, O my God, could you have allowed that the body of the Most Blessed Virgin,

which had been the tabernacle of your Incarnate Word, the Temple of the Holy Spirit,

and the sacred ark of a soul filled with your grace, would be for a long time

separated from that soul and not be honored even after death with all the favors it

could possibly receive?

The special grace we ought to ask of the Most Blessed Virgin on this day is to be

removed and to be freed from the corruption of the world and especially to have

great purity, which is the true incorruptibility that we ought to procure for our body.

Because the Most Blessed Virgin possessed this virtue in all its perfection, she can

help us very much to preserve it.

Missierna ...

TALBA

“Qaddisa Marija, Omm Alla,

inti tajt lid-dinja d-dawl veru,

Ġesù, ibnek – iben Alla.

Inti tajt lilek innifsek lil

Alla li sejjaħlek

u hekk sirt għajn

ta’ tjieba li toħroġ minnu.

Urina ’l Ġesù. Mexxina lejh.

Għallimna nsiru nafuh u nħobbuh,

biex aħna wkoll ikollna l-ħila

nimtlew bi mħabba vera,

kif ukoll insiru għejun ta’ ilma ħaj

f’nofs dinja bil-għatx.”

Papa Benedittu XVI

SIGNUM FIDEI 31

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Awwissu

San Stiefnu tal-Ungerija

Santu Rokku - konfessur

Beata Marija Sagrario ta’ San Alwiġi Gonzaga - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Ġożwe 24; 1-13 Jiena ħadt lil missierkom Abraham minnaħa

l-oħra tax-xmara; u mbagħad ħriġtkom

mill-Eġittu, u tajtkom l-art.

2. Salm 135; 1-3.16-18.21-22 u 24 Għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

3. Mattew 19; 3-12 Kien minħabba l-ebusija ta’ qalbkom li Mosè

takom il-permess tibagħtu n-nisa tagħkom.

Iżda ma kienx hekk mill-bidu.

Mill-Istorja ta’ l-Istitut

1683: Bl-approvazzjoni tal-Arċisqof, Ġwanni formalment jirreżenja mill-pożizzjoni ta’

Kanonku tal-Katidral ta’ Rheims, u flimkien mal-Brothers ikanta it-“Te Deum”.

SAN STIEFNU, RE TAL-UNGERIJA (970-1038)

San Stiefnu, iben Geza, ir-raba’ duka tal-poplu Maġjar (illum insejħulhom

Ungeriżi).

Ommu kienet prinċipessa nisranija u rċieva edukazzjoni nisranija. Hu

tgħammed, flimkien ma’ missieru, fis-sena 985, meta kellu xi 15-il sena, mill-

Arċisqof San Adalbert ta’ Praga, li kien qarib t’ommu. Dakinhar li tgħammed ħa

l-isem ta’ Stiefnu.

Lejn is-sena 995, iżżewweġ lit-twajba prinċipessa Ġisella tal-Bavarja, oħt ilfutur

Imperatur San Neriku II.

Daqs sentejn wara ħa f’idejh it-tmexxija tal-poplu Maġjar. L-ewwel objettiv ta’

Stiefnu kien li joħloq l-unità politika u reliġjuża billi jwaqqaf Ungerija kompatta,

taħt it-tmexxija tal-fidi nisranija.

Għal dan il-għan, Stiefnu nqeda b’missjunarji barranin b’mod partikolari bil-

Benedittini Ċisterċensi li waqqfu diversi abbaziji.

Fil-Milied tas-sena 1001, Stiefnu kien ikkonsagrat bħala l-ewwel sultan tal-

Ungerija u rċieva dan it-titlu mingħand il-Papa Silvestru II u kien inkurunat bilkuruna

li bagħtlu dan l-istess Papa, li wkoll tah it-titluta’ “re appostoliku”. Din ilkuruna

saret famuża u għadha miżmuma b’għożża mill-poplu Ungeriż sal-lum.

Dakinhar tal-inkoronazzjoni tiegħu, ir-Re poġġa l-Ungerija taħt il-protezzjoni tal-

Verġni Marija.

Ftit żmien wara, ir-re qasam il-pajjiż f’żewġ arċiveskovati, kull waħda minnhom

terġa’ maqsuma f’erba’ djoċesijiet, bi knisja parrokkjali kull għaxar villaġġi, u

ħareġ leġislazzjoni ispirata mill-ispirtu tal-evanġelju.

32 SIGNUM FIDEI

Stiefnu nnifsu ta eżempji ta’ karitajiet bla limiti. Jingħadu ħafna stejjer dwar

dan, fosthom il-ġrajja meta mar biex iqassam il-karità lit-tallaba wara li kien

biddel ħwejġu biex ma jingħarafx, u ġie mitfugħ fl-art b’daqqa ta’ ponn u

serqulu l-borża bil-flus li kellu.

Stiefnu saltan għal 40 sena u miet fil-15 ta’ Awwissu 1038, fl-età ta’ madwar 68

sena.

Idu l-leminija baqgħet inkorrotta u hi miżmuma b’għożża kbira bħala l-aqwa

relikwja tal-Ungerija li tqimu bħala l-akbar qaddis u eroj tal-pajjiż.

Riflessjoni:

Waħda mill-aktar affarijiet li ddgħajjef il-bniedem hi meta wieħed jaqa’ fir-rutina ...

Meta nidraw id-don tal-fidi, il-ħajja Nisranija ssir rutina li ma tagħtix tifsira lill-ħajja, ma

tibqax tikber. Il-vizzju jwaqqaf kollox, isir bħal kallu li jikkalzra lill-qalb, u b’hekk nitilfu

l-kapaċità li ‘nidhru sewwa’ u nirrispondu.

Papa Franġisku, Omelija 17 ta’ Frar, 2010 meta kien għadu Kardinal jgħix fi Buenos Aires

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Explanation of the Method of Interior Prayer

We may consider God as being present in a church because it is the house of God,

(Ps 93:5) as our Lord says in Saint Matthew, My house shall be a house of prayer.

(Matt 21:13) ... the church is the house of God, according to the testimony of our

Lord. It is there that God wishes Christians to assemble to adore God and to pay

homage; consequently, they must have great respect for it and show this by

their decorum,

their silence,

their external piety, and

their bearing.

Missierna ...

TALBA

Inti, imsejken bniedem,

erħi ftit it-taħbit tiegħek,

inqata’ mill-ħsibijiet imħawda tiegħek.

Biegħed minnek it-tħassib li qiegħed itaqqlek,

ħallik għal ftit mix-xogħol li qiegħed

jeħodlok rasek.

Ieqaf kemm kemm fuq Alla,

u strieħ daqsxejn fiH.

Talba ta’ Sant’Anselm

SIGNUM FIDEI 33

Is-Sibt, 17 ta’ Awwissu

Beatu Anġlu Wistin Mazzinghi - presbiteru

Santa Kjara ta’ Montefalco - verġni

San Ġjaċint tal-Polonja - presbiteru

Santa Beatrice de Silva - verġni

Santa Beatrice de Silva - fundatriċi tal-kongregazzjoni tal-Konċezzjonisti u verġni

L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Ġożwe 24, 14-29 Agħżlu llum lil min tridu taqdu.

2. Salm 15 ; 1-2a u 5.7-8.11 Mulej, inti s-sehem ta’ wirti.

3. Mattew 19 ; 13-15 Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, għax ta’ min hu

bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

SANTA ĠIOVANNA DELANOUE (1666-1736)

Din il-qaddisa, li ġiet ikkanonizzata fil-31 ta’ Ottubru 1982, hija l-fundatriċi tassorijiet

ta’ Santa Anna tal-Providenza ta’ Saumur biex jieħdu ħsieb il-fqar, ilmorda

u dawk li ħadd ma jagħti kashom.

Kienet l-iżgħar fost 12-il wild u ta’ 25 sena wirtet ħanut żgħir f’Saumur fi

Franza, li fih il-ġenituri tagħha kienu jservu l-ikel lill-pellegrini.

Flimkien ma’ neputija iżgħar minnha ħadet dan in-negozju. Hija bdiet tiftaħ ilħanut

il-Ħadd.

Ma baqgħetx tagħmel bħal ommha, tagħti karità lit-tallaba, u kienet tibgħat linneputija

tixtri x’jieklu eżattament qabel ħin l-ikel biex ma tigdibx meta kienet

tgħid lit-tallaba li ma kellha xejn.

Darba żammet għandha b’xejn lil mara xiħa li kienet tara l-viżjonijiet.

Din iż-żjara ħawdet tant lil Ġwanna spiritwalment li marret talbet parir lillqassis,

għalqet in-negozju l-Ħadd u bdiet tagħmel għemil ta’ penitenza. Meta l-

mara xiħa reġgħet ġiet għandha, Ġwanna għarfet li l-vokazzjoni tagħha ma

kinitx in-negozju iżda li taqdi ’l-foqra.

Hija tat l-aqwa libsa li kellha u Alla ħallasha b’esperjenza spiritwali li damet tlett

ijiem li fiha rat minn qabel il-kongregazzjoni tagħha.

Hija għalqet il-ħanut u għat-38 sena li ġew wara hija kienet aktar tagħti milli

tirċievi. Id-Dar tal-Providenza li bniet f’Saumur setgħet tilqa’ fiha 300 marid.

Riflessjoni: L-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-3 ktieb, kap. 5

Kemm hija sabiħa l-imħabba lejn Ġesù! Hi ġġiegħal lill-bniedem jagħmel ħwejjeġ

kbar li dejjem iżjed jitjieb. Hi tfittex li dejjem titgħolla ’l fuq, u l-ħwejjeġ tad-dinja ma

jżommuhiex marbuta ’l hawn isfel. Trid li tkun maħlula u mingħajr ebda ġibda lejn iddinja,

biex ġewwa qalbna d-dawl ma jiġix mikfus, u biex ma ssibx ruħha mfixkla filġid,

jew imnikkta fil-hemm. La fis-sema u la fl-art ma hemm ħaġa li fiha ħlewwa,

34 SIGNUM FIDEI

qawwa, għoli, kobor, hena, milja u ġid aktar mill-imħabba: għaliex l-imħabba hija

ġejja minn Alla, u l-mistrieħ tagħha ma tistax issibu ħlief f’Alla u mhux fil-ħwejjeġ

maħluqa.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 80, silta mit-2 punt

Your obligation to instruct children and to bring them up in the Christian spirit ought

to make you very diligent in prayer to obtain from God the graces you need to carry

out your work well and to draw down on you the light you need to know how to form

Jesus Christ in the hearts of the children entrusted to your guidance and how to give

them the spirit of God. Realize that being filled with God as much as you ought to be

in the state in which Providence has placed you obliges you to converse frequently

with God.

Missierna ...

TALBA

Meta Ġesù kien mgħammed

fix-xmara tal-Ġordan,

poġġa lilu nnifsu qalb midinba oħrajn

li riedu jerġgħu jibdew ħajja ġdida

u jgħixu ħajja aħjar.

F’dak il-mument, Missier,

Instema’ l-leħen tiegħek jgħid:

dan Ġesù ‘hu l-Iben maħbub tiegħek’

u l-Ispirtu s-Santu ġie fuqu.

Imlina bl-Ispirtu tiegħek,

biex nikbru fl-għarfien u l-fidi,

li aħna wkoll uliedek

li inti tant tħobb.

Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson

SIGNUM FIDEI 35

Il-Ħadd, 18 ta’ Awwissu

L-20 Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Ġeremija 38, 4-6.8-10 Wilditni bniedem ġellied, li għandu xi jgħid mal-pajjiż

kollu.

2. Salm 39; 2.3.4.18 Mulej, fittex għinni.

3. Lhud 12, 1-4 B’qalbna qawwija nibqgħu niġru t-triq tal-prova li

għandna quddiemna.

4. Luqa 12, 49-53 Ġejt inġib mhux il-paċi fid-dinja, imma l-firda.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Fil-Vanġelu tal-lum, San Luqa jpoġġilna tliet stqarrijiet qawwija ta’ Ġesù li

għandhom tifsira profonda tal-ħajja kollha ta’ Ġesù nnifsu. L-ewwel waħda hi

meta qal; “ Nar ġejt inqiegħed fuq l-art!” Dan in-nar hu l-istess Spirtu s-Santu li

huwa n-nar li jagħti l-ħajja, id-dawl, is-safa, il-ħeġġa u l-kuraġġ lill-bnedmin. L-

Ispirtu s-Santu kien in-nar li mela l-ħajja ta’ Ġesù, ħeġġeġ fih ir-rieda li jaqdi l-

missjoni li tah il-Missier u tah l-enerġija u s-saħħa biex iwettaqha sal-aħħar. L-

Ispirtu s-Santu għandu jkun ukoll ‘in-nar’ li jħeġġeġ u jagħti l-enerġija lid-dixxipli

ta’ Ġesù.

It-tieni stqarrija kienet; “Hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed.” Ġesù

kien jaf li fl-aħħar tal-missjoni tiegħu, hu kellu jxerred demmu fuq is-salib biex

jifdina. Bl-istess mod dawk id-dixxipli li jridu jagħtu xhieda ta’ Ġesù kien ser

ikollhom jiltaqgħu ma’ ħafna reżistenza, oppożizzjoni u tfixkil. Għaldaqstant iddixxplu

ta’ Ġesù għandu jħares ix-xhieda u ma jħallix din ix-xhieda titgħawweġ

jew tiddgħajjef.

It-tielet stqarrija kienet: “Taħsbu intom li ġejt biex inġib il-paċi fid-dinja? Le,

ngħidilkom, imma l-firda.” L-Ispirtu ta’ Ġesù ma jħalliniex kwieti, passivi,

nikkuntentaw bir-rutina jew nimxu mal-kurrent. Bil-kuntrarju, dan ser iġib ilfirda,

l-għażla bejn min hu ma’ Ġesù u min hu kontra. Min irid jimxi ma’ Ġesù u

min irid jimxi mal-kurrent. Dan ifisser li ta’ kuljum biex turi li inti ma’ Ġesù trid

tiġġieled battalja kontra l-kurrenti ta’ madwarna. Ma nistgħux ngħidu ħaġa u

nagħmlu oħra, bħalma kienu jagħmlu l-Kittieba u l-Fariżej. Ix-xhieda tad-dixxipli

u tal-Komunità Nisranija trid tkun, f’kull żmien, ċara u bla tlaqliq.

Irrifletti fuq il-ħajja tiegħek u ara jekk intix qed tgħix ħajja ta’ kontradizzjoni bilmod

kif qed tgħix il-fidi tiegħek. Lest li tiġġieled kontra tiegħek innifsek u kontra

l-kurrent?

36 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 121, l-1 punt

Saint Helena, mother of Emperor Constantine, had such great zeal for religion and

profound respect for the cross on which Jesus Christ was nailed that she traveled to

Jerusalem to try to recover this sacred wood. The great faith of this saint did not

allow her to grow discouraged in the face of the many difficulties she encountered in

the execution of her project. She took so much trouble that at last she found the true

cross and arranged to have it displayed for the veneration of the faithful.

It is not enough to adore the cross, says one Father of the Church; we must carry it.

Nor do we need to go very far looking for it. The cross, says the author of the

Imitation, is always ready wherever we are and wherever we might look: above,

below, outside, and within. On all sides, the same author says, you will find the

cross. Prepare today, then, to love the cross, because you will always have it.

Missierna ...

TALBA

O Alla,

ftakar fina u sawwar l-istorja tagħna,

dawwar il-ħarsa tagħna

biex naraw id-dell tas-salib tiegħek,

li fiż-żminijiet mqallba tal-lum,

jagħti l-ħajja.

F’ġieħ Kristu sidna

li miet għalina lkoll,

Ammen.

‘The Glenstal’ book of daily prayer

It-Tnejn, 19 ta’ Awwissu

San Ġwann Eudes – presbiteru

San Eżekjel Moreno y Diaz - isqof

Beatu Bernardu Tolomei - abbati

San Ludovik minn Toloża - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Mħallfin 2; 11-19 Il-Mulej kien iqajjem l-imħallfin, imma anqas

minnhom ma semgħu.

2. Salm105; 34-37.39-40.43-44 Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek.

3. Mattew 19; 16-22 Jekk trid tkun perfett, biegħ il-ġid li għandek, u

jkollok teżor fis-sema.

SIGNUM FIDEI 37

SAN EŻEKJEL MORENO Y DIAZ - isqof (1848-1906)

Twieled f’Alfaro Tarazona, fi Spanja, nhar id-9 t’April 1848. Ta’ 17-il sena

għamel il-professjoni reliġjuża fil-Kongregazzjoni Agostinjana tar-Recolletti.

Kien ordnat saċerdot f’Manila, fil-Gżejjer Filippini, fit-3 ta’ Ġunju 1871. Għadda

l-ewwel 15-il sena tas-saċerdozju tiegħu mimlijin tabilħaqq b’appostolat kollu

ħeġġa fil-Filippini.

Mill-1888 sa ftit xhur qabel ma miet wettaq kull xorta ta’ attività fil-Kolumbja:

irrestawra l-provinċja Agostinjana ta’ Candelaria; beda epoka ġdida

missjunarja, kien l-ewwel Vigarju Appostoliku ta’ Casanare u fl-1896 l-ewwel

isqof ta’ Pasto.

Ħadem kemm felaħ biex jiddefendi l-interessi ta’ Kristu tal-Knisja. Kien devot

kbir tal-Qalb ta’ Ġesù.

Il-qaddis miet fid-19 ta’ Awwissu 1906 fil-kunvent ta’ Monteacuto (Navarra,

Spanja) fejn kien għamel il-professjoni reliġjuża tiegħu u li tiegħu hu kien ukoll

is-superjur.

Kien iddikjarat beatu mill-Papa Pawlu VI fl-1 ta’ Novembru 1975; iddikjarat

qaddis fil-11 ta’ Ottubru 1992 f’Santo Domingo mill-Papa Ġwanni Pawlu II, li

ppreżentah lid-dinja bħala eżempju ta’ ragħaj u ta’ missjunarju fil-5 Ċentinarju

tal-Evanġelizzazzjoni tal-Amerika.

Riflessjoni:

Xi wħud minna huma pessimisti fil-ħajja. Jaraw biss l-ikrah. Is-sabiħ donnhom ma

jindunawx bih. Imaqdru, jikkritikaw, jilmentaw, igergru. Inisslu fihom id-dwejjaq, iktar

dwejjaq. U billi kulħadd jagħti minn dak li għandu, dawn inisslu d-dwejjaq

madwarhom, kull fejn ikunu, ma’ kull min ikunu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Virtù fuq il-modestja

Show cheerfulness on your countenance rather than sadness or any other illregulated

passion. When speaking, be mindful of modesty and of the edification that

you must give to your neighbor, both by your words and by your manner of speaking.

For this reason take care not to speak too much, too loud, or too fast; avoid making

signs or gestures with your head or with your hands.

Collection of Various Short Treatises

TALBA

Alla tiegħi,

inti għidt, li jekk jien nemmen fik iktar milli narak,

jien inkun aktar imbierek.

Għinni nemmen daqslikieku qed nara;

agħmel li tkun dejjem quddiemi

daqslikieku kont preżenti

f’sura ta’ ġisem uman.

Agħmel li dejjem inkun f’għaqda miegħek,

inti li tinsab moħbi, imma Alla ħaj. Ammen.

Kardinal John H.Newman

Missierna ...

38 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 20 ta’ Awwissu

San Bernard - abbati u duttur tal-knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Mħallfin 6; 11-24a Gidgħon jeħles lil Iżrael. Mhux jien bgħattek?

2. Salm 84; 9.11-12.13-14 Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu u l-ħbieb tiegħu.

3. Mattew 19, 23-30 Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed

għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.

SAN BERNARD TA’ CLAIRVAUX (1090-1153)

Twieled fi Franza, qrib il-belt ta’ Dijon fl-1090. Ta’ 22 sena, daħal flimkien ma’

30 żagħżugħ ieħor maċ-Ċisterċensi fil-kunvent ta’ Citeaux (bil-Latin Cistercium,

u għalhekk Ċisterċensi), 15-il sena biss wara l-bidu ta’ dan l-ordni, li filfatt huwa

riforma Benedittina, imwaqqfa minn San Robertu ta’ Molesmes.

Wara tliet snin, fl-1115, bagħtuh fil-monasteru ta’ Clairvaux, fejn laħaq abbati.

Il-qaddis tant kabbar l-ordni li jista’ jissejjaħ it-tieni fundatur tagħha.

Waqqaf difatti, mhux inqas minn 68 monasteru, ipprietka l-Kruċjata, iddefenda

bil-kitba u bil-predikazzjoni l-verità Kattolika kontra l-ereżiji u kien devot kbir tal-

Madonna.

Kellu, fi Clairvaux, mhux inqas minn 700 patri, u mill-kunvent ħareġ Papa, il-

Beatu Ewġenju III, bosta kardinali u isfqijiet, u mal-mewt ta’ San Bernard fl-

1153, iċ-Ċisterċensi kellhom 339 kunvent. Dixxiplu ġenwin ta’ San Stiefnu

Harding, kien is-surmast ta’ Pietro Peganelli, li minn Kanonku tal-Katidral ta’

Pisa daħal Ċisterċens bl-isem ta’ Bernard, abbati tat-Tre Fontane, u spiċċa

Papa bl-isem ta’ Ewġenju III. Kien jagħti l-pariri lill-Papiet, isqfijiet, slaten u

nies importanti oħra.

Ħalla kitba ta’ għerf u qdusija. Miet ta’ 63 sena fl-20 t’Awwissu 1153, fl-

Abbazija ta’ Clairvaux, assistit mill-patrijiet tiegħu, bħalma kien hu li fit-2 ta’

Novembru,1148, assista lil San Malakija, arċisqof ta’ Armagh fl-Irlanda. San

Bernard ġie kkanonizzat mill-Papa Alessandru III fl-1174, u ddikjarat Duttur tal-

Knisja, “Doctor Mellifluus” (id-duttur tal-għasel) mill-Papa Piju VIII, fl-1830.

Fil-Katidral ta’ Troyes, fi Franza, insibu fit-teżor, ir-relikwa insinji ta’ rasu, kif

ukoll xi relikwi ta’ ħabibu, San Malakija. Ta’ min isemmi wkoll li ħutu Vitus

(Guy), Ġerardu, Nivard u Umbelina huma wkoll beati.

Riflessjoni: L-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-3 ktieb, kap. 33

Aktar ma’ l-fehma tkun safja, mingħajr taħlit ta’ ħwejjeġ barranin, aktar wieħed jista’

jimxi fiż-żgur qalb it-taqlib tad-dinja. Imma bosta wħud għandhom għajnejhom

mgħammdin b’xi fehma oħra minni; issib min jieqaf, jogħxa fuq ħaġa li tagħtih gost;

għax rari biex issib qalb li fiha ma tidħol ebda xejn l-imħabba tagħha nfisha. Hekk fiż-

SIGNUM FIDEI 39

żmien ta’ ilu, il-Lhud marru f’Betanja għand Marta u Marija, mhux biss minħabba

f’Ġesù imma biex jaraw lil Lazzru wkoll.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 158, it-2 punt

This saint attained such great chastity and reached such a high degree of modesty

and self-control by means of a complete mortification of his senses that after

spending a year in the monastery of Citeaux, he did not know whether the dormitory

ceiling was made of stone or of wood. Likewise, after walking along the shore of a

lake all day long, he had not seen it. He was so mortified with regard to drink that he

once drank oil, believing that he was drinking water, and he had accustomed himself

to fasting and taking so little food that eating, as he says, had become a torture for

him. That is how this saint learned to die to himself and to become a perfect

religious, appearing no longer to have any use of his senses.

When will you be entirely detached from the pleasure you find in using your senses?

Detachment requires you to watch closely in order to be mortified in some way on

every occasion. Be faithful to this practice.

Missierna ...

TALBA

Għalhekk nirringrazzjawk Mulej,

talli għamiltna nies ta’ kwalità.

Nitolbuk li aħna wkoll nużaw ir-rigali tagħna sewwa

u ma nżommuhomx ġodda, imgeżwrin fil-karti,

għaliex rigal ikun qiegħed hemm għalxejn,

jekk ma jitgawdiex minn kulħadd.

Nirringrazzjawk li aħna nies ta’ kwalità

li għamlu jdejk.

Tkun imbierek għal dejjem!

Ammen.

Br. Nicholous Hutchinson

L-Erbgħa, 21 ta’ Awwissu

San Piju X - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Mħallfin 9: 6-15 Għedtu: Ħa jkollna re jsaltan fuqna. Iżda l-Mulej, Alla

tagħkom, hu s-sultan tagħkom.

2. Salm 20: 2-7 Mulej, bil-qawwa tiegħek jifraħ is-sultan!

3. Mattew 20: 1-16a Qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?

40 SIGNUM FIDEI

SAN PIJU X – Papa (1835-1914)

Ġużeppi Melchiore Sarto twieled f’Riese, fid-djoċesi ta’ Treviso, f’Venezja, l-

Italja, fit-2 ta’ Ġunju 1835, f’familja fqira ħafna. Kien it-tieni wieħed fost għaxar

ulied.

Daħal is-Seminarju ta’ Padova u ordna saċerdot fl-1858, fl-età ta’ 23 sena. Hu

għadda l-ewwel sbatax-il sena tas-saċerdozju tiegħu f’ħidma pastorali.

Fl-1875 ħatruh kanonku tal-Katidral ta’ Treviso u fl-1884 sar isqof ta’ Mantova.

Fl-1893, il-Papa Ljun XIII, ħatru kardinal u patrijarka ta’ Venezja. Fl-4

t’Awwissu 1903, il-Kardinal Sarto kien elett Papa u ħa l-isem ta’ Piju X. Ixxewqa

kbira tiegħu kienet li “jġedded kollox fi Kristu”.

Waħda mill-ewwel affarijiet li amar kienet li l-ebda setgħa ċivili m’għandha

tindaħal fl-elezzjoni tal-Papa u neħħa l-veto li kellhom xi pajjiżi; iddefenda s-

separazzjoni tal-Knisja mill-Istat, u dwar dan żamm sod speċjalment kontra l-

Gvern ta’ Franza; ħadem ħafna biex ineħħi l-moderniżmu mill-Knisja;

inkuraġġixxa l-qari ta’ kuljum tal-Bibbja u t-tqarbin spiss u jekk jista’ jkun

kuljum, speċjalment mit-tfal; irriforma l-mużika sagra, il-Liturġija, il-Brevjarju

Ruman, u beda l-kodifikazzjoni tal-Liġi Kanonika; irriforma l-kongregazzjonijiet

u l-qrati Rumani; fetaħ l-Istitut Bibliku; ta attenzjoni speċjali lill-istampa Kattolika

u lill-Azzjoni Kattolika; u ħadem ħafna għall-paċi meta d-dinja kienet f’xifer ta’

gwerra. L-Ewwel Gwerra Dinjija bdiet fl-4 t’Awwissu 1914 u l-Papa miet fl-20

t’Awwissu 1914.

Il-Papa Piju XII ikkanonizzah fl-1954. Kien l-ewwel Papa li ġie ddikjarat qaddis

mill-1672, mill-kanonizzazzjoni ta’ San Piju V.

Riflessjoni:

Hu minnu li Ġesù Kristu ta lil Pietru s-setgħa, imma, x’setgħa hi din? Wara l-

mistoqsija tripla li Ġesù jagħmel lil Pietru dwar l-imħabba, tasal ukoll l-istedina tripla:

irgħa l-ħrief tiegħi, irgħa n-nagħaġ tiegħi. Ma ninsew qatt li s-setgħa vera hi s-

servizz, u li anki l-Papa, biex iħaddem is-setgħa tiegħu, irid jidħol dejjem iżjed f’dak

is-servizz li għandu l-quċċata kollha dawl fuq is-Salib; irid iħares lejn is-servizz umli,

konkret u għani fil-fidi ta’ San Ġużepp. Bħalu jrid jiftaħ dirgħajh biex iħares lill-poplu

kollu ta’ Alla u jilqa’ għandu bl-imħabba u l-ħlewwa lill-bnedmin kollha, speċjalment l-

iżjed foqra, l-iżjed dgħajfa, l-iktar żgħar. Dawk li Mattew jiddeskrivi fil-ġudizzju finali

dwar l-imħabba: min hu bil-ġuħ, bil-għatx, barrani, għeri, marid, fil-ħabs (ara Mt.

25:31-46). Jaf ikun ħarries biss min iservi bl-imħabba!

Papa Franġisku, fl-ewwel omelija tiegħu fid-19 ta’ Marzu, 2013

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: The Requirements of Obedience

Obedience must, of necessity, include nine requirements. First, it must be Christian

and religious; second, it must be universal; third, it must be indifferent; fourth, it must

be exact and entire; fifth, it must be prompt; sixth, it must be blind; seventh, it must

be simple; eighth, it must be humble and respectful; ninth, it must be cordial and

affectionate. The first requirement refers to the motive that ought to prompt us to

obey; the following three refer chiefly to the person whom we obey; the fifth states

the exact time in which we are to obey; the last four express the manner in which we

are to obey.

Collection of Various Short Treatises

SIGNUM FIDEI 41

Missierna ...

TALBA

Glorjuż Papa tal-Ewkaristija, San Piju X,

int fittixt ‘li żżomm kollox fi Kristu’.

Aqlagħli l-imħabba vera ta’ Ġesù,

biex jien inkun nista’ ngħix fih.

Għinni nakkwista dak il-fervur ħaj u rieda sinċiera

biex naħdem għall-qdusija ta’ ħajti,

u li nżomm lili nnifsi dejjem dispost

għall-ġid tas-sagrifiċċju u s-sagrament tal-ewkaristija.

Bl-imħabba tiegħek lejn Marija,

l-omm u reġina tagħna,

ħeġġiġli qalbi b’dik id-devozzjoni ħanina lejha.

Ammen.

San Piju X, itlob għalina.

Il-Ħamis, 22 ta’ Awwissu

Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Mħalfin 11: 29-39a Min joħroġ jilqagħni l-ewwel minn bieb dari, ikun tal-

Mulej u noffrihulu b’sagrifiċċju.

2. Salm 39 : 5,7,8a.8b-9.10 Hawn jien, ġej biex nagħmel ir-rieda tiegħek.

3. Mattew 22: 1-14 Sejħu għall-festa lil kull min issibu.

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA REĠINA

Wara l-festa tat-Tlugħ tal-Verġni Mqaddsa Marija fis-Sema, fil-15 ta’ Awwissu,

huwa xieraq li jiġi wkoll iċċelebrat il-post tagħha fost l-anġli u l-qaddisin bħala r-

reġina tas-sema u tal-art.

Fil-11 ta’ Ottubru 1954, il-Papa Piju XII, bl-enċiklika tiegħu “Ad Coeli Regina”,

waqqaf il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Reġina, u ddikjara li għandha tiġi

ċċelebrata mal-Knisja kollha, fil-31 ta’ Mejju, ta’ kull sena.

Il-festa twaqqfet b’tifkira tas-Sena Marjana li l-istess Papa kien nieda blenċiklika

“Fulgens Corona”, fl-okkażjoni ta’ għeluq iċ-ċentinarju tad-definizzjoni

tad-domma tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija.

Wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa ġiet trasferita għat-22 ta’ Awwissu, nhar l-

ottava tat-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-Sema, biex hekk tkun tidher aħjar ir-rabta

bejn ir-regalità tal-Verġni Marija u t-tlugħ tagħha fis-sema.

Sa mill-ewwel sekli tal-Knisja, l-Insara emmnu li l-Verġni Mqaddsa hija reġina.

Hi ġabet fid-dinja iben li sa mill-mument tat-tnissil tiegħu, minħabba l-għaqda

42 SIGNUM FIDEI

ipostatika tan-natura umana ma’ dik divina, ukoll bħala bniedem, kien sultan u

Mulej ta’ kollox. Għalhekk kien tassew xieraq li l-Knisja twaqqaf din il-festa

biex tqim lill-Verġni Marija bit-titolu ta’ ‘Reġina’.

Riflessjoni:

Miż-żminijiet l-aktar bikrija tal-Knisja Kattolika, il-poplu Nisrani, kemm fiż-żmien ta’

rebħa u aktar u aktar fiż-żminijiet ta’ kriżi, poġġa talb ta’ suppliki u innijiet ta’ tifħir u

venerazzjoni lir-Reġina tas-Sema. U dik it-tama li qiegħdu f’dik l-omm tar-Re Divin,

Ġesù Kristu, qatt ma naqset; lanqas qatt falliet dik il-fidi f’Marija, il-Verġni Omm Alla,

li ssaltan bħala l-omm waħdanija fuq id-dinja kollha, hekk kif hi inkurunata fil-barka

tas-smewwiet, bil-glorja ta’ reġina.

“Ad Coeli Regina”, Papa Piju XII

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, silta mit-2 punt

The road you must follow through this life being so dangerous, you need a guide to

walk safely. You cannot have a better guide than the Most Blessed Virgin, because

she is most pure within and without, because the saints call her the treasurer of the

graces that God has given to her to share them with you, and because she knows all

the paths and means to keep you safe amid the dangers you will encounter.

This is why it is most advantageous to allow yourselves to be guided by her,

because, says Saint Bernard, when we follow her, we cannot go astray; when we

think of her, we cannot wander from the right path; when we pray to her, we can

never despair of reaching the place where we intend to go; when she helps and

upholds us, we cannot fall; when she protects us, we can fear nothing, and when

she guides us, we cannot grow weary.

TALBA: Regina Coeli

Sultana tas-Sema, ifraħ: Hallelujah.

Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: Hallelujah.

Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah.

Itlob ’l Alla għalina: Hallelujah.

Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.

Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah.

Nitolbu: O Alla,

bil-qawmien mill-imwiet ta’ ibnek Ġesù Kristu Sidna,

għoġbok tferraħ id-dinja;

agħtina nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija,

niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem,

bi Kristu Sidna, Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 43

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Awwissu

Santa Roża minn Lima - verġni

San Bernard ta’ Offida - reliġjuż

Sant’Awsterju u ħutu San Klawdju u San Neon - aħwa martri,

flimkien ma' Santa Donnina u Santa Teonilla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Rut 1: 3-6,14b-16,22 Nagħomi, u Rut il-Mowabija waslu Betlehem.

2. Salm 145 : 5-9abċ,10 Faħħar, ruħ tiegħi, ’il-Mulej.

3. Mattew 22: 34-40 Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek

innifsek.

Sant’Awsterju u ħutu San Klawdju u San Neon - aħwa martri, flimkien ma'

Santa Donnina u Santa Teonilla († 360)

Waqt li Kostantinu, wara l-mewt ta' missieru Kostanzu fil-belt ta' York, l-

Ingilterra (25 ta' Lulju, 306), kien daħal fil-pussess tal-artijiet ta' missieru u kien

ġa ħareġ ordni favur l-insara, il-persekuzzjoni tagħhom kienet qiegħda tiħrax fil-

Lvant, fl-artijiet tal-Maċedonja.

Iċ-Ċiliċja kienet taħtu. Hawn, fil-belt ta' Eġea, it-tliet aħwa ġew mixlijin bħala

nsara minn ħatnu (mart missierhom) quddiem il-maġistrat tal-belt bil-ħsieb li

tiret ġidhom.

Żewġ nisa nsara ġew ukoll mitfugħin il-ħabs. Huwa u għaddej mill-belt, Lisja, il-

Prokuratur taċ-Ċiliċja, sejħilhom quddiemu.

Wara li pprova jġegħelhom iċedu b'ħafna żegħil u wegħdiet, u li huma, wieħed

wara l-ieħor baqgħu jistqarru bil-qlubija kollha l-fidi, u wara li kellhom isofru

bosta għamliet ta' torturi ħorox, fl-aħħar Lisja ordna li "t-tliet aħwa jeħduhom

barra mill-belt taħt l-għassa ta' Ewtalju l-kalzrier u ta' Arkelaw il-bojja, biex

hemm jiġu msallbin sabiex l-għasafar tal-arja jiklulhom ġisimhom.

Wara dan, ġabu ż-żewġ nisa quddiem Lisju. Meta Donnina ma riditx

tissagrifika, Lisja ordna li jneżżgħuha u jagħtuha bil-frosta fuq ġisimha kollu.

"Donnina mejta", qallu l-bojja. Kellha qalbha hekk delikata li malli semgħet issentenza,

mietet bil-mistħija. "Itfgħu l-katavru fix-xmara", ordna Lisja, "u ġibuli

’l-oħra". Teonilla kellha ssofri swat u torturi oħra, sakemm fl-aħħar qaxxrulha

rasha, biċċruha, poġġewlha ġamar jaħraq fuq l-istonku tagħha u ħallewha tmut

bil-mod.

Meta mietet, poġġew ġisimha ġo xkora u għarrquh ġol-ilma biex l-insara ma

jkunux jistgħu jsibu r-relikwji.

Riflessjoni: L-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-1 ktieb, kap. 1

44 SIGNUM FIDEI

It-tagħlim ta’ Kristu huwa ogħla u isbaħ minn tal-qaddisin kollha; u min inissel ġewwa

fih l-ispirtu ta’ Ġesù Kristu, isib f’dan it-tagħlim manna moħbija. Imma l-kbira hi li

bosta wħud jisimgħu spiss il-kliem tal-Evanġelju, u x-xewqa mejta jnisslu fihom, għax

m’għandhomx l-ispirtu ta’ Kristu. Min irid mela jisma’ u jtiegħem sewwa l-kliem ta’

Kristu għandu jqis li ħajtu tkun tixbah lil tiegħu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Explanation of the Method of Interior Prayer

This idea ought to make us realize and hold for certain that because we too are

God’s offspring cf. Acts 17:28 and live only because God imparts life to us, we must

manifest by all our conduct (Rom 8:1–14; Gal 5:13–25)

that we live, indeed, by God’s life

and that we have only thoughts that fill us with God

and only slight esteem for all the things of this world, according to what they

are exteriorly. (Col 3:1–2)

Missierna ...

TALBA

Alla Missierna,

nirringrazzjak talli ħafna persuni

użaw it-talenti tagħhom sewwa

u għinuni u għallmuni,

u ġabuli l-ferħ u l-hena f’ħajti.

Jalla, jien ukoll

ngħix b’tali mod li nġib barka lill-oħrajn

bl-attitudni u bl-azzjonijiet tiegħi,

u bil-preżenza tiegħi magħhom.

Ibqa’ miegħi

u mexxini sa dak l-aħħar jum,

meta jien ukoll, inkun nista’ ngħid

“Qiegħed nara s-smewwiet kollha quddiemi

u lill-kbir Alla nnifsu.”

Ammen.

Br. Nicholous Hutchinson

SIGNUM FIDEI 45

Is-Sibt, 24 ta’ Awwissu

San Bartilmew – appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Apokalissi 21: 9b-14 Fil-pedamenti hemm it-tnax-il isem tat-tnax-il Appostlu

tal-Ħaruf.

2. Salm 144: 10-13,17,18 Ħbiebek ixandru l-ġmiel ta’ saltnatek.

3. Ġwanni 1: 45-51 Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.

SAN BARTILMEW – appostlu (l-1 seklu)

San Bartilmew, wieħed mit-tnax-il appostli, twieled f'Kana tal-Galilija, u

probabilment hu l-istess persuna bl-isem ta' Natanael, li Filippu kien ħajru biex

imur miegħu jara lil Ġesù ta' Nazzaret. Natanael kien qallu: "Tista' toħroġ xi

ħaġa tajba minn Nazzaret?" (ara Ġwanni 1: 45-51)

Ġesù sejjaħlu, "Israeli tabilħaqq, li ma għandux qerq".

San Ġwann fil-Vanġelu tiegħu ma jsemmih qatt bl-isem ta' Bartilmew, imma

dejjem bħala Natanael, filwaqt li t-tliet Evanġelisti l-oħra jsibuh dejjem bl-isem

ta' Bartilmew.

Bħal uħud mill-appostli l-oħra, ftit nafu dwar l-attività tiegħu wara l-Pentekoste.

Skont xi wħud, hu mar jipprietka l-Vanġelu fl-Indja u wara mar l-Armenja fejn

sofra l-martirju.

Uħud jgħidu li miet bi qtugħ ir-ras, waqt li oħrajn jgħidu li qaxxrulu l-ġilda tiegħu

u sallbuh rasu ’l isfel bħalma jirrapreżentah Michelangelo fl-Aħħar Ġudizzju fil-

Kappella Sistina.

F’Malta għandna l-parroċċa tal-Għargħur iddedikata għal dan il-qaddis.

Riflessjoni:

“Bħal Kristu nnifsu, l-appostli bla heda kienu mitfugħin jagħtu xhieda tal-verità t’Alla.

Huma wrew qawwa speċjali li jitkellmu ‘l-kelma ta’ Alla bil-kuraġġ kollu’ (Atti 4: 31)

quddiem il-popli u l-ħakkiema tagħhom. B’fidi soda stqarru li l-Vanġelu hu tassew ilqawwa

t’Alla għas-salvazzjoni ta’ dawk li jemmnu ... Huma mxew fuq l-eżempju talħniena

u r-rispett ta’ Kristu.” Addattat minn ‘Declaration on Religious Freedom, 11’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med.159, it-2 punt

When the holy Apostles spread throughout the whole world in order to announce the

holy Gospel to all the peoples of the earth, this saint was assigned to go to preach

the Gospel in Armenia and in the Indies, where he did very considerable good. He

persuaded the king, the queen, and the whole royal family, along with twelve entire

cities in this kingdom, to make a public profession of the faith and the law of Jesus

Christ. This won for him the esteem and the veneration of all these people, who

46 SIGNUM FIDEI

always regarded him as an extraordinary man whom God had sent to withdraw them

from their blindness and ignorance and to procure their salvation.

This is what the saint did through the preaching of the word of God and by frequent

and diligent prayer, which he offered to urge God to touch their hearts. Because this

saint knew that he could not succeed in apostolic work without the special help of

God, he applied himself very faithfully to prayer, so that God would give to all these

people confided to him the grace to be docile to the word of Jesus Christ.

You have the advantage of sharing in the duties of the Apostles by teaching

catechism daily to the children under your guidance and by instructing them in the

maxims of the holy Gospel. You will not do them much good, however, if you do not

possess in full measure the spirit of prayer, which gives a holy fervor to your words

and makes them able to penetrate very effectively the depths of the hearts of your

students.

Missierna ...

TALBA

Mulej,

int id-dawl tiegħi,

int il-għaxqa tiegħi,

int benefattur kbir tiegħi,

int il-mexxej tiegħi,

warajk irrid nimxi

sakemm niltaqa’ miegħek

wiċċimbwiċċ għal dejjem

fil-ġenna.

Ammen.

Ronnie Gauci

Il-Ħadd, 25 ta’ Awwissu

Il-21 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Isaija 66: 18-21 Iġibu lil ħutkom kollha minn kull ġens.

2. Salm 116 : 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju.

3. Lhud 12: 5-7,11-13 Il-Mulej iwiddeb lil min iħobb.

4. Luqa 13: 22-30 Jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, u joqogħdu għallmejda

fis-Saltna ta’ Alla.

SIGNUM FIDEI 47

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” Din kienet il-mistoqsija li kienet fuq

fomm il-Kittieba u l-Fariżej għax dawn kienu jemmnu li biex issalva l-ewwel nett

trid tkun Lhudi u t-tieni trid tosserva l-liġi ta’ Alla, dik il-liġi li Alla kien ta lill-poplu

Lhudi. Iżda għal Ġesù dawn kienu l-kundizzjonijiet biex wieħed isalva?

Kuntrarju ta’ dan it-twemmin, għal Ġesù, Alla “jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u

jaslu biex jagħrfu l-verità” (1 Timotju 2; 4). Għal Alla, is-salvazzjoni ma

tiddependix mir-razza u r-reliġjon.

Dawn l-argumenti għadna nisimgħuhom sal-lum speċjalment minn ċerti setet li

jaħsbu li hemm xi numru determinat ta’ bnedmin minn qabel li ser isalvaw.

Għalhekk Ġesù jwieġeb hekk: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif

ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx.”

Allura nistaqsu : X’inhu l-bieb id-dejjaq? Dan il-bieb huwa Ġesù stess, jiġifieri l-

ħajja tiegħu ta’ impenn sħiħ għall-bini tas-Saltna ta’ Alla. Għalhekk mhux

biżżejjed li wieħed josserva l-liġi, it-tradizzjonijiet, ir-riti u t-talb; dawn ma jkunu

jiswew xejn jekk ma jissarfux f’għemejjel tas-sewwa. Ġesù wriena dawn l-

għemejjel meta stqarr fis-Sinagoga ta’ Nazzaret fil-bidu tal-missjoni tiegħu:

“bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u

d-dawl il-ġdid lill-għomja, irrodd ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja

tal-Mulej” (Luqa 4; 18-19) Dan kien il-programm ta’ Ġesù li ġabru fit-talba tal-

Missierna bħala programm ta’ ħajja u mpenn għall-insara li jridu jidħlu “millbieb

id-dejjaq”.

Fl-aħħar nett Ġesù jkompli jgħid li mhux kull minn jaħseb li hu qrib il-Mulej jista’

jsalva; jista’ jkun ukoll li nies li qatt ma semgħu bih jew kienu membri tal-Knisja,

jkollhom ix-xorti li “jitqiegħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla.” Huwa l-għemil tassewwa

biss li jista’ jsalvana.

Għalhekk nistaqsu:

o Qed ngħixu l-fidi tagħna bl-iskossi?

o X’inhu l-impenn tagħna ta’ kuljum biex nagħmlu s-sewwa, fid-dar, waqt

ix-xogħol, l-iskola, fit-triq jew mal-ħbieb?

o Kif qed tgħix ta’ nisrani l-lum? Tħaddan it-tagħlim kollu jew tagħmel dak li

jogħġob lilek biss?

Ftakar fi kliem Ġesù “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom”. (Luqa 6: 36)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 71, silta mill-1 punt

… people do not find it easy to go to God, for lack either of light or of help from those

who guide them. Sometimes this type of trial also lasts a long time. God leaves souls

in this situation to make them experience the fact that they can do nothing without

him. They cannot take the steps needed to approach him unless they are helped by

his grace, but, on the contrary, they can do everything when God strengthens them.

They must, then, patiently wait until Jesus passes by, bringing a remedy for their ills.

Because he has won for us the grace of redemption, he knows how to strengthen

our soul and to give back the movement it has lost.

48 SIGNUM FIDEI

We must make sure only that we are faithful to be carried to Jesus Christ when he

passes by… In maladies of this sort, ordinarily, Jesus alone can bring a cure; all we

can do is to watch over ourselves to avoid doing evil. Also we must pray much and

be satisfied to implore God with David: My God, create a clean heart within me;

renew your Spirit in me to lead me straight to you.

Missierna ...

TALBA

Mulej Ġesù,

iftaħli għajnejja

biex inkun nista’ nagħrfek

waqt li tkun qed timxi maġenbi,

takkumpanjani fil-ħajja

matul il-mixja tiegħi ta’ kuljum.

Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson

It-Tnejn, 26 ta’ Awwissu

Beatu Ġakbu Retomet – presbiteru u martri

Santa Tereża ta’ Ġesù fin-nifda tal-Qalb

San Liberal u San Bonifazju

Beatu Żeferinu – Papa u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1.Tessalonikin 1: 1-5,8b-10 Dortu lejn Alla u tlaqtu l-idoli biex taqdu lil Ibnu, li hu

qajjem mill-imwiet.

2. Salm 149: 1-6a u 9b Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu.

3. Mattew 23: 13-22 Ħazin għalikom, mexxejja għomja!

SAN ŻEFERINU – Papa u martri (†217)

Huwa wieħed mill-ewwel papiet tal-Knisja, difatti huwa mexxa l-Knisja fis-snin

198-217. Minkejja li kellu pontifikat twil (19-il sena) ftit li xejn nafu dwar il-ħajja

tiegħu.

Hu kien ġej minn familja umli Rumana.

Intagħżel Papa wara San Vitor I, fil-198. Kellu bħala djaknu tiegħu lil Kallistu li

kien ta’ għajnuna kbira għalih fl-affarijiet tal-Knisja; u li laħaq warajh bħala

Papa.

Fiż-żmien li kien Papa, il-Knisja kienet għal xi żmien imħabbta bilpersekuzzjoni

ta’ Settimu Severu, imma l-akbar taħbit kien ġej minn ġewwa

SIGNUM FIDEI 49

ħdanha mqanqal mill-kontroversja ħajja li nqalgħet dwar it-tagħlim fuq it-Trinità

Qaddisa.

Kien hemm żmien meta qassis għaref, jismu Ippolitu, akkuża lill-Papa u liddjaknu

tiegħu li kienu injuranti u li kienu qed iċedu lill-eretiċi. Iżda b’danakollu

Żeferinu, bla ma qagħad jidħol fl-arena tad-disputi djalettiċi, insista fuq ittagħlim

tradizzjonali li l-Knisja kienet wirtet mill-appostli; il-pontefiċi ruman

baqa’ l-gwardjan tat-tagħlim safi nisrani.

Għalkemm il-Martiroloġju Ruman iniżżlu bħala martri, hemm dubju mietx

maqtul. Żeferinu hu l-ewwel Papa li nafu l-post tad-difna tiegħu. Qiegħed fiċċimiterju

ta’ San Kallistu.

Riflessjoni: Ġesù huwa “l-Iben Waħdieni ta’ Alla”?

Huwa hekk f’sens uniku u perfett. Fil-mument tal-Magħmudija u tat-Trasfigurazzjoni,

il-leħen tal-Missier juri lil Ġesù bħala “l-Iben il-għażiż” tiegħu. Meta sejjaħ lilu nnifsu

bħala l-iben li “jagħraf lill-Missier” (Mt 11,27), Ġesù saħaq fuq ir-rabta tiegħu

waħdanija u għal dejjem ma’ Alla Missieru. Hu “l-Iben Waħdieni ta’ Alla” (ara 1 Ġw

4,9), it-tieni Persuna tat-Trinità. Hu ċ-ċentru tal-predikazzjoni appostolika: l-appostli

raw “il-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala ibnu l-waħdieni” (Ġw 1,14).

Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Explanation of the Method of Interior Prayer

This way of placing ourselves in God’s presence by considering Jesus Christ in our

midst can produce three distinct benefits.

The first is that all our actions will be referred to Jesus Christ and will tend

toward him as toward their center.

They will draw all their efficacy from him, just as the branches of a vine draw

the sap from the vine. ( John 15:5 )

Thus, there is a continual movement of our actions to Jesus Christ and from

Jesus Christ to us, for he gives spirit and life to what we do. ( Gal 5:25 )

Missierna ...

TALBA

Ħanin Alla,

bħal ma taf b’kull kewkba li ħlaqt,

hekk ukoll taf x’hemm fil-fond ta’ qalbna;

b’ġieħ dik il-mogħdrija u mħabba tiegħek

ressaq lejn il-mejda tiegħek

dawk kollha mbeżża’ u mdejqa,

dawk kollha mweġġa’ u fil-bżonn,

biex dak li għandna bżonn jingħatalna

fil-belt tiegħek tal-paċi;

f’ġieħ Kristu li hu l-paċi tagħna,

Ammen

“The Glenstal”, book of daily prayer

50 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 27 ta’ Awwissu

Santa Monika - armla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1.1 Tessalonikin 2: 1-8 Ridna naqsmu magħkom mhux biss l-Evanġelju ta’ Alla

imma wkoll ħajjitna stess.

2. Salm 138: 1-3.4-6 Mulej, int tagħrbilni u tagħrafni.

3. Mattew 23: 23-26 Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu ’l-oħrajn barra.

Mill-Istorja ta’ l-Istitut

1903: Jasslu f’Malta tlett Brothers biex jiftħu skola. Dar kbira fi Strada Bonġorno,

f’Bormla bdiet tintuża bħala skola li fetħet għall-ewwel darba fit-3 ta’ Novembru ta’ l-

istess sena.

SANTA MONIKA (333- 387)

Santa Monika hija mudell ta’ omm nisranija, ta’ mara miżżewġa u ta’ armla.

Binha Santu Wistin, jagħtina tagħrif mill-isbaħ fuqha fid-9 ktieb talkonfessjonijiet

tiegħu.

Hija twieldet f’familja nisranija f’Tagaste, fl-Afrika ta’ Fuq lejn is-sena 331.

Żewġuha lil Patrizju, bniedem pagan ta’ ħajja laxka u li jitlagħlu malajr, imma li

bil-ħlewwa u s-sabar tagħha Monika rnexxilha ddawru kif ukoll lil ommu għallfidi

nisranija fit-370.

Patrizju rċieva l-Magħmudija ftit qabel ma miet.

Hi kellha tliet ulied: Augustinus Aurelius (S. Wistin), Naviġju u Perpetwa.

Monika romlot fit-371 (ta’ madwar 40 sena) u għal ħafna snin talbet għallkonverżjoni

ta’ binha Wistin, li minn meta ta’ 17-il sena mar jistudja Kartaġni,

beda jgħix ħajja vizzjuża, ingħaqad mal-Manikej, u anki kien jgħix ma’ mara li

minnha kellu tarbija.

Darba hija talbet lill-isqof biex ikellmu iżda l-isqof induna li Wistin kien għadu

mhux imħejji biex jisma’. Monika kompliet tinsisti u nfexxet tibki u l-isqof qalilha:

“Ma jistax ikun li iben ta’ tant dmugħ jintilef.” Hija kompliet titlob għallkonverżjoni

tiegħu.

F’Kartaġni meta Monika kienet qed titlob f’kappella, Wistin żġiċċa u baħħar lejn

Ruma (383). Hija marret warajh sa Milan fejn sabet lil S. Ambroġ bħal anġlu

t’Alla mibgħut biex jgħin lil binha.

Fit-386 hija kellha l-faraġ li tara lil binha Wistin iħaddan ir-reliġjon nisranija u

f’Sibt il-Għid tat-387 jirċievi l-Magħmudija u jiddisprezza l-hena tad-dinja.

Sakemm Wistin kien qed jitħejja għall-Magħmudija, Monika kienet tgħix ma’

binha Wistin u ibnu Adeodatu u sħabu f’Cassiciacum.

SIGNUM FIDEI 51

Hija mietet f’Ostia fejn flimkien ma’ Wistin kienet qed tistenna ġifen biex tmur

lura fl-Afrika. Qabel mietet hija talbet lil Wistin biex jiftakar fiha fuq l-altar tal-

Mulej kull fejn ikun.

Sal-1969 il-festa tagħha kienet issir fl-4 ta’ Mejju, lejlet il-festa tal-konverżjoni

ta’ S. Wistin; fir-riforma tal-Kalendarju Universali t-tifkira tagħha bdiet issir lejlet

il-festa ta’ binha Santu Wistin.

Monika hija l-patruna tan-nisa miżżewġa u mudell għall-ommijiet insara.

Riflessjoni: tajjeb nirriflettu fuq din l-istojra:

Kiteb Santu Wistin wara l-mewt ta’ ommu:

“Int taf Mulej x’omm jien tlift fiha. Ebda omm oħra ma qatt bkiet fuq qabar binha

waħdieni, daqs kemm hi bkiet fuq il-qabar ta’ ruħi. Nista’ nkun hekk ingrat li ninsa

omm bħal din?

Le, ommi l-għażiża, jiena niftakar dejjem fl-imħabba tiegħek kollha ħeġġa għalija.

Niftakar fl-inkwiet tiegħek fuqi u fis-sufferenzi ta’ qalbek minħabba fija.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 122, l-1 punt

In her youth Saint Monica had a special attraction to prayer, and her greatest

pleasure was to spend days and nights in prayer, avoiding the company of those

who might turn her attention away from God. Having learned some prayers from her

mother, she never gave up reciting them. What a blessing it is to be brought up in

piety from our youth! This makes it easier to preserve that spirit throughout life. Saint

Monica had this advantage, and it contributed a great deal to the conversion of her

husband and of her son.

Do you take care to educate the children confided to you in a Christian spirit? Do you

try, above all else, to inspire them with recollection in their prayers and with love for

this holy practice? You, on your part, ought to pray much for them to obtain for them

from God the gift of piety, something God alone can give them.

TALBA ta’ Santu Wistin wara l-mewt ta’ ommu Monika

Alla tiegħi u ħniena tiegħi,

inti tajtni don kbir ieħor

bis-saħħa ta’ dik il-qaddejja tajba tiegħek

li ħlaqtni fil-ġuf tagħha.

Bil-ħeġġa ta’ mħabbitha refgħetni ’l fuq

lejn dak li hu fih nnifsu,

ġid li ma jintemmx, ikel tal-verità.

O Alla tiegħi li ħlaqtna

liema xebh jista’ jkun hemm

bejn ir-rispett li jien urejt lilha u l-qadi li bih qdiet lili?

Aħfrilha Mulej, aħfrilha u tressaqhiex għall-ħaqq.

Int li kliemek hu sewwa wgħedt il-ħniena lil dawk li jħennu.

Jiena nemmen li int ġa għamilt dak li qed nitolbok.

Missierna ...

52 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 28 ta’ Awwissu

Santu Wistin - isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. 1 Tessalonikin 2, 9-13 Sakemm konna qegħdin inxandrulkom l-Evanġelju,

aħna ħdimna bil-lejl u bi nhar.

2. Salm 138: 7-12ab Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni.

3. Mattew 23: 27-32 Intom ulied il-qattiela tal-profeti.

SANTU WISTIN - isqof ta’ Bona (Ippona, l-Afrika ta’ fuq, fl-Alġeria) (354-430)

Missieru Patrizju kien uffiċjal Ruman pagan, ommu Monika, kienet nisranija.

Twieled Tagaste fit-13 ta’ Novembru, 354. Wara l-mewt ta’ missieru fis-sena

371, mar jgħix ma’ xebba u kellhom lil Adeodato.

Agostino għallem ir-Retorika Tagaste, Kartaġni, Ruma u Milan fejn ġie

kkonvertit minn Sant’Ambroġġ, li għammdu fl-Għid tas-sena 387.

Kien preżenti għall-mewt ta’ Ommu f’Ostja u wara rritorna l-Afrika, fejn sar

qassis fis-sena 391 u isqof erba’ snin wara.

Tul il-35 sena tal-episkopat tiegħu, bil-kitba u l-predikazzjoni, iddefenda l-verità

kattolika, kontra l-ereżiji tal-Manikej, id-Donatisti, il-Prixxiljanisti u l-Pelagjani.

Hu l-ikbar duttur tal-knisja, il-veru prodiġju, miraklu ta’ għerf, qdusija u grazzja.

Il-konverżjoni tiegħu wara li qara l-ittri ta’ San Pawl, kienet miraklu mill-ikbar

tal-grazzja.

Kien il-ħabib mhux biss ta’ Sant’Ambroġġ, imma wkoll ta’ isqfijiet qaddisin oħra:

Sant’Alipju, San Simpliċijan u San Possodju.

Agostino miet Oppona meta kienet assedjata minn Genseriku fit-28 t’Awwissu

430 ta’ 76 sena. Il-fdal tiegħu, mifdun għall-ewwel Ippona, ittieħed wara

f’Sardinja u llum jinsab meqjum ġo monument insinji fil-Knisja ta’ San Pietro ‘In

Ciel d’Oro’ fil-belt ta’ Pavia, tal-Patrijiet Agostinjani.

Ġewwa Bona mbagħad, l-Agostinjani Maltin għandhom il-Bażilika tiegħu li

tħares ukoll relikwija insinji tiegħu.

Ta’ min isemmi fost il-kitbiet tiegħu:

o Il-Ktieb tal-Istqarrijiet u

o Il-Belt ta’ Alla.

Ta’ min jgħid ukoll li l-hekk imsejħa Regola ta’ Santu Wistin (ittra tiegħu lissoriijiet)

josservawha mhux biss l-Agostinjani imma wkoll ordnjijiet oħra,

fosthom id-Dumnikani, it-Trinitarji, is-Servi ta’ Marija u diversi kongregazzjoniet

religużi.

Bla dubju ta’ xejn Agostino jibqa’ ġgant kolossali ta’ għerf u ta’ qdusija.

SIGNUM FIDEI 53

Riflessjoni: silta mill-ktieb ‘L-Istqarrijiet’:

Jien ma għaraftx kif il-bniedem hu xbieha tiegħek, iżda messni nħabbat u

nfittex kif dan seta’ jitwemmen, mhux noħoda kontra dan it-twemmin u nwaqqa’

għaċ-ċajt bħallikieku twemmin fieragħ.

Qatt ħadd ma seta’ jew jista’ jaħseb f’xi ħaġa oħra aħjar minnek (Alla), l-ogħla

u l-aqwa ġid.

Imma int Mulej, għal dejjem tibqa’, u m’intix se tibqa’ għal dejjem tinkorla

għalina. Int ħennejt għalija, trab u rmied, u għoġbok iġġedded kull ma kien

tħassar fija.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 161, it-3 punt

Having become bishop of Hippo, Saint Augustine devoted himself with all possible

zeal to the guidance of his diocese, but God did not restrict his zeal to so limited a

field. Because God had given his spirit a generosity at least equal to the depth of his

knowledge, God made him useful to the whole Church. Saint Augustine was

consulted by Popes and Councils and by nearly everyone in the world, even by

several unbelievers to whose conversion he contributed a great deal. From all sides,

people came to him to ask for clerics formed under his guidance to become pastors

of the Church.

Yet, so holy a manner of life was strongly opposed and condemned by the heretics,

who considered him as their greatest enemy, the one among the Doctors of the

Church whom they feared the most. They said everything they could against him to

ruin his reputation, but because it was founded on the solid base of piety and

humility, they were never able to do him any harm. He showed, in fact, extraordinary

humility in leaving an account of his sins to posterity.

Missierna ...

TALBA

Lilek biss inħobb Mulej,

warajk biss irrid nimxi.

Lilek biss irrid infittex, u lilek biss irrid naqdi.

Nitolbok Mulej,

ikkmandani dak li trid, irrid naqdik bil-ferħ kollu ta’ qalbi.

Għaliex mhux l-indiema, imma l-imħabba,

qiegħda ssejjaħli lejk.

Agħmel Mulej li nkun kapaċi nisma’ dak li tixtieq minni.

Għinni ngħix dak li tikkmandani,

u kkmandani dak li trid .

Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistrieħux.

Fik biss jinsabu l-hena u l-mistrieħ tagħna.

Int għamiltna għalik, O Alla,

u qalbna ma ssib qatt kwiet,

jekk ma tistrieħx FIK.

Santu Wistin

54 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 29 ta’ Awwissu

Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. Ġeremija 1: 17-19 Għidilhom kullma ordnajtlek; la tibżax minnhom.

2. Salm 70: 1-6.15.17 Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek.

3. Mark 6: 17-29 Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt.

IL-MARTIRJU TA’ ĠWANNI L-BATTISTA

San Ġwann twieled f’Ain-Karin, ħdejn Ġerusalemm. Missieru kien Żakkarija,

qassis f’Ġerusalemm. Ommu kienet Eliżabetta, kuġina tal-Verġni Marija.

Sakemm kellu madwar 30 sena għex bħala eremita fid-deżert tal-Ġudea.

Imbagħad ħareġ jipprietka matul ix-xtut tal-Ġordan u jtenni: “Indmu għax is-

Saltna tas-Sema hi fil-qrib.”

Ħafna nies kienu jmorru jisimgħuh, li wara, uħud minnhom saru dixxipli ta’

Ġesù. Kellu l-unur kbir li jgħammed lil Ġesù, u jurih lin-nies bħala l-Ħaruf ta’

Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.

Ġwanni kien ikkundanna ż-żwieġ ta’ Erodi Antipa ma’ Erodja li kienet il-mara

ta’ ħuh. Fuq hekk Erodi arrestah u tefgħu l-ħabs. Iżda Erodja ma kinitx

kuntenta b’hekk. Kienet tfittex li toqtlu.

Ġietha x-xoqqa f’moxtha meta Erodi, f’jum għeluq sninu għamel ikla li għaliha

stieden lill-kbarat tal-pajjiż, u bint Erodja, Salome, tant għoġbitu biż-żifna li

għamlet quddiemu li ħalfilha li kien lest jagħtiha kull ma titolbu, imqar nofs issaltna.

Imġiegħla minn ommha, it-tfajla qaltlu: “Nitolbok tagħtini issa stess hawn fuq

platt, ras Ġwanni l-Battista.”

Erodi sewwed qalbu għal din it-talba, iżda biex ma jiksirx kelmtu quddiem ilmistednin,

bagħat suldat biex iwettaq dak li xtaqet it-tfajla.

Il-mewt ta’ San Ġwann ġrat madwar sena qabel dik tal-Mulej tagħna Ġesù

Kristu. (Ara Mt. 14:3-12; Mk. 6:17-29; Lq. 3:1-20, 9:7-9)

L-istoriku Ġużeppi Flavju jgħid fuqu: “Kien bniedem mogħni bil-virtujiet kollha, li

wissa ’l Lhud biex jipprattikaw il-ħaqq lejn il-bnedmin u t-tjubija ta’ qalb lejn

Alla; u wkoll biex jitgħammdu, iwissihom li huma jsiru jogħġbu ’l Alla jekk iħallu

dnubiethom u mat-tindif ta’ ġisimhom iżidu s-safa’ tar-ruħ.” Jgħid ukoll li Erodi

Antipa, Tetrarka tal-Galilija, qaflu fil-fortizza ta’ Makerus, fuq il-muntanji l-Lvant

mill-Baħar Mejjet, fejn ġrat it-traġedja għal wiċċ ballerina.

SIGNUM FIDEI 55

Riflessjoni:

Ġwanni l-Battista: “L-akbar profeta fost ulied in-nisa …” (Mt.11:11) Kellu jkun l-ewwel

martri fost id-dixxipli u l-appostli ta’ Kristu, li ta ħajtu għal-liġi ta’ Ġesù, talli qal: “ma

tistax iżżommha int, il-mara ta’ ħuk …” (Mk 6:18).

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 162, it-2 punt

Saint John, strengthened by the grace he had received from Jesus Christ while still

in the womb of his holy mother, seems to have lived for no other purpose than to

destroy sin. From his childhood he took all possible precaution not to fall into sin.

While still very young, as the Church sings in his honor, he withdrew to the desert to

put himself in a state not to commit the least sin. It was, no doubt, for the same

reason that he was clothed, as the Gospel tells us, in a garment made of camel’s

skin, wore a leather belt about his waist, and ate only locusts and wild honey.

This is a great way to destroy sin in ourselves, living a poor and penitent life and

avoiding all contact with people as this saint did during all the time he lived. What a

grace it was and what an advantage for this saint to have always lived in innocence!

This is what made Jesus Christ say of him, that among all people there was none

greater than John the Baptist.

Missierna ...

TALBA

O Alla,

inti ridt lil San Ġwann Battista

biex iħejji ’l-poplu għal Kristu.

Imla l-poplu li għandu l-grazzja tiegħek bil-ferħ,

u ressaq il-ħsibijiet tal-fidili kollha

fit-triq tal-paċi u s-salvazzjoni.

Agħmel li bħal ma’ San Ġwann sofra l-martirju

għall-verità u l-ġustizzja,

hekk ukoll aħna bil-qawwa kollha

nixhdu l-fidi fik

u agħmel li oħrajn jimxu fit-triq

tal-verità u tal-ħajja eterna,

Ammen.

56 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Awwissu

Santa Jeanne Jugan - verġni

Beatu Alfredu Idelfonsu Schuster - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. 1 Tessalonikin 4, 1-8 Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom.

2. Salm 96: 1 u 2b.5-6.10.11-12 Ifirħu, ġusti, fil-Mulej.

3. Mattew 25: 1-13 Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!

SANTA ĠWANNA JUGAN (1792-1879)

Ġwanna Jugan twieldet nhar il-25 ta’ Ottubru, 1792, fi Petites-Croix, raħal

pittoresk tas-sajjieda, fit-trufijiet ta’ Cancale, fil-Brettanja. Kienet is-sitt waħda

minn tmint itfal ta’ Ġużeppi Joucan (kien wara f’Saint Servan li kunjom Ġwanna

nbidel f’‘Jugan’) u Marie Horel.

Missierha kien ibaħħar u ma kienx preżenti għat-twelid tagħha.

Ġwanna trabbiet flimkien ma’ ommha u l-erba’ ħutha li kienu baqgħu ħajjin,

għaliex tlieta mill-ħamsa ta’ qabilha mietu meta kienu għadhom trabi. Kienu

jgħixu f’daqsxejn ta’ dwejra b’kamra waħda fuq it-triq li minn Cancale kienet

tagħti għal San Malo. Il-piż tal-familja waqa’ fuq l-imsejkna omm. Imn’Alla

kienet il-qalb tajba tan-nies tar-raħal li waqfu magħhom. F’Petites-Croix l-

iżventura tal-armla ta’ Joucan kienet waħda komuni u n-nies twajba ta’ Petites-

Croix kienu draw jieqfu mal-familji milquta bil-mewt ta’ sajjieda li ma jerġgħux

lura. L-armla kienet tgħin ruħha wkoll u l-esperjenza li kisbet fi tfulitha fixxogħol

tar-raba’ ta’ missierha, switilha biex issib fejn taħdem bil-ġurnata firraba’

ta’ ħaddieħor.

Mingħand ommha Ġwanna ħadet ukoll l-ewwel formazzjoni nisranija u

tgħallmet tgħid ir-rużarju. Ommha kienet tkellimha sikwit fuq Alla u

tirrakuntalha stejjer mill-Vanġelu u mir-Rabta l-Qadima.

Ta’ 16-il sena impjegat ruħha bħala qaddejja tal-kċina.

Żagħżugħ talabha biex tiżżewġu. Ġwanna qaltlu: “Alla mhux qed isejjaħli

għaż-żwieġ.”

Fl-1828, iltaqgħet ma’ waħda, Francoise Aubert u b’hekk nibtet l-ewwel

żerriegħa tal-ewwel komunità. Fuq l-eżempju ta’ dawn it-tnejn, żgħażagħ

xebbiet ingħaqdu magħhom.

Il-kappillan kompla jgħinhom u jinkuraġġihom fix-xogħol tax-xjuħ. Kellhom

diversi postijiet żgħar fejn jilqgħuhom.

Iżda wara xi żmien bdiet il-prova ta’ Ġwanna u l-opra tagħha. Kien il-kappillan

li Alla nqeda bih – kien mimli b’ċerta fantażija – u kien hu li jagħti l-ordnijiet.

Tant kien ċert minnu nnifsu, li deherlu li Ġwanna ma kinetx il-mara ideali għal

dan ix-xogħol. Warrabha u poġġa lil Marie Jamet minflokha. U lil Ġwanna

qalilha “rridek tgħaddi ħajtek fil-moħbi” – u inkarigaha biex tieħu ħsieb il-

SIGNUM FIDEI 57

postulanti – u fl-aħħar qabbadha tieħu ħsieb il-ġnien – taħdem u titlob. Damet

27 sena f’din il-ħajja – bdiet tbati mill-qalb.

Fl-1879, il-Papa Ljun XIII approva l-Kostituzzjoni tal-Ordni.

Dik il-ħabta l-Ordni kien jgħodd mal-elfejn u l-erba’ mitt soru. Ftit xhur wara

saħħitha marret lura hekk, li lejn tmiem Awwissu ħassha ħażin u ntilfet minn

sensiha. Meta ġiet f’sensiha ngħatalha s-Sagrament tal-Morda. Dak il-ħin

instemgħet titlob: “Marija, inti taf li inti ommi, tabbandunanix! ... Missier etern,

iftaħ il-bibien tiegħek lill-inqas waħda minn uliedek, lil waħda, iżda, li tixtieq

ħafna li tarak!” Imbagħad b’leħen iktar debboli kompliet: “Omm għażiża tiegħi

Marija, ejja għandi. Inti taf li nħobbok u li nixtieq ħafna narak.” U hekk il-mara li

tant ħadmet għall-anzjani, strieħet fis-sliem. Il-kalma u l-mistrieħ li dehru fuq

wiċċ il-mejta kienu jirriflettu l-preżenza ta’ Alla fir-ruħ tagħha.

Marie Jamet, is-Superjura Ġenerali li bis-silenzju tagħha għenet lil Le Pailleur

fl-istramperiji tiegħu, fuq is-sodda tal-mewt stqarret li ma kinitx hi l-ewwel Soru

Żgħira tal-Foqra, u lanqas Le Pailleur ma kien il-fundatur tagħhom. L-ewwel

waħda fil-kongregazzjoni u l-fundatriċi tagħha kienet Ġwanna Jugan, li magħha

kienet saret inġustizzja kbira.

Fl-2009, il-Papa Benedittu XVI iddikjaraha qaddisa.

Riflessjoni:

Il-Missier Alla jridna lkoll naslu mħejjija fl-għamara tas-sema. Toqgħodx titħasseb;

jekk il-Mulej isejjaħlek mit-triq tad-deżert jew mill-mogħdija tal-għelieqi, l-aqwa li

naslu fl-istess dar tal-hena mat-Trinità Qaddisa. Żomm il-bogħod it-thewdin fieragħ u

bla sens li jħabbatna meta nsibu ruħna fil-provi li l-Mulej ħanin jiġi jżurna bihom. Jekk

dan ma jkunx possibli, warrab il-ħsibijiet u għix fl-għaqda mar-rieda qaddisa tiegħu.

San Padre Piju

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med.167, silta mill-1 punt

Saint Matthew’s conversion is quite extraordinary and shows the power of grace and

the effect it produces in a soul. It is true that the word of Jesus Christ is efficacious in

the calling of his first Apostles, but as most of them were poor fishermen, it is not so

surprising that they at once followed Jesus Christ, whereas Saint Matthew had

property and lived comfortably.

Were you as prompt to follow Jesus Christ as Saint Matthew was: on the spot, at the

first word, not taking time to settle his affairs, and without even asking for a delay in

order to do so? How many times has Jesus Christ perhaps called you? Have you

not, like Saint Augustine, often replied: Tomorrow, tomorrow I will be converted? Do

you not still say as much every day? Have you renounced all things from the bottom

of your heart? Perhaps some of us had nothing to renounce, like the first Apostles.

For them it was quite easy. Still, do we not seek our ease and comfort? That is

something unworthy of a servant of God, who is obliged to give up the world and all

things.

58 SIGNUM FIDEI

Missierna ...

TALBA (is-Salm 25)

Lejk jien nerfa’ ruħi Mulej, Alla tiegħi.

Fik jien nittama, ma jkollix għax nitħawwad.

Triqatek Mulej għarrafni, u l-mogħdijiet tiegħek għallimni.

Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni

għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.

Għalik nixxennaq il-jum kollu.

Serraħli qalbi mid-dwejjaq, min-niket tiegħi eħlisni.

Ara n-niket u d-diqa tiegħi, u aħfirli ħtijieti kollha.

Ħarisli ħajti u eħlisni;

is-sewwa u l-ġustizzja jħarsuni għax jien fik ittamajt.

Ammen.

Is-Sibt, 31 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Rajmond Nonnatus - kardinal

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari:

1. 1 Tessalonikin 4: 9-11 Tgħallimtu mingħand Alla kif għandkom tħobbu lil xulxin.

2. Salm 97: 1.7-8.9 Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja.

3. Mattew 25 : 14-30 Int kont fidil fil-ftit: idħol fl-hena ta’ sidek.

SAN RAJMONDU NONNATO (1204-1240)

Jissejjaħ “Nonnato” jiġifieri mhux imwieled, għax twieled b’operazzjoni malli

mietet ommu, madwar is-sena 1204, fil-belt ta’ Portella, fil-Kalalonja fi Spanja.

Kien iben familja għanja u nobbli, imma daħal mal-Patrijiet Merċedarji taħt l-

istess fundatur, San Pietru Nolasco.

Ħeles ħafna nsara mill-jasar tal-Misilmin, anki fl-Alġerija, fejn ikkonverta bosta

Misilmin, u anki ġie ttorturat. Wasal biex kellu joqgħod fil-jasar huwa stess

sakemm ġie mifdi minn San Pietru Nolasco.

Malli rritorna fi Spanja fl-1239, ġie maħtur kardinal mill-Papa Girgor IX imma

miet fil-belt ta’ Cardona, qrib Barcellona, fil-31 t’Awwissu, 1240, ta’ madwar 36

sena. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Cardona fil-knisja ta’ San Nikola.

Il-Papa Alessandru VII (li bħala Monsinjur Fabio Chigi kien inkwiżitur Malta)

mar jgħoddu mal-qaddisin fl-1657. Minħabba t-twelid tiegħu b’operazzjoni

huwa l-prottettur tal-ommijiet, tal-midwives u tat-trabi.

Riflessjoni: L-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-2 ktieb, kap. 6

Min il-kuxjenza tiegħu hi nadifa, aktarx ikun dejjem ferħan u moħħu mistrieħ. Billi

jfaħħruk, m’intix qaddis aktar milli int; u jekk iżebilħuk u jaqalgħu fuqek, tibqa’ li int

SIGNUM FIDEI 59

ukoll; għaliex b’daqshekk, quddiem Alla, ma tkunx magħdud b’aktar jew anqas milli

int. Ħares biss x’inti minn ġewwa, u mill-bqija la tfittixx x’jgħidu minnek in-nies. – Ilbniedem

jara l-wiċċ ta’ sieħbu; imma Alla jara l-qalb; il-bniedem jara l-għemil, imma

Alla jħares li jiżen il-fehma ta’ għemil il-bniedem. – Min jagħmel dejjem is-sewwa, u

jżomm ruħu ta’ xejn, sinjal li r-ruħ tiegħu hija umli. Min ma jfittixx is-sabar ta’ ebda

maħluq, sinjal li qalbu nadifa u mogħnija bit-tama.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med. 67, silta mill-1 punt

For this present life, you must not be concerned about anything except to make God

reign in your heart by his grace and by the fullness of his love. It is for God that you

ought to be living; it is the life of God that ought to be the life of your soul. You

nourish the life of your soul with God’s life by being occupied with his holy presence

as much as you are able. What characterizes the life of the saints is their continual

attention to God; this ought also to be true of souls consecrated to God, who seek

only to do his holy will, to love him, and to cause him to be loved by others.

This must be your entire preoccupation on earth; to accomplish this ought to be the

goal of all your work. Hence, help those you teach to regard sin as a shameful

sickness that infects their souls and makes them unworthy to draw near to God and

to appear before him. Inspire them with love for virtue; impress upon them

sentiments of piety, and see to it that God does not cease to reign in them. Then

they will have nothing to do with sin, or at least they will avoid serious sins, which

cause death to the soul.

Missierna ...

TALBA

Mulej Alla,

inti li beriktni

b’ħafna ġid u doni,

għinni nagħraf biex ma nżomm xejn għalija

imma li npoġġi kollox għas-servizz

ta’ ħuti l-bnedmin kollha.

Ammen

Addattata minn ‘Doorway to Faith’

JGĦIX ĠESÙ

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

60 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei

Missierna li inti fis-smewwiet,

fil-Providenza tiegħek,

Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi

f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi.

Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei,

spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITA’,

ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat,

nimxi fuq l-eżempju ta’

San Ġwann Battista De La Salle,

u ndawwal oħrajn,

biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom,

ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni.

Bierek ix-xogħol ta’ ħutna,

huma fejn huma, biex flimkien ,

imdawwla bl-entużjażmu

tal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek,

insiru dejjem aktar il-Melħ tad-Dinja,

id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u ,

dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri.

Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna

li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin

u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek.

Qed nitolbok dan,

permezz ta’ Ġesu’ Kristu,

Ibnek l-Għażiż.

Amen

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:

M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira.

Tel. 21317422, Mob. 79317422

E-mail: petcam@maltanet.net

SIGNUM FIDEI 61

62 SIGNUM FIDEI

ST. BENILDE ROMANSON

O God, who inspired

Saint Benilde Romanson

to be an excellent educator

who

carried out his daily work

to perfection,

graciously grant that through

his intercession and example,

we too may be faithful

to our vocation

and attain perfect charity.

Through Christ our Lord. Amen

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!